Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 717/2007 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u d-Direttiva 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (COM(2008)0580 – C6-0333/2008 – 2008/0187(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0580),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema Artikoli il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0333/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0138/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li titbiegħed mit-test b'mod sostanzjali jew li tibdlu b'test ieħor;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 717/2007 dwar roaming fuq networks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u d-Direttiva 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta" komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 544/2009.)