Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/2014(IMM)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0190/2009

Testi mressqa :

A6-0190/2009

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 22/04/2009 - 6.20
CRE 22/04/2009 - 6.20

Testi adottati :

P6_TA(2009)0236

Testi adottati
PDF 269kWORD 32k
L-Erbgħa, 22 ta' April 2009 - Strasburgu
Talba għat-tneħħija tal-immunità tas-Sur Hannes Swoboda
P6_TA(2009)0236A6-0190/2009

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Hannes Swoboda (2009/2014(IMM))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Hannes Swoboda mill-Qorti Kriminali Reġjonali ta" Vienna, mibgħuta fl-20 Jannar 2009 u imħabbra fil-5 ta' Diċembru 2008 fis-seduta plenarja tal-5 Frar 2009,

–   wara li sema' lil Hannes Swoboda skont l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll tat-8 ta' April 1965 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew permezz ta' vot dirett universali,

–   wara li kkunsidra s-sentenzi tat-12 ta' Mejju 1964 u tal-10 ta' Lulju 1986(1) tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 57 tal-Bundes-Verfassungsgesetzes Awstrijaka (Liġi Kostituzzjonali Federali),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0190/2009),

1.  Jiddeċiedi li ma jneħħix l-immunità ta' Hannes Swoboda,

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Awstrija.

(1) Każ 101/63, Wagner v Fohrmann u Krier, [1964] ECR. 419, u Każ 149/85, Wybot v Faure u oħrajn, [1986] ECR 2391.

Avviż legali - Politika tal-privatezza