Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0216(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0253/2009

Testi mressqa :

A6-0253/2009

Dibattiti :

PV 21/04/2009 - 22
CRE 21/04/2009 - 22

Votazzjonijiet :

PV 22/04/2009 - 6.39
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0255

Testi adottati
PDF 609kWORD 383k
L-Erbgħa, 22 ta' April 2009 - Strasburgu
Sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd *
P6_TA(2009)0255A6-0253/2009

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (COM(2008)0721 – C6-0510/2008 – 2008/0216(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

The European Parliament,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0721),

–   wara li kkunsidra l-Artkolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill(C6-0510/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0253/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Recital 4
(4)  Fil-preżent id-dispożizzjonijiet tal-kontroll huma mifruxa fuq numru vast ta" testi legali sovraposti u kumplessi. Jeżistu nuqqasijiet fl-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta" wħud mill-partijiet tas-sistema tal-kontroll, u dan jirriżulta f'miżuri insuffiċjenti u diverġenti bħala reazzjoni għall-infrazzjonijiet tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, biex b'hekk jiġi mhedded il-ħolqien ta" parità ta" kundizzjonijiet għas-sajjieda madwar il-Komunità. Għal din ir-raġuni r-reġim eżistenti u l-obbligazzjonijiet kollha fih għandhom jiġu konsolidati, razzjonalizzati u simplifikati, b'mod partikolari permezz tat-tnaqqis ta" piżijiet doppji tar-regolazzjoni u l-amministrazzjoni.
(4)  Fil-preżent id-dispożizzjonijiet tal-kontroll huma mifruxa fuq numru vast ta" testi legali sovraposti u kumplessi. Jeżistu nuqqasijiet fl-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta" wħud mill-partijiet tas-sistema tal-kontroll, u l-Kummissjoni għadha ma pproponietx ir-regolamenti implimentattivi kollha meħtieġa għar-Regolament (KEE) Nru 2847/93. Dan irriżulta f'miżuri insuffiċjenti u diverġenti bħala reazzjoni għall-infrazzjonijiet tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, biex b'hekk jiġi mhedded il-ħolqien ta" parità ta" kundizzjonijiet għas-sajjieda madwar il-Komunità. Għal din ir-raġuni r-reġim eżistenti u l-obbligazzjonijiet kollha fih għandhom jiġu konsolidati, razzjonalizzati u simplifikati, b'mod partikolari permezz tat-tnaqqis ta" piżijiet doppji tar-regolazzjoni u l-amministrazzjoni.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 14 a (ġdida)
(14a)  Il-Politika Komuni tas-Sajd tkopri l-konservazzjoni, l-immaniġġjar u l-isfruttament tar-riżorsi ħajjin tal-ilma, sabiex it-tipi kollha ta" attivitajiet li jisfruttaw dawn ir-riżorsi jitqiesu fuq bażi ekwa, kemm jekk ikunu kummerċjali kif ukoll jekk le. Ikun diskriminatorju jekk is-sajd kummerċjali jkun suġġett għal kontrolli u limiti stretti waqt li jiġi eżentat fil-biċċa l-kbira tiegħu s-sajd mhux kummerċjali.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  L-attivitajiet u l-metodi tal-kontroll għandhom ikunu bbażati fuq il-ġestjoni tar-riskju bl-użu sistematiku u komprensiv tal-proċeduri tal-kontroverifiki.
(19)  L-attivitajiet u l-metodi tal-kontroll għandhom ikunu bbażati fuq il-ġestjoni tar-riskju bl-użu sistematiku u komprensiv tal-proċeduri tal-kontroverifiki mill-Istati Membri. Jeħtieġ ukoll li l-Istati Membri jaqsmu bejniethom tagħrif rilevanti.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  Netwerk integrat ta" sorveljanza marittima għandu jiġi stabbilit bejn is-sistemi ta" sorveljanza, monitoraġġ, identifikazzjoni u rintraċċar imħaddma għall-finijiet tas-sigurtà u s-sikurezza marittima, il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, il-kontroll tas-sajd, il-kontroll tal-fruntieri, l-infurzar ġenerali tal-liġi, u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ. In-netwerk għandu jkollu l-kapaċità li jipprovdi informazzjoni kontinwament dwar l-attivitajiet fil-qasam marittimu sabiex isostni proċess ta" teħid ta" deċiżjonijeit f'waqthom. Dan imbagħad għandujippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi impenjati fl-attivitajiet ta" sorveljanza biex jipprovdu servizzi aktar effikaċi u effiċjenti mil-lat finanzjarju. Għal dan il-għan, is-Sistemi Awtomatiċi ta" Identifikazzjoni, is-Sistemi ta" Monitoraġġ tal-Bastimenti msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta" Diċembru 2003, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati – dwar is-sistemi ta' sorveljanza tal-vapuri bażata fuq satellita u s-Sistemi ta" Rilevament ta" Bastimenti miġbura fil-qafas ta" dan ir-Regolament li għandha tiġi trażmessa u użata minn awtoritajiet pubbliċi oħra impenjati fl-attivitajiet ta" sorveljanza msemmija hawn fuq.
(24)  Netwerk integrat ta" sorveljanza marittima għandu jiġi stabbilit bejn is-sistemi ta" sorveljanza, monitoraġġ, identifikazzjoni u rintraċċar imħaddma għall-finijiet tas-sigurtà u s-sikurezza marittima, il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, il-kontroll tas-sajd, il-kontroll tal-fruntieri, l-infurzar ġenerali tal-liġi, u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ, maħsuba għas-sitwazzjonijiet differenti tal-Istati Membri. In-netwerk għandu jkollu l-kapaċità li jipprovdi informazzjoni kontinwament dwar l-attivitajiet fil-qasam marittimu sabiex isostni proċess ta" teħid ta" deċiżjonijeit f'waqthom. Dan imbagħad għandujippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi impenjati fl-attivitajiet ta" sorveljanza biex jipprovdu servizzi aktar effikaċi u effiċjenti mil-lat finanzjarju. Għal dan il-għan, is-Sistemi Awtomatiċi ta" Identifikazzjoni, is-Sistemi ta" Monitoraġġ tal-Bastimenti msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta" Diċembru 2003, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati – dwar is-sistemi ta' sorveljanza tal-vapuri bażata fuq satellita u s-Sistemi ta" Rilevament ta" Bastimenti miġbura fil-qafas ta" dan ir-Regolament li għandha tiġi trażmessa u użata minn awtoritajiet pubbliċi oħra impenjati fl-attivitajiet ta" sorveljanza msemmija hawn fuq.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 29
(29)  Għandhom jiġu konferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tagħlaq is-sajd meta l-kwota ta" Stat Membru jew it-TAC jiġu eżawriti. Il-Kummissjoni għandha jkollha wkoll is-setgħa li tnaqqas il-kwoti u tirrifjuta t-trasferiment ta" kwoti jew l-iskambju ta" kwoti sabiex tiżgura l-kisba tal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd mill-Istati Membri.
(29)  Għandhom jiġu konferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tagħlaq is-sajd meta l-kwota ta" Stat Membru jew it-TAC jiġu eżawriti.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 34
(34)  Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni. Il-miżuri kollha adottati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament se jikkonformaw mal-prinċipju tal-proporzjonalità.
(34)  Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas-17 ta' Lulju 2006.Il-miżuri kollha adottati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament se jikkonformaw mal-prinċipju tal-proporzjonalità.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 39
(39)  F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa neċessarju u xieraq, għall-kisba tal-għan bażiku li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effikaċi tal-Politika Komuni tas-Sajd, li tiġi stabbilita sistema komprensiva u uniformi tal-kontroll. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 5 tat-Trattat.
(39)  F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa neċessarju u xieraq, għall-kisba tal-għan bażiku li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effikaċi tal-Politika Komuni tas-Sajd, li tiġi stabbilita sistema komprensiva u uniformi tal-kontroll, filwaqt li jitqies il-fatt li s-sajd fuq skala żgħira u s-sajd artiġġjanali huwa b'mod ċar differenti mis-sajd industrijali, ta' sussistenza u rikreattiv, u li sistema ta' regolamenti ta' kontroll għandha tirrifletti dawn id-differenzi b'mod xieraq. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 5 tat-Trattat.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema Komunitarja għall-kontroll, il-monitoraġġ, is-sorveljanza, l-ispezzjoni, u l-infurzar (minn hawn "il quddiem "is-sistema Komunitarja tal-kontroll") tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema Komunitarja għall-kontroll, bl-għan li tiġi garantita konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – punt 1
(1)  "Attività tas-sajd" tfisser tiftix għall-ħut, l-isparar, il-kalar, l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd, it-teħid tal-qabdiet abbord, it-trażbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment u t-tqegħid f'gaġeġ ta" ħut u prodotti tas-sajd;
(1)  (1) "Attività tas-sajd" tfisser tiftix għall-ħut, l-isparar, il-kalar, l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd, it-teħid tal-qabdiet abbord, it-trażbord, iż-żamma abbord, il-ħatt l-art, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment u t-tqegħid f'gaġeġ u t-tismin ta" ħut u ta" prodotti tas-sajd;
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – punt 6 a (ġdid)
(6a) "ksur serju" tfisser dawk l-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 42(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008;
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – punt 7 a (ġdid)
(7a)  "Is-sajd rikreattiv" tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw riżorsi ħajjin tal-ilma għar-rikreazzjoni jew għall-isport, inklużi, inter alia, is-sajd rikreattiv, is-sajd bħala sport, turnamenti tal-isport u forom oħra ta' sajd rikreattiv;
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – punt 8
(8)  "Awtorizzazzjoni tas-sajd" tfisser awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa għal bastiment tas-sajd tal-Komunità flimkien mal-liċenzja tas-sajd tiegħu, li tagħtih id-dritt imexxi attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Komunità in ġenerali u/jew attivitajiet tas-sajd speċifiċi matul perjodu speċifiku, f'żona speċifika jew għal sajd partikolari taħt kundizzjonijiet speċifiċi;
(8)  "Awtorizzazzjoni tas-sajd" tfisser awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa għal bastiment tas-sajd tal-Komunità flimkien mal-liċenzja tas-sajd tiegħu, li tagħtih id-dritt imexxi attivitajiet tas-sajd u/jew attivitajiet tas-sajd speċifiċi matul perjodu speċifiku, f'żona speċifika jew għal sajd partikolari taħt kundizzjonijiet speċifiċi;
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – punt 17
(17)  "Proċessar" tfisser il-proċess li bih ġiet ippreparata l-preżentazzjoni.Dan jinkludi t-tindif, l-iflettjar, it-tkessiħ, l-ippakkjar, it-tqegħid f'laned, l-iffriżar, l-affumikar, it-tmelliħ, it-tisjir, l-ippriservar, it-tnixxif jew il-preparazzjoni tal-ħut għas-suq bi kwalunkwe mod ieħor;
(17)  "Proċessar" tfisser il-proċess li bih ġiet ippreparata l-preżentazzjoni.Dan jinkludi l-iflettjar, l-ippakkjar, it-tqegħid f'laned, l-iffriżar, l-affumikar, it-tmelliħ, it-tisjir, l-ippriservar, it-tnixxif jew il-preparazzjoni tal-ħut għas-suq bi kwalunkwe mod ieħor;
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jikkontrollaw l-attivitajiet li jsiru minn kwalunkwe persuna naturali jew legali fl-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd fit-territorju tagħhom jew fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom, b'mod partikolari s-sajd, it-trażbord, it-trasferiment ta" ħut għal ġol-gaġeġ jew l-installazzjonijiet tal-akkwakultura inkluż installazzjonijiet tat-tħaxxin, il-ħatt l-art, l-importazzjoni, it-trasport, il-kummerċjalizzazzjoni u l-ħażna tal-prodotti tas-sajd.
1.  L-Istati Membri għandhom jikkontrollaw l-attivitajiet li jsiru minn kwalunkwe persuna naturali jew legali fl-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd fit-territorju tagħhom jew fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom, b'mod partikolari s-sajd, l-attivitajiet tal-akkwakultura, it-trażbord, it-trasferiment ta" ħut għal ġol-gaġeġ jew l-installazzjonijiet tal-akkwakultura inkluż installazzjonijiet tat-tħaxxin, il-ħatt l-art, l-importazzjoni, it-trasport, il-kummerċjalizzazzjoni u l-ħażna tal-prodotti tas-sajd.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 4
4.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kontroll, l-ispezzjoni, il-monitoraġġ, is-sorveljanza u l-infurzar isiru fuq bażi indiskriminatorja f'daq li għandu x'jaqsam mas-setturi, il-bastimenti jew il-persuni magħżula għall-ispezzjoni, u fuq il-bażi tal-ġestjoni tar-riskju.
4.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kontroll, l-ispezzjoni, il-monitoraġġ, is-sorveljanza u l-infurzar isiru fuq bażi mhux diskriminatorja f'dak li għandu x'jaqsam ma"taqsimiet, bastimenti jew persuni, u fuq il-bażi tal-ġestjoni tar-riskju.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3
3.  L-Istat Membru tal-bandiera għandu jissospendi temporanjament il-liċenzja ta" sajd ta" bastiment li jkun suġġett għall-immobilizzazzjoni temporanja deċiża minn dak l-Istat Membru u li kellu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu sospiża skont l-Artikolu 45 (1(d) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.
3.  L-Istat Membru tal-bandiera għandu jissospendi temporanjament il-liċenzja ta" sajd ta" bastiment li jkun suġġett għall-immobilizzazzjoni temporanja deċiża minn dak l-Istat Membru u li kellu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu sospiża skont l-Artikolu 45 punt 4 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 4
4.  L-Istat Membru tal-bandiera għandu jirtira permanentament il-liċenzja tas-sajd ta" bastiment li huwa suġġett għal miżura ta" aġġustament tal-kapaċità msemmija fl-Artikolu 11 (3) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jew li kellhu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu rtirata skont l-Artikolu 45 (1) (d) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.
4.  L-Istat Membru tal-bandiera għandu jirtira permanentament il-liċenzja tas-sajd ta" bastiment li huwa suġġett għal miżura ta" aġġustament tal-kapaċità msemmija fl-Artikolu 11 (3) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jew li kellhu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu rtirata skont l-Artikolu 45 punt 4 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt f
f) attivitajiet tas-sajd bl-użu ta" rkaptu tal-qiegħ fiż-żoni li mhumiex ir-responsabbiltà tal-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd;
f) attivitajiet tas-sajd bl-użu ta" rkaptu tal-qiegħ f'ilmijiet internazzjonali li mhumiex ir-responsabbiltà tal-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd; għandha titfassal lista tal-irkaptu msemmi f'din id-dispożizzjoni;
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
2.  Bastiment tas-sajd li jaqbeż l-10 metri fit-tul għandu jkollu installat abbord tagħmir li jaħdem tajjeb li jippermetti li l-pożizzjoni u l-identità ta" dak il-bastiment jinstabu awtomatikament permezz tas-Sistema ta" Monitoraġġ tal-Bastimenti bit-trażmissjoni tad-data dwar il-pożizzjoni f'intervalli regolari.Għandu jippermetti wkoll liċ-Ċentru ta" Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istat Membru tal-bandiera biex jieħu d-dettalji tal-bastiment tas-sajd.Dan il-paragrafu għandu japplika mill-1 ta" Jannar 2012 għall-bastimenti li huma aktar minn 10 metri sa mhux aktar minn 15-il metru fit-tul.
2.  Bastiment tas-sajd li jaqbeż l-10 metri fit-tul għandu jkollu installat abbord tagħmir li jaħdem tajjeb li jippermetti li l-pożizzjoni u l-identità ta" dak il-bastiment jinstabu awtomatikament permezz tas-Sistema ta" Monitoraġġ tal-Bastimenti bit-trażmissjoni tad-data dwar il-pożizzjoni f'intervalli regolari.Għandu jippermetti wkoll liċ-Ċentru ta" Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istat Membru tal-bandiera biex jieħu d-dettalji tal-bastiment tas-sajd.Dan il-paragrafu għandu japplika mill-1 ta" Lulju 2013 għall-bastimenti li huma aktar minn 10 metri sa mhux aktar minn 15-il metru fit-tul.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  L-għajnuna finanzjarja għall-installazzjoni tal-apparat tas-Sistema ta" Monitoraġġ tal-Bastimenti għandha tkun eleġibbli għall-iffinanzjar skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006. L-iffinanzjar konġunt mill-baġit Komunitarju għandu jkun bir-rata ta' 80%.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 6 – punt a
a) joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera, jew
a) joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera, u
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni tista" teħtieġ li Stat Membru juża Sistema ta" Rilevament tal-Bastimenti għal sajd partikolari u f'ħin partikolari.
2.  Il-Kummissjoni, wara li tipprovdi ġustifikazzjoni dokumentata billi tippreżenta xhieda ta'nuqqas ta" konformità ma" miżuri ta" kontroll jew ma" rapporti xjentifiċi, tista" teħtieġ li Stat Membru juża Sistema ta" Rilevament tal-Bastimenti għal sajd partikolari u f'ħin partikolari.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3
3.  Il-marġini ta" toleranza permess fl-istimi rreġistrati fil-ġurnal ta" abbord tal-kwantitajiet f'kilogrammi ta" ħut miżmum abbord għandu jkun ta" 5 %.
3.  Il-marġini ta" toleranza permess fl-istimi rreġistrati fil-ġurnal ta" abbord tal-kwantitajiet f'kilogrammi ta" ħut miżmum abbord għandu jkun ta" 10%.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  L-għajnuna finanzjarja għall-installazzjoni tal-ġurnali elettroniċi ta' abbord għandha tkun eleġibbli għall-iffinanzjar skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006. L-iffinanzjar konġunt mill-baġit Komunitarju għandu jkun bir-rata ta' 80%.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2
2.  Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu l-15-il metru fit-tul imma ta" mhux aktar minn 24 metru tul totali mill-1 ta" Lulju 2011, u għal bastimenti tas-Sajd Komunitarji li jaqbżu l-10 metri tul imma mhux aktar minn 15-il metru tutl totali mill-1 ta" Jannar 2012. Il-bastimenti tal-Komunità li huma sa 15-il metru fit-tul jistgħu jiġu eżentati mill-paragrafu 1 jekk dawn:
2.  Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu l-15-il metru fit-tul imma ta" mhux aktar minn 24 metru tul totali mill-1 ta" Lulju 2011, u għal bastimenti tas-Sajd Komunitarji li jaqbżu l-10 metri tul imma mhux aktar minn 15-il metru tul totali mill-1 ta" Lulju 2013. Il-bastimenti tal-Komunità li huma sa 15-il metru fit-tul jistgħu jiġu eżentati mill-paragrafu 1 jekk dawn:
a) joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera, jew
a) joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera, u
b) qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq sar-ritorn fil-port.
b) qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq sar-ritorn fil-port.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1 – test introduttorju
1.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-pjanijiet multiannwali, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompenti tal-Istat Membru li l-port jew il-faċilitajiet tal-ħatt l-art tiegħu jixtiequ jużaw, tal-anqas 4 sigħat qabel il-ħin previst tal-wasla fil-port, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux taw permess għal dħul aktar bikri, dwar l-informazzjoni li ġejja:
1.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-pjanijiet multiannwali, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità jew ir-rappreżentanti tagħhom li jkollhom speċijiet abbord li jkunu suġġetti għal limiti ta' qbid jew ta' sforz għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompenti tal-Istat Membru li l-port jew il-faċilitajiet tal-ħatt l-art tiegħu jixtiequ jużaw, tal-anqas 4 sigħat qabel il-ħin previst tal-wasla fil-port, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux taw permess għal dħul aktar bikri, dwar l-informazzjon li ġejja:
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt d
d) id-dati tal-vjaġġ tas-sajd u ż-żoni fejn ittieħdu l-qabdiet;
d) id-dati tal-vjaġġ tas-sajd u ż-żoni fejn ittieħdu l-qabdiet; iż-żona għandha tkun definita bl-istess livell ta" dettall skont l-Artikolu 14(1).
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt f
f) il-kwantitajiet ta" kull speċi miżmuma abbord, inkluż sajdiet li fihom ma jinqabad xejn;
f) il-kwantitajiet ta" kull speċi miżmuma abbord;
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 111, tista" teżenta ċerti kategoriji ta" bastimenti tas-sajd mill-obbligazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għal perjodu limitat, li jista" jiġġedded, jew tipprovdi għal perjodu ta" notifika ieħor wara li tikkunsidra, fost affarijiet oħrajn, it-tip ta" prodotti tas-sajd, id-distanza bejn iż-żoni tas-sajd, il-postijiet tal-ħatt l-art u l-portijiet fejn huma reġistrati l-bastimenti konċernati.
4.  Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista" jistabbilixxi, għal ċerti kategoriji ta" bastimenti tas-sajd, perjodu ta" notifika ieħor għall-obbligazzjoni stipulata fil-paragrafu 1 wara li jikkunsidra, fost affarijiet oħrajn, it-tip ta" prodotti tas-sajd, id-distanza bejn iż-żoni tas-sajd, il-postijiet tal-ħatt l-art u l-portijiet fejn huma reġistrati l-bastimenti konċernati.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 4 a (ġdid)
4a.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li tiegħu l-kaptan ta' bastiment tas-sajd jixtieq juża l-port jew il-faċilitajiet ta" ħatt, wara li jkun għamel talba għal dan mhux inqas minn erba" sigħat qabel il-ħin stmat tad-dħul fil-port, għandhom joħorġu l-permess fi żmien sagħtejn minn x'ħin jirċievu din it-talba.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 3
3.  Id-dikjarazzjoni tat-trażbord għandha tindika l-kwantità tal-prodotti tas-sajd għal kull speċi li ġiet trażbordata, id-data u l-post ta" kull qabda, l-ismijiet tal-bastimenti involuti u l-portijiet tat-trażbord u tad-destinazzjoni. Il-kaptani taż-żewġ bastimenti għandhom jinżammu responsabbli għall-akkuratezza tat-tali dikjarazzjonijiet.
3.  Id-dikjarazzjoni tat-trażbord għandha tindika l-kwantità tal-prodotti tas-sajd għal kull speċi li ġiet trażbordata, id-data u l-post ta" kull qabda, l-ismijiet tal-bastimenti involuti u l-portijiet tat-trażbord u tad-destinazzjoni. Il-kaptani taż-żewġ bastimenti għandhom jinżammu responsabbli għall-akkuratezza tat-tali dikjarazzjonijiet. Iż-żona għandha tkun definita bl-istess livell ta" dettall skont l-Artikolu 14(1).
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111, tista" teżenta ċerti kategoriji ta" bastimenti tas-sajd mill-obbligazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 għal perjodu limitat u li jista" jiġġedded, jew tipprovdi perjodu ta" notifika ieħor wara li tikkunsidra, fost affarijiet oħrajn, it-tip ta" prodotti tas-sajd u d-distanza bejn iż-żoni tas-sajd, il-postijiet tal-ħatt l-art u l-portijiet fejn il-bastimenti konċernati huma reġistrati.
imħassar
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 4
4.  Meta jagħtu l-awtorizzazzjoni għall-ħatt l-art, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassenjaw numru uniku tal-ħatt l-art (ULN) għall-ħatt l-art u jinformaw lill-kaptan tal-bastiment dwar dan. Jekk il-ħatt l-art jiġi interrot, għandu jkun meħtieġ permess biex il-ħatt jerġa jibda.
imħassar
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 2
2.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li hemm fil-pjanijiet multiannwali, il-kaptan jew ir-rappreżentant ta" bastiment tas-sajd tal-Komunità li jaqbeż 10 metri fit-tul għandu jittrażmetti b'mezzi elettroniċi d-data tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera fi żmien sagħtejn wara li jiġi kompletat il-ħatt l-art.
2.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li hemm fil-pjanijiet multiannwali, il-kaptan jew ir-rappreżentant ta" bastiment tas-sajd tal-Komunità li jaqbeż 10 metri fit-tul għandu jittrażmetti b'mezzi elettroniċi d-data tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera fi żmien sitt sigħat wara li jiġi kompletat il-ħatt l-art.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 4
4.  Il-paragrafu 2 għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu l-15-il metru fit-tul imma ta" mhux aktar minn 24 metru tul totali mill-1 ta" Lulju 2011, u għal bastimenti tas-Sajd Komunitarji li jaqbżu l-10 metri tul imma mhux aktar minn 15-il metru tutl totali mill-1 ta" Jannar 2012. Il-bastimenti tal-Komunità li ma jaqbżux il-15-il metru fit-tul jistgħu jiġu eżentati mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 jekk:
4.  Il-paragrafu 2 għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu l-15-il metru fit-tul imma ta" mhux aktar minn 24 metru tul totali mill-1 ta" Lulju 2011, u għal bastimenti tas-Sajd Komunitarji li jaqbżu l-10 metri tul imma mhux aktar minn 15-il metru tul totali mill-1 ta" Lulju 2013. Il-bastimenti tal-Komunità li ma jaqbżux il-15-il metru fit-tul jistgħu jiġu eżentati mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 jekk:
a) joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera, jew
a) joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera, u
b) qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq sar-ritorn fil-port.
b) qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq sar-ritorn fil-port.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 5
5.  Għall-bastiment li huma eżentati mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 2, il-kaptan, jew ir-rappreżentant tiegħu, malli jħott il-qabdiet l-art, għandu jirreġistra u jissottometti kemm jista" jkun malajr u mhux aktar tard minn 24 siegħa wara lħatt l-art, dikjarazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun sar il-ħatt l-art.
5.  Għall-bastiment li huma eżentati mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 2, il-kaptan, jew ir-rappreżentant tiegħu, malli jħott il-qabdiet l-art, għandu jirreġistra u jissottometti kemm jista" jkun malajr u mhux aktar tard minn 24 siegħa wara l-ħatt l-art, dikjarazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun sar il-ħatt l-art, li imbagħad għandu jgħaddiha mingħajr dewmien lill-Istat Membru tal-bandiera.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1
1.  Kull Stat Membru għandu jirreġistra d-data rilevanti kollha dwar l-opportunitajiet tas-sajd msemmija f'dan il-Kapitolu, espressi kemm f'termini ta" qabdiet kif ukoll tal-isforz tas-sajd, u għandu jżomm il-kopja oriġinali tad-data għal perjodu ta" tliet snin jew aktar skont ir-regoli nazzjonali.
1.  Kull Stat Membru għandu jirreġistra d-data rilevanti kollha dwar l-opportunitajiet tas-sajd msemmija f'dan il-Kapitolu, espressi kemm f'termini ta" qabdiet, rimi kif ukoll tal-isforz tas-sajd, u għandu jżomm il-kopja oriġinali tad-data għal perjodu ta" tliet snin jew aktar skont ir-regoli nazzjonali. Id-data f'format elettroniku għandha tinżamm għal mhux inqas minn għaxar snin.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 3
3.  Il-qabdiet kollha ta" stokk jew grupp ta" stokkijiet suġġetti għal kwota li jsiru mill-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom jiġu jinqatgħu mill-kwota applikabbli għall-Istat Membru tal-bandiera għall-istokk jew grupp ta" stokkijiet konċernati, irrispettivament mill-post tal-ħatt l-art.
3.  Il-qabdiet kollha u r-rimi ta" stokk jew grupp ta" stokkijiet suġġetti għal kwota li jsiru mill-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom jiġu jinqatgħu mill-kwota applikabbli għall-Istat Membru tal-bandiera għall-istokk jew grupp ta" stokkijiet konċernati, irrispettivament mill-post tal-ħatt l-art.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 3
3.  Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir pubblika mill-Istat Membru konċernat u għandha tiġi kkomunikata immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.Għandha tiġi ppublikata immedjatament fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje Ċ). Mid-data li d-deċiżjoni ssir pubblika mill-Istat Membru konċernat, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jsir l-ebda żamma abbord, ħatt l-art, tqegħid f'gaġeġ jew trażbord tal-ħut rilevanti mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru konċernat fl-ilmijiet tagħhom u fuq it-territorju tagħhom.
3.  3. id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir pubblika mill-Istat Membru konċernat u għandha tiġi kkomunikata immedjatament lill-Kummissjoni li għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra. Għandha tiġi ppublikata immedjatament fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje Ċ). Mid-data li d-deċiżjoni ssir pubblika mill-Istat Membru konċernat, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw, permezz tad-dokumentazzjoni korrispondenti, li ma jsir l-ebda żamm abbord, ħatt l-art, tqegħid f'gaġeġ jew trażbord tal-ħut rilevanti maqbud, wara d-data tal-għeluq, mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru konċernat fl-ilmijiet tagħhom u fuq it-territorju tagħhom.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 3
3.  Dawn it-tnaqqisiet u l-allokazzjonjiet konsegwenti għandhom isiru wara li jiġu kkunsidrati bħala prijorità l-ispeċijiet u ż-żoni li għalihom ġew iffissati l-opportunitajiet tas-sajd. Dawn jistgħu jsiru matul is-sena li fiha seħħ il-preġudizzju jew fis-sena jew is-snin ta" wara.
3.  Dawn it-tnaqqisiet u l-allokazzjonjiet konsegwenti għandhom isiru wara li jiġu kkunsidrati bħala prijorità l-ispeċijiet u ż-żoni li għalihom ġew iffissati l-opportunitajiet tas-sajd. Dawn jistgħu jsiru matul is-sena li fiha seħħ il-preġudizzju fis-sena ta" wara.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 28 a (ġdid)
L-Artikolu 28a
Trasferiment ta" kwoti mhux użati
1.  Jekk il-kwoti kollha jew parti minnhom għal Stat Membru ma jiġux użati matul is-sena li fiha huma ġew mogħtija, dawn il-kwoti jistgħu jintużaw, dik l-istess sena, minn Stati Membri oħra. Il-Kummissjoni għandha l-ewwel nett tinforma l-Istati Membri kkonċernati, billi tistaqsihom biex jikkonfermaw li mhumiex ser jużaw dawn l-opportunitajiet tas-sajd. Wara konferma ta' dan it-tip, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-opportunitajiet kollha ta' sajd mhux użati u tinforma lill-Istati Membri b'dan, qabel ma tittieħed id-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni mill-ġdid tagħhom, b'koperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati.
2.  It-trażmissjoni ta" applikazzjonijiet skont dan l-Artikolu ma għandha bl-ebda mod taffettwa l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd jew l-iskambju tagħhom bejn l-Istati Membri, skont l-Artikolu 20 ta" Regolament (KE) Nru 2371/2002.
3.  Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta" dan l-Artikolu, u b'mod partikulari dawk li jirreferu għall-kundizzjonijiet tal-użu jew it-trasferiment tal-kwoti, għandhom jiġu adotatti skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 33
Artikolu 33
Trażbordi fil-port
Il-bastimenti tas-sajd tal-Komunità impenjati f'attivitajiet tas-sajd suġġetti għal pjan multiannwali m'għandhomx jittrasferixxu l-qabdiet tagħhom abbord kwalunkwe bastiment jew vettura oħra mingħajr ma l-ewwel iħottu l-art il-qabdiet tagħhom sabiex jintiżnu minn ċentru tal-irkant jew kwalunkwe korp ieħor awtorizzat mill-Istati Membri.
imħassar
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 4 a (ġdid)
4a.  L-Istati Membri jistgħu jagħżlu port li ma jissodisfax il-kriterji tal-paragrafu 4 biex jevitaw li jkun hemm bastimenti li jkollhom ibaħħru distanzi itwal minn 50 mil sal-port.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 2 – test introduttorju
2.  Fis-sajd fejn huwa permess li jkun hemm aktar minn żewġ tipi ta" rkaptu abbord, l-irkaptu li ma jintużax irid jiġi stivat sabiex ma jkunx jista" jintuża faċilment skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
2.  Fis-sajd fejn huwa permess li jkun hemm aktar minn tip wieħed ta" rkaptu abbord, l-irkaptu li ma jintużax irid jiġi stivat sabiex ma jkunx jista" jintuża faċilment skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 1
1.  Il-kaptan ta" bastiment tas-sajd għandu jirreġistra r-rimi lura fil-baħar kollu "l fuq minn 15 kg ta" ekwivalenti ta" piż ħaj fil-volum u għandu jikkomunika, fejn possibbli permezz ta" mezzi elettroniċi, din l-informazzjoni mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti.
1.  Il-kaptan ta" bastiment tas-sajd għandu jirreġistra r-rimi lura fil-baħar kollu "l fuq minn 15 kg ta" ekwivalenti ta" piż ħaj fil-volum għall kull refgħa tal-irkaptu u għal kull vjaġġ, u għandu jikkomunika, fejn possibbli permezz ta" mezzi elettroniċi, din l-informazzjoni mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra skema biex tinstalla tagħmir ta" monitoraġġ bil-vidjo biex tiżgura l-konformità ma" dan ir-Regolament. Ħut li jintrema lura fil-baħar waqt sajd rikreattiv m'għandux jitqies bħala rimi jew mortalità għall-għanijiet ta" dan ir-regolament.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 42
Għall-bastimenti mgħammra b'Sistema ta" Monitoraġġ tal-Bastimenti, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw sistematikament li l-informazzjoni li jirċievu fiċ-Ċentru ta" Monitoraġġ tas-Sajd tikkorrispondi mal-attivitajiet irreġistrati fil-ġurnal ta" abbord billi jużaw id-data tas-Sistema ta" Monitoraġġ tal-Bastimenti u fejn disponibbli id-data minn osservaturi. Tali kontroverifiki għandhom jiġu rreġistrati f'format li jista" jinqara minn kompjuter u jinżammu għal perjodu ta" tliet snin.
Għall-bastimenti mgħammra b'Sistema ta" Monitoraġġ tal-Bastimenti, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw sistematikament li l-informazzjoni li jirċievu fiċ-Ċentru ta" Monitoraġġ tas-Sajd tikkorrispondi mal-attivitajiet irreġistrati fil-ġurnal ta" abbord billi jużaw id-data tas-Sistema ta" Monitoraġġ tal-Bastimenti u fejn disponibbli id-data minn osservaturi. Tali kontroverifiki għandhom jiġu rreġistrati f'format li jista" jinqara minn kompjuter u jinżammu għal perjodu ta" għaxar snin.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Kapitolu IV - taqsima 4
Sezzjoni 4
It-Taqsima 4 għandha titħassar kollha.
Għeluq tas-sajd fil-ħin reali
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 1
1.  Is-sajd rikreattiv fuq bastiment fl-ilmijiet Komunitarji, għal stokk li huwa suġġet għal pjan multiannwali għandu jkun suġġett għal awtorizzazzjoni għal dak il-bastiment maħruġa mill-Istat Membru tal-bandiera.
1.  Is-sajd mhux kummerċjali mwettaq minn fuqbastiment fl-ibħra Komunitarji, għal stokk li huwa suġġett għal pjan multiannwali ta' rkupru jista' jiġi evalwat mill-Istat Membru fl-ibħra fejn dan jitwettaq. Is-sajd permezz tal-qażba u r-rukkell minn fuq ix-xatt m'għandux jiġi inkluż.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 2
2.  Il-qabdiet fis-sajd rikreattiv minn stokkijiet suġġetti għal pjan multiannwali għandhom jiġu rreġistrati mill-Istat Membru tal-bandiera
2.   Fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu stima tal-impatt ta" sajd rikreattiv li jitwettaq fl-ilmijiet tagħhom u jippreżentaw din l-informazzjoni lill-Kummissjoni. L-Istat Membru relevanti u l-Kummissjoni, abbażi tal-parir tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd, għandu jiddeċiedi liema sajd rikreattiv għandu impatt sinifikanti fuq l-istokkijiet ta' dan it-tip. Għal dak is-sajd li għandu impatt sinifikanti, l-Istat Membru kkonċernat, f'koperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandu jiżviluppa sistema ta' monitoraġġ li tkun kapaċi li b'mod preċiż tqis il-qabdiet totali tas-sajd rikreattiv minn kull stokk. Is-sajd rikreattiv għandu jkun konformi mal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 3
3.  Il-qabdiet ta" speċijiet suġġetti għal pjan multiannwali skont is-sajd rikreattiv għandhom jinqatgħu mill-kwoti rilevanti tal-Istat Membru tal-bandiera. L-Istati Membri konċernati għandhom jistabbilixxu sehem mit-tali kwoti li għandu jintuża esklussivament għall-iskopijiet tas-sajd rikreattiv.
3.  Fejn is-sajd rikreattiv jinstab li għandu impatt sinifikanti, il-qabdiet għandhom jinqatgħu mill-kwota rilevanti tal-Istat Membru tal-bandiera. L-Istat Membru jista' jistabbilixxi sehem minn talikwota li għandu jintuża esklussivament għall-iskopijiet ta' dak is-sajd rikreattiv.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 48 – paragrafu 3
3.  Fil-każ li jkun ġie ffissat daqs minimu għal speċi partikolari, l-operaturi responsabbli għall-bejgħ, l-istokkjar jew it-trasport għandhom ikunu kapaċi juru l-oriġini ġeografika tal-prodotti espressi bħala referenza għal subżona u diviżjoni jew subdiviżjoni, jew fejn applikabbli rettangolu statistiku fejn japplikaw il-limiti fuq il-qabdiet skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità
3.   L-operaturi responsabbli għall-bejgħ, l-istokkjar jew it-trasport għandhom ikunu kapaċi juru l-oriġini ġeografika tal-prodotti espressi bl-istess livell ta' dettall bħalma hemm f'Artikolu 14(1).
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – paragrafu 2 - punt d a (ġdid)
da) iż-żona tal-qbid, bl-istess livell ta" dettall skont l-Artikolu 14(1).
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 1
1.  Ix-xerrejja reġistrati, stabbilimenti rreġistrati tal-irkant jew il-korpi jew il-persuni l-oħra responsabbli għall-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd li nħattu l-art fi Stat Membru, għandhom jissottomettu elettronikament, fi żmien sagħtejn wara l-ewwel bejgħ, nota tal-bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun sar l-ewwel bejgħ. Jekk dan l-Istat Membru mhuwiex l-Istat tal-bandiera tal-bastiment li ħatt l-art il-ħut, huwa għandu jiżgura li tiġi sottomessa kopja tan-nota tal-bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera malli jirċievi l-informazzjoni rilevanti. L-akkuratezza tan-nota tal-bejgħ għandha tkun ir-responsabbiltà ta" dawn ix-xerrejja, stabbilimenti tal-irkanti, korpi jew persuni.
1.  Ix-xerrejja reġistrati, stabbilimenti rreġistrati tal-irkant jew il-korpi jew il-persuni l-oħra responsabbli għall-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd li nħattu l-art fi Stat Membru, għandhom jissottomettu elettronikament, fi żmien sitt sigħat wara l-ewwel bejgħ, nota tal-bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun sar l-ewwel bejgħ. Jekk dan l-Istat Membru mhuwiex l-Istat tal-bandiera tal-bastiment li ħatt il-ħut l-art, huwa għandu jiżgura li tiġi preżentatabla dewmien kopja tan-nota tal-bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera malli jirċievi l-informazzjoni rilevanti. L-akkuratezza tan-nota tal-bejgħ għandha tkun ir-responsabbiltà ta" dawn ix-xerrejja, stabbilimenti tal-irkanti, korpi jew persuni.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – punt e
e) l-isem rilevanti jew il-kodiċi alfa tal-FAO ta" kull speċi u l-oriġini ġeografika tagħha espress f'subżona u diviżjoni jew sub-diviżjoni li fiha japplikaw limiti fuq il-qabdiet skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità;
e) l-isem rilevanti jew il-kodiċi alfa tal-FAO ta" kull speċi u l-oriġini ġeografika tagħha espress bl-istess livell ta' dettall bħalma hemm f'Artikolu 14(1);
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – punt e a (ġdid)
ea) il-kwantità ta" kull speċi f'kilogrammi ta' piż ħaj;
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 6
6.  L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-operazzjoni tal-osservaturi taħt dan l-Artikolu għandhom jitħallsu mill-Istati Membri tal-bandiera. L-Istati Membri jistgħu jiddebitaw dawn l-ispejjeż, parzjalment jew kompletament, lill-operaturi tal-bastimenti li qed itajru l-bnadar tagħhom u li huma involuti fis-sajd rilevanti.
6.  6. l-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-operazzjoni tal-osservaturi taħt dan l-Artikolu għandhom jitħallsu mill-Istati Membri tal-bandiera u mill-Kummissjoni.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 69
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu aġġornata database elettronika fejn jistgħu itellgħu r-rapporti ta" spezzjoni u ta" sorveljanza kollha ppreparati mill-uffiċjali tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu aġġornata bażi ta" data elettronika fejn jistgħu jtellgħu r-rapporti ta" spezzjoni u ta" sorveljanza kollha, inklużi rapporti minn osservaturi, ippreparati mill-uffiċjali tagħhom.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 78
L-Istat Membru li qed jagħmel l-ispezzjoni jista" wkoll jittrasferixxi l-prosekuzzjoni tal-infrazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jew l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru li t-trażgressur huwa ċittadin tiegħu diment li dan isir, bil-ftehim tal-Istat Membru tal-aħħar u bil-kondizzjoni li t-trasferiment għandu aktar ċans li jikseb ir-riżultat imsemmi fl-Artikolu 81(2).
l-Istat Membru li qed jagħmel l-ispezzjoni jista" wkoll jittrasferixxi l-prosekuzzjoni tal-infrazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jew l-Istat Membru li t-trażgressur huwa ċittadin tiegħu diment li dan isir, bil-ftehim tal-Istat Membru tal-aħħar u bil-kondizzjoni li t-trasferiment għandu aktar ċans li jikseb ir-riżultat imsemmi fl-Artikolu 81(2).
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 82 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna naturali li kkommettiet jew persuna ġuridika li tinżamm responsabbli għal infrazzjoni serja tkun ikkastigata permezz ta" sanzjonijiet amministrattivi effikaċi, proporzjonali u disważivi, skont is-serje ta" sanzjonijiet u miżuri li hemm provvediment għalihom fil-Kapitolu IX tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna naturali li kkommettiet jew persuna ġuridika li tinżamm responsabbli għal infrazzjoni serja tkun ikkastigata, bħala prinċipju, permezz ta" sanzjonijiet amministrattivi effikaċi, proporzjonali u disważivi, skont is-serje ta" sanzjonijiet u miżuri li hemm provvediment għalihom fil-Kapitolu IX tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 82 – paragrafu 6 a (ġdid)
6a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi li jkunu nstabu responsabbli ta' ksur serju tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd jiġu esklużi milli jgawdu mill-Fond Ewropew għas-Sajd, mill-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd u minn għajnuna pubblika oħra. Is-sanzjonijiet provduti f'dan il-Kapitolu għandhom ikunu akkumpanjati b'sanzjonijiet jew miżuri oħra, b'mod partikulari l-ħlas lura tal-għajnuna pubblika jew is-sussidji mogħtija lil bastimenti IUU matul il-perjodu finanzjarju kkonċernat.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom japplikaw sistema ta" punti penali li fuq il-bażi tagħha s-sid tal-awtorizzazzjoni tas-sajd jirċievi punti penali xierqa bħala riżultat ta" infrazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.
1.  L-Istati Membri għandhom japplikaw sistema ta" punti penali li fuq il-bażi tagħha s-sid tal-awtorizzazzjoni tas-sajd jirċievi punti penali xierqa bħala riżultat ta" infrazzjoni serja tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 2
2.  Meta persuna naturali tikkommetti jew persuna legali tinżamm responsabbli għal infrazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, l-għadd xieraq ta" punti għandu jiġi assenjat lis-sid tal-awtorizzazzjoni tas-sajd bħala riżultat tal-infrazzjoni. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jkollu d-dritt li jirrivedi l-proċedimenti skont il-liġi nazzjonali.
2.  Meta persuna naturali tikkommetti jew persuna legali tinżamm responsabbli għal infrazzjoni serja tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, l-għadd xieraq ta" punti għandu jiġi assenjat lis-sid tal-awtorizzazzjoni tas-sajd bħala riżultat tal-infrazzjoni serja. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jkollu d-dritt li jirrivedi l-proċedimenti skont il-liġi nazzjonali.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  Sakemm id-detentur ta" awtorizzazzjoni tas-sajd ikun assenjat punti ta" penali, huwa m'għandux ikun jista" jirċievi sussidji Komunitarji u għajnuna nazzjonali pubblika matul dak iż-żmien.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 4
4.  Fil-każ ta" infrazzjoni serja, il-punti penali assenjati għandhom ikunu tal-anqas ugwali għal nofs il-punti msemmija fil-paragrafu 3.
imħassar
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 5
5.  Jekk id-detentur tal-awtorizzazzjoni tas-sajd sospiża ma jikkommettix infrazzjoni oħra, fi żmien tliet snin mid-data tal-aħħar infrazzjoni, il-punti kollha fuq l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom jitħassru.
5.  Jekk id-detentur tal-awtorizzazzjoni tas-sajd sospiża ma jikkommettix infrazzjoni serja oħra, fi żmien tliet snin mid-data tal-aħħar infrazzjoni serja, il-punti kollha fuq l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom jitħassru.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 7
7.  L-Istati Membri għandhom jistabilixxu wkoll sistema ta" punti penali li taħtha l-kaptanu l-uffiċjali ta" bastiment jirċievu punti penali xierqa bħala riżultat ta" infrazzjoni kontra r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd komessa minnhom.
7.  L-Istati Membri għandhom jistabilixxu wkoll sistema ta" punti penali li taħtha l-kmandantjew il-kaptan ta" bastiment jirċievu punti penali xierqa bħala riżultat ta" infrazzjoni kontra r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd komessa minnhom.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 85 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jirreġistraw f'database nazzjonali l-infrazzjonijiet kollha kontra r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li saru minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jew miċ-ċittadini tagħhom, inkluż is-sanzjonijiet li jeħlu u l-għadd ta" punti assenjati. Infrazzjonijiet minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jew miċ-ċittadini tagħhom li jiġu mħarrka fi Stati Membri oħra wkoll għandhom jiġu reġistrati mill-Istati Membri fid-database nazzjonali tagħhom dwar l-infrazzjonijiet, malli jiġu notifikati dwar id-deċiżjoni definittiva mill-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 82.
1.  L-Istati Membri għandhom jirreġistraw f'database nazzjonali l-infrazzjonijiet kollha kontra r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li saru minn dawk responsabbli għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jew miċ-ċittadini tagħhom, inkluż is-sanzjonijiet li jeħlu u l-għadd ta" punti assenjati. Infrazzjonijiet minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jew miċ-ċittadini tagħhom li jiġu mħarrka fi Stati Membri oħra wkoll għandhom jiġu reġistrati mill-Istati Membri fid-database nazzjonali tagħhom dwar l-infrazzjonijiet, malli jiġu notifikati dwar id-deċiżjoni definittiva mill-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 82.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 85 – paragrafu 3
3.  Meta Stat Membru jitlob informazzjoni minn Stat Membru ieħor relatata mal-prosekuzzjoni ta" infrazzjoni, dak l-Istat Membru l-ieħor għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti fuq il-bastiment tas-sajd u l-persuni konċernati.
3.  Meta Stat Membru jitlob informazzjoni minn Stat Membru ieħor relatata mal-prosekuzzjoni ta" infrazzjoni, dak l-Istat Membru l-ieħor għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti fuq il-bastiment tas-sajd u l-persuni konċernati mingħajr dewmien.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 85 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.  L-informazzjoni dwar l-infrazzjonijiet imwettqa u li għalihom ingħatat kundanna fil-konfront tal-bastimenti tas-sajd u l-individwi kkonċernati tkun disponibbli għall-pubbliku permezz tal-parti pubblika tas-sit elettroniku imsemmi fl-Artikolu 107.
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 91 – paragrafu 4
4.  L-uffiċjali tal-Istat Membru konċernat għandhom jingħataw il-possibbiltà li jkunu preżenti matul l-ispezzjoni u, fuq it-talba tal-uffiċjali tal-Kummissjoni, għandhom jassistuhom fil-qadi ta" dmirijiethom.
4. ║L-uffiċjali tal-Istat Membru konċernat għandhom dejjem ikunu preżenti matul l-ispezzjoni u, fuq it-talba tal-uffiċjali tal-Kummissjoni, għandhom jassistuhom fil-qadi ta" dmirijiethom.
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 95 – paragrafu 1 – punt a
α) id-dispożizzjonijiet ta" dan ir-Regolament ma ġewx rispettati b'riżultat ta" azzjoni jew ommissjoni li tista" tiġi attribwita direttament lill-Istat Membru kkonċernat, u li
imħassar
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 96 – paragrafu 1
1.  Meta Stat Membru ma jirrispettax l-obbligazzjonjiet tiegħu għall-implimentazzjoni ta" pjan multiannwali, u fejn il-Kummissjoni għandha raġunijiet biex temmen li n-nuqqas ta" rispett ta" dawk l-obbligazzjonijiet huwa ta" detriment b'mod partikolari għall-istokk konċernat, il-Kummissjoni tista" tagħlaq proviżorjament is-sajd affetwat minn dawk in-nuqqasijiet.
1.  Meta Stat Membru ma jirrispettax l-obbligazzjonjiet tiegħu għall-implimentazzjoni ta" pjan multiannwali, u fejn il-Kummissjoni ikollha evidenza li n-nuqqas ta" rispett ta" dawk l-obbligazzjonijiet huwa ta" detriment b'mod partikolari għall-istokk konċernat, il-Kummissjoni tista" tagħlaq proviżorjament is-sajd affetwat minn dawk in-nuqqasijiet.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 97 – paragrafu 1 – test introduttorju
1.  Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi li Stat Membru jkun stad iżżejjed, aktar mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem ta" stokk jew grupp ta" stokkijiet disponibbli għalih, il-Kummissjoni għandha topera tnaqqis mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem annwali tas-sena jew is-snin li jsegwu tal-Istat Membru li stad iżżejjed billi tapplika fattur ta" moltiplikazzjoni skont it-tabella li ġejja:
1.  Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi li Stat Membru jkun stad iżżejjed, aktar mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem ta" stokk jew grupp ta" stokkijiet disponibbli għalih, il-Kummissjoni għandha topera tnaqqis mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem annwali tas-sena li ssegwi tal-Istat Membru li stad iżżejjed billi tapplika fattur ta" moltiplikazzjoni skont it-tabella li ġejja:
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 97 – paragrafu 1 – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

Livell ta" sajd żejjed, imqabbel mal-ħatt l-art permess

Fattur ta" moltiplikazzjoni

Sa 5%

Sajd żejjed * 1.0

"Il fuq minn 5% sa 10 %

Sajd żejjed * 1.1

"Il fuq minn 10% sa 20%

Sajd żejjed * 1.2

"Il fuq minn 20% sa 40%

Sajd żejjed * 1.4

"Il fuq minn 40% sa 50%

Sajd żejjed * 1.8

Kwalunkwe sajd żejjed aktar minn 50%

Sajd żejjed * 2.0

Emenda

Livell ta" sajd żejjed, imqabbel mal-ħatt l-art permess

Fattur ta" moltiplikazzjoni

L-ewwel 10%

Tnaqqis= Sajd żejjed x 1,00

L-10% li jmiss, sa total ta" 20%

Tnaqqis= Sajd żejjed x 1.10

L-20% li jmiss, sa total ta" 40%

Tnaqqis= Sajd żejjed x 1.20

Kwalunkwe sajd żejjed aktar minn 40%

Tnaqqis= Sajd żejjed x 1.40

Nota: L-intervalli perċentwali għandhom jiġu sostitwiti mill-intervalli stipulati fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta" Mejju 1996 li jintroduċi kundizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti.

Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 97 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  Jekk il-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem ta" stokk jew grupp ta" stokkijiet allokati lil Stat Membru ma jaqbżux l-100 tunnellata, it-tnaqqis għal-qbiż tal-kwota se jiġi applikat b'mod lineari u mhux b'perċentwal, ħlief għal ispeċijiet koperti minn pjan multiannwali li għalihom japplika l-paragrafu 1.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 97 – paragrafu 2
2.  Jekk Stat Membru ripetutament stad iżżejjed aktar mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem tiegħu tal-istokk jew il-grupp ta" stokkijiet matul is-sentejn preċedenti, jekk is-sajd żejjed huwa b'mod partikolari detrimentali għall-istokk konċernat jew jekk l-istokk huwa suġġett għal pjan multiannwali, il-fattur ta" moltiplikazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jirdoppja.
2.  Jekk, matul is-sentejn preċedenti, Stat Membru ripetutament stad aktar mill-kwota tiegħu, l-allokazzjoni tiegħu jew is-sehem tiegħu ta" stokk jew ta" grupp ta" stokkijiet li jkunu sensittivi b'mod partikolari għas-sajd żejjed jewikunu suġġett għal pjan multiannwali, il-fattur ta" moltiplikazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jirdoppja.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 97 – paragrafu 3
3.  Jekk Stat Membru jieħu qabdiet minn stokk suġġett għal kwota li għalih m'għandux kwota, allokazzjoni jew sehem disponibbli għalih, il-Kummissjoni tista" tnaqqas fis-sena jew is-snin ta" wara kwoti minn stokkijiet jew gruppi ta" stokkijiet oħra disponibbli għal dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 1.
imħassar
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 98
Artikolu 98
imħassar
Tnaqqis ta" kwoti għan-nuqqas ta" konformità mal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd
1.  Fejn ikun hemm evidenza li hemm nuqqas ta" konformità mar-regoli dwar il-konservazzjoni, il-kontroll, l-ispezzjoni jew l-infurzar taħt il-Politika Komuni tas-Sajd minn Stat Membru u li dan jista" jwassal għal periklu serju għall-konservazzjoni tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin jew l-operazzjoni effikaċi tas-sistema ta" kontroll u ta" infurzar tal-Komunità, il-Kummissjoni tista" topera tnaqqis mill-kwoti, l-allokazzjonijiet jew is-sehem annwali ta" stokk jew grupp ta" stokkijiet disponibbli għal dak l-Istat Membru.
2.  Il-Kummissjoni għandha tinforma bil-miktub lill-Istat Membru konċernat dwar is-sejbiet tagħha u għandha tiffissa data tal-għeluq ta" mhux aktar minn 10 ijiem tax-xogħol għall-Istat Membru biex juri li s-sajd jista" jiġi sfruttat b'mod sikur.
3.  Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw biss jekk l-Istat Membru jonqos milli jirrispondi għat-talba tal-Kummissjoni sad-data tal-għeluq imsemmija fil-paragrafu 2 jew jekk it-tweġiba ma titqiesx sodisfaċenti jew tindika biċ-ċar li l-miżuri neċessarji ma ġewx implimentati.
4.  Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta" dan l-artikolu, u b'mod partikolari għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet konċernati, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111.
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 100
Artikolu 100
imħassar
Ċaħda ta" skambji ta" kwoti
Il-Kummissjoni tista" teskludi l-possibbiltà ta" skambju tal-kwoti skont l-Artikolu 20 paragrafu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002:
a) għall-kwoti li minnhom sar sajd żejjed ta" aktar minn 10% tal-kwoti disponibbli għal wieħed mill-Istati Membri konċernati f'waħda mis-sentejn preċendenti immedjatament jew
b) jekk l-Istat Membru konċernat ma jiħux il-miżuri xierqa biex jiżgura ġestjoni xierqa tal-opportunitajiet tas-sajd konċernati, b'mod partikolari billi ma joperax sistema ta" validazzjoni kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 102 jew billi jopera b'mod insuffiċjenti s-sistemi li jipprovdu d-data għal din is-sistema ta" validazzjoni.
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 101 – paragrafu 1
1.  Jekk hemm evidenza, ukoll jekk ibbażata fuq ir-riżultati tat-teħid ta" kampjuni mmexxi mill-Kummissjoni, li l-attivitajiet tas-sajd u/jew il-miżuri adottati minn Stat Membru jew Stati Membri jheddu l-Politika Komuni tas-Sajd jew huma ta" periklu għall-ekosistema tal-baħar u dan jeħtieġ azzjoni immedjata, il-Kummissjoni, fuq it-talba sostanzjata ta" kwalunkwe Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tista" tiddeċiedi fuq miżuri ta" emerġenza li m'għandhomx idumu aktar minn sena. Il-Kummissjoni tista" tieħu deċiżjoni ġdida biex testendi l-miżuri ta" emerġenza għal mhux aktar minn sitt xhur.
1.  Jekk hemm evidenza, ukoll jekk ibbażata fuq ir-riżultati tat-teħid ta" kampjuni mmexxi mill-Kummissjoni, li l-attivitajiet tas-sajd u/jew il-miżuri adottati minn Stat Membru jew Stati Membri jheddu l-Politika Komuni tas-Sajd jew huma ta" periklu għall-ekosistema tal-baħar u dan jeħtieġ azzjoni immedjata, il-Kummissjoni, fuq it-talba sostanzjata ta" kwalunkwe Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tista" tiddeċiedi fuq miżuri ta" emerġenza li m'għandhomx idumu aktar minn sitt xhur. Il-Kummissjoni tista" tieħu deċiżjoni ġdida biex testendi l-miżuri ta" emerġenza għal mhux aktar minn sitt xhur.
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 101 – paragrafu 2 – punt g
g) projbizzjoni għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru konċernat milli jistadu fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta" Stati Membri oħra;
g)  g) projbizzjoni għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru konċernat milli jistadu fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta" Stati Membri oħra jew ta" pajjiż terz jew f'ibħra miftuħa;
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 101 – paragrafu 3
3.  Stat Membru għandu jikkomunika t-talba msemmija fil-paragrafu 1 simultanjament lill-Kummisjoni u l-Istati Membri konċernati. L-Istati Membri l-oħra għandhom jissottomettu l-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien ħamest ijiem minn meta jirċievu t-talba. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.
3.  Stat Membru għandu jikkomunika t-talba msemmija fil-paragrafu 1 simultanjament lill-Kummisjoni u l-Istati Membri konċernati. L-Istati Membri l-oħra għandhom jissottomettu l-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jumtax-xogħol minn meta jirċievu t-talba. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 101 – paragrafu 5
5.  L-Istati Membri konċernati jistgħu jirreferu d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta jirċievu n-notifika.
5.  L-Istati Membri konċernati jistgħu jirreferu d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta jirċievu n-notifika.
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 104 – paragrafu 2
2.  L-ismijiet ta" persuni naturali m'għandhomx jiġu komunikati lill-Kummissjoni jew lil Stat Membru ieħor ħlief fil-każ fejn hemm provvediment partikolari għat-tali komunikazzjoni f'dan ir-Regolament jew jekk dan huwa meħtieġ għall-prevenzjoni jew l-insegwiment tal-infrazzjonijiet jew il-verifika ta" fejn jidher li hemm xi infrazzjonijiet. Id-data msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhiex tiġi trażmessa sakemm mhijiex aggregata ma" data oħra f'forma li ma tippermettix l-identifikazzjoni diretta jew indiretta ta" persuni naturali.
2.  Id-data personali m'għandhiex tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni jew lil Stat Membru ieħor ħlief fil-każ fejn hemm dispożizzjoni partikolari għat-tali komunikazzjoni f'dan ir-Regolament jew jekk dan huwa meħtieġ għall-prevenzjoni jew l-insegwiment tal-infrazzjonijiet jew il-verifika ta" fejn jidher li hemm xi infrazzjonijiet. Id-data msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhiex tiġi trażmessa sakemm mhijiex aggregata ma" data oħra f'forma li ma tippermettix l-identifikazzjoni diretta jew indiretta ta" persuni naturali.
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 105 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi neċessarji kollha biex jiżguraw li d-data miġbura u rċevuta fil-kuntest ta" dan ir-Regolament tiġi ttrattata b'mod kunfidenzjali u li jiġu rispettati r-regoli kollha dwar is-segretezza professjonali u kummerċjali tad-data.
1.  1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi neċessarji kollha biex jiżguraw li d-data miġbura u rċevuta fil-kuntest ta" dan ir-Regolament tiġi ttrattata b'mod kunfidenzjali u li jiġu rispettati r-regoli kollha dwar is-segretezza professjonali u kummerċjali tad-data, f'konsistenza mad-dispożizzjonijiet kollha applikabbli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Direttiva 95/46/KE.
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 105 – paragrafu 4
4.  Il-komunikazzjoni tad-data fil-kuntest ta" dan ir-Regolament lil persuni li qed jaħdmu għal awtoritajiet kompetenti, qrati, awtoritajiet oħra pubbliċi u l-Kummisjoni jew il-korp deżinjat minnha, li l-iżvelar tagħha jista" jkollu effett negattiv fuq:
imħassar
a) il-protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwi, skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar il-protezzjoni tad-data personali,
b) l-interessi kummerċjali ta" persuna naturali jew legali, inkluż il-proprjetà intellettwali,
c) il-proċeduri tal-qorti u l-pariri legali jew
d) l-ambitu tal-ispezzjonijiet jew l-investigazzjonijiet,
se tkun permessa biss jekk hija neċessarja għall-waqfien minn infrazzjoni jew projbizzjoni ta" infrazzjoni tar-regoli tal-Politika Komunit tas-Sajd u l-awtorità li qed tikkomunika l-informazzjoni tagħti l-kunsens għall-iżvelar.
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 108 – paragrafu 3
3.  Għall-parti sikura tal-websajt tiegħu, kull Stat Membru għandu jipprovdi aċċess mill-bogħod lill-Kummissjoni u lill-korp deżinjat minnha. L-Istat Membru għandu jagħti aċċess lill-uffiċjali tal-Kummissjoni fuq il-bażi ta" ċertifikati elettroniċi ġenerati mill-Kummissjoni jew il-korp deżinjat minnha.
3.  Għall-parti sikura tal-websajt tiegħu, kull Stat Membru għandu jipprovdi aċċess mill-bogħod lill-Kummissjoni u lill-korp deżinjat minnha. L-Istat Membru għandu jagħti aċċess lill-uffiċjali tal-Kummissjoni fuq il-bażi ta" ċertifikati elettroniċi ġenerati mill-Kummissjoni jew il-korp deżinjat minnha.
Pajjiżi terzi għandha tingħatalhom l-informazzjoni inkluża fil-paragrafi 1(b), 1(d) u 1(f) dwar bastimenti tal-Komunità li japplikaw għal liċenzji għas-sajd fl-ilmijiet tagħhom. L-informazzjoni għandha tingħata fuq talba tal-pajjiż terz ikkonċernat u mingħajr dewmien, bil-kundizzjoni li l-pajjiż terz jiggarantixxi bil-miktub il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni. It-trasferiment ta' data personali skont din id-dispożizzjoni għandha titqies li tikkonforma mal-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 95/46/KE.
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 112
Ir-Regolament (KE) Nru 768/2005
Artikolu 17a – paragrafu 1 – test introduttorju
1.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta" infurzar konferiti mit-Trattat fuq il-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fl-evalwazzoni u l-kontroll tal-applikazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd mill-Istati Membri. L-Aġenzija tista" tmexxi spezzjonijiet ta" awtoritajiet pubbliċi u operaturi privati fl-Istati Membri. Għal dan l-iskop tista", f'konformità mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi tal-Istati Membri konċernati,
1.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta" infurzar konferiti mit-Trattat fuq il-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fl-evalwazzoni u l-kontroll tal-applikazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd mill-Istati Membri. L-Aġenzija tista", billi tuża r-riżorsi tagħha stess, tmexxi spezzjonijiet ta" awtoritajiet pubbliċi u operaturi privati fl-Istati Membri. Għal dan l-iskop tista", f'konformità mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi tal-Istati Membri konċernati,
Avviż legali - Politika tal-privatezza