Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0182(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0247/2009

Testi mressqa :

A6-0247/2009

Dibattiti :

PV 22/04/2009 - 4
CRE 22/04/2009 - 4

Votazzjonijiet :

PV 22/04/2009 - 6.34
CRE 22/04/2009 - 6.34
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0250

Testi adottati
PDF 282kWORD 36k
L-Erbgħa, 22 ta' April 2009 - Strasburgu
Rekwiżiti ta' rappurtar u dokumentazzjoni fil-każ tal-amalgazzjoni u d-diviżjoni ta' kumpaniji ***I
P6_TA(2009)0250A6-0247/2009
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE, 78/855/KEE u 82/891/KEE u d-Direttiva 2005/56/KE fir-rigward ta' rekwiżiti ta' rappurtar u dokumentazzjoni fil-każ ta' amalgamazzjoni u diviżjonijiet (COM(2008)0576 – C6-0330/2008 – 2008/0182(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0576),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 44(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0330/2008]),

–   wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tas-7 ta' April 2009 sabiex tkun adottata l-proposta kif emendata, skont l-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0247/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE, 78/855/KEE u 82/891/KEE, u d-Direttiva 2005/56/KE fir-rigward tar-rekwiżiti ta" rappurtar u dokumentazzjoni fil-każ tal-għaqda u d-diviżjoni ta" kumpaniji
P6_TC1-COD(2008)0182

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/109/KE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza