Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 3/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III - Kummissjoni (8153/2009 – C6-0118/2009 – 2009/2017(BUD))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, kif ġie adottat b'mod aħħari fit-18 ta' Diċembru 2008(2),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3),
– wara li kkunsidra l-Abbozz preliminari ta' Baġit ta' emenda Nru 3/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, li l-Kummissjoni ppreżentat fis-6 ta' Marzu 2009 (COM(2009)0110),
– wara li kkunsidra l-Abbozz ta' Baġit ta' emenda Nru 3/2009, li l-Kunsill stabbilixxa fit-30 ta' Marzu 2009 (8153/2009 – C6-0118/2009),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0194/2009),
A. billi l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 3 għall-baġit ġenerali tal-2009 jkopri l-aġġustament mill-ġdid, b'effett retroattiv mill-1 ta' Jannar 2007, tas-sistema tar-riżorsi proprji skont id-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007,
B. billi l-għan tal-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 3/2009 huwa li jdaħħal formalment dawn l-aġġustamenti baġitarji fil-baġit tal-2009,
1. Jieħu nota tal-Abbozz preliminari ta' Baġit ta' emenda Nru 3/2009;
2. Japprova l-Abbozz ta' Baġit ta' emenda Nru 3/2009 mingħajr emenda;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.