Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0158(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0147/2009

Testi mressqa :

A6-0147/2009

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 02/04/2009 - 9.4
CRE 02/04/2009 - 9.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0199

Testi adottati
PDF 438kWORD 159k
Il-Ħamis, 2 ta' April 2009 - Brussell
Kontroll ġudizzjarju fil-qafas tal-proċeduri ta' qabel is-sentenza *
P6_TA(2009)0199A6-0147/2009

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2009 dwar l-abbozz tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni, bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta' superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja (17002/2008 – C6-0009/2009 – 2006/0158(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni - konsultazzjoni mġedda)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (17002/2008),

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0468),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tad-29 ta' Novembru 2007(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 34(2)(b) tat-Trattat UE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE, skont liema Artikolu l-Kunsill reġa' kkonsulta mal-Parlament (C6-0009/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93, 51u 55(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6–0147/2009),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jemenda t-test f'dan is-sens;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz b'mod sustanzjali jew li jissostitwih b'test ieħor;

5.  Jekk dan l-abbozz ma jkunx adottat qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta" Liżbona, huwa determinat li jikkunsidra kwalunkwe proposta futura permezz tal-proċedura ta" urġenża, b'koperazzjoni mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Abbozz tal-Kunsill   Emenda
Emenda 1
Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas
Premessa 13 a (ġdida)
(13a)  Fil-każ ta' ksur ta' miżura ta' sorveljanza Ewropea, l-awtorità tal-ħruġ tista' tiddeċiedi li toħroġ mandat ta' arrest Ewropew bl-iskop tat-trasferiment tal-persuna kkonċernata lejn l-Istat emittenti. F'ċirkustanzi bħal dawn, li għandhom ikunu limitati strettament għall-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni ta' Qafas, id-Deċiżjoni ta' Qafas 2002/584/JHA tkopri l-offiżi kollha li fir-rigward tagħhom tista' tinħareġ miżura ta' sorveljanza Ewropea.
Emenda 2
Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas
Premessa 17 a (ġdida)
(17a)  Sett komuni u uniformi ta" salvagwardji proċedurali huwa prerekwiżit neċessarju biex tiġi żgurata applikazzjoni ġusta u effettiva tal-miżuri li jikkonċernaw il-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali; il-Kunsill, filwaqt li jqis kif xieraq l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, għandu jadotta bla dewmien strument legali dwar salvagwardji proċedurali fil-proċedimenti legali, abbażi tal-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza, li għandu jinkludi tal-anqas l-awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtorità ġudizzjarja għal kwalunkwe restrizzjoni jew ċaħda tal-libertà, id-dritt għal "Ittra tad-Drittijiet", id-dritt għall-parir legali, id-dritt għall-evidenza, id-dritt li wieħed ikun infurmat dwar in-natura u r-raġunijiet tal-akkużi u l-bażi tas-suspett, id-dritt għall-aċċess għad-dokumenti relevanti kollha f'lingwa li l-persuna kkonċernata tifhem u d-dritt għal interpretu;
Emenda 3
Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas
Article 2 - paragraph 2 a (new)
2a.  Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni Qafas, persuna hija meqjusa mhux residenti meta r-residenza legali u ordinarja tagħha tkun tinsab fi Stat Membru li mhuwiex dak fejn ikunu għaddejjin il-proċedimenti.
Emenda 4
Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas
Artikolu 4 - punt a
a) "deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni" għandha tfisser deċiżjoni infurzabbli mogħtija matul proċedimenti kriminali minn awtorità kompetenti tal-Istat emittenti f'konformità mal-liġi u l-proċeduri nazzjonali tiegħu u li timponi fuq persuna fiżika, bħala alternattiva għad-detenzjoni proviżorja, miżura waħda jew aktar ta' superviżjoni;
a) "deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni" għandha tfisser deċiżjoni infurzabbli mogħtija matul proċedimenti kriminali minn awtorità ġudizzjarja kompetenti tal-Istat emittenti f'konformità mal-liġi u l-proċeduri nazzjonali tiegħu u li timponi fuq persuna fiżika, bħala alternattiva għad-detenzjoni proviżorja, miżura waħda jew aktar ta' superviżjoni;
Emenda 5
Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas
Artikolu 4 - punt d a (ġdid)
(da) "l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti" għandha tfisser qorti, imħallef, maġistrat tal-investigazzjoni jew prosekutur pubbliku, b'kompetenza skont il-liġi nazzjonali biex joħroġ deċiżjoni dwar il-miżuri ta' superviżjoni;
Emenda 6
Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas
Artikolu 4 - punt d b (ġdid)
(db) "l-awtorità kompetenti fl-Istat ta' eżekuzzjoni" għandha tfisser qorti, imħallef, maġistrat tal-investigazzjoni jew prosekutur pubbliku, b'kompetenza skont il-liġi nazzjonali biex jesegwixxi u jimmonitorja deċiżjoni dwar il-miżuri ta' superviżjoni
Emenda 7
Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas
Artikolu 5 a (ġdid)
Artikolu 5a
Data personali
L-ipproċessar tad-data peronali għall-finijiet ta" din id-Deċiżjoni Qafas għandu jkun konformi tal-anqas mal-prinċipji bażiċi stipulati fid-Deċiżjoni Qafas 2008/977/JHA tas-27 ta" Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta" data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali1 u fil-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-28 ta" Jannar 1981 dwar il-Protezzjoni tal-Individwi rigward l-Ipproċessar Awtomatiku tad-Data Personali u l-protokolli sussegwenti.
1 OJ L 350, 30.12.2008, p. 60.
Emenda 8
Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas
Artikolu 6 - paragrafu 2
2.  Bħala eċċezzjoni għall-paragrafu 1 u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jinnominaw awtoritajiet non-ġudizzjarji bħala l-awtoritajiet kompetenti għat-teħid ta' deċiżjonijiet skont din id-Deċiżjoni Qafas, dment li tali awtoritajiet ikollhom il-kompetenza għat-teħid ta' deċiżjonijiet ta' natura simili skont il-liġi u l-proċeduri nazzjonali tagħhom.
imħassar
Emenda 9
Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas
Artikolu 8 - paragrafu 1 - punt f a (ġdid)
fa) obbligu li tiġi ddepożitata ċertu somma ta' flus jew li tingħata tip ieħor ta" sigurta', li tista' tiġi pprovduta permezz ta' numru speċifiku ta' pagamenti bin-nifs jew f'pagament wieħed.
Emenda 10
Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas
Artikolu 8 - paragrafu 2 - punt c
c) obbligu li tiġi ddepożitata ċertu somma ta' flus bħala garanzija jew li tingħata tip ieħor ta' garanzija, li tista' tingħata jew permezz ta' numru speċifiku ta' pagamenti bin-nifs jew inkella f'darba;
imħassra
Emenda 11
Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas
Artikolu 9 - paragrafu 1
1.  Deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni tista' tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-persuna qed tirrisjedi legalment u ordinarjament, f'każijiet fejn il-persuna li ġiet infurmata dwar il-miżuri kkonċernati, tagħti l-kunsens tagħha biex tirritorna f'dak l-Istat.
1.  Deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni tista' tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-persuna qed tirrisjedi legalment u ordinarjament, f'każijiet fejn il-persuna li ġiet infurmata b'mod adegwat dwar il-miżuri kkonċernati b'lingwa li hu/hi jifhem/tifhem, tagħti l-kunsens tagħha biex tirritorna f'dak l-Istat.
Emenda 12
Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas
Artikolu 13 - paragrafu 2
2.  Il-miżura ta' superviżjoni adattata m'għandhiex tkun aktar severa mill-miżura ta' superviżjoni li kienet imposta oriġinarjament.
2.  Il-miżura ta' superviżjoni adattata għandha tkun ta' natura teknika biss u m'għandhiex timponi minnha nnifisha kwalunkwe obbligu addizzjonali fuq il-persuna kkonċernata. Hija m'għandhiex tkun aktar severa mill-miżura ta' superviżjoni li kienet imposta oriġinarjament.
Emenda 13
Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas
Artikolu 14 - paragrafu 1
1.  Ir-reati li ġejjin, jekk huma punibbli fl-Istat emittenti b'sentenza ta' kustodja jew miżura li tinvolvi ċaħda ta' libertà għal perijodu massimu ta' mill-inqas tliet snin, u skont kif inhuma definiti bil-liġi tal-Istat emittenti, għandhom, skont it-termini ta' din id-Deċiżjoni Qafas u mingħajr verifika tal-kriminalità doppja tal-att, iwasslu għal rikonoxximent tad-deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni:
imħassra
--parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali,
- terroriżmu,
- traffikar tal-bnedmin,
- sfruttament sesswali ta' tfal u l-pornografija bi tfal,
- traffikar illeċitu fid-drogi narkotiċi u s-sustanzi psikotropiċi,
- traffikar illeċitu ta' armi, munizzjoni u splussivi,
- korruzzjoni,
- frodi, inkluża dik li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej skont it-tifsira tal-Konvenzjoni tas-26 ta' Lulju 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej,
-- laundering ta' rikavati mill-kriminalità,
-- falsifikazzjoni ta' flus, inkluż l-euro,
-- atti kriminali konnessi mal-informatika,
-- reati ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu ta' speċi ta' annimali fil-periklu li jinqerdu u ta' speċi ta' pjanti u varjetajiet fil-periklu li jinqerdu,
-- faċilitazzjoni tad-dħul u tar-residenza mhux awtorizzati,
-- omiċidju, offiża gravi fuq persuna,
-- kummerċ illeċitu ta' organi u tessuti umani,
-- ħtif ta' persuni, iż-żamma illegali ta' persuni u t-teħid ta' ostaġġi,
-- razziżmu u xenofobja,
-- serq kwalifikat bil-vjolenza, organizzat jew bl-użu ta' armi,
-- it-traffikar illeċitu f'beni kulturali, inklużi antikitajiet u opri tal-arti,
-- frodi,
-- racketeering u estorsjoni,
-- falsifikazzjoni u piraterija ta' prodotti,
-- falsifikazzjoni ta' dokumenti amministrattivi u traffikar tagħhom,
-- falsifikazzjoni ta' mezzi ta' ħlas,
-- traffikar illeċitu ta' sustanzi ormonali u growth promoters oħra,
-- traffikar illeċitu ta' materjali nukleari jew radjoattivi,
-- traffikar ta' vetturi misruqa,
--stupru,
--inċendju volontarju,
-- atti kriminali li jaqgħu fil-kompetenza tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,
-- ħtif illegali ta' inġenji tal-ajru/bastimenti,
-- sabutaġġ.
Emenda 14
Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas
Artikolu 14 - paragrafu 2
2.  Il-Kunsill jista', filwaqt li jaġixxi unanimament wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jiddeċiedi fi kwalunkwe waqt li jżid kategoriji oħrajn ta' reati mal-lista fil-paragrafu 1. Il-Kunsill għandu jeżamina, fid-dawl tar-rapport ippreżentat lilu skont l-Artikolu 27 ta' din id-Deċiżjoni Qafas, jekk il-lista għandhiex tiġi estiża jew emendata.
imħassra
Emenda 15
Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas
Artikolu 14 - paragrafu 3
3.  Għal reati oħra barra dawk koperti mill-paragrafu 1, l-Istat ta' esekuzzjoni jista' jagħmel ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni soġġett għall-kondizzjoni li d-deċiżjoni tirrigwarda atti li jikkostitwixxu wkoll reat skont il-liġi tal-Istat ta' esekuzzjoni, indipendentement mill-elementi kostituttivi jew minn kif inhu deskritt.
imħassra
Emenda 16
Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas
Artikolu 14 - paragrafu 4
4.  L-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet kostituzzjonali, mal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni Qafas, permezz ta' dikjarazzjoni notifikata lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, jiddikjaraw li huma ma humiex ser japplikaw il-paragrafu 1 fir-rigward ta' xi reati jew tar-reati kollha msemmijin f'dak il-paragrafu. Tali dikjarazzjoni tista' tiġi rtirata fi kwalunkwe mument. Tali dikjarazzjonijiet jew irtirar ta' dikjarazzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
imħassra
Emenda 17
Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas
Artikolu 15 - paragrafu 1 - punt d
(d) id-deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni hija relatata, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(3) u, fejn l-Istat ta' esekuzzjoni jkun għamel dikjarazzjoni taħt l-Artikolu 14(4), fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 14(1), għal att li ma jkunx jikkostitwixxi reat taħt il-liġi tal-Istat ta' esekuzzjoni; fi kwistjonijiet ta' taxxa, dwana u valuta, madankollu, l-esekuzzjoni tad-deċiżjoni ma tistax tiġi miċħuda minħabba li l-liġi tal-Istat ta' esekuzzjoni ma tippreskrivix taxxi tal-istess tip jew ma fiha ebda dispożizzjoni dwar taxxi, dazji jew valuta tal-istess tip bħal-liġi tal-Istat emittenti;
imħassra
Emenda 18
Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas
Artikolu 21 - paragrafu 1
1.  Jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti ħarġet mandat ta' arrest jew kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja oħra li tista' tiġi nfurzata li għandhom l-istess effett, il-persuna għandha tiġi kkonsenjata skont id-Deċiżjoni Qafas dwar il-Mandat ta' Arrest Ewropew.
1.  Jekk, f'każ ta' ksur ta' miżura ta' sorveljanza, l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti ħarġet mandat ta' arrest, il-persuna għandha tiġi kkonsenjata skont id-Deċiżjoni ta' Qafas dwar il-Mandat ta' Arrest Ewropew.
Emenda 19
Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas
Artikolu 21 - paragrafu 3
3.  Kull Stat Membru jista' jinnotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, meta jittrasponi din id-Deċiżjoni Qafas jew fi stadju aktar tard, li huwa ser japplika wkoll l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-Mandat ta' Arrest Ewropew fit-teħid tad-deċiżjoni dwar il-konsenja tal-persuna kkonċernata lill-Istat emittenti.
imħassra
Emenda 20
Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas
Artikolu 21 - paragrafu 4
4.  Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jagħmel l-informazzjoni li tkun ġiet irċevuta taħt il-paragrafu preċedenti disponibbli għall-Istati Membri kollha u għall-Kummissjoni.
imħassra
Emenda 21
Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas
Anness 1 - Il-kaxxa taċ-ċertifikat (f) - punt 2
2.  Jekk ir-reat(i) allegat(i) msemmi/jin fil-punt 1 jikkorrispondi/u ma' wieħed jew aktar mir-reati allegati li ġejjin, kif definiti fil-liġi ta" l-Istat emittenti u li huma kastigabbli fl-Istat emittenti b'sentenza ta" kustodja jew miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-liberta' ta" massimu ta" mill-inqas tliet snin, jekk jogħġbok ikkonferma billi timmarka l-kaxxa/i rilevanti:
imħassra
-- parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali,
-- terroriżmu,
-- traffikar tal-bnedmin,
-- sfruttament sesswali ta' tfal u l-pornografija bi tfal,
-- traffikar illeċitu fid-drogi narkotiċi u s-sustanzi psikotropiċi,
-- traffikar illeċitu ta' armi, munizzjoni u splussivi,
-- korruzzjoni,
- frodi, inkluża dik li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej skont it-tifsira tal-Konvenzjoni tas-26 ta' Lulju 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej,
-- laundering ta' rikavati mill-kriminalità,
-- falsifikazzjoni ta' flus, inkluż l-euro,
-- atti kriminali konnessi mal-informatika,
-- reati ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu ta' speċi ta' annimali fil-periklu li jinqerdu u ta' speċi ta' pjanti u varjetajiet fil-periklu li jinqerdu,
-- faċilitazzjoni tad-dħul u tar-residenza mhux awtorizzati,
-- omiċidju, offiża gravi fuq persuna,
-- kummerċ illeċitu ta' organi u tessuti umani,
-- ħtif ta' persuni, iż-żamma illegali ta' persuni u t-teħid ta' ostaġġi,
-- razziżmu u xenofobja,
-- serq kwalifikat bil-vjolenza, organizzat jew bl-użu ta' armi,
-- it-traffikar illeċitu f'beni kulturali, inklużi antikitajiet u opri tal-arti,
-- frodi,
-- racketeering u estorsjoni,
-- falsifikazzjoni u piraterija ta' prodotti,
-- falsifikazzjoni ta' dokumenti amministrattivi u traffikar tagħhom,
-- falsifikazzjoni ta' mezzi ta' ħlas,
-- traffikar illeċitu ta' sustanzi ormonali u growth promoters oħra,
-- traffikar illeċitu ta' materjali nukleari jew radjoattivi,
-- traffikar ta' vetturi misruqa,
--stupru,
--inċendju volontarju,
-- atti kriminali li jaqgħu fil-kompetenza tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,
-- ħtif illegali ta' inġenji tal-ajru/bastimenti,
-- sabutaġġ.
Emenda 22
Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas
Anness 1 - Il-kaxxa taċ-ċertifikat (f) - punt 3
3.  Safejn ir-reat(i) allegat(i) identifikat(i) fil-punt 1 hawn fuq mhux kopert(i) mill-punt 2 jew jekk id-deċiżjoni, kif ukoll iċ-ċertifikat jintbagħtu lil Stat Membru, li jkun iddikjara li ser jivverifika l-kriminalità doppja (Artikolu 14(4) tad-Deċiżjoni Qafas), jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni sħiħa tar-reat(i) allegat(i) kkonċernat(i):
imħassra
Emenda 23
Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas
Anness 1 – Kaxxa taċ-ċertifikat (g) - paragrafu 3 - subparagrafu 1 - inċiż 3 a (ġdid)
obbligu li tiġi ddepożitata ċertu somma ta' flus bħala garanzija jew li tingħata tip ieħor ta' sigurta', li tista' tingħata jew permezz ta' numru speċifiku ta' pagamenti bin-nifs jew inkella f'pagament wieħed;
Emenda 24
Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas
Anness 1 – Kaxxa taċ-ċertifikat (g) - paragrafu 3 - subparagrafu 2 - inċiż 3
obbligu li tiġi ddepożitata ċertu somma ta' flus bħala garanzija jew li tingħata tip ieħor ta' garanzija, li tista' tingħata jew permezz ta' numru speċifiku ta' pagamenti bin-nifs jew inkella f'darba;
imħassra

(1) ĠU C 297E, 20.11.2008, p. 116.

Avviż legali - Politika tal-privatezza