Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0008(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0200/2009

Testi mressqa :

A6-0200/2009

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 22/04/2009 - 6.13
CRE 22/04/2009 - 6.13
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0229

Testi adottati
PDF 278kWORD 39k
L-Erbgħa, 22 ta' April 2009 - Strasburgu
Programmi ta" ristrutturazzjoni fis-settur tal-qoton *
P6_TA(2009)0229A6-0200/2009

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 637/2008 fir-rigward tal-programmi ta" ristrutturazzjoni [programmi nazzjonali ta' ristrutturar] għas-settur tal-qoton (COM(2009)0037 – C6-0063/2009 – 2009/0008(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0037),

–   wara li kkunsidra l-Att ta" Adeżjoni tal-1979, u b'mod partikolari l-paragrafu 6 tal-Protokoll Nru 4 anness miegħu dwar il-qoton,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37(2), subparagrafu 3 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0063/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0200/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 1 a (ġdida)
(1a)  Ir-riforma li daħlet fis-seħħ fl-1 ta" Jannar 2006 wasslet għal tnaqqis drastiku fil-produzzjoni tal-qoton fi Spanja, li pperikolat bil-kbir anke s-sopravivenza ta' dan is-settur, fattur li esiġa r-ristrutturazzjoni immedjata tal-industrija tal-ħalġ.
Avviż legali - Politika tal-privatezza