Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonkludi l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jemenda l-Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta" prodotti agrikoli (15523/2008 – COM(2008)0685 – C6-0028/2009 – 2008/0202(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0685),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jemenda l-Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli (15523/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 37, 133 u 152(4)(b) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0028/2009),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0122/2009),
1. Japprova l-konklużjoni tal-Ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Konfederazzjoni Żvizzera.