Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Renato Brunetta (2008/2147(IMM))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra t-talba ta' Renato Brunetta għad-difiża tal-immunità tiegħu fir-rigward tal-proċeduri ċivili miġjuba kontrih quddiem il-Qorti Distrettwali ta' Firenze, fil-15 ta' Mejju 2008, imħabbra fis-seduta plenarja fl-4 ta' Ġunju 2008,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta' April 1965, u l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett tal-20 ta' Settembru 1976,
– wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986 u tal-21 ta" Ottubru 2008(1) tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0195/2009),
1. Jiddeċiedi li jiddefendi l-immunità u l-privileġġi ta" Renato Brunetta;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, u r-rapport tal-kumitat responsabbli, immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Taljana.
Każ 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195, Każ 149/85 Wybot v Faure u Oħrajn [1986] ECR 2391 u Każi Konġunti C-200/07 u C-201/07 Marra v De Gregorio u Clemente, li li għadhom mhumiex irrapportati fil-Ġabra.