Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill (Euratom) li twaqqaf qafas Komunitarju dwar is-sikurezza nukleari (COM(2008)0790 – C6-0026/2009 – 2008/0231(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0790),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat Euratom, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0026/2009),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0236/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 119(2) tat-Trattat Euratom u biex tiżgura li r-rekwiżiti legali previsti mit-Trattat Euratom għall-adozzjoni ta" din il-proposta ġew rispettati, b'mod partikulari l-konsultazzjoni mal-grupp ta" esperi bi qbil mal-Artikolu 31 tat-Trattat Euratom;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummisjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 6
(6) Filwaqt li kull Stat Membru huwa ħieles biex jiddeċiedi dwar liema taħlita ta" enerġija juża, wara perjodu ta" riflessjoni, l-interess fil-bini ta" impjanti ġodda kiber u xi Stati Membri ddeċidew li jilliċenzjaw impjanti ġodda. Barra minn hekk, aktar rekwiżiti għal estensjonijiet tal-ħajja tal-impjanti tal-enerġija nukleari huma mistennija li jiġu preżentati mill-pussessuri ta" liċenzja fis-snin li ġejjin.
(6) Kull Stat Membru huwa ħieles li jiddeċiedi dwar liema taħlita ta" enerġija juża.
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 7
(7) Għal dan il-għan, l-aħjar prattiċi għandhom jiġu żviluppati biex il-korpi regolatorji jiġu ggwidati fit-teħid ta' deċiżjonijiet tagħhom dwar l-estensjonijiet tat-tul tal-ħajja tal-installazzjonijiet nukleari.
(7) Is-sikurezza nukleari għandha x'taqsam mal-interess tal-Komunità, li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni meta jitieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-liċenzjar ta" impjanti ġodda u/jew l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-installazzjonijiet nukleari. Għal dan il-għan, l-aħjar prattiċi għandhom jiġu żviluppati biex il-korpi regolatorji u l-Istati Membri jiġu ggwidati meta jiddeċiedu jekk għandhomx jagħtu liċenzji fuq impjanti ġodda kif ukoll fid-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-estensjonijiet tat-tul tal-ħajja tal-installazzjonijiet nukleari.
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 9
(9) It-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari jeħtieġ li s-sistemi ta" ġestjoni stabbiliti u l-pussessuri tal-liċenzji jiżguraw livell għoli ta" sikurezza għall-pubbliku ġenerali.
(9) It-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari jeħtieġ li s-sistemi ta'ġestjoni stabbiliti u l-pussessuri tal-liċenzji u l-ġesturi tal-iskart jiżguraw l-ogħla livell possibbli ta" sikurezza għall-pubbliku ġenerali.
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 10
(10) Il-prinċipji fundamentali u r-rekwiżiti stabbiliti mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika(IAEA) jikkostitwixxu qafas ta" prattiċi li fuqu għandhom jiġu bbażati r-rekwiżiti nazzjonali tas-sikurezza. L-Istati Membri taw kontribut kbir għat-titjib ta' dawn il-prinċipji fundamentali u rekwiżiti.
(10) Il-prinċipji fundamentali, rekwiżiti u linji gwida stabbiliti mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika(IAEA) jikkostitwixxu sett ta' regoli u qafas ta" prattiki li fuqu għandhom jiġu bbażati r-rekwiżiti nazzjonali tas-sikurezza. L-Istati Membri taw kontribut kbir għat-titjib ta' dawn il-prinċipji fundamentali, rekwiżiti u linji gwida. Ir-regoli għandhom jirriflettu l-aħjar prattiki internazzjonali rigward rekwiżiti għas-sikurezza u għalhekk jikkostitwixxu bażi tajba għal-leġiżlazzjoni tal-Komunità. Dawn ma jistgħux jidħlu fil-liġi tal-Komunità billi ssir sempliċi referenza f'din id-Direttiva għall-IAEA Safety Standards, Serje Nru SF-1 (2006). Anness bil-Prinċipji Fundamentali ta' Sikurezza għandu għalhekk jiġi miżjud mad-Direttiva.
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 13
(13) L-għoti ta" informazzjoni lill-pubbliku, b'mod preċiż u fil-ħin, dwar kwistjonijiet importanti ta" sikurezza nukleari għandha tkun ibbażata fuq livell għoli ta' trasparenza f'materji relatati mas-sikurezza ta' installazzjonijiet nukleari.
(13) l-għoti ta" informazzjoni lill-ħaddiema tal-industrija nukleari u pubbliku, b'mod preċiż u fil-ħin, dwar kwistjonijiet importanti ta" sikurezza nukleari għandha tkun ibbażata fuq livell għoli ta" trasparenza f'materji relatati mas-sikurezza ta" installazzjonijiet nukleari.
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 13 a (ġdida)
(13a)Sabiex jiġi żgurat l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika u t-trasparenza, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri xierqa kollha sabiex jimplimentaw l-obbligazzjonijiet stipulati fil-konvenzjonijiet internazzjonali li diġà jkopru r-rekwiżiti meħtieġa fil-kuntesti nazzjonali, internazzjonali jew transkonfinali, bħalma huma l-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta' deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (il-Konvenzjoni ta' Aarhus tal-25 ta' Ġunju 1998)1.
-- ------------------------------------------------------------- 1 ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1; ĠU L 164, 16.6.2006, p.17, kif emendat bir-Regolament (KE) 1367/2006 (ĠU L 264, 25.09.2006, p. 13).
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 15
(15) Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tar-rekwiżiti ta" sikurezza għal installazzjonijiet nukleari, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu korpi regolatorji bħala awtoritajiet indipendenti. Il-korpi regolatorji għandhom jiġu pprovduti b'kompetenzi u riżorsi xierqa sabiex ikunu jistgħu jwettqu d-doveri tagħhom.
(15) Sabiex tiġi żgurata r-regolamentazzjoni effettiva ta' installazzjonijiet nukleari, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu korpi regolatorji bħala awtoritajiet li jkunu indipendenti minn interessi li jistgħu jaffettaw b'mod mhux kif suppost id-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ta' sikurezza nukleari. Il-korpi regolatorji għandhom jiġu pprovduti b'kompetenzi u riżorsi xierqa sabiex ikunu jistgħu jwettqu d-doveri tagħhom.
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 19
(19) Il-korpi regolatorji responsabbli għas-sikurezza ta" installazzjonijiet nukleari fl-Istati Membri għandhom jikkooperaw l-aktar permezz tal-Grupp ta" Livell Għoli Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart li żviluppa għaxar prinċipji għar-regolamentazzjoni tas-sikurezza nukleari. Il-Grupp ta" Livell Għoli Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart għandu jikkontribwixxi biex il-qafas Komunitarju tas-sikurezza nukleari jirnexxilu jilħaq l-għan tiegħu li jtejjeb is-sikurezza nukleari b'mod kontinwu.
(19) Il-korpi regolatorji responsabbli għas-sorveljanza ta" l-installazzjonijiet nukleari fl-Istati Membri għandhom jikkooperaw l-aktar permezz tal-Grupp ta" Livell Għoli Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart . Il-Grupp ta" Livell Għoli żviluppa għaxar prinċipji għar-regolamentazzjoni tas-sikurezza nukleari li huma importanti fil-kuntest ta' din id-Direttiva Il-Grupp ta" Livell Għoli Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart għandu jikkontribwixxi biex il-qafas Komunitarju tas-sikurezza nukleari jirnexxilu jilħaq l-għan tiegħu li jtejjeb is-sikurezza nukleari b'mod kontinwu.
Emenda 9 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1
1. Din id-Direttiva għandha l-għan li tikseb, iżżomm u ssaħħaħ kontinwament is-sikurezza nukleari fil-Komunità u li ttejjeb ir-rwol tal-korpijiet regolatorji nazzjonali.
1. Din id-Direttiva għandha l-għan li toħloq qafas Komunitarju għas-Sikurezza Nukleari fl-Unjoni Ewropea. Dan il-qafas jiddefinixxi pedamenti li fuqhom għandhom jistrieħu l-arranġamenti leġiżlattivi u regolatorji li jsiru mill-Istati Membri fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari u għandu l-għan li jikseb, iżomm u jsaħħaħ kontinwament is-sikurezza nukleari fil-Komunità u li ttejjeb ir-rwol tal-korpijiet regolatorji nazzjonali.
Emenda 11 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 2
2. Għandha tapplika għad-disinn, il-lokazzjoni, il-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, it-tħaddim u ż-żarmar ta" installazzjonijiet nukleari, li għalihom il-kunsiderazzjoni tas-sikurezza hi meħtieġa taħt il-qafasleġislattiv u regolatorju tal-Istat Membru kkonċernat.
2. Għandha tapplika għad-disinn, il-lokazzjoni, il-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, l-ikkommissjonar, it-tħaddim u ż-żarmar ta" installazzjonijiet nukleari u għax-xogħol imwettaq mis-sottokuntratturi kkummissjonat mill-operaturi, li għalihom il-kunsiderazzjoni tas-sikurezza hi meħtieġa taħt il-qafasleġiżlattiv u regolatorju tal-Istat Membru kkonċernat.
Emenda 12 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt 1
(1) "installazzjoni nukleari" tfisser impjant ta" manifattura ta" fjuwil nukleari, reattur tar-riċerka(fosthom muntaġġi subkritiċi u kritiċi), impjant tal-enerġija nukleari, faċilità għall-ħżin ta" fjuwil użat u skart radjuattiv, impjant ta" arrikkament jew faċilità ta" proċessar mill-ġdid, inklużi faċilitajiet għall-immaniġġar u t-trattament ta" sustanzi radjuattivi ġġenerati matul it-tħaddim ta" installazzjoni;
Emenda 13 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt 3
(3) "materjal radjuattiv" tfisser kwalunkwe materjal li fih radjunuklejdi li l-attività jew konċentrazzjoni tagħhom ma tistax tiġi injorata mil-lat tal-protezzjoni mir-radjazzjoni;
(3) "sustanza radjuattiva" tfisser kwalunkwe materjal li fih radjunuklejdi li l-attività jew konċentrazzjoni tagħhom ma tistax tiġi injorata mil-lat tal-protezzjoni mir-radjazzjoni;
Emenda 14 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt 8
(8) "korp regolatorju" tfisser kwalunkwe korp jew korpi, awtorizzat mill-Istat Membru li jagħti f'dak l-Istat Membru liċenzji u li jissorvelja l-lokazzjoni, id-disinn, il-kostruzzjoni, l-kummissjunar, it-tħaddim jew iż-żarmar ta" installazzjonijiet nukleari;
(8) "korp regolatorju" tfisser awtorità jew sistema ta' awtoritajiet maħtura mill-Istat Membru bħala awtorità legali li tmexxi l-proċess regolatorju, inkluż l-għoti ta' awtorizzazzjonijiet, u b'hekk ir-regolazzjoni ta' radjazzjoni, skart nukleari, skart radjuattiv u s-sikurezza tat-trasport;
Emenda 15 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt 9
(9) "liċenzja" tfisser kull awtorizzazzjoni mogħtija mill-korp regolatorju lill-applikant sabiex jagħti r-responsabbiltà għal-lokazzjoni, id-disinn, il-kostruzzjoni, l-attivazzjoni, l-operazzjoni jew iż-żarmar ta" installazzjonijiet nukleari;
(9) "liċenzja" tfisser kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija minn awtorità governattiva jew nazzjonali approvata minn dak il-gvern lill-applikant sabiex jagħti r-responsabbiltà għal-lokazzjoni, id-disinn, il-kostruzzjoni, l-attivazzjoni, l-operazzjoni jew iż-żarmar ta" installazzjonijiet nukleari;
Emenda 16 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt 10
(10) "reatturi tal-enerġija nukleari" tfisser reatturi tal-enerġija nukleari liċenzjati biex joperaw wara d-dħul fis-seħħ ta" din id-Direttiva.
(10) "reatturi ġodda tal-enerġija nukleari" tfisser reatturi tal-enerġija nukleari liċenzjati biex jinbnew wara d-dħul fis-seħħ ta" din id-Direttiva.
Emenda 17 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – titolu
Responsabbiltà u qafas għas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari
Emenda 18 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1
1.Ir-responsabbiltà ewlenija għas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari għandha tibqa" mal-pussessur tal-liċenzja taħt il-kontroll tal-korp regolatorju. Il-miżuri u l-kontrolli tas-sikurezza li għandhom jiġu implimentati f'installazzjoni nukleari għandhom jiġu deċiżi biss mill-korp regolatorju u applikati mill-pussessur tal-liċenzja.
imħassar
Il-pussessur tal-liċenzja għandu jkollu r-responsabbiltà ewlenija għas-sikurezza tul il-ħajja kollha tal-installazzjonijiet nukleari sakemm jinħeles mir-responsabbiltà tal-kontroll regolatorju. Din ir-responsabbiltà tal-possessur tal-liċenzja ma tistax tiġi delegata.
Emenda 19 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu qafas leġiżlattiv u regolatorju biex jirregolaw is-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari. Dan għandu jinkludi rekwiżiti nazzjonali tas-sikurezza, sistema ta" liċenzjar u kontroll tal-installazzjonijiet nukleari, il-projbizzjoni tat-tħaddim tagħhom mingħajr liċenzja u sistema ta" sorveljanza regolatorja li jkollha l-infurzar meħtieġ.
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu qafas leġiżlattiv u regolatorju, ibbażat fuq l-aħjar prassi tal-EU u internazzjonali disponibbli, biex jirregolaw is-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari. Dan għandu jinkludi rekwiżiti nazzjonali tas-sikurezza, sistema ta" liċenzjar u kontroll tal-installazzjonijiet nukleari, il-projbizzjoni tat-tħaddim tagħhom mingħajr liċenzja u sistema ta" sorveljanza regolatorja, permezz ta' sospensjoni, modifika jew revokar ta' liċenzji, li jkollha l-infurzar meħtieġ.
Emenda 20 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi applikata leġiżlazzjoni biex tipprovdi għar-revokazzjoni tal-liċenzja operattiva ta' installazzjoni nukleari f'każijiet ta' ksur serju tal-kundizzjonijiet tal-liċenzja.
Emenda 21 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 b (ġdid)
2b.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet kollha impenjati f'attivitajiet relatati direttament ma' installazzjonijiet nukleari jistabbilixxu politiki li jagħtu l-prijorità mistħoqqa lis-sikurezza nukleari.
Emenda 22 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 c (ġdid)
2c.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-anqas kull 10 snin il-korp regolatorju u s-sistema regolatorja nazzjonali jiġu sottomessi għal evalwazzjoni minn esperti internazzjonali sabiex l-infrastruttura regolatorja tiġi mtejba kontinwament.
L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni bir-riżultati tal-evalwazzjoni ta' esperti internazzjonali.
Emenda 23 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 d (ġdid)
2d.L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miżuri ta" sikurezza aktar stretti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva.
Emenda 24 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – titlu
Korpi regolatorji
Ħatra u responsabbiltajiet tal-korpi regolatorji
Emenda 25 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu – -1 d (ġdid)
-1.L-Istati Membri għandhom jinnominaw korp regolatorju nazzjonali li jkun responsabbli għar-regolamentazzjoni, is-sorveljanza u l-evalwazzjoni tas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari.
Emenda 26 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp regolatorju jkun effettivament indipendenti minn kull organizzazzjoni li xogħlha jkun li tippromwovi, tħaddem installazzjonijiet nukleari jew tiġġustifika l-benefiċċji tagħhom għas-soċjetà, kif ukoll ħieles minn kwalunkwe element li jista" jaffettwa s-sikurezza.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza effettiva tal-korp regolatorju. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jwettaq il-ħidmiet konferiti fuqu minn din id-Direttiva:
(a) il-korp regolatorju jkun legalment distint u funzjonalment independenti minn kull entità pubblika jew privata, b'mod partikolari minn dawk li xogħolhom hu li jippromwovu, iħaddmu installazzjonijiet nukleari jew jiġġustifikaw il-benefiċċji tagħhom għas-soċjetà, kif ukoll ħielsa minn kwalunkwe element li jista" jaffettwa s-sikurezza;
(b) li l-persunal tal-korp regolatorju u l-persuni responsabbli għall-ġestjoni tiegħu jaġixxu indipendentament minn kull interess tas-suq u m'għandhom ifittxu jew jieħdu istruzzjonijiet minn kwalunkwe gvern jew entità pubblika oħra, meta jwettqu l-ħidmiet regolatorji tagħhom.
Dan ir-rekwiżit għandu jkun bla preġudizzju għal kooperazzjoni xierqa fil-viċin, ma" awtoritajiet nazzjonali relevanti oħra.
Emenda 27 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 2
2. Il-korp regolatorju għandu jingħata l-awtorità, il-kompetenza u r-riżorsi finanzjarji u umani xierqa biex iwettaq ir-responsabbiltajiet u d-doveri tiegħu. Għandu jissorvelja u jirregola s-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari u jiżgura l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti, kundizzjonijiet u regolamenti tas-sikurezza.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp regolatorju jkollu l-awtorità, il-kompetenza u r-riżorsi finanzjarji u umani xierqa biex iwettaq ir-responsabbiltajiet u d-doveri tiegħu. Il-korp regolatorju għandu jissorvelja u jirregola s-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari u jiżgura li l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' sikurezza applikabbli u l-kundizzjonijiet tal-liċenzji jiġu osservati. .
Emenda 28 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 3
3.Il-korp regolatorju jagħti liċenżji u jimmonitorja l-applikazzjoni tagħhom dwar il-lokazzjoni, id-disinn, il-kostruzzjoni, il-kummissjunar, it-tħaddim jew iż-żarmar tal-installazzjonijiet nukleari.
imħassar
Emenda 29 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp regolatorju jagħmel evalwazzjonijiet ta' sikurezza nukleari, investigazzjonijiet u kontrolli, u, fejn ikun meħtieġ passi ta' infurzar għal installazzjonijiet nukleari tul it-tħaddim kif ukoll id-dekommissjoni tagħhom.
Emenda 30 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 3 b (ġdid)
3b.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp regolatorju jkollu s-setgħa li jordna sospensjoni ta' tħaddim ta' kwalunkwe installazzjoni nukleari f'każijiet fejn is-sikurezza ma tkunx garantita.
Emenda 31 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 4
4.Il-korpi regolatorji għandhom jiżguraw li l-pussessuri tal-liċenzja jkollhom biżżejjed persunal bi kwalifiki xierqa.
imħassar
Emenda 32 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 5
5.Mill-anqas ta" kull għaxar snin, il-korp regolatorju għandu jissottometti ruħu u s-sistema regolatorja nazzjonali għal reviżjoni minn esperti ugwali fil-qasam bl-għan li l-infrastruttura regolatorja tiġi mtejba kontinwament.
imħassar
Emenda 33 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 5 a (ġdid)
5a.Korpi regolatorji tal-Istati Membri għandhom jagħmlu skambju tal-aqwa prattiki regolatorji u jiżviluppaw fehmiet dwar rekwiżiti internazzjonali tas-sikurezza nukleari .
Emenda 34 Proposta għal direttiva Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-pubbliku dwar il-proċeduri u r-riżultati tal-attivitajiet ta" sorveljanza relatati mas-sikurezza nukleari. Għandhom jiżguraw ukoll li l-korpi regolatorji jinfurmaw lill-pubbliku b'mod effettiv dwar l-oqsma tal-kompetenza tagħhom. Għandu jiġi żgurat l-aċċess għall-informazzjoni, skont l-obbligi nazzjonali u internazzjonali rilevanti
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-pubbliku u lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri u r-riżultati tal-attivitajiet ta" sorveljanza relatati mas-sikurezza nukleari u fil-każijiet kollha ta" inċident jinfurmaw lill-pubbliku mill-aktar fis. Għandhom jiżguraw ukoll li l-korpi regolatorji jinfurmaw lill-pubbliku b'mod effettiv dwar l-oqsma tal-kompetenza tagħhom. Għandu jiġi żgurat l-aċċess għall-informazzjoni, skont l-obbligi nazzjonali u internazzjonali rilevanti
1. L-Istati Membri għandhom iħarsu l-prinċipjifindamentaqli tas-sikurezza tal-IAEA (Prinċipji Fundamentali tas-Sikurezza tal-IAEA: Prinċipji fundamentali tas-sikurezza, Standard tas-Sikurezza IAEA Nru SF-1 (2006). Għandhom josservaw l-obbligi u r-rekwiżiti inkorporati fil-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari (IAEA INFCIRC 449 tal-5 ta" Lulju 1994).
1. Għal-lokalizzazzjoni, id-disinn, il-kostruzzjoni, it-tħaddim u d-dekommissjoni ta' faċilitajiet nukleari l-Istati Membri għandhom japplikaw il-prinċipji fundamentali tas-sikurezza tal-IAEA (Prinċipji Fundamentali tas-Sikurezza tal-IAEA: Prinċipji fundamentali tas-sikurezza, Standard tas-Sikurezza IAEA Nru SF-1 (2006), li huma relevanti għall-ħolqien ta" qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari kif speċifikat fl-Anness. Għandhom japplikaw l-obbligi u r-rekwiżiti inkorporati fil-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari1.
________________________________________________________________ 1ĠU L 318, 11.12.1999, p. 20 u ĠU L 172, 6.5.2004, p. 7.
B'mod partikolari għandom jiżguraw li l-prinċipji applikabbli stipulati fil-prinċipji fundamentali tas-sikurezza tal-IAEA jiġu implimentati sabiex jassiguraw livell għoli ta" sikurezza fl-installazzjonijiet nukleari, li jinkludu inter alia arranġamenti effettivi kontra l-perikli radjoloġiċi possibbli, il-prevenzjoni u r-reazzjoni għal-aċċidenti, il-ġestjoni tal-qdim tal-impjant, il-ġestjoni fuq perjodu taż-żmien twil tal-materjali kollha radjuattivi prodotti u informazzjoni dwar il-popolazzjoni u l-awtoritajiet tal-Istati tal-madwar.
imħassar
Emenda 37 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 2
2. Fir-rigward tas-sikurezza ta" reatturi tal-enerġija nukleari ġodda, l-Istati Membri għandhom jippruvaw jiżviluppaw rekwiżiti addizzjonali tas-sikurezza, f'konformità mat-titjib kontinwu tas-sikurezza abbażi tal-livelli ta" sikurezza żviluppati mill-Assoċjazzjoni tar-Regolaturi Nukleari tal-Ewropa tal-Punent (WENRA) u b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Grupp ta" Livell Għoli Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart.
2. Għall-ħruġ ta' liċenzji għall-bini ta" reatturi tal-enerġija nukleari ġodda, l-Istati Membri għandhom jippruvaw jiżviluppaw rekwiżiti addizzjonali tas-sikurezza li jirriflettu t-titjib kontinwu tal-esperjenza ta' tħaddim tar-reatturi eżistenti, intwizzjonijiet miksuba mill-analiżi ta' sikurezza ta' impjanti mħaddma, metodoloġiji u tekonologija l-aktar avvanzati u r-riżultati ta' riċerka dwar is-sikurezza.
Emenda 38 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pajjiżi terzi kollha li jixtiequ jew jinsabu waqt proċess ta" negozjar għad-dħul fl-UE jikkonformaw mill-anqas mal-istandards maħruġa f'din id-Direttiva u l-prinċipji fl-Anness kif stabbiliti mill-IAEA.
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – titolu
Obbligi tal-pussessuri tal-liċenzja
Responsabbiltajiet tal-pussessuri tal-liċenzji
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu – -1 d (ġdid)
-1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-responsabbiltà primarja għas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari tul it-tħaddim tal-installazzjoni nukleari, tkun tad-pussessur tal-liċenzja. Din ir-responsabbiltà tal-possessur tal-liċenzja ma tistax tiġi delegata.
Emenda 41 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 1
1. Il-pussessuri tal-liċenzja għandhom jiddisinjaw, jibnu, jħaddmu u jżarmaw l-installazzjonijiet nukleari tagħhom f'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6(1) u (2).
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pussessuri tal-liċenzja jinżammu responsabbli biex jiddisinjaw, jibnu, iħaddmu u jżarmaw l-installazzjonijiet nukleari tagħhom f'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6.
Emenda 42 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 2
2. Il-pussessuri tal-liċenzja għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw sistemi tal-ġestjoni li għandhom jiġu vverifikati b'mod regolari mill-korp regolatorju.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pussessuri tal-liċenzja jistabbilixxu u jimplimentaw sistemi tal-ġestjoni li jiġu vverifikati b'mod regolari mill-korp regolatorju.
Emenda 44 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp regolatorju jevalwa b'mod regolari s-suffiċjenza u l-kwalifiki tal-persunal tal-pussessur tal-liċenzja, bħala prerekwiżit biex tkun assigurata s-sikurezza nukleari, fuq il-bażi ta" rapport ippreżentat mill-pussessur tal-liċenzja dwar l-evalwazzjoni ta" kwistjonijiet marbuta mal-impjieg bħas-saħħa u s-sikurezza u l-kultura ta" sikurezza, il-kwalifiki u t-taħriġ, l-għadd tal-impjegati u l-użu ta" sottokuntratturi.
Emenda 45 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 3 b (ġdid)
3b.Kull tliet snin l-awtoritajiet regolatorji relevanti għandhom jippreżentaw rapport dwar is-sikurezza nukleari u l-kultura ta" sikurezza lill-Kummissjoni u lill-imsieħba soċjali Ewropej. B'konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali Ewropej il-Kummissjoni Ewropea tista" tipproponi modi ta" titjib bil-għan li tiġi żgurata s-sikurezza nukleari, inkluż ħarsien għas-saħħa fl-ogħla livell possibbli fl-UE.
Emenda 46 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 1
1.Il-valutazzjonijiet, l-investigazzjonijiet, il-kontrolli u, fejn neċessarju l-azzjonijiet ta" infurzar tas-sikurezza nukleari għandhom isiru mill-korp regolatorju fl-installazzjonijiet nukleari tul il-ħajja kollha tal-installazzjonijiet, anke waqt iż-żarmar.
imħassar
Emenda 47 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 2
2.F'każ ta" ksur serju jew ripetut tar-regoli tas-sikurezza fl-installazzjoni nukleari, il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jirtira l-liċenzja operattiva.
imħassar
Emenda 48 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 3
3.Il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jordna li jitwaqqaf l-operat ta" kwalunkwe impjant nukleari fil-każ li jitqies li s-sikurezza ma tkunx garantita b'mod sħiħ
imħassar
Emenda 49 Proposta għal direttiva Artikolu 9
L-edukazzjoni xierqa u l-opportunitajiet ta" taħriġ għal taħriġ teoretiku u prattiku kontinwu fis-sikurezza nukleari għandhom jiġu magħmula disponibbli mill-Istati Membri separatament u permezz ta" kooperazzjoni trans-nazzjonali.
Bil-għan li jinbnew riżorsi umani nazzjonali adegwati u biex jiġi preservat l-għarfien nukleari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-edukazzjoni opportunitajiet ta" taħriġ għal taħriġ bażiku u kontinwu teoretiku u prattiku fis-sikurezza nukleari, inklużi programmi ta" skambju, ikunu disponibbli mill-Istati Membri u, jekk ikun meħtieġ, permezz ta" kooperazzjoni transnazzjonali.
Emenda 50 Proposta għal direttiva Artikolu 10
Artikolu 10
imħassar
Prijorità għas-sikurezza
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miżuri ta" sikurezza aktar stretti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva.
Emenda 51 Proposta għal direttiva Artikolu 11
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva sa mhux iżjed tard minn [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ], u kull tliet snin wara. Abbażi tal-ewwel rapport, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva, akkompanjat, jekk xieraq, bi proposti leġiżlattivi.
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva fl-istess żmien u bl-istess frekwenza tar-rapporti nazzjonali għal-laqgħat ta' evalwazzjoni tal-Konvenzjoni tas-Sikurezza Nukleari Abbażi ta' dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva, akkompanjat, jekk xieraq, bi proposti leġiżlattivi.
Emenda 52 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 1
○L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma" din id-Direttiva mhux iżjed tard minn [sentejn wara d-data msemmija fl-Artikolu 13]. Minnufih, għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta" dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta" korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
○L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma" din id-Direttiva mhux iżjed tard minn [sentejn wara d-data msemmija fl-Artikolu 13]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta" dawk id-dispożizzjonijiet.
Emenda 53 Proposta għal direttiva Anness (ġdid)
Anness
MIRA TA" SIKUREZZA
Il-mira ta" sikurezza fundamentali hija l-protezzjoni tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali mill-effetti ta" ħsara tar-radjazzjoni jonizzanti li jistgħu jiġu kkawżati mill-installazzjonijiet nukleari.
1.Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali, l-installazzjonijiet nukleari għandhom jitmexxew b'mod li jwassal għall-ogħla standards ta" sikurezza li jistgħu jintlaħqu b'mod raġonevoli u b'kunsiderazzjoni ta" fatturi ekonomiċi u soċjali.
B'żieda mal-miżuri marbuta mal-ħarsien tas-saħħa stipulati fl-istandards bażiċi tal-Euratom (Direttiva 96/29/Euratom), għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin:
- tnaqqis tal-probabbiltà ta" avvenimenti li jistgħu jwasslu għal telf tal-kontroll fuq il-qalba ta" reattur nukleari, il-katina ta" reazzjonijiet nukleari jew għajn radjuattiva u
- mitigazzjoni tal-konsegwenzi ta" avvenimenti bħal dawn fil-każ li jseħħu.
2.Il-mira ta" sikurezza fundamentali għandha titqies għall-installazzjonijiet nukleari kollha u għall-istadji kollha tal-ħajja tal-installazzjoni nukleari li tkun.
PRINĊIPJI TAS-SIKUREZZA
Prinċipju 1: Responsabilità għas-sikurezza
Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-responsabbiltà primarja għas-sikurezza ta" installazzjoni nukleari tkun fuq il-pussessur tal-liċenzja għandu jieħu l-passi adegwati biex jiżgura li dawn il-pussessuri tal-liċenzja kollha jwettqu r-responsabbiltà tagħhom.
1.1Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-pussessur tal-liċenzja jkun adotta miżuri biex:
- jistabbilixxi u jżomm għaddejjin il-kompetenzi meħtieġa;
- jipprovdi taħriġ u tagħrif adegwati;
- jistabbilixxi proċeduri u arranġamenti biex iżomm is-sikurezza kif għandha tkun taħt il-kundizzjonijiet kollha;
- jivverifika d-disinn xieraq u l-kwalità adegwata tal-installazzjonijiet nukleari;
- jiżgura l-kontroll sikur tal-materjal radjuattiv kollu li jintuża jew jkun prodott jew merfugħ;
- jiżgura l-kontroll sikur tal-iskart radjuattiv kollu li jiġi ġġenerat
bil-għan li titwettaq ir-responsabbiltà għas-sikurezza ta" installazzjoni nukleari.
Dawn ir-responsabbiltajiet għandhom ikunu mwettqa skont l-objettivi u r-rekwiżiti applikabbli tas-sikurezza kif stabbilit jew approvati mill-korp regolatorju, u t-twettiq tagħhom għandu jkun żgurat permezz tal-implimentazzjoni tas-sistema ta" ġestjoni.
Prinċipju 2: Tmexxija u ġestjoni għas-sikurezza
It-tmexxija u l-ġestjoni effettivi għas-sikurezza għandhom ikunu stabbiliti u sostnuti fl-organizzazzjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mas-sikurezza nukleari.
2.1It-tmexxija fi kwistjonijiet ta" sikurezza trid tintwera fil-livelli l-aktar għolja f'organizzazzjoni. Sistema ta" ġestjoni effettiva għandha tiġi implimentata u tinżamm kif għandha tkun u trid tintegra l-elementi kollha tal-ġestjoni sabiex ir-rekwiżiti għas-sikurezza jkunu stabbiliti u applikati b'mod koerenti ma" rekwiżiti oħra, inklużi dawk li għandhom x'jaqsmu mal-prestazzjoni tal-bniedem, mal-kwalità u mas-sikurezza, u sabiex is-sikurezza ma tiġix kompromessa minn rekwiżiti jew domandi oħra.
Is-sistema ta" ġestjoni trid tiżgura wkoll il-promozzjoni ta" kultura ta" sikurezza, il-valutazzjoni regolari tal-prestazzjoni tas-sikurezza u l-applikazzjoni tal-lezzjonijiet li wieħed ikun tgħallem mill-esperjenza.
2.2Kultura ta" sikurezza li tkun tirregola l-attitudnijiet u l-imġiba fir-rigward tas-sikurezza tal-organizzazzjonijiet u tal-individwi kollha kkonċernati trid tkun integrata fis-sistema ta' ġestjoni. Kultura ta" sikurezza tinkludi:
- l-impenn individwali u kollettiv lejn is-sikurezza min-naħa tat-tmexxija, tal-ġestjoni u tal-persunal fil-livelli kollha;
- il-kontabilità tal-organizzazzjonijiet u tal-individwi fil-livelli kollha għas-sikurezza;
- il-miżuri li għandhom il-għan li jinkuraġġixxu attitudni fejn wieħed jistaqsi u jitgħallem u li jiskuraġġixxu l-kompjaċenza fir-rigward tas-sikurezza.
2.3Is-sistema ta" ġestjoni għandha tagħraf il-firxa kollha kemm hi tal-interazzjonijiet tal-individwi fil-livelli kollha mat-teknoloġija u mal-organizzazzjonijiet. Sabiex ikunu evitati l-fallimenti tas-sigurtà, dawk sinifikanti mil-lat uman u dawk mil-lat ta" organizzazzjoni, għandhom jitqiesu l-fatturi umani u jridu jkunu appoġġjati kemm il-prestazzjoni tajba u kemm il-prattiki tajba.
Prinċipju 3: Valutazzjoni tas-sikurezza
Għandhom jitwettqu valutazzjonijiet komprensivi u sistematiċi tas-sikurezza qabel il-kostruzzjoni u l-ikkummissjunar ta" installazzjoni nukleari u tul il-ħajja kollha tagħha. Għandu jintuża approċċ iggradat b'kunsiderazzjoni tal-kobor tar-riskji potenzjali kkawżati mill-installazzjoni nukleari.
3.1Il-korp regolatorju għandu jirrikjedi valutazzjoni dwar is-sikurezza nukleari għall-installazzjonijiet nukleari kollha, f'konsistenza ma" approċċ iggradat. Din il-valutazzjoni tas-sikurezza għandha tinvolvi l-analiżi sistematika tal-operazzjoni normali u l-effetti tagħha, tal-modi kif jistgħu jseħħu fallimenti u tal-konsegwenzi ta" fallimenti bħal dawn. Il-valutazzjonijiet tas-sikurezza jkopru l-miżuri tas-sikurezza meħtieġa għall-kontroll tar-riskju, u l-karatteristiċi tas-sikurezza li jkunu ddisinjati u maħduma bl-inġinerija huma vvalutati biex jintwera li huma jissodisfaw il-funzjonijiet ta" sikurezza rekwiżiti minnhom. Fejn ikunu mitluba miżuri ta" kontroll jew azzjonijiet tal-operatur biex tinżamm kif għandha tkun is-sikurezza, għandha ssir valutazzjoni inizjali tas-sikurezza biex jintwera li l-arranġamenti li jkunu saru jkunu robusti u li huma ta' min jafda fuqhom. Permess għal installazzjoni nukleari għandu jingħata biss minn Stat Membru, ladarba jkun intwera għas-sodisfazzjon tal-korp regolatorju li l-miżuri tas-sigurtà proposti jkunu adegwati.
3.2Il-valutazzjoni tas-sikurezza għandha tkun irripetuta jew kollha kemm hi jew parti minnha skont ma jkun meħtieġ aktar tard fit-tmexxija tal-operazzjonijiet sabiex jitqiesu ċ-ċirkustanzi li jkunu nbidlu (bħalma huma l-applikazzjoni ta" standards ġodda jew żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi), ir-rappurtar lura tal-esperjenza tat-tħaddim, modifiki u l-effetti li jiġu mill-qdumija. Għal operazzjonijiet li jkomplu fuq perjodi twal ta" żmien, il-valutazzjonijiet huma eżaminati mill-ġdid u rripetuti skont ma jkun meħtieġ. Il-kontinwazzjoni ta" operazzjonijiet bħal dawn hija suġġetta għal dawn il-valutazzjonijiet mill-ġdid li juru li l-miżuri tas-sikurezza jkunu għadhom adegwati.
3.3Fi ħdan il-valutazzjoni tas-sikurezza meħtieġa għandhom jiġu identifikati u analizzati l-prekursuri ta" inċidenti (avvenimenti inizjattivi li setgħu jwasslu għal kundizzjonijiet ta" inċident) u għandhom jittieħdu miżuri sabiex jiġu evitati l-okkorrenzi ta" inċidenti.
3.4Sabiex tissaħħaħ aktar is-sikurezza, għandhom jitwettqu proċessi adegwati għar-rappurtar lura u l-analiżi tal-esperjenza tat-tħaddim fl-istess faċilitajiet u oħrajn, inkluż l-avvenimenti inizjattivi, il-prekursuri ta" inċidenti, il-kważi-inċidenti, l-inċidenti u l-atti mhux awtorizzati, bil-għan li jservu ta" tagħlim li jista" jitqassam u jinħadem.
Prinċipju 4: Ottimizzazzjoni tal-ħarsien
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħarsien ikun ottimizzat biex jipprovdi l-ogħla livell ta" sikurezza li jista" jintlaħaq raġonevolment mingħajr ma jillimitaw bla bżonn l-użu tagħhom.
4.1L-ottimizzazzjoni tal-ħarsien teħtieġ li jsiru ġudizzji rigward is-sinifikat relattiv ta" diversi fatturi, inklużi:
- il-probabilità li jseħħu avvenimenti prevedibbli u l-konsegwenzi rrelatati;
- il-kobor u d-distribuzzjoni tad-dożi ta" radjazzjoni li wieħed ikun irċieva;
- fatturi ekonomiċi, soċjali u ambjentali li huma konsegwenza tar-riskji ta" radjazzjoni.
- l-ottimizzazzjoni tal-ħarsien tfisser ukoll l-użu tal-prattiki tajba u tas-sens komun skont kemm jista" jkun prattikament possibbli fl-attivitajiet ta" kuljum.
Prinċipju 5: Prevenzjoni u mitigazzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru l-isforzi prattikabbli kollha biex ikunu evitati u mitigati l-inċidenti nukleari jew tar-radjazzjoni.
5.1Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-pussessuri tal-liċenzja jagħmlu l-isforzi prattikabbli kollha
- biex ikun evitat li jseħħu kundizzjonijiet anormali jew inċidenti li jistgħu jwasslu għal telf ta" kontroll;
- biex tkun evitata l-eskalazzjoni ta" kull kundizzjoni anormali jew inċidenti bħal dawn li fil-fatt iseħħu; u
- biex tiġi mmitigata kull konsegwenza ta" inċident li twassal għal effetti ta' ħsara;.
bl-implimentazzjoni tad-"difiża fil-fond".
5.2L-applikazzjoni tal-kunċett tad-difiża fil-fond għandu jiżgura li l-ebda falliment tekniku, mill-bniedem jew organizzazzjonali waħdu ma jista" jwassal għal effetti ta" ħsara, u li l-kumbinazzjoni ta" fallimenti li jistgħu jwasslu għal effetti ta' ħsara sinifikanti jkollha probabilità baxxa ħafna li sseħħ.
5.3Id-difiża fil-fond għandha tiġi implimentata permezz tal-kumbinazzjoni flimkien ta" livelli konsekuttivi u indipendenti ta" ħarsien li jkollhom ifallu kollha kemm huma qabel ma jistgħu jiġu kkawżati effetti ta" ħsara fuq il-ħaddiema jew il-pubbliku ġenerali. Il-livelli tad-difiża fil-fond għandhom jinkludu:
- l-għażla adegwata tas-siti
- id-disinn adegwat tal-installazzjoni nukleari, li jikkonstisti f'dawn li ġejjin:
il-kwalità għolja tad-disinn u l-konstruzzjoni
l-affidabilità għolja tal-komponenti u t-tagħmir
sistemi ta" kontroll, ta" limitazzjoni u ta" ħarsien u karatteristiċi ta" sorveljanza;
- organizzazzjoni adegwata li għandha
sistema effettiva ta" ġestjoni b'impenn qawwi lejn il-kultura ta" sikurezza
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru arranġamenti favur it-tħejjija u r-rispons għall-emerġenzi fir-rigward tal-inċidenti tal-installazzjonijiet nukleari f'konformità mad-Direttiva 96/29/Euratom.