Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta" miżuri tekniċi (COM(2008)0324 – C6-0282/2008 – 2008/0112(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0324),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0282/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0206/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 7 a (ġdida)
(7a)Peress li kemm ir-regoli omoġenji li ġeneralment huma applikabbli fiż-żoni kollha kif ukoll dawk applikabbli speċifikament fuq bażi reġjonali għandhom l-istess importanza għall-immaniġġjar tas-sajd, dawn għandhom jiġu adottati mill-Kunsill.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 12 a (ġdida)
(12a)Bħala kjarifika addizzjonali, sabiex fil-ġejjieni jiġi evitat tilwim minħabba l-interpretazzjoni ħażina tar-regoli u f'konformità mal-approċċ li ġie introdott reċentement, il-Kummissjoni għandha tissuplementa d-dispożizzjonijiet ta" dan ir-Regolament billi tippubblika anness li jkun fih illustrazzjonijiet sabiex jiġu spjegati l-karatteristiċi tat-tagħmir tas-sajd.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 13 a (ġdida)
(13a)Huwa neċessarju li jiġu evitati sitwazzjonijiet li jikkawżaw tgħawwiġ tal-kompetizzjoni jew konfużjoni fost l-operaturi u l-konsumaturi u li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta" konformità mad-daqsijiet minimi u għalhekk ir-regoli għandhom japplikaw ukoll għall-prodotti li joriġinaw mill-importazzjonijiet. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, kemm jista" jkun malajr, proposta biex jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/20001, sabiex id-daqsijiet bijoloġiċi jiġu armonizzati mad-daqsijiet kummerċjali.
____________________________________ 1Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22).
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 15
(15) Meta jaqbeż il-qabdiet inċidentali massimi, bastiment għandu jmur immedjatament f'żona oħra.
(15) Sabiex tiġi żgurata protezzjoni adegwata għar-riżorsi tal-baħar, jiġu protetti ż-żoni fejn jitrabba l-ħut jew iż-żoni sensittivi u jitnaqqas ir-rimi lura, għandhom jiġu imposti restrizzjonijiet fuq l-attività tas-sajd f'ċerti żoni u perjodi u fir-rigward ta" ċerti tagħmir u aċċessorji.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 17
(17) Fejn il-konservazzjoni tkun mhedda b'mod serju, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati sabiex jieħdu miżuri proviżorji xierqa, li jiġu implimentati fil-ħin reali.
(17) Fejn il-konservazzjoni tkun mhedda b'mod serju, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha proprja jew fuq it-talba ssostanzjata tal-Istati Membri, għandha tkun awtorizzata sabiex tieħu miżuri proviżorji xierqa, li jiġu implimentati fil-ħin reali.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 19
(19) Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament, fosthom dispożizzjonijiet speċifiċi għal kull żona koperta minn Kunsill Konsultattiv Reġjonali, għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implementazzjoni konferiti lill-Kummissjoni.
(19) Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implementazzjoni konferiti lill-Kummissjoni.
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 2 a (ġdid)
Artikolu 2a
Regolamenti reġjonali
Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 37 tat-Trattat, jadotta l-miżuri applikabbli speċifikament fir-reġjuni varji li jikkorrispondu għall-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali (RACs) varji.
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt b
(b) "irkaptu tat-tkarkir bit-travu" tfisser irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ li fih il-fetħa orizzontali tax-xibka tinżamm bi travu;
(b) "irkaptu tat-tkarkir bit-travu" tfisser irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ li fih il-fetħa orizzontali tax-xibka tinżamm bi travu, u fejn it-travu ikun kanna tonda tal-azzar miżmuma permezz ta' żewġ żrieżaq; il-kostruzzjoni tiġi rmunkata tul qiegħ il-baħar;
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt e
(e) "manka" tfisser l-aħħar 8 m ta" l-irkaptu rmunkat imkejla mil-lett meta d-daqs tal-malji jkun ta" 80 mm jew aktar, u tfisser l-aħħar 20 m ta" l-irkaptu rmunkat imkejla mil-lett meta d-daqs tal-malji jkun ta" inqas minn 80 mm;
(e) "manka" tfisser l-aħħar 6 m ta" l-irkaptu rmunkat imkejla mil-lett meta d-daqs tal-malji jkun ta" 80 mm jew aktar, u tfisser l-aħħar 20 m ta" l-irkaptu rmunkat imkejla mil-lett meta d-daqs tal-malji jkun ta" inqas minn 80 mm;
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.Fil-każ ta" pelaġiċi żgħar (sardin, inċova, sawrell u kavalli) għandha tinżamm il-possibilità li 10% tal-qabda jkunu magħmula minn ħut żgħir wisq.
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 5
Regola ta" xibka waħda
Kombinazzjonijiet ta" xbieki
Għandu jkun ipprojbit li jinżammu abbord, matul kwalunkwe vjaġġ tas-sajd, kwalunkwe kombinazzjoni ta" xbieki ta" aktar minn serje waħda ta" daqsijiet tal-malji.
1.Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jirregola l-każijiet fejn il-bastimenti jistgħu jġorru abbord kombinazzjoni waħda jew iktar ta" xbieki ta" aktar minn serje waħda ta" daqsijiet tal-malji waqt l-istess vjaġġ tas-sajd.
2.Dawn il-kriterji għandhom iqisu:
(a) id-distanza bejn il-port fejn isorġi l-bastiment ikkonċernat u ż-żona tas-sajd;
(b) il-livell ta" kemm is-sajda li qed tiġi pprattikata tinvolvi ħafna speċijiet ta' ħut u l-importanza ekonomika tal-ispeċijiet sekondarji meta mqabbla mal-ispeċijiet fil-mira;
(c) jekk kwalunkwe mill-operazzjonijiet tas-sajd waqt vjaġġ partikulari titwettaqx permezz ta" xibka b'malji li jkunu ta" daqs ikbar minn dawk previsti f'dan ir-Regolament.
3.Il-kontenut ta" dan l-Artikolu għandu jiġi rregolat fil-qafas stipulat fl-Artikolu 2a ta" dan ir-Regolament.
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a
(a) għal sajd bi rkaptu rmunkat b'malji ta" 80 mm jew akbar, man-naħa ta" barra tal-manka titwaħħal borża ta" rinforz. Id-daqs tal-malji tal-borża tar-rinforz għandu jkun mill-inqas id-doppju ta' dak tal-manka;
(a) man-naħa ta" barra tal-manka titwaħħal borża ta" rinforz. Id-daqs tal-malji tal-borża tar-rinforz għandu jkun mill-inqas id-doppju ta' dak tal-manka;
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b a (ġdid)
(ba) l-użu ta" boroż ta" rinforz man-naħa ta" barra tal-manka fuq bastimenti bil-liċenzja għal xbieki tat-tkarkir b'malji ta" 60 mm jew ikbar fiż-żoni VIII, IX u X tal-ICES;
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt d
(d) kwalunkwe rkaptu tat-tkarkir, b'malji ta' 80 mm jew akbar b'aktar minn 100 malja miftuħa u inqas minn 40 malja miftuħa fi kwalunkwe ċirkonferenza tal-manka, bl-esklużjoni tal-parti tat-twaħħil jew taċ-ċmusiet;
imħassar
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 4
4.B'deroga mill-paragrafi (2)(a), (3)(b), (3)(d) u (3)(e), id-daqs tal-malji ta" 80 mm għandu jiġi sostitwit b'60 mm għal sajd fiż-żoni ta' l-ICES VIII, IX u X.
imħassar
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2
2. Il-ħin ta" immersjoni għall-għeżula u l-pariti m'għandux jaqbeż it-48 siegħa.
2. Il-ħin ta" immersjoni għall-għeżula u l-pariti m'għandux jaqbeż l-24 siegħa.
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 3
3. Meta s-sajd isir permezz ta" l-għeżula u l-pariti, l-użu ta" aktar minn 50km ta" xbieki għandu jkun ipprojbit.
3. Meta s-sajd isir permezz ta" l-għeżula u l-pariti, l-użu ta" aktar minn 40 km ta" xbieki għandu jkun ipprojbit.
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1
1. B'deroga mill-Artikolu 8, għandu jkun permess li jintużaw għeżula b'malji ta' 120 mm jew akbar u anqas minn 150 mm, fit-Tramuntana ta" 48°N inkella b'malji ta' 100 mm jew aktar u inqas minn 130 mm fin-Nofsinhar ta" 48°N, f'ilmijiet ta' inqas minn 600 metru fond, bil-kundizzjoni li ma jkunux ta" aktar minn 100 malja fond, ikollhom proporzjon tad-dendil ta' mhux anqas minn 0.5, u jkunu armati b'sufruni jew oġġetti oħra li jżommuhom fil-wiċċ. Kull rimja għandha tkun ta' massimu 5 mili nawtiċi fit-tul, u t-tul totali tar-rimjiet kollha użati f'waqt wieħed m'għandux jaqbeż il-25 km għal kull bastiment. Il-ħin massimu ta" immersjoni għandu jkun ta' 24 siegħa.
1. B'deroga mill-Artikolu 8, għandu jkun permess li jintużaw għeżula b'malji ta' 120 mm jew akbar u anqas minn 150 mm, fit-Tramuntana ta" 48°N inkella b'malji ta' 100 mm jew aktar u inqas minn 130 mm fin-Nofsinhar ta" 48°N, f'ilmijiet ta' inqas minn 400 metru fond, bil-kundizzjoni li ma jkunux ta" aktar minn 100 malja fond, ikollhom proporzjon tad-dendil ta' mhux anqas minn 0.5, u jkunu armati b'sufruni jew oġġetti oħra li jżommuhom fil-wiċċ. Kull rimja għandha tkun ta' massimu 5 mili nawtiċi fit-tul, u t-tul totali tar-rimjiet kollha użati f'waqt wieħed m'għandux jaqbeż il-25 km għal kull bastiment. Il-ħin massimu ta" immersjoni għandu jkun ta' 24 siegħa, ħlief jekk il-kundizzjonijiet tat-temp jagħmlu l-irfigħ tax-xbiek impossibbli.
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2
2. B'deroga mill-Artikolu 8, għandu jkun permess li jintużaw għeżula b'malji ta" 250 mm jew aktar, f'ilmijiet ta' anqas minn 600 metru fond muri fuq il-mappa, bil-kundizzjoni li ma jkunux aktar minn 15-il malja fond, ikollhom proporzjon tad-dendil ta' mhux anqas minn 0.33, u ma jkunux armati b'sufruni jew oġġetti oħra li jżommuhom fil-wiċċ. Kull rimja għandha tkun ta' massimu 10 km fit-tul. It-tul totali tar-rimjiet kollha użati f'waqt wieħed m'għandux jaqbeż il-100 km għal kull bastiment. Il-ħin massimu ta" immersjoni għandu jkun ta' 72 siegħa.
2. B'deroga mill-Artikolu 8, għandu jkun permess li jintużaw għeżula b'malji ta" 250 mm jew aktar, f'ilmijiet ta' anqas minn 600 metru fond muri fuq il-mappa, bil-kundizzjoni li ma jkunux aktar minn 15-il malja fond, ikollhom proporzjon tad-dendil ta' mhux anqas minn 0.33, u ma jkunux armati b'sufruni jew oġġetti oħra li jżommuhom fil-wiċċ. Kull rimja għandha tkun ta' massimu 10 km fit-tul. It-tul totali tar-rimjiet kollha użati f'waqt wieħed m'għandux jaqbeż is-60 km għal kull bastiment. Il-ħin massimu ta" immersjoni għandu jkun ta' 72 siegħa.
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1
1. Meta l-kwantità ta" ħut żgħir wisq maqbud taqbeż l-10% tal-kwantità totali tal-qabdiet fi kwalunkwe refgħa, il-bastiment għandu jitbiegħed distanza ta" mill-inqas ħames mili nawtiċi minn kwalunkwe pożizzjoni tar-refgħa preċedenti qabel ikompli jistad.
1. Meta l-piż ta" ħut żgħir wisq maqbud, b'konformità mal-Anness I, jisboq l-10% tal-piż totali tal-qabdiet fi kwalunkwe refgħa, u din is-sitwazzjoni sseħħ f'serje ta" tliet refgħat konsekuttivi, il-bastiment għandu jitbiegħed distanza ta" mill-inqas ħames mili nawtiċi minn kwalunkwe pożizzjoni tar-refgħa preċedenti qabel ikompli jistad.
B'deroga mis-subparagrafu preċedenti, għas-sajd lokali u viċin l-art b'karatteristiċi partikulari minħabba kemm il-fond kif ukoll il-kompożizzjoni ta" qiegħ il-baħar u d-distanza mill-kosta, u suġġett għal rapport xjentifiku li jissostanzja dawk il-karatteristiċi, l-obbligu ta' tbegħid jista" jkun inqas minn ħames mili nawtiċi kemm-il darba jkun garantit li l-attività tas-sajd ma titwettaqx fuq konċentrazzjoni ta' frieħ.
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2
2. Jekk il-perċentwali minimi u/jew massimi ta" l-ispeċijiet fil-mira, minbarra l-ħut żgħir wisq ta" l-ispeċijiet fil-mira, li jistgħu jinqabdu bid-daqsijiet tal-malji permessi għal dik l-ispeċi u miżmuma abbord, fi kwalunkwe refgħa waħda ma jkunux qablu mal-perċentwali stipulati fir-regoli dettaljati adottati skond l-Artikolu 22, il-bastiment għandu jiċċaqlaq immedjatament għal minimu ta" 10 mili nawtiċi bogħod minn kwalunkwe pożizzjoni tar-refgħa ta" qabel u matul ir-refgħa li jmiss iżomm distanza minima ta" 10 mili nawtiċi minn kwalunkwe pożizzjoni tar-refgħa ta" qabel.
2. Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddetermina ż-żoni u l-perjodi ħielsa mis-sajd korrispondenti fil-qafas tal-Artikolu 2a ta" dan ir-Regolament.
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 12
Il-qbid, iż-żamma abbord, it-trażbord, il-ħżin, il-ħatt l-art, il-bejgħ, il-wiri jew it-tqegħid fis-suq ta' organiżmi tal-baħar maqbuda bl-użu ta' metodi li jinkorporaw l-użu ta' splussivi, veleni, sustanzi ta" stordiment, kurrenti elettriċi jew l-isparar ta" kwalunkwe projettili għandu jkun projbit.
Il-qbid, iż-żamma abbord, it-trażbord, il-ħżin, il-ħatt l-art, il-bejgħ, il-wiri jew it-tqegħid fis-suq ta' organiżmi tal-baħar maqbuda bl-użu ta' metodi li jinkorporaw l-użu ta' splussivi, veleni, sustanzi ta" stordiment, kurrenti elettriċi jew l-isparar ta" kwalunkwe projettili għandu jkun projbit, ħlief it-tkarkir bl-impuls elettriku.
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1
1. Meta l-konservazzjoni ta' ċerti speċijiet jew żoni tas-sajd tkun mhedda serjament, inkluż fejn tinsab konġestjoni kbira ta" frieħ tal-ħut, u fejn kwalunkwe dewmien jirriżulta fi ħsara li diffiċli li tissewwa, Stat Membru jista' jieħu miżuri xierqa ta' konservazzjoni mhux diskriminatorji f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ibħra taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tiegħu. L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li miżuri bħal dawn ma jiddiskriminawx kontra bastimenti tas-sajd minn Stati Membri oħra.
1. Meta l-konservazzjoni ta' ċerti speċijiet jew żoni tas-sajd tkun mhedda serjament, inkluż fejn tinsab konġestjoni kbira ta" frieħ tal-ħut, u fejn kwalunkwe dewmien jirriżulta fi ħsara li diffiċli li tissewwa, Stat Membru jista' jieħu miżuri xierqa ta' konservazzjoni mhux diskriminatorji f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ibħra taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tiegħu. L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li miżuri bħal dawn ma jiddiskriminawx kontra bastimenti tas-sajd minn Stati Membri oħra. Qabel ma jiġu implimentati miżuri bħal dawn, għandhom jiġu kkonsultati il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali xierqa u l-Kummissjoni.
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2
2. Meta kwalunkwe dewmien fit-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tar-rimi lura tirriżulta fi ħsara li jkun diffiċli li tissewwa, Stat Membru jista" jieħu miżuri xierqa ta' konservazzjoni mhux diskriminatorji, fir-rigward ta" l-ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tiegħu skond l-Artikolu 16.
2. Meta kwalunkwe dewmien fit-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tar-rimi lura ikun jirriżulta fi ħsara li jkun diffiċli li tissewwa, il-Kummissjoni fuq inizjattiva proprja jew fuq talba sostanzjata ta" Stat Membru tista" tieħu miżuri xierqa ta' konservazzjoni mhux diskriminatorji, fir-rigwardtal-ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru kkonċernat. Qabel ma jittieħdu miżuri bħal dawn, għandhom jiġu kkonsultati l-Kummissjoni u l-Kunsilli Konsultattiv Reġjonali xieraq.
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 21 a (ġdid)
Artikolu 21a
Regolamentazzjoni ġejjienija
Ir-regoli li jmexxu r-regolamentazzjoni tal-elementi li ġejjin tal-miżuri tekniċi għandhom ikunu adottati permezz ta" regolament tal-Kunsill:
(a) il-perċentwali minimi u massimi tal-ispeċijiet fil-mira fost ir-riżorsi akkwatiċi ħajjin miżmuma abbord;
(b) l-iskali ta' daqsijiet tal-malji ammissibbli għal kull speċi fil-mira;
(c) dispożizzjonijiet għat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tar-rimi lura u t-titjib tas-selettività tal-irkaptu tas-sajd;
(d) miżuri dwar ir-restrizzjoni tal-attivitajiet ta" sajd f'perjodi speċifiċi u/jew zoni speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2 fuq il-bażi tal-aqwa informazzjoni xjentifika disponibbli sabiex jiġu mħarsa l-għamajjar tal-baħar f'dawk iż-zoni.
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 22
Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Dawn ir-regoli għandhom jispeċifikaw b'mod partikolari:
Miżuri tekniċi oħrajn biex jiġi implimentat dan ir-Regolament sabiex jiġu mħarsa l-għamajjar tal-baħar jew ir-riżorsi tas-sajd għandhom ikunu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.
(a) il-perċentwali minimi u massimi ta" l-ispeċijiet fil-mira fost ir-riżorsi akkwatiċi ħajjin miżmuma abbord;
(b) l-iskali ta' daqsijiet tal-malji għal kull speċi fil-mira;
(c) dispożizzjonijiet għat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tar-rimi lura u t-titjib tas-selettività ta" l-irkaptu tas-sajd;
(d) miżuri dwar ir-restrizzjoni ta" l-attivitajiet ta" sajd f'perjodi speċifiċi u/jew żoni speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2 fuq il-bażi ta" l-aqwa informazzjoni xjentifika disponibbli sabiex jiġu mħarsa l-ħabitats tal-baħar f'dawk iż-żoni;
(e) miżuri tekniċi oħra għall-protezzjoni tal-ħabitats tal-baħar jew ir-riżorsi tas-sajd.
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.Id-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament għandu jipprevedi perjodu għall-aġġustament tal-flotot u għall-adozzjoni ta' regoli supplementari.