Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0220(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0214/2009

Testi mressqa :

A6-0214/2009

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 22/04/2009 - 6.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0226

Testi adottati
PDF 576kWORD 228k
L-Erbgħa, 22 ta' April 2009 - Strasburgu
Ħażniet minimi ta' żejt mhux raffinat u/jew ta' prodotti petroliferi *
P6_TA(2009)0226A6-0214/2009

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tobbliga lill-Istati Membri jżommu livell minimu ta" ħażniet taż-żejt mhux raffinat u/jew ta" prodotti tal-petroleum (COM(2008)0775 – C6-0511/2008 – 2008/0220(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0775),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 100 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0511/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, r-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0214/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  L-importanza tal-provvista tal-Komunità taż-żejt mhux raffinat u tal-prodotti taż-żejt hija kbira ħafna, b'mod partikolari għas-settur tat-trasport u għall-industrija kimika.
(1)  L-importanza tal-provvista tal-Komunità taż-żejt mhux raffinat u tal-prodotti taż-żejt hija kbira ħafna, b'mod partikolari għas-settur tat-trasport u għall-industriji tal-tal-kimiċi u tal-enerġija. It-tfixkil fil-provvista taż-żejt mhux raffinat u tal-prodotti tal-petroleum jew stokks insuffiċjenti jista' jirriżulta f'telf finanzjarju kbir għall-intrapriżi u jista' jipparalizza setturi oħra tal-ekonomija u l-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tal-Unjoni.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 1 a (ġdida)
(1a)  Iż-żejt mhux raffinat għadu u se jibqa" għal bosta snin wieħed mis-sorsi ta' enerġija primarja l-aktar importanti. Fl-istess waqt, se tkompli tikber l-isfida għall-Istati Membri biex jiżguraw provvista kostanti ta' żejt mhux raffinat bi prezz raġonevoli.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  Il-konċentrazzjoni dejjem akbar tal-produzzjoni, it-tnaqqis tar-riżervi taż-żejt kif ukoll iż-żieda tal-konsum dinji tal-prodotti taż-żejt jikkontribwixxu għaż-żieda tar-riskji u d-diffikultajiet ta" provvista.
(2)  Il-konċentrazzjoni dejjem akbar tal-produzzjoni, it-tnaqqis tar-riżervi taż-żejt kif ukoll iż-żieda kostanti tal-konsum dinji tal-prodotti taż-żejt jikkontribwixxu għaż-żieda serja tar-riskji tad-diffikultajiet ta" provvista.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 2 a (ġdida)
(2a)  Flimkien mal-miżuri biex tinħoloq klima favorevoli għall-investiment għall-iskopijiet tat-tiftix, u l-isfruttar, tar-riżervi taż-żejt fl-Unjoni Ewropea u 'l barra minnha, li hu vitali biex jiġu ggarantiti l-provvisti fit-tul, it-tisħiħ tar-riżervi taż-żejt huwa mezz ippruvat ta' kumpens għall-interruzzjonijiet qosra fil-provvista.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 2 b (ġdida)
(2b)  Il-livell ta' dipendenza tal-Istati Membri fuq l-importazzjoni taż-żejt biex jilħqu l-ħtiġijiet tagħhom tal-enerġija huwa estremament għoli.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 4 a (ġdida)
(4a)  L-Unjoni Ewropea għandha rwol globali u l-politika tagħha għat-titjib tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija għandha għalhekk tifforma parti mill-objettivi tal-politiki fir-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi kandidati u mal-pajjiżi ġirien.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 4 b (ġdida)
(4b)  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li t-tmien Stati Membri li mhumiex membri tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE)1 jiddaħħlu fuq l-istess livell fir-rigward tad-deċiżjonijiet adottati u tal-miżuri meħuda mill-Unjoni Ewropea b'konsultazzjoni mal-AIE.
1 Il-Bulgarija, Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, ir-Rumanija u l-Islovenja.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 5 a (ġdida)
(5a)  Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta u tappoġġja kif xieraq l-interessi tat-tmien Stati Membri tal-UE li mhumiex membri tal-IEA.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 7
(7)  Il-konklużjonijiet tal-presidenza tal-Kunsill Ewropew ta" Brussell tat-8 u d-9 ta' Marzu 2007 jindikaw li huwa aktar u aktar importanti u urġenti li l-Kummissjoni tistabbilixxi politika integrata dwar l-enerġija, li tassoċja xi miżuri applikati fuq livell Ewropew u fuq il-livell tal-Istati Membri. Għalhekk huwa essenzjali li jitqarrbu l-mekkaniżmi ta" ħżin li huma implimentati fid-diversi Stati Membri.
(7)  Il-konklużjonijiet tal-presidenza tal-Kunsill Ewropew ta" Brussell tat-8 u d-9 ta' Marzu 2007 jindikaw li huwa aktar u aktar importanti u urġenti li l-Kummissjoni tistabbilixxi politika integrata dwar l-enerġija, li tassoċja xi miżuri applikati fuq livell Ewropew u fuq il-livell tal-Istati Membri. Għalhekk huwa essenzjali li tkun żgurata l-kompatibilità bejn il-mekkaniżmi differenti ta" ħżin li huma implimentati fid-diversi Stati Membri.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 7 a (ġdida)
(7a)  Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta' Ottubru 2008 jenfasizzaw ir-rieda tal-Unjoni li twaqqaf mekkaniżmi ta' solidarjetà fost l-Istati Membri f'każ ta' waqfien fil-provvista tal-enerġija u jissuġġerixxu l-implimentazzjoni tal-istrumenti kollha meħtieġa għal dan l-għan. Sistema effettiva għaż-żamma ta' ħażniet taż-żejt mhux raffinat u/jew prodotti taż-żejt li tkun koordinata fil-livell Komunitarju għandha wkoll rwol importanti sabiex il-prinċipju tas-solidarjetà fir-rigward tal-enerġija jitwettaq fil-prattika.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 8
(8)  Id-disponibbiltà tal-ħażniet taż-żejt u l-protezzjoni tal-provvista tal-enerġija huma elementi essenzjali tas-sigurtà pubblika tal-Istati Membri u tal-Kommunità. L-eżistenza ta" korpi jew servizzi ċentrali ta" ħżin fil-Komunità tippermetti li wieħed joqrob lejn dawn l-objettivi. Sabiex l-Istati Membri diversi jkunu jistgħu jużaw bl-aħjar mod id-dritt nazzjonali tagħhom biex jiddefinixxu l-istatuti tal-entità ċentrali ta" ħżin tagħhom filwaqt li jimmoderaw il-piż finanzjarju għall-konsumaturi finalirappreżentat minn dawn l-attivitajiet ta" ħżin, huwa biżżejjed, f'kuntest li l-ħażniet taż-żejt ikunu jistgħu jinżammu fi kwalunkwe post fil-Komunità u minn kull korp jew servizz ċentrali stabbilit għal dan il-għan, li jimpedixxu li jkun hemm skop ta" profitt.
(8)  Id-disponibbiltà tal-ħażniet taż-żejt u l-protezzjoni tal-provvista tal-enerġija huma elementi essenzjali tas-sigurtà pubblika tal-Istati Membri u tal-Kommunità. L-eżistenza ta" korpi jew servizzi ċentrali ta" ħżin fil-Komunitàtista' tikkontribwixxilejn il-ksib ta' dawnil-miri b'mod li jkun effettiv fir-rigward tal-ispiża. Sabiex l-Istati Membrigħandhom ikunu jistgħu jużaw bl-aħjar mod id-dritt nazzjonali tagħhom biex jiddefinixxu l-istatuti tal-entità ċentrali ta" ħżin tagħhomu l-kundizzjonijiet li bihom jiddelegaw il-ħżin lil Stati Membri oħra jew lil entitajiet ta' ħżin oħra, filwaqt li jimmoderaw il-piż finanzjarju għall-konsumaturi finalili jirriżulta minn dawn l-attivitajiet ta" ħżin, huwa biżżejjed, f'kuntest li l-ħażniet taż-żejt ikunu jistgħu jinżammu fi kwalunkwe post fil-Komunità u minn kull korp jew servizz ċentrali stabbilit għal dan il-għan.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 8 a (ġdida)
(8a)  Sabiex jittaffa l-piż finanzjarju għall-utenti aħħarin, l-Istati Membri għandhom jistipulaw koperazzjoni aktar mill-qrib fost l-entitajiet ċentrali taż-żamma tal-ħażniet u għat-twaqqif ta' entitajiet reġjonali għaż-żamma tal-ħażniet.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 9
(9)  Meta jiġu kkunsidrati l-objettivi tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-ħażniet taż-żejt, il-preokkupazzjonijiet ta" sigurtà li jistgħu jkollhom xi Stati Membri li jingħaqdu, u x-xewqa li tiżdied ir-rigorożità u t-trasparenza tal-mekkaniżmi ta" solidarjetà bejn l-Istati Membri, huwa meħtieġ li jiġi limitat għat-territorju nazzjonali il-qasam ta" azzjoni tal-entitajiet ċentrali li jaġixxu mingħajr intermedjarju.
imħassra
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 12
(12)  Minħabba l-ħtiġijiet relatati mat-twaqqif tal-politiki ta" emerġenza, it-tqarrib tal-mekkaniżmi nazzjonali ta" ħżin u l-ħtieġa li tiġi assigurata viżibilità aħjar, b'mod partikolari fil-każ ta" kriżi, fuq il-livelli tal-ħażniet, huwa meħtieġ li l-Istati Membri u l-Komunità jkollhom mezzi għal kontroll imsaħħaħ ta" dawn il-ħażniet.
(12)  Minħabba l-ħtiġijiet relatati mat-twaqqif tal-politiki ta" emerġenza, li wieħed jiżgura l-kompatibilità bjen il-mekkaniżmi nazzjonali ta" ħżin u l-ħtieġa li tiġi assigurata viżibilità aħjar, b'mod partikolari fil-każ ta" kriżi, fuq il-livelli tal-ħażniet, huwa meħtieġ li l-Istati Membri u l-Komunità jkollhom mezzi għal kontroll imsaħħaħ ta" dawn il-ħażniet.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 12 a (ġdida)
(12a)  Filwaqt li għandha tingħata flessibilità suffiċjenti lill-Istati Membri biex jagħżlu l-arranġamenti għaż-żamma tal-ħażniet li huma l-aktar xierqa għall-karatterestiċi ġeografiċi u organizzattivi tagħhom, il-mekkaniżmi kollha meħtieġa għandhom jiġu implimentati sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tingħata, fi kwalunkwe waqt, tagħrif preċiż u affidabbli.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 12 b (ġdida)
(12b)  L-irwol tal-Istati Membri fiż-żamma u l-immaniġġjar ta' ħażniet ta' żejt għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza għandu jissaħħaħ.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 14
(14)  Sabiex jingħata kontribut għat-tisħiħ tas-sigurtà tal-provvista fil-Komunità, il-ħażniet akkwistati bħala proprjetà mill-Istati Membri jew l-entitajiet ċentrali, msejħin "ħażniet speċifiċi", stabbiliti wara d-deċiżjonijiet meħuda mill-Istati Membri, għandhom jikkorrispondu għall-ħtiġijiet effettivi f'każ ta" kriżi. Minbarra hekk, huwa meħtieġ li huma jibbenefikaw minn statut ġuridiku għalihom, li jassigura d-disponibbiltà assoluta tagħhom f'każ ta" kriżi. Għal dan il-għan, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġu mingħajr ebda kundizzjoni l-ħażniet inkwistjoni meta jiffaċċjaw xi miżuri eżekuttivi mġiegħla.
(14)  Sabiex jingħata kontribut għat-tisħiħ tas-sigurtà tal-provvista fil-Komunità, il-ħażniet disponibbli, b'konformità ma' din id-Direttiva, għandhom ikunu biżżejjed biex ikopru d-domanda tal-anqas għall-perjodu speċifikat. Minbarra hekk, huwa meħtieġ li huma jibbenefikaw minn statut ġuridiku għalihom, li jassigura d-disponibbiltà assoluta tagħhom f'każ ta" kriżi. Għal dan il-għan, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġu mingħajr ebda kundizzjoni l-ħażniet inkwistjoni meta jiffaċċjaw xi miżuri eżekuttivi mġiegħla.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 15
(15)  L-ammonti li għandhom ikun proprjetarji tagħhom l-entitajiet ċentrali jew l-Istati Membri għandhom ikunu stabbiliti f'dan l-istadju għal livell stabbilit b'mod indipendenti u volontarju minn kull Stat Membru kkonċernat.
(15)  L-ammonti li għandhom ikun proprjetarji tagħhom l-entitajiet ċentrali jew l-Istati Membri għandhom ikunu stabbiliti f'dan l-istadju għal livell stabbilit minn qabel, b'mod indipendenti u volontarju minn kull Stat Membru kkonċernat.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 18
(18)  Il-frekwenza għall-kejl tal-ħażniet, kif ukoll iż-żmien li fih din l-informazzjoni għandha tingħata, bħal ma huwa stabbilit fid-Direttiva 2006/67/KE, jidhru li qegħdin lura meta mqabbla ma" sistemi diversi ta" ħażniet taż-żejt stabbiliti f'partijiet oħra tad-dinja. F'deċiżjoni dwar il-konsegwenzi makroekonomiċi taż-żieda fil-prezz tal-enerġija, il-Parlament Ewropew wera l-appoġġ tiegħu biex tiġi adottata frekwenza ta" informazzjoni akbar.
(18)  Il-frekwenza għall-kejl tal-ħażniet, kif ukoll iż-żmien li fih din l-informazzjoni għandha tingħata, bħal ma huwa stabbilit fid-Direttiva 2006/67/KE, jidhru li qegħdin lura meta mqabbla ma" sistemi diversi ta" ħażniet taż-żejt stabbiliti f'partijiet oħra tad-dinja. F'deċiżjoni dwar il-konsegwenzi makroekonomiċi taż-żieda fil-prezz tal-enerġija, il-Parlament Ewropew wera l-appoġġ tiegħu biex tiġi adottata frekwenza ta" informazzjoni akbar. Fl-istess ħin jeħtieġ li jkun żgurat li l-informazzjoni tkun preċiża u ma tkunx teħtieġ li tiġi korretta kull ġimgħa jew kull xahar, kif għadu ta' sikwit il-każ fl-Unjoni Ewropea.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 21
(21)  L-istess objettivi jimponu wkoll li l-istabbiliment u r-rapport tal-informazzjoni statistika jsir wkoll għall-ħażniet oħra li mhumiex dawk ta" emerġenza, u li jiġi previst li din l-informazzjoni tingħata kull ġimgħa.
(21)  L-istess objettivi jimponu wkoll li l-istabbiliment u r-rapport tal-informazzjoni statistika jsir wkoll għall-ħażniet oħra li mhumiex dawk ta" emerġenza, u li jiġi previst li din l-informazzjoni tingħata kull xahar. Filwaqt li tqis ir-riżultati tal-istudju ta' fattibilità li għandu jitwettaq dwar l-effettività li jsir rapport ta' kull ġimgħa dwar il-ħażniet kummerċjali taż-żejt, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tirrikjedi mill-Istati Membri li jippreżentaw dawk is-sommarji fuq bażi ta' kull ġimgħa, sakemm ikun jista' jiġi garantit li aġġustamenti minimi biss se jkunu neċessarji u li din toffri vantaġġi distinti f'termini ta' trasparenza fis-suq.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 23
(23)  Jista" jkun hemm xi diskrepanzi jew żbalji fl-informazzjoni rrapportata lill-Kummissjoni. Il-persuni impjegati jew li ngħataw mandat mis-servizzi tal-Kummissjoni għandhom ikunu jistgħu jivverifikaw ir-realtà tal-ħażniet u tad-dokumenti li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jinvokaw.
(23)  Peress li jista" jkun hemm xi diskrepanzi jew żbalji fl-informazzjoni rrapportata lill-Kummissjoni, il-persuni impjegati jew li ngħataw mandat mis-servizzi tal-Kummissjoni għandhom, fil-każ ta' suspett raġunat, ikunu jistgħu, flimkien mal-awtoritajiet ta' monitoraġġ tal-Istat Membru maħtur, jivverifikaw ir-realtà tal-ħażniet u tad-dokumenti li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jinvokaw.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 25
(25)  Il-protezzjoni tal-individwi rigward it-trattament tal-informazzjoni personali mill-Istati Membri hija rregolata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta" individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta" dejta personali u dwar il-moviment liberu ta" dik id-dejta, u l-protezzjoni tal-individwi rigward it-trattament tal-informazzjoni personali mill-Kummissjoni hija koperta mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta" dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta" dak id-dejta. Dawn l-atti jeżiġu b'mod partikolari li t-trattament tal-informazzjoni personali jkun iġġustifikat minn skop leġittimu u li l-informazzjoni personali miġbura b'mod aċċidentali titħassar minnufih.
(25)  Il-protezzjoni tal-individwi rigward it-trattament tal-informazzjoni personali mill-Istati Membri hija rregolata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta" individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta" dejta personali u dwar il-moviment liberu ta" dik id-dejta, u l-protezzjoni tal-individwi rigward it-trattament tal-informazzjoni personali mill-Kummissjoni hija koperta mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta" dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta" dak id-dejta. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom ikunu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 29
(29)  Minħabba n-nuqqas għall-ħażniet speċifiċi ta" livell minimu obbligatorju uniformi fuq il-livell Komunitarju, u n-numru ta" mekkaniżmi ġodda li ddaħħlu b'din id-direttiva, l-applikazzjoni ta" din id-direttiva għandha tkun evalwata relattivament ftit wara li tidħol fis-seħħ.
(29)  Minħabba n-nuqqas għall-ħażniet speċifiċi ta" livell minimu obbligatorju uniformi fuq il-livell Komunitarju, u filwaqt li wieħed iqis l-istudju attwali dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji ta' miżuri biex iżidu t-trasparenza tas-suq taż-żejt, b'mod partikulari permezz tar-rappurtar ta' kull ġimgħa dwar il-ħażniet kummerċjali taż-żejt, u n-numru ta" mekkaniżmi ġodda li ddaħħlu b'din id-Direttiva, l-applikazzjoni ta" din id-Direttiva għandha tkun evalwata mhux iktar tard minn tliet snin wara li tidħol fis-seħħ.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e
(e) "deċiżjoni finali effettiva ta" tqegħid tal-ħażniet f'ċirkolazzjoni": kull deċiżjoni fis-seħħ tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija bl-għan li tassigura t-tqegħid f'ċirkolazzjoni tal-ħażniet taż-żejt jew tal-prodotti taż-żejt ta" Stat Membru;
(e) "deċiżjoni finali effettiva ta" tqegħid tal-ħażniet f'ċirkolazzjoni": kull deċiżjoni fis-seħħ tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija bl-għan li tassigura t-tqegħid f'ċirkolazzjoni tal-ħażniet taż-żejt jew tal-prodotti taż-żejt ta" pajjiż membru tal-AIE;
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – subparagrafu 1 – punt 1 a (ġdid)
(la) "sitwazzjonijiet ta' emerġenza' tfisser ċirkustanzi fejn ikun hemm tfixkil sinifikanti fil-provvista ta' żejt mhux raffinat jew ta' prodotti taż-żejt;
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 4
4.  L-arranġamenti u l-metodi ta" kalkolu tal-obbligi ta" ħżin stabbiliti f'dan l-Artikolu jistgħu jiġu emendati b'mod konformi mal-proċedura ta" regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(2).
4.  L-arranġamenti u l-metodi ta" kalkolu tal-obbligi ta" ħżin stabbiliti f'dan l-Artikolu jistgħu jiġu emendati b'mod konformi mal-proċedura ta" regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(2) u wara li ssir konsultazzjoni mal-esperti u mal-partijiet interessati.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 3
3.  L-arranġamenti u l-metodi ta" kalkolu tal-livell tal-ħażniet speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu emendati b'mod konformi mal-proċedura ta" regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(2).
3.  L-arranġamenti u l-metodi ta" kalkolu tal-livell tal-ħażniet speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu emendati b'mod konformi mal-proċedura ta" regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(2) u wara li ssir konsultazzjoni mal-esperti u mal-partijiet interessati.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom dejjem jassiguraw l-aċċessibilità fiżika u d-disponibbiltà tal-ħażniet ta" sigurtà u tal-istokkijiet speċifiċi, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 9, li jkunu fit-territorju nazzjonali tagħhom. Huma għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti ta" identifikazzjoni, ta" kontabilità u ta" kontroll ta" dawn il-ħażniet b'mod li jippermettu li jkun hemm verifika ta" dawn il-ħażniet fi kwalukwe mument. Għall-ħażniet ta" sigurtà u l-ħażniet speċifiċi li jagħmlu parti mill-ħażniet miżmuma minn xi operaturi ekonomiċi jew li huma mħalltin ma" ħażniet bħal dawn, għandha ssir kontabilità separata.
1.  L-Istati Membri għandhom dejjem jassiguraw l-aċċessibilità fiżika u d-disponibbiltà tal-ħażniet ta" sigurtà u tal-istokkijiet speċifiċi, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 9, li jkunu fit-territorju nazzjonali tagħhom. Huma għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti ta" identifikazzjoni, ta" kontabilità u ta" kontroll ta" dawn il-ħażniet b'mod li jippermettu li jkun hemm verifika ta" dawn il-ħażniet fi kwalukwe mument. Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu stabbiliti bi qbil minn qabel mal-Kummissjoni. Għall-ħażniet ta" sigurtà u l-ħażniet speċifiċi li jagħmlu parti mill-ħażniet miżmuma minn xi operaturi ekonomiċi jew li huma mħalltin ma" ħażniet bħal dawn, għandha ssir kontabilità separata.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
1.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi inventarju dettaljat, aġġornat il-ħin kollu, tal-ħażniet ta" sigurtà kollha li jkunu miżmuma għalih u li ma jkunux ħażniet speċifiċi skont l-Artikolu 9. Dan l-inventarju għandu jkollu b'mod partikolari l-informazzjoni kollha li tippermetti li jiġu lokalizzati b'mod preċiż il-ħażnietinkwistjonikif ukoll li jiġu ddeterminati l-ammonti, il-propjetarju, kif ukoll in-natura eżatta tagħhom, b'referenza għall-kategoriji identifikati fil-punt 3.1 tal-paragrafu 1 tal-Anness C tar-Regolament (KE) Nru  tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-** dwar l-istatistiċi tal-enerġija.
1.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi inventarju dettaljat, aġġornat il-ħin kollu, tal-ħażniet ta" sigurtà kollha li jkunu miżmuma għalih u li ma jkunux ħażniet speċifiċi skont l-Artikolu 9. Dan l-inventarju għandu jkollu b'mod partikolari informazzjoni dwar il-maħżen, ir-raffinerija jew il-faċilità ta' ħżin fejn ikunu jinsabu l-ħażnietikkonċernati u l-ammonti involuti, il-propjetarju, kif ukoll in-natura eżatta tagħhom, b'referenza għall-kategoriji identifikati fil-punt 3.1 tal-paragrafu 1 tal-Anness C tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta" Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija*.
* ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti lill-Kummissjoni kopja tal-inventarju tal-ħażniet li jeżistu fl-aħħar jum ta" kull sena kalendarja, fi żmien tletin jum wara s-sena kalendarja li għaliha tgħodd l-informazzjoni.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti lill-Kummissjoni kopja tal-inventarju tal-ħażniet li jeżistu fl-aħħar jum ta" kull sena kalendarja, fi żmien ħamsa u erbgħin jum wara s-sena kalendarja li għaliha tgħodd l-informazzjoni.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 - paragrafu 1 - subparagrafu 3 a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tiggarantixxi l-kunfidenzjalità tad-data individwali li tinsab fl-inventarju.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 - paragrafu 3 - subparagrafu 2 a (ġdid)
F'każ li ftehima tiddelega dawn l-obbligi lill-Istat Membru fejn jinsabu dawn il-ħażniet jew lill-entità ċentrali taż-żamma tal-ħażniet imwaqqfa minn dak l-Istat Membru, din il-ftehima għandha tinkludi dispożizzjonijiet li jistipulaw
(a) ir-responsabilità tal-Istat Mebru jew l-entità ċentrali taż-żamma tal-ħażniet li jiżguraw informazzjoni preċiża dwar il-livell tal-ħażna fi kwalunkwe waqt;
(b) il-qafas taż-żmien biex jitwasslu dawn il-ħażniet miksuba, kostitwiti, miżmuma jew immaniġġjati fit-territorju tiegħu lill-Istat Membru li ddelega dawn il-ħidmiet;
(c) sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, f'każ li l-Istat membru jew l-entità ċentrali taż-żamma tal-ħażniet ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehima.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 4 – punt b
(b) li tippubblika għallinqas sitt xhur qabel il-kundizzjonijiet li bihom toffri dawn is-servizzi lill-operaturi ekonomiċi.
(b) li tippubblika għallinqas tliet xhur qabel il-kundizzjonijiet li bihom toffri dawn is-servizzi lill-operaturi ekonomiċi.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b
(b) lil entità ċentrali ta" ħżin waħda jew aktar minn waħda li tista" żżomm ħażniet bħal dawn, jew
(b) lil entità ċentrali ta" ħżin waħda jew aktar minn waħda li tista" żżomm ħażniet bħal dawn, bil-kundizzjoni li tiġi konkluża ftehima bejn l-Istati Membri kkonċernati u l-Istati Membri li ma jżommux ħażniet, jew
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
1.  Kull Stat Membru jista" jinkariga ruħu b'mod irrevokabbli li jżomm livell minimu, iddeterminat f'numru ta" jiem ta" konsum, ta" ħażniet taż-żejt filwaqt li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta" dan l-Artikolu (iktar "il quddiem "ħażniet speċifiċi").
1.  Kull Stat Membru jista" jinkariga ruħu li jżomm livell minimu, iddeterminat f'numru ta" jiem ta" konsum, ta" ħażniet taż-żejt filwaqt li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta" dan l-Artikolu (iktar "il quddiem "ħażniet speċifiċi").
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 3 – introduzzjoni
3.  Il-ħażniet speċifiċi jaqgħu biss taħt il-kategoriji ta" prodotti li ġejjin, bħal ma huma definiti fil-punt 4 tal-Anness B, tar-Regolament (KE) Nru * tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-* dwar l-istatistiċi tal-enerġija:
3.  Il-ħażniet speċifiċi jistgħu jaqgħu biss taħt il-kategoriji ta" prodotti li ġejjin, li għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, b'mod partikolari dwar l-istandards tal-kombustibbli u l-protezzjoni tal-ambjent,kif definiti fit-Taqsima 4 tal-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008:
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
5.  Kull Stat Membru li ddeċieda li jżomm xi ħażniet speċifiċi għandu jagħti avviż lill-Kummissjoni, li huwa ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jispeċifika l-livell ta" ħażniet speċifiċi li jinkariga ruħu b'mod irrevokabbli li jżomm, għal kull waħda mill-kategoriji u b'mod permanenti. Il-livell minimu obbligatorju nnotifikat huwa uniku u japplika b'mod identiku għall-kategoriji kollha ta" ħażniet speċifiċi użati mill-Istat Membru.
5.  Kull Stat Membru li ddeċieda li jżomm xi ħażniet speċifiċi għandu jagħti avviż lill-Kummissjoni, li huwa ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jispeċifika l-livell ta" ħażniet speċifiċi li jinkariga ruħu li jżomm, għal kull waħda mill-kategoriji u l-perjodu li jkun impenja ruħu għalih b'mod permanenti. Il-livell minimu obbligatorju nnotifikat huwa uniku u japplika b'mod identiku għall-kategoriji kollha ta" ħażniet speċifiċi użati mill-Istat Membru.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
1.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi inventarju dettaljat u aġġornat il-ħin kollu tal-ħażniet speċifiċi kollha miżmuma fit-territorju nazzjonali tiegħu. Dan l-inventarju għandu jkollu b'mod partikolari l-informazzjoni kollha li tippermetti li jiġu lokalizzati b'mod preċiż il-ħażniet inkwistjoni.
1.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi inventarju dettaljat u aġġornat kontinwamentfuq il-bażi ta" kull xahar tal-ħażniet speċifiċi kollha miżmuma fit-territorju nazzjonali tiegħu. Dan l-inventarju għandu jkollu b'mod partikolari informazzjoni dwar il-maħżen, ir-raffinerija jew il-faċilità ta" ħżin fejn ikunu jinsabu l-ħażniet ikkonċernati.
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
L-Istat Membru għandu jagħti lill-Kummissjoni kopja tal-inventarju fi żmien tmint ijiem wara kull talba tas-servizzi tal-Kummissjoni, li ssir fi żmien għaxar snin mid-data relatata mal-informazzjoni mitluba.
L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni kopja tal-inventarju fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol wara li ssir talba mill-Kummissjoni. Talba bħal din tista" ssir fi żmien tliet snin mid-data relatata mal-informazzjoni mitluba.
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 1 a (ġdid)
Kwalunkwe ftehima bejn Stati Membri u entità ċentrali għaż-żamma ta' ħażniet għandha tinkludi ċerti dispożizzjonijiet, li jistipulaw:
(a) ir-responsabilità tal-Istat Mebru jew l-entità ċentrali taż-żamma tal-ħażniet li jiżguraw informazzjoni preċiża dwar il-livell tal-ħażna fi kwalunkwe waqt;
(b) il-qafas taż-żmien biex jitwasslu dawn il-ħażniet miksuba, kostitwiti, miżmuma jew immaniġġjati fit-territorju tiegħu lill-Istat Membru li ddelega dawn il-ħidmiet;
(c) sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, f'każ li l-Istat membru jew l-entità ċentrali taż-żamma tal-ħażniet ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehima.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 15
1.  L-Istati Membri għandhom jirraportaw lill-Kummissjoni informazzjoni statistika kull ġimgħa dwar il-livell tal-ħażniet kummerċjali miżmuma fit-territorju nazzjonali tagħhom. Rigward dan, huma għandhom jassiguraw li tiġi protetta n-natura sensittiva tal-informazzjoni u għalhekk ma jsemmux l-ismijiet tal-proprjetarji tal-ħażniet inkwistjoni.
1.  L-Istati Membri għandhom jirraportaw lill-Kummissjoni informazzjoni statistika kull xahar dwar il-livell tal-ħażniet kummerċjali miżmuma fit-territorju nazzjonali tagħhom. Rigward dan, huma għandhom jassiguraw li tiġi protetta n-natura sensittiva tal-informazzjoni u għalhekk ma jsemmux l-ismijiet tal-proprjetarji tal-ħażniet inkwistjoni.
2.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni statistika kull ġimgħa dwar il-ħażniet kummerċjali fil-Komunità fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun ġiet irrapportata lilha mill-Istati Membri, billi tuża livelli aggregati.
2.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni statistika kull xahar dwar il-ħażniet kummerċjali fil-Komunità fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun ġiet irrapportata lilha mill-Istati Membri, billi tuża livelli aggregati.
3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, b'mod konformi mal-proċedura ta" regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(2), l-arranġamenti ta" applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2.
3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, b'mod konformi mal-proċedura ta" regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(2), l-arranġamenti ta" applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2.
(3a)  Wara r-reviżjoni tagħha skont l-Artikolu 23, il-Kummissjoni tista" teżiġi li Stat Membru jibgħat sommarju statistiku kull ġimgħa (għall-kuntrarju ta" kull xahar) dwar il-livelli tal-ħażniet kummerjali taż-żejt, jekk eżami bir-reqqa tal-fattibilità u l-effettività tal-informazzjoni statistika ta" kull ġimgħa juri li dawn joffru vantaġġi ċari f'termini ta" trasparenza tas-suq u li ma hija neċessarja l-ebda korrezzjoni sussegwenti fuq bażi ta' rutina għall-informazzjoni miksuba għal sommarji ta" dan it-tip.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 1
1.  Is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu f'kull ħin jiddeċiedu li jwettqu azzjonijiet ta" kontroll fuq il-ħażniet ta" sigurtà u l-ħażniet speċifiċi fl-Istati Membri. Is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jistaqsu għal parir mill-grupp ta" koordinazzjoni waqt it-tħejjija ta" dawn il-kontrolli.
1.  Is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jekk ikun hemm bażi ġustifikata ta" suspett jiddeċiedu li jwettqu azzjonijiet ta" kontroll fuq il-ħażniet ta" sigurtà u l-ħażniet speċifiċi fl-Istati Membri. Is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jistaqsu għal parir mill-grupp ta" koordinazzjoni waqt it-tħejjija ta" dawn il-kontrolli.
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 2
2.  L-objettivi tal-azzjonijiet ta" kontroll stabbiliti fil-paragrafu 1 ma jinkludux ġbir ta" informazzjoni personali. L-informazzjoni personali li tista" tinsab jew li jiltaqgħu magħha waqt il-kontrolli ma tinġabarx u ma tiġix ikkunsidrata, u, f'każ li tinġabar aċċidentalment, tiġi mħassra minnufih.
2.  L-objettivi tal-azzjonijiet ta" kontroll stabbiliti fil-paragrafu 1 ma jinkludux l-ipproċesar ta" informazzjoni personali. L-informazzjoni personali li tista" tinsab jew li jiltaqgħu magħha waqt il-kontrolli ma tinġabarx u ma tiġix ikkunsidrata, u, f'każ li tinġabar aċċidentalment, tiġi mħassra minnufih.
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 4
4.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, waqt l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta" kontroll stabbiliti fil-paragrafu 1, il-persuni li huma responsabbli għaż-żamma u l-ġestjoni tal-ħażniet ta" sigurtà u tal-ħażniet speċifiċi fit-territorju tagħhom jikkollaboraw mal-persuni impjegati jew li jkollhom mandat mis-servizzi tal-Kummissjoni.
4.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, waqt l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta" kontroll stabbiliti fil-paragrafu 1, il-persuni li huma responsabbli għaż-żamma u l-ġestjoni tal-ħażniet ta" sigurtà u tal-ħażniet speċifiċi fit-territorju tagħhom jikkollaboraw mal-impjegati jew aġentiawtorizzati mill-Kummissjoni.
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 7
7.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw iż-żamma tal-informazzjoni, karti, reġistrazzjoni ta" ċifri u dokumenti relatati mal-ħażniet ta" sigurtà u l-ħażniet speċifiċi għal perjodu ta" mhux inqas minn għaxar snin.
7.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw iż-żamma tal-informazzjoni, karti, reġistrazzjoni ta" ċifri u dokumenti relatati mal-ħażniet ta" sigurtà u l-ħażniet speċifiċi għal perjodu ta" mhux inqas minn tliet snin.
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafi 3 u 4
3.  Meta jkun hemm deċiżjoni internazzjonali effettiva ta" tpoġġija fiċ-ċirkolazzjoni ta" ħażniet, kull Stat Membru kkonċernat jista" juża l-ħażniet ta" sigurtà u l-ħażniet speċifiċi tiegħu biex jissodisfa l-obbligi internazzjonali li jirriżultaw minn dik id-deċiżjoni. F'dan il-każ, l-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni, li tista" ssejjaħ il-grupp ta" koordinazzjoni jew tipproċedi b'talba għal konsultazzjoni mal-membri ta" dan il-grupp b'mezz elettroniku b'mod partikolari sabiex tevalwa l-effetti tat-tqegħid f'ċirkolazzjoni.
3.  Il-Kummissjoni għandha taħdem f'kooperazzjoni mill-qrib ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra li għandhom il-poter li jieħdu deċiżjoni biex jirrilaxxaw il-ħażniet u għandhom isaħħu l-koordinazzjoni multilaterali u bilaterali dwar dawn il-kwistjonijiet madwar id-dinja. Meta jkun hemm deċiżjoni internazzjonali effettiva ta" tpoġġija fiċ-ċirkolazzjoni ta" ħażniet, kull Stat Membru kkonċernat jista" juża l-ħażniet ta" sigurtà u l-ħażniet speċifiċi tiegħu biex jissodisfa l-obbligi internazzjonali li jirriżultaw minn dik id-deċiżjoni. F'dan il-każ, l-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni, li tista" ssejjaħ il-grupp ta" koordinazzjoni jew tipproċedi b'talba għal konsultazzjoni mal-membri ta" dan il-grupp b'mezz elettroniku b'mod partikolari sabiex tevalwa l-effetti tat-tqegħid f'ċirkolazzjoni.
4.  Meta jkun hemm xi diffikultajiet fil-provvista taż-żejt mhux maħdum jew tal-prodotti taż-żejt tal-Komunità jew ta" xi Stat Membru, il-Kummissjoni għandha ssejjaħ, fl-iqsar żmien possibbli, fuq talba ta" xi Stat Membru jew minn jeddha, il-grupp ta" koordinazzjoni. Il-grupp ta" koordinazzjoni, li jeżamina s-sitwazzjoni Il-Kummissjoni tistabbilixxi jekk ikunx hemm interruzzjoni maġġuri ta" provvista.
4.  Meta jkun hemm xi diffikultajiet fil-provvista taż-żejt mhux maħdum jew tal-prodotti taż-żejt tal-Komunità jew ta" xi Stat Membru, il-Kummissjoni għandha ssejjaħ, fl-iqsar żmien possibbli, fuq talba ta" xi Stat Membru jew minn jeddha, il-grupp ta" koordinazzjoni. Kull Stat Membru għandu jiżgura li jista' jiġi rappreżentat, permezz ta' persuna jew permezz ta' mezzi elettroniċi, f'laqgħa tal-Grupp ta' Koordinazzjoni fi żmien 24 siegħa wara s-sejħa għal-laqgħa. Il-grupp ta" koordinazzjoni, li jeżamina s-sitwazzjoni fuq il-bażi tal-impenn għall-prinċipju ta' solidarjetà fost l-Istati Membri, u l-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-evalwazzjoni mill-grupp ta' koordinazzjoni, għandhom jiddeterminaw jekk ikunx hemm interruzzjoni maġġuri ta" provvista.
Jekk jiġi stabbilit li hemm interruzzjoni maġġuri fil-provvista, il-Kummissjoni tista" tawtorizza t-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni totali jew parzjali tal-ammonti proposti għal dan l-iskop mill-Istat Membri kkonċernati.
Jekk jiġi stabbilit li hemm interruzzjoni maġġuri fil-provvista, il-Kummissjoni tista" tawtorizza t-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni totali jew parzjali tal-ammonti proposti għal dan l-iskop mill-Istat Membri kkonċernati.
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 23
Fi tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta" din id-direttiva, il-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħha u teżamina b'mod partikolari l-oppotunità li timponi lill-Istati Membri kollha livell minimu obbligatorju ta" ħażniet speċifiċi.
Mhux iktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta" din id-direttiva, il-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħha u teżamina b'mod partikolari
(a) jekk l-informazzjoni dwar il-ħażniet hijiex preċiża u ngħatatx fil-waqt;
(b) jekk il-livell tal-ħażniet kummerċjali taż-żejt għandhomx jiġu rappurtati fuq bażi ta' kull ġimgħa jew ta' kull xahar;
(c)jekk ikunx xieraq li timponi fuq l-Istati Membri kollha livell minimu obbligatorju ta" ħażniet speċifiċi li jkopru tul ta' żmien itwal.
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentarji u amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma" din id-direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 20XX. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta" dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta" korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentarji u amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma" din id-direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta" Diċembru 20XX, bl-eċċezzjoni ta" dawk l-Istati Membri li għalihom japplika perjodu ta" tranżizzjoni għall-bini ta' riżervi taż-żejt jew tal-prodotti taż-żejt skont it-trattat ta" adeżjoni mal-Unjoni Ewropea fejn l-iskadenza biex jiġu implimentati tkun id-data meta jiskadi l-perjodu ta" tranżizzjoni. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta" dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta" korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Anness III – paragrafu 11
Meta jiġu kkalkulati il-ħażniet tagħhom, l-Istati Membri għandhom inaqqsu b"10% l-ammonti ta" ħażniet kkalkulati skont dak imsemmi qabel. Dan it-tnaqqis japplika għall-ammonti kollha kkunsidrati f'kalkolu speċifiku.
Meta jiġu kkalkulati il-ħażniet tagħhom, l-Istati Membri għandhom inaqqsu b"5 % l-ammonti ta" ħażniet kkalkulati skont dak imsemmi qabel. Dan it-tnaqqis japplika għall-ammonti kollha kkunsidrati f'kalkolu speċifiku.
Avviż legali - Politika tal-privatezza