Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0140(APP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0149/2009

Testi mressqa :

A6-0149/2009

Dibattiti :

PV 01/04/2009 - 14
CRE 01/04/2009 - 14

Votazzjonijiet :

PV 02/04/2009 - 9.16
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0211

Testi adottati
PDF 674kWORD 359k
Il-Ħamis, 2 ta' April 2009 - Brussell
Trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali *
P6_TA(2009)0211A6-0149/2009

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta" trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426 – C6-0291/2008 – 2008/0140(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0426),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 13(1) tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0291/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0149/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinnotifika lill-Parlament jekk għandu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  Id-dritt għal ugwaljanza quddiem il-liġi u protezzjoni kontra diskriminazzjoni għall-persuni kollha jikkostitwixxi dritt universali rikonoxxut mid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet Umani, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni tal-forom kollha ta" Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-forom kollha ta" Diskriminazzjoni Razzjali, il-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Drittijiet Ċivili u Politiċi u dwar Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Persuni b'Diżabilitajiet, il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u Libertajiet Fundamentali u l-Karta Soċjali Ewropea, li għalihom l-Istati Membri [kollha] huma firmatarji. B'mod partikolari, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta" Persuni b'Diżabilitajiet tinkludi ċ-caħda ta" akkomodazzjoni raġonevoli fid-definizzjoni tagħha ta" diskriminazzjoni.
(2)  Id-dritt għal ugwaljanza quddiem il-liġi u protezzjoni kontra diskriminazzjoni għall-persuni kollha jikkostitwixxi dritt universali rikonoxxut mid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet Umani, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni tal-forom kollha ta" Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-forom kollha ta" Diskriminazzjoni Razzjali, il-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Drittijiet Ċivili u Politiċi u dwar Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Persuni b'Diżabilitajiet, l-Artikolu 14 u l-Protokoll Mhux Obbligatorju 12 għall-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u Libertajiet Fundamentali u l-Karta Soċjali Ewropea, li għalihom l-Istati Membri [kollha] huma firmatarji. B'mod partikolari, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta" Persuni b'Diżabilitajiet tinkludi ċ-caħda ta" akkomodazzjoni raġonevoli fid-definizzjoni tagħha ta" diskriminazzjoni.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 2 a (ġdida)
(2a)  Il-prinċipji tal-ugwaljanza u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni huma prinċipji ġenerali tal-liġi internazzjonali, Ewropea u nazzjonali, li jorbtu l-attivitajiet tal-UE u tal-Istati Membri fil-materji kollha fil-kompetenza tagħhom. Din id-Direttiva tikkontribwixxi biex jinkiseb dan l-għan u biex tingħeleb id-diskriminazzjoni li mhix kompatibbli magħha.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 2 b (ġdida)
(2b)  Din id-Direttiva hija mezz li bih il-Komunità Ewropea qiegħda tikkonforma mal-obbligi tagħha taħt il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità u għandha tiġi interpretata f'dak il-kuntest.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 2 c (ġdida)
(2c)  Bi qbil mal-Artikolu 5 tad-Dikjarazzjoni Politika li ntlaħaq qbil dwarha fl-għeluq tal-Konferenza Dinjija tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ix-Xjuħija f'Madrid 2002, sar qbil li għandu jiġi affermat mill-ġdid l-akbar impenn biex ikunu eliminati l-forom kollha ta" diskriminazzjoni, inkluża d-diskriminazzjoni minħabba l-età; li jiġi rikonoxxut li l-persuni, hekk kif jibdew jikbru fl-età, għandhom igawdu ħajja ta" sodisfazzjon personali, saħħa, sigurtà u parteċipazzjoni attiva fil-ħajja ekonomika, soċjali, kulturali u politika tas-soċjetajiet tagħhom; li jitjieb ir-rikonoxximent tad-dinjità ta" persuni akbar fl-età; u li jiġu eliminati l-forom kollha ta" negliġenza, abbuż u vjolenza.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 2 d (ġdida)
(2d)  Is-saħħa fiżika u mentali kif ukoll il-benessri huma importanti ferm għall-kwalità tal-ħajja tal-individwi u tas-soċjetà u huma fatturi vitali biex jinkisbu l-objettivi tal-Istrateġija ta' Liżbona tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji fundamentali rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 10 tal-Karta jirrikonoxxi d-dritt għal libertà tal-ħsieb, kuxjenza u reliġjon; l-Artikolu 21 jipprojbixxi diskriminazzjoni, inkluż għal raġunijiet ta" reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali; u l-Artikolu 26 jirrikonoxxi d-dritt ta" persuni b'diżabilitajiet li jibbenefikaw mill-miżuri maħsuba sabiex jiżguraw l-indipendenza tagħhom.
(3)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji fundamentali rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, inkluż l-Artikolu 9 dwar il-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon u l-Artikolu 10 dwar il-libertà tal-espressjoni, kif ukoll mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 10 tal-Karta jirrikonoxxi d-dritt għal libertà tal-ħsieb, kuxjenza u reliġjon; l-Artikolu 20 jipprevedi li kulħadd huwa ndaqs quddiem il-liġi; l-Artikolu 21 jipprojbixxi diskriminazzjoni, inkluż għal raġunijiet ta" reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali; l-Artikolu 24 jagħti drittijiet speċifiċi lit-tfal; u l-Artikolu 26 jirrikonoxxi d-dritt ta" persuni b'diżabilitajiet li jibbenefikaw mill-miżuri maħsuba sabiex jiżguraw l-indipendenza tagħhom.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 4
(4)  Is-Snin Ewropej tal-Persuni b'Diżabilitajiet fl-2003, ta" Opportunitajiet Ugwali għal Kulħadd fl-2007, u tad-Djalogu Interkulturali fl-2008 enfasizzaw il-persistenza ta" diskriminazzjoni iżda wkoll il-benefiċċjita" diversità.
(4)  Is-Snin Ewropej tal-Persuni b'Diżabilitajiet fl-2003, ta" Opportunitajiet Ugwali għal Kulħadd fl-2007, u tad-Djalogu Interkulturali fl-2008 enfasizzaw il-persistenza ta" diskriminazzjoni diretta u indiretta, ta' diskriminazzjoni multipla u ta' diskriminazzjoni b'assoċjazzjoni iżda wkoll il-ħtieġa li jkunu inkoraġġiti l-benefiċċjitad-diversità.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 4 a (ġdida)
(4a)  Id-diversità tas-soċjetà Ewropea hi aspett ewlieni tal-integrazzjoni kulturali, politika u soċjali tal-Unjoni u għandha tkun rispettata.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 7 a (ġdida)
(7a)  Id-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età, jew l-orjentazzjoni sesswali tista" tfixkel il-kisba tal-għanijiet tat-Trattat KE, b'mod partikolari l-kisba ta" livell għoli ta" impjiegi u ta" protezzjoni soċjali, iż-żieda fl-istandard tal-għajxien u l-kwalità tal-ħajja, il-koeżjoni u s-solidarjetà ekonomika u soċjali. Hija tista" tfixkel ukoll l-għan tal-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea bħala żona ta" libertà, sigurtà u ġustizzja.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 8
(8)  Il-Komunità adottat tliet strumenti legali fuq il-bażi ta" l-Artikolu 13(1) tat-Trattat tal-KE sabiex tipprevjeni u tiġġieled id-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta" sess, oriġini razjali u etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali. Dawn l-istrumenti wrew il-valur tal-leġiżlazzjoni fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni. B'mod partikolari, d-Direttiva 2000/78/KE tistabbilixxi qafas ġenerali għal trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol għal raġunijiet ta" reliġjon jew twemmin, diżabilità, età u orjentazzjoni sesswali. Madankollu, jibqgħu varjazzjonijiet bejn Stati Membri fuq il-livell u l-forma ta" protezzjoni minn diskriminazzjoni għal dawn ir-raġunijiet lil hinn mill-oqsma ta" l-impjieg.
(8)  Il-Komunità adottat ġabra ta' direttivi fuq il-bażi ta" l-Artikolu 13(1) tat-Trattat tal-KE sabiex tipprevjeni u tiġġieled id-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta" sess, oriġini razjali u etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali. Dawn id-direttivi wrew il-valur tal-leġiżlazzjoni fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni. Id-Direttiva 2000/43/KE tistabbilixxi qafas kontra d-diskriminazzjoni li tkun ibbażata fuq l-oriġini razzjali jew etnika kemm fis-suq tax-xogħol u kemm barra minnu. Id-Direttiva 2004/113/KE tistabbilixxi qafas għat-trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel fl-aċċess għall-oġġetti u s-servizzi u l-forniment tagħhom. Id-Direttiva 2000/78/KE tistabbilixxi, f'dak li għandu x'jaqsam ma" reliġjon jew twemmin, diżabilità, età u orjentazzjoni sesswali, qafas ġenerali għal trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol. Din ma tkoprix oqsma li jmorru lil hinn minn dan il-kamp ta' applikazzjoni.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 9
(9)  Għaldaqstant, il-leġiżlazzjoni għandha tipprjobixxi diskriminazzjoni bbażata fuq reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali fi sfera ta" oqsma barra s-suq tax-xogħol, inkluż protezzjoni soċjali, edukazzjoni u aċċess għal u provvista ta" oġġetti u servizzi, inkluż akkomodazzjoni. Għandha tipprovdi għal miżuri sabiex tiżgura l-aċċess ugwali ta" persuni b'diżabilitajiet għall-oqsma koperti.
(9)  Għaldaqstant, il-leġiżlazzjoni għandha tipprjobixxi diskriminazzjoni diretta jew indiretta, diskriminazzjoni multipla u diskriminazzjoni b'assoċjazzjoni bbażata fuq l-oriġini sesswali, razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età, orjentazzjoni sesswali jew tal-ġeneru fi sfera ta" oqsma barra s-suq tax-xogħol, inkluż protezzjoni soċjali, edukazzjoni u aċċess għal u provvista ta" oġġetti u servizzi, bħall-akkomodazzjoni, it-trasport, l-assoċjazzjonijiet u s-saħħa. Għandha tipprovdi għal miżuri sabiex tiżgura l-aċċess ugwali għall-oqsma koperti lil persuni ta' xi reliġjon jew twemmin partikolari, ta' xi diżabilità, ta' xi età jew ta' xi orjentament sesswali li jkunu, jew li jkollhom kombinazzjoni ta' dawn il-karatteristiċi speċifiċi, u tal-persuni assoċjati ma' dawn il-persuni.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 9 a (ġdida)
(9a)  F'din id-Direttiva, il-prodotti għandhom jitqiesu bħala dawk imfissra fid-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE dwar il-moviment ħieles tal-prodotti. Is-servizzi għandhom jitqiesu bħala dawk imfissra fl-Artikolu 50 tat-Trattat KE.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 9 b (ġdida)
(9b)  Persuni b'diżabiltajiet ta" spiss iħabbtu wiċċhom ma" diskriminazzjoni f'forma ta" trasport pubbliku jew ambjent mibni li jkun inaċċessibbli, kif ukoll ta" komunikazzjonijiet u informazzjoni inaċċessibbli. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw l-aċċessibilità f'dawn l-oqsma sabiex ikun implimentat il-prinċipju ta" trattatment ugwali.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 11
(11)  Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-kompetenza ta" l-Istati Membri fl-oqsma ta" edukazzjoni, sigurtà soċjali u protezzjoni tas-saħħa. Din għandha tkun ukoll bla ħsara għar-rwol essenzjali u diskrezzjoni wiesgħa ta" l-Istati Membri fil-provvista, kummissjoni u organizzazzjoni ta" servizzi ta" interess ekonomiku ġenerali.
(11)  Din id-Direttiva hija bla ħsara għall-eżerċizzju tal-kompetenza tal-Istati Membri fl-oqsma ta" edukazzjoni u protezzjoni soċjali, inklużi s-sigurtà soċjali u l-protezzjoni tas-saħħa. Din hija ukoll bla ħsara għall-irwol essenzjali u d-diskrezzjoni wiesgħa tal-Istati Membri fil-provvista, il-kummissjoni u l-organizzazzjoni ta" servizzi ta" interess ekonomiku ġenerali.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 12
(12)  B'diskriminazzjoni huwa mifhum li tinkludi diskriminazzjoni diretta u indiretta, fastidju, istruzzjonijiet għal diskriminazzjoni u ċ-ċaħda ta" akkomodazzjoni raġonevoli.
(12)  B'diskriminazzjoni huwa mifhum li tinkludi diskriminazzjoni diretta u indiretta, diskriminazzjoni multipla, fastidju, istruzzjonijiet għal diskriminazzjoni u ċ-ċaħda ta" akkomodazzjoni raġonevoli.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 12 a (ġdida)
(12a)  Il-persuni b'diżabilità jinkludu dawk li jkollhom limitazzjonijiet fiżiċi, mentali, intellettwali jew sensorji fit-tul li, flimkien ma" diversi ostakli, jistgħu jxekklu l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom fis-soċjetà fuq bażi ugwali ma" ħaddieħor.
Emenda 82
Proposta għal direttiva
Premessa 12 b (ġdida)
(12a)  Minħabba l-piż eċċessiv fuq intrapriżi żgħar u ta" daqs medju (SMEs), dawn għandhom jingħataw protezzjoni speċjali, skont il-mudell tal-Att dwar id-Drittijiet Ċivili tal-Istati Uniti.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 12 c (ġdida)
(12c)  Id-diskriminazzjoni hi mifhuma li tinkludi r-rifjut ta' kura medika unikament minħabba l-età.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 12 d (ġdida)
(12b)  Diskriminazzjoni għal raġunijiet ta" diżabilità tinkludi diskriminazzjoni minħabba l-fatt li persuna tkun akkompanjata jew megħjuna minn kelb ta" gwida rikonoxxut jew kelb ta" assistenza mħarreġ skont il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Klieb ta" Gwida jew skont l-istandards Internazzjonali tal-Klieb ta" Assistenza.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 12 e (ġdida)
(12e)  Aċċess effikaċi mhux diskriminatorju jista" jingħata permezz ta" diversi mezzi, inkluż permezz tad-"disinn għal kulħadd" u billi jkun faċilitat l-użu ta" tagħmir ta" assistenza minn persuni b'diżabilità, fosthom apparat li jgħin il-mobilità u l-aċċess, bħall-klieb ta' gwida rikonoxxuti u klieb oħrajn ta" assistenza.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 12 f (ġdida)
(12f)  Fir-rigward tal-Artikolu 4, bidla fundamentali tfisser tibdil fil-prodotti jew servizzi jew fin-natura tal-kummerċ, tal-professjoni jew tan-negozju b'tali mod li dak li jipprovdi l-prodotti jew servizzi effettivament ikun qiegħed jipprovdi tip kompletament differenti ta" prodotti jew servizzi.
Emenda 23 u 10
Proposta għal direttiva
Premessa 13
(13)  Fl-implimentazzjoni tal-prinċipju ta" trattament ugwali irrispettivament mir-reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali, il-Komunità għandha, skond l-Artikolu 3(2) tat-Trattat KE, timmira sabiex telimina inugwaljanzi, u li tippromwovi ugwaljanza bejn irġiel u nisa, speċjalment peress li n-nisa huma ħafna drabi l-vittmi ta" diskriminazzjoni multipla.
(13)  Din id-Direttiva tqis ukoll id-diskriminazzjoni multipla. Billi tista' ssir diskriminazzjoni għal żewġ raġunijiet jew aktar fost dawk imniżżla fl-Artikoli 12 u 13 tat-Trattat KE, fl-implimentazzjoni tal-prinċipju ta" trattament ugwali, il-Komunità għandha, skont l-Artikoli 3(2) u 13 tat-Trattat KE, timmira sabiex telimina inugwaljanzi marbuta mas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, id-diżabilità, l-orjentazzjoni sesswali, ir-reliġjon jew it-twemmin, jew l-età, jew kombinazzjoni ta' dawn, u li tippromwovi l-ugwaljanza hi x'inhi l-kombinazzjoni tal-karatteristiċi msemmija hawn fuq li jista' jkollha persuna. Għandhom ikunu disponibbli proċeduri legali effikaċi għal sitwazzjonijiet ta' diskriminazzjoni multipla. B'mod partikolari, il-proċeduri legali nazzjonali għandhom jiggarantixxu li min iressaq ilment ikun jista' jippreżenta l-aspetti kollha tat-talba dwar diskriminazzjoni multipla fi proċedura waħda.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Premessa 14 a (ġdida)
(14a)  Jistgħu jiġu permessi differenzi fit-trattament għal raġunijiet ta' età u ta' diżabilità jekk dawn jiġu ġustifikati b'mod oġġettiv u raġonevoli minn għan leġittimu, u l-mezzi biex jintlaħaq dak il-għan ikunu xierqa u meħtieġa. Dawn id-differenzi fit-trattament jistgħu jinkludu, pereżempju, kundizzjonijiet speċjali dwar l-età rigward l-aċċess għal ċerti prodotti jew servizzi bħax-xorb alkoħoliku, l-armi, jew il-liċenzja tas-sewqan. Il-promozzjoni tal-integrazzjoni ekonomika, kulturali jew soċjali ta' żgħażagħ jew anzjani, jew persuni b'diżabilità, tista' titqies ukoll bħala għan leġittimu. Għalhekk, il-miżuri marbutin mal-età u mad-diżabilità, li jistabbilixxu kundizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk disponibbli għal oħrajn, bħall-eżenzjoni mill-ħlas jew tariffi mnaqqsa għall-użu tat-trasport pubbliku, il-mużewijiet, jew il-faċilitajiet sportivi, jitqiesu li huma kompatibbli mal-prinċipju tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni.
Emenda 83
Proposta għal direttiva
Premessa 15
(15)  Il-fatturi attwarjali u ta" riskju li għandhom x'jaqsmu ma" diżabilità u età jintużaw fl-għoti ta" assigurazzjoni, servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra. Dawn ma għandhomx jitqiesu li jikkostitwixxu diskriminazzjoni fejn il-fatturi jkunu jidhru li huma fatturi ewlenin għall-evalwazzjoni tar-riskju.
(15)  Il-fatturi attwarjali u ta" riskju li għandhom x'jaqsmu ma" diżabilità u età jintużaw fl-għoti ta" assikurazzjoni, servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra. Dawn m'għandhomx jitqiesu li jikkostitwixxu diskriminazzjoni fejn huma jkunu jidhru li huma fatturi determinanti għall-evalwazzjoni tar-riskju, u fejn il-fornitur tas-servizz jista' juri li hemm riskji ferm akbar, permezz ta' prinċipji attwarjali, ta' data statistika jew ta' data medika. Din id-data għandha tkun preċiża, reċenti u rilevanti u għandha tkun disponibbli hekk kif tintalab. Il-fatturi attwarjali u ta' riskju għandhom jirriflettu t-tibdil pożittiv fl-istennija tal-ħajja u t-tixjiħ b'mod attiv, kif ukoll iktar mobilità u aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità. B'data medika nifhmu dik li tkun limitata għal fatti mediċi oġġettivi u verifikati u għal tagħrif mediku ċert li jikkonformaw mal-istandards tal-ġbir ta' data medika.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Premessa 15 a (ġdida)
(15a)  L-għoti ta" kuntratti konklużi fl-Istati Membri f'isem l-awtoritajiet tal-Istat, dawk reġjonali jew lokali u korpi oħra regolati mil-liġi pubblika, huwa suġġett għall-konformità mal-prinċipji tat-Trattat u b'mod partikolari mal-prinċipju tal-libertà tal-moviment tal-prodotti, il-prinċipju tal-libertà ta" stabbiliment u l-prinċipju tal-libertà ta" provvista ta" servizzi u mal prinċipji li jirriżultaw minnhom, bħall-prinċipju ta" trattament ugwali, il-prinċipju ta" nuqqas ta" diskriminazzjoni, il-prinċipju ta" rikonoxximent reċiproku, il-prinċipju ta" proporzjonalità u l-prinċipju ta" trasparenza. Ir-rekwiżiti legali dwar il-koordinazzjoni ta" proċeduri għall-għoti ta" kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi stabbiliti fid-Direttiva 2004/18/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti ta' xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi sabiex l-għoti tal-kuntratti konklużi fl-Istati Membri f'isem l-awtoritajiet tal-Istat, dawk reġjonali jew lokali u korpi oħra regolati mil-liġi pubblika, huma suġġetti għall-konformità mal-prinċipji tat-Trattat KE u b'mod partikolari mal-prinċipju ta" trattament ugwali irrispettivament mis-sess, razza jew oriġini etnika, diżabilità, orjentazzjoni sesswali, reliġjon jew twemmin jew età u l-prinċipju ta" nuqqas ta" diskriminazzjoni. Madankollu, għal kuntratti pubbliċi li jaqbżu ċertu valur, kienu mfassla dispożizzjonijiet Komunitarji ta" koordinazzjoni ta" proċeduri nazzjonali għall-għoti ta" dawn il-kuntratti sabiex ikun garantit li l-kuntratti pubbliċi ikunu miftuħa għall-kompetizzjoni. L-Istati Membri għandhom jinterpretaw dawn id-dispożizzjonijiet ta" koordinazzjoni bi qbil mal-prinċipji ta" trattament ugwali irrispettivament mis-sess, razza jew oriġini etnika, diżabilità, orjentazzjoni sesswali, reliġjon jew twemmin jew età u regoli oħra tat-Trattat.
_____________
1 ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Premessa 16
(16)  L-individwi kollha jgawdu l-libertà li jikkuntrattaw, inkluż il-libertà li jagħżlu sieħeb kuntrattwali għal tranżazzjoni. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal tranżazzjonijiet ekonomiċi magħmula minn individwi li għalihom dawn it-tranżazzjonijiet ma jikkostitwixxux l-attività professjonali jew kummerċjali tagħhom.
(16)  L-individwi kollha jgawdu l-libertà li jikkuntrattaw, inkluż il-libertà li jagħżlu sieħeb kuntrattwali għal tranżazzjoni. Huwa importanti wkoll, fil-kuntest tal-aċċess għall-prodotti u s-servizzi u l-provvediment tagħhom, li jiġi rrispettat il-ħarsien tal-ħajja privata u dik tal-familja u t-tranżazzjonijiet imwettqa f'dan il-kuntest. It-tranżazzjonijiet bejn l-individwi privati li jaġixxu f'kapaċità privata għalhekk mhumiex koperti minn din id-Direttiva, fejn dawn ma jitqisux bħala attività professjonali jew kummerċjali tal-partijiet kontraenti.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Premessa 17
(17)  Filwaqt li jipprojbixxu diskriminazzjoni, huwa importanti li jkunu rispettati drittijiet u libertajiet fundamentali oħrajn, inkluż il-protezzjoni tal-ħajja privata u familjari u tranżazzjonijiet imwettqa f'dak il-kuntest, il-libertà ta" reliġjon, u l-libertà ta" assoċjazzjoni. Din id-Direttiva hi bla ħsara għal liġijiet nazzjonali dwar l-istat ċivili jew familjari, inkluż fuq drittijiet riproduttivi. Hija wkoll bla ħsara għan-natura sekulari ta" l-Istat, l-istituzzjonijiet jew il-korpi ta' l-istat, jew l-edukazzjoni.
(17)  Filwaqt li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni, huwa importanti li jkunu rispettati drittijiet u libertajiet fundamentali oħrajn, inkluż il-libertà tar-reliġjon, il-libertà ta" assoċjazzjoni, il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa. Din id-Direttiva hi bla ħsara għan-natura sekulari tal-Istat, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-istat, jew l-edukazzjoni. Din id-Direttiva ma tbiddilx it-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fosthom fil-qasam tal-liġi taż-żwieġ u tal-familja, kif ukoll fil-liġi tas-saħħa.
Emenda 85
Proposta għal direttiva
Premessa 18
(18)  L-Istati Membri huma responsabbli għall-organizzazzjoni u l-kontenut ta" l-edukazzjoni. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Kompetenzi għas-Seklu 21: Aġenda għal Kooperazzjoni Ewropea dwar l-Iskejjel tisħaq fuq il-ħtieġa ta" attenzjoni speċjali li trid tingħata lil tfal żvantaġġati u dawk bi bżonnijiet edukattivi speċjali. B'mod partikolari l-liġi nazzjonali tista" tipprovdi għad-differenzi fl-aċċess għal istituzzjonijiet edukattivi bbażati fuq ir-reliġjon jew it-twemmin. L-Istati Membri jistgħu wkoll jippermettu jew jipprojbixxu l-ilbies jew il-wiri ta" simboli reliġjużi fl-iskola.
(18)  L-Istati Membri huma responsabbli għall-organizzazzjoni u l-kontenut tal-edukazzjoni. Għandhom jiggarantixxu l-ħarsien effettiv kontra d-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta" reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Kompetenzi għas-Seklu 21: Aġenda għal Kooperazzjoni Ewropea dwar l-Iskejjel tisħaq fuq il-ħtieġa ta" attenzjoni speċjali li trid tingħata lil tfal żvantaġġati u dawk bi bżonnijiet edukattivi speċjali. L-Istati Membri jistgħu jippermettu, fuq il-bażi ta' ġustifikazzjonijiet oġġettivi biss, differenzi fl-aċċess għal istituzzjonijiet edukattivi bbażati fuq reliġjon jew twemmin meta jobbligaw lill-individwi jaġixxu b'bonafidi u b'lealtà lejn l-ethos tal-organizzazzjoni, sakemm din ma tiġġustifikax id-diskriminazzjoni għal raġunijiet oħra u sakemm istituzzjonijiet edukattivi oħra jkunu aċċessibbli ġeografikament u jkunu alternattiva raġonevoli, sabiex tiġi evitata d-diskriminazzjoni indiretta. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li dan ma jwassalx għaċ-ċaħda tad-dritt għall-edukazzjoni.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Premessa 19
(19)  L-Unjoni Ewropea fid-Dikjarazzjoni tagħha Nru 11 dwar is-sitwazzjoni ta" knejjes u organizzazzjonijiet mhux konfessjonali, annessi mal-Att Finali tat-Trattat ta" Amsterdam, espressament irrikonoxxiet li tirrispetta u ma tippreġudikax is-sitwazzjoni skont liġi nazzjonali ta" knejjes u assoċjazzjonijiet jew komunitajiet reliġjużi fl-Istati Membri u li ugwalment tirrispetta s-sitwazzjoni ta" organizzazzjonijiet filosofiċi u mhux konfessjonali. Miżuri li jippermettu li persuni b'diżabilitajiet ikollhom aċċess effettiv mhux diskriminatorju għal oqsma koperti minn din id-Direttiva għandhom rwol importanti fl-assigurazzjoni ta" ugwaljanza totali fil-prattika. Barra minn hekk, miżuri individwali ta" akkomodazzjoni raġonevoli jistgħu jkunu meħtieġa f'xi każijiet sabiex jiżguraw dan l-aċċess. Fl-ebda każ m'huma meħtieġa miżuri li jimponu piż sproporzjonat. Meta jiġi evalwat jekk il-piż huwiex sproporzjonat, għandhom jitqiesu għadd ta" fatturi inklużi d-daqs, ir-riżorsi u n-natura tal-organizzazzjoni. Il-prinċipju ta" akkomodazzjoni raġonevoli u ta" piż sproporzjonat huma stabbiliti fid-Direttiva 2000/78/KE u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta" Persuni b'Diżabilitajiet.
(19)  L-Unjoni Ewropea fid-Dikjarazzjoni tagħha Nru 11 dwar is-sitwazzjoni ta" knejjes u organizzazzjonijiet mhux konfessjonali, annessi mal-Att Finali tat-Trattat ta" Amsterdam, espressament irrikonoxxiet li tirrispetta u ma tippreġudikax is-sitwazzjoni skont il-liġi nazzjonali ta" knejjes u assoċjazzjonijiet jew komunitajiet reliġjużi fl-Istati Membri u li ugwalment tirrispetta s-sitwazzjoni ta" organizzazzjonijiet filosofiċi u mhux konfessjonali.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Premessa 19 a (ġdida)
(19a)  Miżuri li jippermettu li persuni b'diżabilitajiet ikollhom aċċess effettiv u mhux diskriminatorju għal oqsma koperti minn din id-Direttiva għandhom rwol importanti fl-assigurazzjoni ta" ugwaljanza totali fil-prattika. Barra minn hekk, miżuri individwali ta" akkomodazzjoni raġonevoli jistgħu jkunu meħtieġa f'xi każijiet sabiex jiżguraw dan l-aċċess. Fl-ebda każ m'huma meħtieġa miżuri li jimponu piż sproporzjonat. Meta jiġi evalwat jekk il-piż huwiex sproporzjonat, għandu jitqies jekk il-miżura msemmija mhix prattikabbli u mhix sikura u jekk tistax issir prattikabbli u sikura b'bidla raġonevoli fir-regoli, fil-politiki jew fil-prattiki, jew bit-tneħħija tal-ostakli arkitettoniċi, ta' komunikazzjoni jew ta' trasport jew bl-għoti ta' għajnuniet jew servizzi awżiljarji. L-akkomodazzjoni raġonevoli mhux bilfors tkun teħtieġ tibdil strutturali sinifikanti għall-bini li l-istruttura tiegħu tkun imħarsa b'mod speċifiku bil-liġi nazzjonali minħabba l-valur storiku, kulturali jew arkitettoniku tiegħu. Il-prinċipji ta" akkomodazzjoni raġonevoli u ta" piż sproporzjonat kien stabbilit fid-Direttiva 2000/78/KE u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta" Persuni b'Diżabilitajiet.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Premessa 21
(21)  Il-projbizzjoni ta" diskriminazzjoni għandha tkun bla ħsara għaż-żamma jew adozzjoni minn Stati Membri ta" miżuri maħsuba sabiex jipprevjenu jew jikkumpensaw għal żvantaġġi li jbatu grupp ta" persuni ta" reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali partikolari. Miżuri bħal dawn jistgħu jippermettu organizzazzjonijiet ta' persuni ta' reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali partikolari li l-għan ewlieni tagħhom huwa l-promozzjoni tal-bżonnijiet speċjali ta" dawk il-persuni.
(21)  Il-projbizzjoni ta" diskriminazzjoni għandha tkun bla ħsara għaż-żamma jew adozzjoni minn Stati Membri ta" miżuri maħsuba sabiex jipprevjenu jew jikkumpensaw għal żvantaġġi li jbatu grupp ta" persuni ta" reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali partikolari, jew kombinazzjoni ta' karatteristiċi marbuta ma' dawn il-fatturi speċifiċi, u persuni assoċjati magħhom.. Din il-projbizzjoni tista' tkun akkumpanjata minn miżuri intiżi biex jippromwovu t-trattament ugwali u l-opportunitajiet indaqs li jqisu d-dimensjoni tas-sessi u l-azzjonijiet affermattivi mmirati lejn is-sodisfazzjon tal-ħtiġiet speċjali ta' persuni jew kategoriji ta' persuni li, minħabba l-karatteristiċi tagħhom, jeħtieġu strutturi, servizzi u assistenza mhux meħtieġa minn oħrajn.Miżuri bħal dawn għandhom ikunu akkumpanjati mit-twaqqif ta' organizzazzjonijiet indipendenti ta' persuni ta' reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali partikolari li l-għan ewlieni tagħhom huwa l-promozzjoni tal-bżonnijiet speċjali ta" dawk il-persuni.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Premessa 25
(25)  L-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju ta" trattament ugwali jirrikjedi protezzjoni ġudizzjarja kontra vittimizzazzjoni.
(25)  L-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju ta" trattament ugwali jirrikjedi protezzjoni ġudizzjarja kontra l-vittimizzazzjoni. Protezzjoni ġudizzjarja effettiva tad-drittijiet individwali trid tkun akkumpanjata minn promozzjoni attiva tan-nondiskriminazzjoni u tal- opportunitajiet indaqs.
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Premessa 26
(26)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar is-segwitu tas-Sena Ewropea ta" Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd (2007), il-Kunsill sejjaħ għall-assoċjazzjoni kollha tas-soċjetà ċivili, inkluż organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw nies fir-riskju ta" diskriminazzjoni, imsieħba soċjali u persuni interessati fid-disinn ta" politiki u programmi immirati sabiex jipprevjenu diskriminazzjoni u jippromwovu ugwaljanza u opportunitajiet ugwali, fuq livelli Ewropej u nazzjonali.
(26)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar is-segwitu tas-Sena Ewropea ta" Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd (2007), il-Kunsill sejjaħ għall-assoċjazzjonijiet kollha tas-soċjetà ċivili, inkluż organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw nies fir-riskju ta" diskriminazzjoni, imsieħba soċjali u persuni interessati fid-disinn ta" politiki u programmi immirati sabiex jipprevjenu diskriminazzjoni u jippromwovu ugwaljanza u opportunitajiet ugwali, fuq livelli Ewropej u nazzjonali. Bil-ħsieb ta' dan,, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu passi biex jiżguraw li l-pubbiku u l-partijiet interessati jkunu mgħarrfa dwar id-dispożizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva u dawk diġà fis-seħħ f'dan il-qasam – permezz ta' kampanji ta' informazzjoni u fl-istampa mmirati, fost affarijiet oħra, biex jeqirdu l-isterjotipi – b'mezzi xierqa, adegwati u aċċessibbli (bħalma huma l-lingwaġġ tas-sinjali jew websajts speċjali għal dawk neqsin mid-dawl).
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Premessa 31 a (ġdida)
(31a)  Fl-interpretazzjoni tat-tifsira tar-raġunijiet tad-diskriminazzjoni, il-qrati u t-tribunali għandhom iqisu l-istrumenti internazzjonali u Ewropej dwar id-drittijiet tal-bniedem, inklużi r-rakkomandazzjonijiet u l-każistika tal-organi superviżorji tagħhom, bħall-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 1
Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas li jiġġieled id-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta" reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali, sabiex ikollu effett fl-Istati Membri l-prinċipju ta" trattament ugwali minbarra fl-oqsma ta" impjieg u professjoni.
1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas li jiġġieled id-diskriminazzjoni, inkluża d-diskriminazzjoni multipla, għal raġunijiet ta" reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali, sabiex ikollu effett fl-Istati Membri l-prinċipju ta" trattament ugwali minbarra fl-oqsma ta" impjieg u professjoni.
2.  Ikun hemm diskriminazzjoni multipla meta d-diskriminazzjoni tkun ibbażata:
(a) fuq kull taħlita tar-raġunijiet ta" reliġjon jew twemmin, diżabilità, età, jew orjentazzjoni sesswali, jew
(b) fuq kwalunkwe waħda mir-raġunijiet, jew iktar minn raġuni waħda msemmija fil-paragrafu 1, u wkoll għal raġuni waħda jew aktar minn
(i) sess (safejn il-kwistjoni li jsir ilment dwarha tkun fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2004/113/KE kif ukoll ta' din id-Direttiva),
(ii) oriġini razzjali jew etnika (safejn il-kwistjoni li jsir ilment dwarha tkun fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2000/43/KE kif ukoll ta' din id-Direttiva), jew
iii) nazzjonalità (safejn il-kwistjoni li jsir ilment dwarha tkun fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 12 tat-Trattat KE).
3.  F'din id-Direttiva, diskriminazzjoni multipla u raġunijiet multipli għandhom ikunu interpretati skont dawn.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2
2.  Għall- finijiet tal-paragrafu 1:
2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1:
(a) diskriminazzjoni diretta għandha tkun ikkunsidrata li sseħħ meta persuna waħda hija trattata b'mod inqas favorevoli milli oħra hi, kienet jew se tkun trattata f'sitwazzjoni simili, għal kwalunkwe mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1;
(a) diskriminazzjoni diretta għandha tkun ikkunsidrata li sseħħ meta persuna waħda, jew persuni li huma, jew li wieħed jassumi li huma, assoċjati ma' tali persuna, hija trattata b'mod inqas favorevoli milli oħra hi, kienet jew se tkun trattata f'sitwazzjoni simili, għal waħda, jew aktar minn waħda, mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1.
(b) diskriminazzjoni indiretta għandha tkun ikkunsidrata li sseħħ meta dispożizzjoni, kriterju jew prattika apparentement newtrali tpoġġi lil persuni ta" reliġjon jew twemmin partikolari, diżabilità partikolari, età partikolari, jew orjentazzjoni sesswali partikolari fi żvantaġġ partikolari mqabbel ma" persuni oħra, sakemm dik id-dispożizzjoni, kriterju jew prattika ma tkunx oġġettivament ġustifikata minn għan leġittimu u l-mezzi li bihom jintlaħaq dak l-għan huma approprjati u neċessarji.
b) diskriminazzjoni indiretta għandha tkun ikkunsidrata li sseħħ meta dispożizzjoni, kriterju jew prattika apparentement newtrali tpoġġi lil persuni ta" reliġjon jew twemmin partikolari, diżabilità partikolari, età partikolari, jew orjentazzjoni sesswali partikolari, jew persuni li huma, jew li wieħed jassumi li huma, assoċjati ma' persuni bħal dawn, fi żvantaġġ partikolari meta mqabbla ma" persuni oħra, sakemm dik id-dispożizzjoni, kriterju jew prattika ma tkunx oġġettivament ġustifikata minn għan leġittimu u l-mezzi li bihom jintlaħaq dak l-għan huma approprjati u neċessarji.
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 3
3.  Fastidju għandu jitqies bħala forma ta" diskriminazzjoni fis-sens tal-paragrafu 1, meta kondotta mhix mixtieqa li għandha x'taqsam ma' kwalunkwe mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu sseħħ bl-iskop jew effett li tmur kontra d-dinjità ta" persuna u ta" ħolqien ta" ambjent intimidanti, ostili, degradanti, umiljanti jew offensiv.
3.   Mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-espressjoni, fastidju għandu jitqies bħala forma ta" diskriminazzjoni fis-sens tal-paragrafu 1, meta kondotta mhix mixtieqa li għandha x'taqsam ma' kwalunkwe mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu sseħħ bl-iskop jew effett li tmur kontra d-dinjità ta" persuna u ta" ħolqien ta" ambjent intimidanti, ostili, degradanti, umiljanti jew offensiv. F'dan il-kuntest, il-kunċett tal-fastidju jista' jiġi definit f'konformità mal-liġi u l-prattiki nazzjonali tal-Istati Membri.
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 4
4.  Istruzzjoni li tiddiskrimina kontra persuni minħabba kwalunkwe mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu ikkunsidrati li jkunu diskriminazzjoni fis-sens tal-paragrafu 1.
(4)  Istruzzjoni jew rikjesta, ibbażata fuq relazzjoni ġerarkika, li tiddiskrimina kontra persuni minħabba kwalunkwe mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun ikkunsidrata li tkun diskriminazzjoni fis-sens tal-paragrafu 1.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 4 a (ġdid)
4a.  Id-diskriminazzjoni bbażata fuq suppożizzjonijiet dwar ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età u l-orjentazzjoni sesswali ta" persuna jew minħabba l-assoċjazzjoni tagħha ma" persuni ta" reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali partikulari, għandha titqies bħala diskriminazzjoni skont it-tifsira ta' paragrafu 1.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 5
5.  Ċaħda ta" akkomodazzjoni raġonevoli f'każ partikolari kif provdut fl-Artikolu 4 (1)(b) ta" din id-Direttiva fir-rigward ta" persuni b'diżabilitajiet għandhom ikunu kkunsidrati li jkunu diskriminazzjoni fis-sens tal-paragrafu 1.
5.  Ċaħda ta" akkomodazzjoni raġonevoli f'każ partikolari kif provdut fl-Artikolu 4(1)(b) ta" din id-Direttiva fir-rigward ta" persuni b'diżabilitajiet jew persuni li jkunu ma' persuna b'diżabilità fejn l-akkomodazzjoni tkun meħtieġa biex tippermetti li dawn il-persuni jagħtu assistenza personali lil persuna b'diżabilità,għandha tkun ikkunsidrata li tkun diskriminazzjoni fis-sens tal-paragrafu 1.
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 6
6.  Minkejja l-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li differenzi fi trattament għal raġunijiet ta" età ma għandhomx jikkostitwixxu diskriminazzjoni, jekk, fil-kuntest ta" liġi nazzjonali, huma ġustifikati minn għan leġittimu, u jekk il-mezzi ta" ksib ta" dak l-għan huma xierqa u neċessarji. B'mod partikolari, din id-Direttiva ma għandhiex tipprekludi l-istabbiliment ta" età speċifika għall-aċċess għal benefiċċji soċjali, għal edukazzjoni u għal ċerti provvisti jew servizzi.
6.  Din id-Direttiva ma tipprekludix id-differenzi fit-trattament għal raġunijiet ta" età jekk huma ġustifikati b'mod oġġettiv u raġonevoli minn għan leġittimu, u jekk il-mezzi ta" ksib ta" dak l-għan huma xierqa, proporzjonati, neċessarji u effettivi.
Emenda 87 u 44
Proposta ta' direttiva
Artikolu 2 − paragrafu 7
7.  Minkejja l-paragrafu 2, fl-għoti ta" servizzi finanzjarji l-Istati Membri jistgħu jippermettu differenzi proporzjonati fi trattament fejn, għall-prodott ikkonċernat, l-użu ta" età jew diżabilità bħalahuwa fattur ewlieni fl-evalwazzjoni ta" riskju bbażat fuq dejta preċiża attwarjali jew ta" statistika.
7.  Minkejja l-paragrafu 2, fl-għoti ta" servizzi finanzjarji differenzi proporzjonati fi trattament fejn, għall-prodott ikkonċernat, l-użu ta" età jew diżabilità huwa fattur determinanti fl-evalwazzjoni ta" riskju bbażat fuq prinċipji attwarji rilevanti, data statistika preċiża jew għarfien mediku dan m'għandhomx jitqiesu li jikkostitwixxu dikriminazzjoni skont din id-Direttiva. Din id-dejta għandha tkun preċiża, reċenti u rilevanti u għandha tkun disponibbli fuq talba, b'mod aċċessibbli. Il-fatturi attwarji u ta' riskju għandhom jirriflettu t-tibdil pożittiv fl-istennija tal-ħajja u t-tixjiħ b'mod attiv, kif ukoll iktar mobilità u aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità. Il-fornitur tas-servizz għandu jkun jista' juri b'mod oġġettiv li hemm riskji ogħla b'mod sinifikanti u jiżgura li d-differenza fit-trattament tkun iġġustifikata b'għan leġittimu u b'mod oġġettiv u raġonevoli u li l-mezzi biex jintlaħaq dak l-għan ikunu proporzjonati, meħtieġa u effettivi.
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 8
8.  Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għal miżuri ġenerali stabbiliti fil-liġi nazzjonali li, f'soċjetà demokratika, huma neċessarji għal sigurtà pubblika, għaż-żamma tal-ordni pubblika u l-prevenzjoni ta" offiżi kriminali, għall-protezzjoni tas-saħħa u l-protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet ta" oħrajn.
8.  Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għal miżuri ġenerali stabbiliti fil-liġi nazzjonali li, f'soċjetà demokratika, huma neċessarji u proporzjonali għas-sigurtà pubblika, għaż-żamma tal-ordni pubblika u l-prevenzjoni ta" offiżi kriminali, għall-protezzjoni tas-saħħa u l-protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet ta" oħrajn.
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 8 a (ġdid)
8a.  Din id-Direttiva tirrikonoxxi li d-dritt għall-privatezza huwa mezz għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu.
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 − subparagrafu 1 - punt d
(d)  Aċċess għal u provvista ta" oġġetti u servizzi oħra li huma disponibbli għall-pubbliku, inkluż akkomodazzjoni.
(d)  Aċċess għal u provvista ta" oġġetti u servizzi oħra li huma disponibbli għall-pubbliku, inkluż akkomodazzjoni u trasport.
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1– subparagrafu 1 -punt d a (ġdida)
(da) affiljazzjoni ma' u attività f'assoċjazzjonijiet u s-servizzi pprovduti minn organizzazzjonijiet bħal dawn.
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Subparagrafu (d) għandu japplika għal individwi biss safejn ikunu qed iwettqu attività professjonali jew kummerċjali.
Subparagrafu (d) ma jikkonċernax tranżazzjonijiet bejn individwi privati li għalihom it-tranżazzjonijiet ma jikkostitwixxux attività kummerċjali jew professjonali.
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 2
2.  Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal liġijiet nazzjonali dwar l-istat ċivili jew familjari u drittijiet riproduttivi.
2.  Din id-Direttiva ma tibdilx il-qsim tal-kompetenzi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha.
Emenda 89 u 51
Proposta ta' direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 3
3.  Din id-Direttiva hija bla ħsara għar-responsabbiltajiet ta" Stati Membri għall-kontenut ta" tagħlim, attivitajiet u l-organizzazzjoni tas-sistemi edukattivi tagħhom, inkluż l-għoti ta" edukazzjoni ta" bżonnijiet speċjali. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal differenzi fi trattament għal aċċess f'istituzzjonijiet edukattivi bbażati fuq reliġjon jew twemmin.
3.  Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għall-kontenut ta" tagħlim, attivitajiet u l-organizzazzjoni tas-sistemi edukattivi nazzjonali tagħhom, filwaqt li l-Istati Membri għandhom jiżguraw id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità għal edukazzjoni bla diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' opportunitajiet indaqs. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li, meta jiġu biex jiddeterminaw liema tip ta' edukazzjoni jew taħriġ ikun xieraq, il-fehmiet tal-persuni b'diżabilità jkunu rrispettati. L-Istati Membri jistgħu jippermettu differenzi fi trattament għal aċċess f'istituzzjonijiet edukattivi bbażati fuq reliġjon jew twemmin, sabiex iżommu l-karattru u l-ispirtu partikolari ta" istituzzjonijiet simili u l-pluralità tas-sistemi edikattivi, sakemm dan ma jkunx jirrappreżenta ksur tad-dritt għall-edukazzjoni u ma jkunx jikkostitwixxi diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi oħra. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li dan ma jwassalx għaċ-ċaħda tad-dritt għall-edukazzjoni.
Emenda 52 u 95
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 4
4.  Din id-Direttiva hija bla ħsara għal għal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tiżgura n-natura sekulari tal-Istat, istituzzjonijiet jew korpi tal-Istat, jew edukazzjoni, jew li tikkonċerna l-istatus u l-attivitajiet ta" knejjes u organizzazzjonijiet oħra bbażati fuq reliġjon jew twemmin. Hija bl-istess mod bla ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tippromwovi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa.
4.  Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal-liġi nazzjonali li tiżgura n-natura sekulari tal-Istat, tal-istituzzjonijiet jew korpi tal-Istat, jew tal-edukazzjoni, jew li tikkonċerna l-istatus, l-attivitajiet u l-qafas legali ta" knejjes u organizzazzjonijiet oħra bbażati fuq reliġjon jew twemmin fejn dan ma jkunx fil-kompetenza tal-UE. Fejn l-attivitajiet ta' knejjes jew organizzazzjonijiet oħra bbażati fuq ir-reliġjon u t-twemmin m'humiex fil-kompetenza tal-UE, huma jkunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet kontra d-diskriminazzjoni tal-Unjoni. Hija bl-istess mod bla ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tiggarantixxi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa.
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 5
5.  Din id-Direttiva ma tkoprix differenzi ta" trattament ibbażati fuq nazjonalità u hija bla ħsara għal dispożizzjonijiet u kundizzjonijiet li jirrigwardaw id-dħul u r-residenza ta" ċittadini ta" pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fit-territorju ta" Stati Membri, u għal kwalunkwe trattament li jinħoloq mis-sitwazzjoni legali ta" ċittadini ta" pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat ikkonċernati.
5.  Din id-Direttiva ma tkoprix differenzi ta" trattament ibbażati fuq nazzjonalità u hija bla ħsara għal dispożizzjonijiet u kundizzjonijiet li jirrigwardaw id-dħul u r-residenza ta" ċittadini ta" pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fit-territorju ta" Stati Membri, u għal kwalunkwe trattament li jinħoloq mis-sitwazzjoni legali ta" ċittadini ta" pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat ikkonċernati. Diskriminazzjoni fuq bażi ta' reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali li tkun ippreżentata bħala differenza fit-trattament ibbażata fuq in-nazzjonalità għandha tkun trattata bħala diskriminazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 1.
Emenda 91
Proposta ta' direttiva
Artikolu 3 - paragrafu 5 a (ġdid)
5a.  Is-setturi tar-riklamar u tal-midja għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta" applikazzjoni ta" din id-Direttiva.
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 − paragrafu 1 - parti introduttorja
1.  Sabiex ikun garantit twettiq tal-prinċipju ta" trattament ugwali fir-rigward ta" persuni b'diżabilitajiet:
1.  Sabiex ikun garantit twettiq tal-prinċipju ta" trattament ugwali fir-rigward ta" persuni b'diżabilitajiet, fejn "diżabilità" trid tinftiehem fid-dawl tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilitajiet u persuni b'mard kroniku:
Emenda 97
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a
a)  Il-miżuri neċessarji li jippermettu li persuni b'diżabilitajiet ikollhom aċċess effettiv mhux diskriminatorju għal protezzjoni soċjali, vantaġġi soċjali, protezzjoni tas-saħħa, edukazzjoni u aċċess għal u provvista ta" oġġetti u servizzi li huma disponibbli għall-pubbliku, inkluż akkomodazzjoni u trasport, għandhom ikunu provduti b'antiċipazzjoni, inkluż permezz ta" tibdil jew aġġustamenti xierqa. Dawn il-miżuri ma għandhomx jimponu piż sproporzjonat, u lanqas jirrikjedu tibdil fundamentali tal-protezzjoni soċjali, il-vantaġġi soċjali, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, jew il-provvisti u s-servizzi kkonċernati, jew jirrikjedu l-istabbiliment ta" alternattivi għalihom.
a)  Il-miżuri neċessarji li jippermettu li persuni b'diżabilitajiet ikollhom aċċess effettiv mhux diskriminatorju għal protezzjoni soċjali, vantaġġi soċjali, protezzjoni tas-saħħa, edukazzjoni u aċċess għal u provvista ta" oġġetti u servizzi li huma disponibbli għall-pubbliku, inkluż akkomodazzjoni, telekomunikazzjoni u komunikazzjoni elettronika, tagħrif li jinkludi tagħrif mogħti f'formati aċċessibbli, servizzi finanzjarji, kultura u rikreazzjoni, bini miftuħ għall-pubbliku, il-mezzi ta' trasport u l-ispazji u faċilitajiet pubbliċi oħra, għandhom ikunu provduti b'antiċipazzjoni, inkluż permezz ta" tibdil jew aġġustamenti xierqa. Fejn il-falliment li jiġi provdut aċċess mhux diskriminatorju jkun ġej mill-prattika, mill-politika jew mill-proċedura, għandhom jittieħdu miżuri sabiex dawn ma jibqax ikollhom dak l-effett.
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b
b)  Minkejja l-obbligazzjoni li jkun żgurat aċċess mhux diskriminatorju u fejn hemm bżonn f'każ partikolari, akkomodazzjoni raġonevoli għandha tkun provduta sakemm dan ma jimponix piż sproporzjonat.
b)   Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-aċċess effikaċi mhux diskriminatorju jinvolvi l-identifikazzjoni u t-tneħħija tal-ostakli u x-xkiel u l-prevenzjoni ta' ostakli u xkiel ġodda li jfixklu l-aċċess ta' persuni b'diżabilità għal prodotti, servizzi u faċilitajiet disponibbli għall-pubbliku ġenerali, hi x'inhi n-natura tal-ostaklu, ix-xkiel jew id-diżabilità. Suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, u huma x'inhuma l-miżuri magħżula għat-tneħħija tal-ostakli jew ix-xkiel, l-aċċess effikaċi mhux diskriminatorju għal persuni b'diżabilità għandu jingħata bl-istess termini u kundizzjonijiet li jingħata għal persuni bla diżabilità kull fejn ikun possibbli, kif ukoll għandu jiġi ffaċilitat l-użu ta' apparat ta' assistenza għal persuni b'diżabilità, fosthom għajnuna għall-mobilità u l-aċċess, bħall-klieb ta' gwida rikonoxxuti u klieb oħra ta' assistenza, fejn ikun meħtieġ. Meta ma tkunx tista' tingħata akkomodazzjoni raġonevoli li tiggarantixxi l-aċċess effikaċi mhux diskriminatorju, minkejja l-isforzi kollha, u li tingħata bl-istess termini u kundizzjonijiet, u skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, għandha tingħata alternattiva sinifikanti għall-aċċess. Għall-finijiet ta' din id-dispożizzjoni, "akkomodazzjoni raġonevoli" tfisser miżuri alternattivi meħtieġa fil-każ partikolari biex ikun garantit li persuna b'diżabilità jkollha aċċess għal, u/jew tgawdi jew teżerċita, fuq bażi ugwali bħall-oħrajn, id-drittijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, kif definit fl-Artikolu 3(1).
Emenda 98
Proposta għal direttiva
Artikolu 4–paragrafu 2
2.  Sabiex jiġi evalwat jekk miżuri neċessarji biex jikkonformaw mal-paragrafu 1 humiex se jimponu piż sproporzjonat, għandhom jitqiesu, b'mod partikolari, id-daqs u r-riżorsi ta" l-organizzazzjoni, in-natura tagħha, il-prezz estimat, il-ħajja tal-provvisti u servizzi u l-benefiċċji possibbli ta" aċċess miżjud għal persuni b'diżabilitajiet. Il-piż ma għanduxikun sproporzjonat meta huwa rimedjat biżżejjed minn miżuri eżistenti fil-qafas tal-politika ta" trattament ugwali ta" l-Istat Membru kkonċernat.
2.   Il-miżuri biex jinkiseb l-aċċess effikaċi mhux diskriminatorju m'għandhomx jimponu piż sproporzjonat jew jesiġu li ssir alterazzjoni fundamentali. Sabiex jiġi evalwat jekk il-miżuri msemmija jwasslux għal piż sproporzjonat, għandu jitqies jekk il-miżura msemmija tkunx imprattikabbli jew mhux sikura u jekk tistax issir prattikabbli u sikura b'bidla raġonevoli tar-regoli, tal-politiki jew tal-prattiki, jew bit-tneħħija tal-ostakli strutturali, komunikattivi jew tat-trasport jew bl-għoti ta' għajnuniet jew servizzi awżiljarji. Bidla tkun fundamentali jekk tbiddel il-prodotti jew is-servizzi jew in-natura tal-kummerċ, il-professjoni jew in-negozju, sal-punt li l-fornitur tal-prodotti jew servizzi jkun qiegħed effettivament jipprovdi tip differenti għalkollox ta" prodotti jew servizzi. L-akkomodazzjoni raġonevoli m'għandhiex bilfors teħtieġ tibdil strutturali sinifikanti għall-bini li l-istruttura tiegħu tkun imħarsa b'mod speċifiku bil-liġi nazzjonali minħabba l-valur storiku, kulturali jew arkitettoniku tiegħu. Il-piż m'għanduxjitqies sproporzjonat meta huwa rimedjat biżżejjed minn miżuri eżistenti fl-Istat Membru kkonċernat. Il-prinċipji ta" akkomodazzjoni raġonevoli u ta" piż sproporzjonat għandhom ikunu interpretati fid-dawl tad-Direttiva 2000/78/KE u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta" Persuni b'Diżabilità.
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 3
3.  Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja jew regoli nazzjonali li jkopru l-aċċessibilità ta" provvisti jew servizzi partikolari.
3.  Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja jew regoli nazzjonali li jkopru l-aċċessibilità ta" provvisti jew servizzi partikolari. Madankollu, kull fejn ikun possibbli, l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE għandhom jieħdu miżuri sabiex iħeġġu lil dawk li jipprovdu prodotti u servizzi, b'mod partikulari prodotti manifatturati, biex ifasslu soluzzjonijiet aċċessibbli, pereżempju permezz ta" prattiċi ta" akkwisti pubbliċi. Prodotti u servizzi aċċessibbli huma dawk imfasslin biex ikunu jistgħu jintużaw mill-utenti kollha.
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 5
Sabiex tkun żgurata ugwaljanza totali fil-prattika, il-prinċipju ta" trattament ugwali ma għandux jostakola kwalunkwe Stat Membru milli jżomm jew jadotta miżuri speċifiċi sabiex jipprevjeni jew jikkumpensa żvantaġġi konnessi ma" reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali.
Sabiex tkun żgurata ugwaljanza totali fil-prattika, il-prinċipju ta" trattament ugwali ma għandux jostakola kwalunkwe Stat Membru milli jżomm jew jadotta miżuri speċifiċi jew jippermetti li dawn il-miżuri jkunu mwettqa mis-settur pubbliku, privat jew volontarju sabiex jipprevjeni jew jikkumpensa żvantaġġi konnessi ma" reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali.
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proċeduri ġudizzjarji u/jew amministrattivi, inkluż meta jikkunsidraw li huma xierqa proċeduri ta" konċiljazzjoni, għall-infurzar ta" obbligazzjonijiet skond din id-Direttiva, ikunu disponibbli għall-persuni kollha li jħossuhom li kien hemm nuqqas kontrihom fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta" trattament ugwali, anki wara li r-relazzjoni li fiha d-diskriminazzjoni hija allegata li saret tkun spiċċat.
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proċeduri ġudizzjarji u/jew amministrattivi, anke meta jikkunsidraw li huma xierqa proċeduri ta" konċiljazzjoni, għall-infurzar ta" obbligazzjonijiet skond din id-Direttiva, ikunu disponibbli fil-prattika għall-persuni kollha li jħossu li kien hemm nuqqas kontrihom fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta" trattament ugwali, anki wara li r-relazzjoni li fiha d-diskriminazzjoni hija allegata li saret tkun spiċċat.
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.  L-Istati Membri għandhom jintroduċu fis-sistemi legali nazzjonali tagħhom dawk il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw kumpens jew rimedji effettivi, kif stabbiliti mill-Istati Membri, għat-telf u d-dannu mġarrba minn persuna offiża bħala riżultat ta' diskriminazzjoni fi ħdan it-tifsira ta" din id-Direttiva, b'mod li jkun dissważiv u proporzjonat għad-danni mġarrba.
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 2
2.  Il-paragrafu 1 ma għandux jostakola Stati Membri milli jintroduċu regoli ta" evidenza li huma iktar favorevoli għal rikorrenti.
2.  Il-paragrafu 1 ma għandux jostakola Stati Membri milli jintroduċu regoli li huma iktar favorevoli għall-kwerelanti.
Emenda 66
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 a (ġdid)
L-Istati Membri għandhom jippromwovu b'mod attiv l-ugwaljanza bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali meta jifformulaw u jimplimentaw liġijiet, regolamenti, dispożizzjonijiet amministrattivi, politiki u attivitajiet fl-oqsma li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
Emenda 86
Proposta għal direttiva
Artikolu 10
Stati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva, flimkien mad-dispożizzjonijiet diġà fis-seħħ, jitpoġġew fl-attenzjoni tal-persuni kkonċernati permezz ta" mezzi approprjati fit-territorju tagħhom.
Stati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, flimkien mad-dispożizzjonijiet diġà fis-seħħ, jitpoġġew fl-attenzjoni tal-persuni kkonċernati permezz ta" mezzi xierqa, fosthom l-Internet, fit-territorju tagħhom.
Bil-ħsieb li jiġi promoss il-prinċipju tat-trattament ugwali, l-Istati Membri għandhom jorganizzaw kampanji u taħriġ ad hoc ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni.
Emenda 68
Proposta għal direttiva
Artikolu 11
Sabiex ikun promoss il-prinċipju ta" trattament ugwali, l-Istati Membri għandhom iħeġġu djalogu ma" partijiet interessati rilevanti, b'mod partikolari organizzazzjonijiet mhux governattivi, li għandhom, skond il-liġi u l-prattika nazzjonali, interess leġittimu sabiex jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra diskriminazzjoni għar-raġunijiet u fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva.
Sabiex ikun promoss il-prinċipju ta" trattament ugwali, l-Istati Membri għandhom iħeġġu djalogu ma" partijiet interessati rilevanti, b'mod partikolari organizzazzjonijiet mhux governattivi, u konsultazzjoni bħal din għandha tinkludi wkoll il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-Direttiva.
Emenda 69
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru korp jew korpi għall-promozzjoni ta" trattament ugwali tal-persuni kollha irrispettivament mir-reliġjon jew mit-twemmin tagħhom, diżabilità, età, jew orjentazzjoni sesswali. Dawn il-korpi jistgħu jiffurmaw parti minn aġenziji inkarigati fuq livell nazzjonali bid-difiża ta" drittijiet tal-bniedem jew is-salvagwardja ta" drittijiet ta" individwi, inkluż drittijiet skond atti Komunitarji oħra inklużi d-Direttivi 2000/43/KE u 2004/113/KE.
1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru korp jew korpi indipendenti u ffinanzjati b'mod adegwat għall-promozzjoni ta" trattament ugwali tal-persuni kollha irrispettivament mir-reliġjon jew mit-twemmin tagħhom, diżabilità, età, jew orjentazzjoni sesswali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp jew korpi għandu jew għandhom kompetenza fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva u l-oqsma ta" impjieg u xogħol skont id-Direttiva 2000/78/KE. Dawn il-korpi jistgħu jiffurmaw parti minn aġenziji inkarigati fuq livell nazzjonali bid-difiża tad-drittijiet skont atti Komunitarji oħra inklużi d-Direttivi 2000/43/KE, 2000/78/KE u 2004/113/KE.
Emenda 70
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 2 – inċiż -1 (ġdid)
- l-iffaċilitar ta" proċeduri amministrattivi jew legali rigward diskriminazzjoni meta l-vittma tkun residenti fi Stat Membru li mhux dak tal-parteċipant, permezz ta" kuntatt tal-organizzazzjoni jew organizzazzjonijiet ekwivalenti fl-Istat Membru tal-parteċipant,
Emenda 71
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 2 – inċiż -1a (ġdid)
- il-garanzija ta" aċċess minn min jagħmel l-ilment għal għajnuna legali skont id-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE tas-27 ta' Jannar 2003 sabiex ikun imtejjeb l-aċċess għal ġustizzja f'tilwim transkonfinali billi jkunu stabbiliti regoli komuni minimi marbuta mal-għajnuna legali għal tilwim bħal dan1, meta jkun xieraq;
_____________
1 ĠU L 26, 31.1.2003, p. 41.
Emenda 72
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 2 – inċiż 2
- twettiq ta" stħarriġ indipendenti li jikkonċernaw diskriminazzjoni,
- monitoraġġ u twettiq ta" stħarriġ indipendenti li jikkonċerna d-diskriminazzjoni, anke dwar l-applikazzjoni ta" liġi kontra d-diskriminazzjoni,
Emenda 73
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 2 – inċiż 3 a (ġdid)
- kooperazzjoni u skambju ta" informazzjoni mal-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali u ma" korpi oħra relatati tal-UE.
Emenda 74
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  L-Istati Membri għandhom jagħtu lil dan il-korp jew lil dawn il-korpi riżorsi suffiċjenti biex iwettqu r-rwol tagħhom b'mod effettiv u faċilment aċċessibbli.
Emenda 75
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – punt a
a) kwalunkwe liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jmorru kontra l-prinċipju ta" trattament ugwali huma mħassra;
a) kwalunkwe liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jmorru kontra l-prinċipju ta" trattament ugwali huma mħassra minnufih;
Emenda 76
Proposta għal direttiva
Artikolu 14
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għall-ksur ta" dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li jkunu applikati. Is-sanzjonijiet jistgħu jinvolvu l-ħlas ta" kumpens, li ma jistax ikun ristrett bl-istabbiliment ta" limitu preċedenti ta" fuq, u għandu jkun effettiv, proporzjonat u dissważiv.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għall-ksur ta" dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li jkunu applikati. Is-sanzjonijiet jistgħu jinvolvu l-ħlas ta" kumpens, li ma jistax ikun ristrett bl-istabbiliment ta" limitu preċedenti ta" fuq, u għandu jkun effettiv, proporzjonat u dissważiv u jwasslu għall-waqfien tal-imġiba diskriminatorja u għat-tneħħija tal-effetti tagħha.
Emenda 77 u 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 2
2.  Sabiex ikunu kkunsidrati kundizzjonijiet partikolari, Stati Membri jistgħu, jekk ikun neċessarju, jistabbilixxu li l-obbligazzjoni li jkun provdut aċċess effettiv kif stabbilit fl-Artikolu 4 għandu titwettaq [sa mhux aktar tard minn] … erba" [snin wara adozzjoni].
2.  Sabiex jikkonformaw mal-obbligu li jagħtu aċċess effikaċi mhux diskriminatorju għal infrastrutturi, politiki jew proċeduri eżistenti fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(a), l-Istati Membri, jekk ikun meħtieġ, jista' jkollhom perjodu ieħor ta' għaxar snin [mid-data ta' skadenza għat-traspożizzjoni] biex jikkonformaw ma' dak l-obbligu.
L-Istati Membri li jixtiequ jużaw dan il-perjodu addizzjonali għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-ġurnata stabbilita fil-paragrafu 1 u jagħtu r-raġunijiet.
L-Istati Membri li jixtiequ jużaw il-perjodu addizzjonali għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni bi pjan ta' konformità progressiva mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4(1)(a), li jkun jinkludi l-għanijiet, il-mezzi u skeda skont iż-żmien. Kull Stat Membru li jkun jixtieq juża dan il-perjodu addizzjonali għandu jagħmel rapport kull sentejn lill-Kummissjoni bil-miżuri li jkunu ttieħdu biex jingħata l-aċċess effikaċi mhux diskriminatorju u dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 4(1)(a). Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill kull sitt xhur.
Emenda 78
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri u l-korpi ta" ugwaljanza nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn …. L-Istati Membri u l-korpi ta" ugwaljanza nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn …. jew kull ħames snin wara dan, l-informazzjoni kollha neċessarja għall-Kummissjoni sabiex tagħmel rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta" din id-Direttiva.
1.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn... L-Istati Membri u l-korpi ta" ugwaljanza nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn …. jew kull ħames snin wara dan, l-informazzjoni kollha neċessarja għall-Kummissjoni sabiex tagħmel rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta" din id-Direttiva.
Emenda 79
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  Mhux aktar tard minn... snin wara d-dħul fis-seħħ ta" din id-Direttiva, qafas legali Komunitarju komprensiv li jirrigwarda n-nuqqas ta" diskriminazzjoni għandu jiddaħħal fis-seħħ fil-forma ta" Direttiva unika li tikkonsolida u għalhekk tissostitwixxi d-Direttivi eżistenti kollha bbażati fuq l-Artikolu 13 tat-Trattat KE, fosthom din id-Direttiva. Id-direttiva l-ġdida għandha tipprevedi livell indaqs ta" protezzjoni għal kull raġuni ta" diskriminazzjoni.
Emenda 80
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 2
2.  Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jqis, kif xieraq, il-perspettivi ta" l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet rilevanti mhux governattivi, kif ukoll l-Aġenzija ta" Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea. Skond il-prinċipju dwar studji tas-sessi, dan ir-rapport għandu, inter alia, jipprovdi stima ta" l-impatt tal-miżuri meħuda fuq nisa u rġiel.
2.  Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jqis, kif xieraq, il-perspettivi ta" l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet rilevanti mhux governattivi, kif ukoll l-Aġenzija ta" Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea. Ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni tal-prattiki kurrenti fl-Istati Membri fir-rigward tal-Artikolu 2(7), rigward l-użu tal-età jew tad-diżabilità bħala fattur fil-kalkolu tal-primjums u tal-benefiċċji. Skond il-prinċipju dwar studji tas-sessi, dan ir-rapport għandu, inter alia, jipprovdi stima ta" l-impatt tal-miżuri meħuda fuq nisa u rġiel. Ir-rapport għandu jkun fih ukoll informazzjoni dwar id-diskriminazzjoni multipla, li tkopri mhux biss id-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' reliġjon jew ta' twemmin, orjentazzjoni sesswali, età u diżabilità, iżda wkoll id-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' sess, razza u oriġini etnika. Fid-dawl ta" l-informazzjoni li waslet, dan ir-rapport għandu jinkludi, jekk neċessarju, proposti għar-reviżjoni u emenda ta" din id-Direttiva.
Avviż legali - Politika tal-privatezza