Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni mill-Komunità fi programm Ewropew ta" riċerka u żvilupp dwar il-metroloġija mwettaq minn diversi Stati Membri (COM(2008)0814 – C6-0468/2008 – 2008/0230(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0814),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), l-Artikolu 169 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 172 tat-Trattat tal-KE, skont liema l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0468/2008),
– wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tas-7 ta" April 2009 sabiex jadotta l-proposta kif emendata, skont l-ewwel inċiż fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE,
– wara li ikkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0221/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni Nru .../2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni mill-Komunità fi programm Ewropew ta" riċerka u żvilupp dwar il-metroloġija meħud b'impenn minn diversi Stati Membri
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 912/2009/KE.)