Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0780 – C6-0413/2008 – 2008/0223(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni – tfassil mill-ġdid)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0780),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, li skonthom il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0413/2008),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta" Novembru 2001 dwar l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' tfassil mill-ġdid tal-atti legali(1),
– wara li kkunsidra l-ittra tat-3 ta" Frar 2009 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija b'konformità mal-Artikolu 80a(3) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0254/2009),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta" Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma" dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta" Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa" tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (tfassil mill-ġdid)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 175(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mressqa mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),
Billi:
(1) Id-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini(4) ġiet emendata(5). Billi għandhom isiru aktar emendi sostantivi, id-Direttiva għandha tiġi riformulata fl-interess taċ-ċarezza.
(2) Ir-riżorsi naturali, skont l-użu prudenti u razzjonali msemmi fl-Artikolu 174 tat-Trattat, jinkludu prodotti taż-żejt, gass naturali u karburanti solidi, li huma sorsi essenzjali ta" enerġija però huma wkoll is-sorsi ewlenin ta" ħruġ ta" dijossidu tal-karbonju.
(3) Ladarba l-bini jammonta għal 40 % tal-konsum totali tal-enerġija fl-UE, it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u l-użu ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu fis-settur tal-bini jikkostitwixxu parti importanti mill-miżuri meħtieġa sabiex jitnaqqsu d-dipendenza tal-enerġija tal-UE u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Flimkien ma' żieda fl-użu ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu, il-miżuri meħuda sabiex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija fl-UE jippermetti lill-UE li tkun konformi mal-Protokoll ta" Kjoto tal-Konvenzjoni ta" Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, (UNFCCC), u mal-impenn tagħha għall-futur imbiegħed sabiex iż-żieda tat-temperatura dinjija ma tkunx ogħla minn 2 °C, u l-impenn tagħha sabiex sal-2020 l-emissjonijiet globali ta' gassijiet serra jitnaqqsu b'tal-anqas 20 % taħt il-livelli tal-1990, u bi 30 % fil-każ ta' ftehim internazzjonali.. It-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u ż-żieda fl-użu tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddugħandhom ukoll sehem importanti fil-promozzjoni tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, l-iżvilupp teknoloġiku u l-għoti ta" opportunitajiet għall-impjiegi u l-iżvilupp reġjonali, b'mod partikolari f'żoni rurali.
(4) L-amministrazzjoni tad-domanda għall-enerġija hija għodda importanti sabiex il-Komunità tkun tista" tinfluwenza s-suq globali tal-enerġija u b' hekk is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fuq tul ta" żmien medju u twil.
(5) Il-Kunsill Ewropew ta" Marzu 2007 saħaq dwar il-ħtieġa li titkabbar l-effiċjenza tal-enerġija fil-Komunità sabiex jintlaħaq l-għan tat-tnaqqis b"20 % tal-konsum tal-enerġija tal-Komunità sal-2020 u sejjaħ għal implimentazzjoni bir-reqqa u rapida tal-prijoritajiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Pjan ta" Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija: it-Twettiq tal-Potenzjal" [titlu mhux uffiċjali]. Dan il-Pjan ta" Azzjoni identifika l-potenzjal sinifikanti għal iffrankar tal-enerġija bi spiża effettiva fis-settur tal-bini. Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-31 ta' Jannar 2008, talab it-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/91/KE, u talab bosta drabi, l-aħħar darba fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Frar 2009 dwar it-Tieni Reviżjoni tal-Enerġija Strateġika(6), li l-mira ta' żieda tal-effiċjenza tal-enerġija b'20 % sal-2020 issir vinkolanti. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforzi tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra biex jilħqu l-impenji ta' tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra sal-2020(7) tistabbilixxi miri li jorbtu fuq livell nazzjonali għat-tnaqqis ta' CO2, li għalihom l-effiċjenza tal-enerġija fis-settur tal-bini se tkun kruċjali, u d-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu(8) titlob li tkun promossa l-effiċjenza tal-enerġija fil-kuntest ta' mira vinkolanti dwar l-enerġija minn sorsi li jiġġeddu li tammonta għal 20 % tal-konsum totali tal-enerġija tal-UE sal-2020.
(6)Il-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2007 afferma mill-ġdid l-impenn tal-Komunità favur l-iżvilupp fil-Komunità kollha tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu billi jħaddan mira mandatorja ta' sehem ta' 20 % ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu sal-2020. Id-Direttiva 2009/28/KE tistabbilixxi qafas komuni għall-promozzjoni ta' enerġiji minn sorsi li jiġġeddu. Din tenfasizza l-bżonn li jkun inkorporat fattur għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli biex tinkiseb il-prestazzjoni minima tal-enerġija skont id-Direttiva 2002/91/KE sabiex jitħaffef l-istabbiliment ta' livelli minimi għall-użu ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu fil-bini.
(7) Is-settur residenzjali u terzjarju, li l-biċċa l-kbira tiegħu huwa binjiet , jikkostitwixxi madwar 40 % tal-konsum finali tal-enerġija fil-Komunità u qed jiżdied, tendenza li għandha twassal għal żieda fil-konsum tal-enerġija u għaldaqstant fl-emissjonijiet tal-dijossidu tal-karbonju.
(8) Jeħtieġ li jiġu stabbiliti aktar azzjonijiet konkreti sabiex jintlaħaq il-potenzjal enormi għall-iffrankar tal-enerġija fil-binjiet u jitnaqqsu d-differenzi kbar fir-riżultati tal-Istati Membri f'dan is-settur.
(9) Miżuri oħra sabiex tkun imtejba l-prestazzjoni tal-enerġija għandhom iqisu l-kundizzjonijiet klimatiċi u lokali kif ukoll l-ambjent klimatiku ta" ġewwa u l-ispiża effettiva . Dawn il-miżuri m'għandhomx jeffettwaw rekwiżiti oħra dwar bini bħall-aċċessibbiltà, is-sikurezza u l-użu maħsub ta" dak il-bini.
(10) Il-prestazzjoni enerġetika tal-bini għandha tkun ikkalkolata fuq il-bażi ta" metodoloġija, komuni, b'fatturi varjabbli oġġettivi li jqisu d-differenzi klimatiċi reġjonali u li tinkludi, flimkien mal- karatteristiċi termali, fatturi oħra li għandhom rwol dejjem aktar importanti bħas-sistemi ta' tisħin, tberrid u ventilazzjoni, l-irkupru tas-sħana, il-kontroll ta' żona partikulari, l-applikazzjoni ta" sorsi ta" enerġija rinovabbli, elementi ta" tisħin u tberrid passiv, dell, kwalità tal-arja ta" ġewwa, il-kejl xieraq ta' dawl naturali, u s-sistemi ta' iżolament u ta' tidwil, is-sistemi ta' monitoraġġ u ta' kontroll u d-diżinn tal-bini. Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-prestazzjoni tal-enerġija m'għandux ikun ibbażat biss fuq l-istaġun meta jkun meħtieġ it-tisħin, iżda għandu jkopri l-prestazzjoni tal-enerġija annwali tal-bini. Dik il-metodoloġija għandha tqis l-istandards Ewropej eżistenti.
(11) L-Istati Membri għandhom jiffissaw rekwiżiti minimi għall-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini. Dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ffissati bil-għan li jintlaħaq bilanċ bi spiża ottimali bejn l-investimenti involuti u l-ispejjeż tal-enerġija ffrankati tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini . Għandu jkun hemm provvediment għal possibilità li l- Istati Membri regolarment jirrevedu r-rekwiżiti minimi tagħhom tal-prestazzjoni tal-enerġija għall-bini fid-dawl tal-progress tekniku.
(12) Din id-Direttiva hija bla ħsara għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat. Għalhekk, it-terminu "inċentiv" użat f'din id-Direttiva m'għandux jiġi interpretat bħala li jinkludi għajnuna mill-Istat.
(13) Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi metodoloġija komuni għall-kalkolu ta' livelli ta" spiża ottimali għar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija. Din il-metodoloġija għandha tkun konformi ma' dik użata fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità applikabbli għar-rekwiżiti ta' prestazzjoni għall-prodotti, il-komponenti u s-sistemi ta' bini tekniċi li jiffurmaw il-bini. L-Istati Membri għandhom jużaw din il-metodoloġija komuni biex jadottaw ir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija li jkunu adottaw. Ir-riżultati ta" dan il-kalkolu u d-dejta użata biex jinkisbu dawn ir-riżultati għandhom jiġu rrappurtati regolarment lill-Kummissjoni. Dawn ir-rapporti għandhom jgħinu lill-Kummissjoni tevalwa l-progress tal-Istati Membri fl-ilħiq ta" livelli bi spiża ottimali ta" rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija u tirrapporta dwar dan il-progress. ▌L-Istati Membri għandhom japplikaw din il- metodoloġija ▌meta jirrevedu u jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi tagħhom tal-prestazzjoni tal-enerġija.
(14) Il-bini għandu impatt kbir fit-tul fuq il-konsum tal-enerġija. Minħabba ċ-ċiklu twil ta" tiġdid tal-bini eżistenti, bini ġdid, u bini eżistentili huwa suġġett għal tiġdid kbir, għandu għaldaqstant jissodisfa rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal -enerġija adattati għall- klima lokali. Peress li l-applikazzjoni ta" sistemi alternattivi ta" provvista tal-enerġija ġeneralment mhux esplorata għall-potenzjal kollu tagħha, ▌sistemi alternattivi ta" provvista tal-enerġija għal bini ġdid u eżistenti għandhom ikunu meqjusa, ikun xi jkun id-daqs tiegħu, skont il-prinċipju li qabel xejn ikun żgurat li l-ħtiġiet enerġetiċi għat-tisħin u t-tberrid jitnaqqsu għal livell minimu ottimali fir-rigward tal-ispejjeż.
(15) Tibdil estensiv f'bini eżistenti , ikun xi jkun id-daqs tiegħu, jipprovdi opportunità sabiex jittieħdu miżuri bi spiża effettiva sabiex tkun imtejba l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini kollu. Bl-iffissar ta" rekwiżiti għal miżuri effettivi fir-rigward tal-infiq, ikun żgurat li ma jinħolqu ebda ostakli li jistgħu jiskuraġġixxu li jitwettaq tiġdid kbir.
(16)Hemm studji li juru li s-settur tal-kostruzzjoni jbati minn ineffiċjenza li twassal għal spejjeż għall-utent aħħari li jkunu ferm ogħla mill-ispejjeż ottimali. Il-kalkoli juru li l-ispejjeż għall-bini jistgħu jitnaqqsu bi 30-35 % permezz ta" anqas skart f'ħafna mill-proċessi ta" kostruzzjoni u għal ħafna mill-prodotti. In-nuqqas ta" effiċjenza fis-settur tal-bini huwa theddida ewlenija għall-għan u l-iskop ta" din id-Direttiva, peress li n-nefqa għolja u mhux ġustifikata għall-bini u t-tiġdid tnaqqas l-effikaċja fir-rigward tal-infiq, u għaldaqstant l-effikaċja enerġetika fis-settur. Sabiex ikun iggarantit li din id-Direttiva taħdem sew, il-Kummissjoni għandha tevalwa t-tħaddim tas-suq tal-kostruzzjoni u tirrapporta l-konklużjonijiet u s-suġġerimenti tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżguraw l-ipprezzar trasparenti fil-qasam tal-kostruzzjoni u t-tiġdid, u barra minn hekk għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jitneħħew, għal parteċipanti ġodda, speċjalment għall-SMEs, ostakli għad-dħul fis-suq, u għal faċilitajiet u infrastruttura rilevanti.
(17)Sabiex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-apparat domestiku u tat-tisħin u t-tberrid, it-teknoloġija tal-informazzjoni għandha tkun żviluppata u użata, bil-għan li jkun hemm "binjiet intelliġenti".
(18) Huma meħtieġa miżuri biex jiżdied l-għadd ta" bini li mhux biss jilħaq ir-rekwiżiti minimi kurrenti tal-prestazzjoni tal-enerġija, imma li jiżguraw tal-anqas l-ogħla livell xieraq fir-rigward ta' spejjeż ta" prestazzjoni tal-enerġija. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom ifasslu pjanijiet nazzjonali għal żieda fl-għadd ta' bini li ma jikkonsmawx enerġija jew ma jipproduċux emissjonijiet u jagħtu rapport dwarhom regolarment lill-Kummissjoni.
(19) Sabiex jiġi limitat il-piż tar-rappurtar tal-Istati Membri, għandu jkun possibbli li jiġu integrati r-rapporti meħtieġa minn din id-Direttiva fil-Pjani ta' Azzjoni għall-Effiċjenza ta' Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament tal-5 ta' April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija ▌(9). Is-settur pubbliku f'kull Stat Membru għandu jkun minn ta" quddiem fil-qasam tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, u għalhekk il-pjani nazzjonali għandhom jistabbilixxu miri aktar ambizzjużi għall-binjiet okkupati mill-awtoritajiet pubbliċi.
(20)L-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa jiħedu miżuri minbarra dawk stipulati f'din id-Direttiva biex jippromwovu l-effiċjenza enerġetika mtejba tal-binjiet. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu inċentivi għan-negozji, għas-sidien tad-djar u għall-inkwilini, inklużi rati mnaqqsa ta" VAT għas-servizzi ta" tiġdid tal-binjiet.
(21)L-Istati Membri għandhom jevitaw ir-regolazzjoni mgħawġa tal-prezzijiet tal-enerġija għall-konsumaturi li ma tagħtix inċentivi biex tiġi ffrankata l-enerġija.
(22) Ix-xerrej u l-inkwilin prospettivi ta" bini jew partijiet minnu għandhom, permezz taċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija, jingħataw informazzjoni korretta dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini u pariri prattiċi dwar it-titjib tagħha. Is-sidien u l-inkwilini ta" binjiet kummerċjali għandhom ikunu obbligati wkoll li jaqsmu tagħrif dwar il-konsum reali tal-enerġija, sabiex jiżguraw li tkun disponibbli d-dejta kollha biex ikunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar it-titjib meħtieġ.Iċ-ċertifikat għandu wkoll jipprovdi informazzjoni dwar l-impatt attwali tat-tisħin u tat-tberrid fuq il-ħtiġijiet enerġetiċi tal-bini, dwar il-konsum tal-enerġija primarja u dwar l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju. Is-sidien tal-bini għandu jkollhom l-opportunità li jitolbu ċ-ċertifikazzjoni jew ċertifikat aġġornat f'kull ħin, mhux biss meta l-bini jinkera, jinbiegħ jew jiġi rinnovat.
(23)L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jagħtu eżempju u għandhom jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija fil-perjodu tal-validità tiegħu. L-Istati Membri għandhom jinkludu fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom miżuri li jappoġġjaw lill-awtoritajiet pubbliċi biex jadottaw kmieni t-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija u biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija fil-perjodu tal-validità tiegħu. Fl-iżvilupp tal-pjanijiet nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lir-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.
(24)B'konformità mar-rekwiżiti dwar l-istallazzjoni ta" miters intelliġenti stipulati fid-Direttiva 2006/32/KE, is-sidien u l-inkwilini għandhom jingħataw tagħrif eżatt dak il-ħin stess dwar il-konsum tal-enerġija fil-binjiet li huma jkunu jokkupaw.
(25) Bini okkupat minn awtoritajiet pubbliċi u bini li spiss jintuża mill-pubbliku għandu jkun ta' eżempju billi juru li qed jittieħdu konsiderazzjonijiet ambjentali u ta" enerġija u għaldaqstant dan il-bini għandu jkun suġġett għal ċertifikazzjoni tal-enerġija fuq bażi regolari. It-tixrid lill-pubbliku tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-enerġija għandu jkun imtejjeb billi jkunu murija b'mod ċar dawn iċ-ċertifikati. Jekk l-Istati Membri jagħżlu li jinkludu l-użu tal-enerġija bħala parti mir-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-enerġija, għandha tkun possibbli strateġija bbażata fuq is-sit li biha numru ta" binjiet fl-istess inħawi u okkupati mill-istess organizzazzjoni jagħmlu użu mill-istess miters tal-enerġija.
(26)L-iżgurar tar-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija maħruġa minn Stati Membri oħra probabilment se jkun importanti għall-iżvilupp tas-suq transkonfinali tas-servizzi finanzjarji u oħrajn li jappoġġjaw l-effiċjenza tal-enerġija. Biex dan ikun iffaċilitat, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi standards minimi komuni għall-kontenut u l-preżentazzjoni taċ-ċertifikati, u għall-akkreditazzjoni tal-esperti. Kull ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija għandu jkun disponibbli sew bil-lingwa tas-sid kif ukoll tal-inkwilin, sabiex ir-rakkomandazzjonijiet jinftiehmu malajr.
(27) L-aħħar snin raw żieda fin-numru ta" sistemi tal-arja kondizzjonata fil-pajjiżi tal-Ewropa. Dan iwassal għal problemi konsiderevoli fil-ħinijiet l-aktar intensivi, li jżidu l-prezz tal-elettriku u jiddisturbaw il-bilanċ tal-enerġija fl-Istati Membri kollha. Għandha tingħata prijorità lil strateġiji li jtejbu l-prestazzjoni termika tal-bini matul x-xhur tas-sajf. Għal dan il-għan, għandu jkun hemm aktar żvilupp ta" metodi ta" tberrid passiv, l-aktar dawk li jtejbu l-kundizzjonijiet klimatiċi interni u l-mikroklima ta" madwar il-binjiet.
(28) Spezzjoni regolari ta" sistemi tal-arja kondizzjonata minn persuni kkwalifikati tikkontribwixxi sabiex jinżamm l-aġġustament korrett skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott u b'dan il-mod tinżamm prestazzjoni ottimali minn perspettiva ambjentali, ta" sigurtà u ta" enerġija. Għandu jkun hemm stima indipendenti tas-sistema kollha tat-tisħin u l-ikkundizzjonar tal-arja b'intervalli regolari tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, b'mod partikolari qabel ma jiġu sostitwiti jew aġġornati. Sabiex jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv fuq is-sidien u l-inkwilini tal-bini, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull ċertifikazzjoni għall-prestazzjoni tal-enerġija tinkludi spezzjoni tas-sistemi tal-arja kondizzjonata; u li, kemm jista' jkun, l-ispezzjonijiet tas-sistemi tal-arja kondizzjonata jitwettqu fl-istess żmien.
(29) Approċċ komuni għaċ-ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini u għall-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-ikkundizzjonar tal-arja , magħmula minn esperti kkwalifikati u akkreditati, li l-indipendenza tagħhom għandha tkun iggarantita fuq il-bażi ta" kriterji objettivi, se jikkontribwixxi għal livell ekwu fejn jidħlu l-isforzi fl-Istati Membri sabiex ma jkunx hemm ħela ta" enerġija fil-qasam tal-bini u se jintroduċi trasparenza għas-sidien u l-utenti prospettivi fejn għandha x'taqsam il-prestazzjoni tal-enerġija fis-suq tal- proprjetà fil-Komunità. Sabiex tkun garantita l-kwalità taċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija u tal-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u l-ikkundizzjonar tal-arja madwar il-Komunità, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta" kontroll indipendenti f'kull Stat Membru.
(30)L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma kruċjali għall-implimentazzjoni b'suċċess ta" din id-Direttiva. Ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jiġu kkonsultati dwar kull aspett tal-implimentazzjoni tagħha kemm f'livell nazzjonali kif ukoll f'livell reġjonali. Min jippjana lokalment u l-ispetturi tal-bini għandhom jirċievu gwida adegwata u riżorsi biex iwettqu x-xogħol meħtieġ.
(31)Sakemm l-aċċess għall-professjoni ta' installatur jew l-eżerċizzju tagħha jkunu regolati, il-prekondizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali huma stabbiliti fid-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali(10). Għalhekk din id-Direttiva tapplika bla ħsara għad-Direttiva 2005/36/KE. Filwaqt li d-Direttiva 2005/36/KE tistabbilixxi rekwiżiti għar-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali, inkluż għall-periti, hemm ħtieġa oħra li jkun żgurat li l-periti u min jippjana jikkunsidraw b'mod xieraq it-teknoloġiji b'livell għoli ta" effiċjenza fil-pjanti u d-diżinni tagħhom. L-Istati Membri għalhekk għandhom jipprovdu gwida ċara. Dan għandu jsir bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/36/KE u b'mod partikulari l-Artikoli 46 u 49 tagħha.
(32) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva għandhom jiġu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-implimentazzjoni ta" poteri mogħtija lill-Kummissjoni(11).
(33) B'mod partikolari l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta ċerti partijiet mill-qafas ġenerali stabbilit fl-Anness I għall-progress tekniku, tistabbilixxi metodoloġija komuni għall-kalkolu ta" livelli ta" spiża ottimali ta" rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija, u tistabbilixxi definizzjoni ta" bini li ma jikkonsmax enerġija jew li ma jipproduċix emissjonijiet meta jitqiesu l-kundizzjonijiet tat-temp reġjonali normali u t-tibdil imbassar f'dawn il-kundizzjonijiet tat-temp matul iż-żmien. Billi dawk il-miżuri huma ta" kamp ta" applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta" din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
(34)Ġaladarba l-applikazzjonijiet intelliġenti tad-tidwil bħalissa jikkostitwixxu madwar 14 % tal-enerġija użata fl-UE, u ladarba s-sistemi tat-tidwil moderni tal-iprem kwalità jistgħu jiffrankaw iżjed minn 80 % ta' enerġija filwaqt li jżommu l-kundizzjonijiet tad-dawl f'konformità mal-istandards Ewropej, u dan huwa kontribut li għadu ma ġiex sfruttat biżżejjed biex l-Unjoni Ewropea tilħaq l-objettivi tal-UE għall-2020, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa favur l-adozzjoni ta" Direttiva dwar id-Diżinn tat-Tidwil sabiex tikkumplimenta l-miżuri u l-objettivi stipulati f'din id-Direttiva. Effiċjenza ikbar fl-enerġija li tirriżulta minn diżinn aħjar tat-tidwil u mill-użu effiċjenti tar-riżorsi tad-dawl b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'... (li tistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta' rekwiżiti ta' eko-disinn għal prodotti relatati mal-enerġija (tfassil mill-ġdid))(12) hija meqjusa bħala kontribut sinifikanti għal prestazzjoni enerġetika aħjar fil-bini.
(35) Billi l-għanijiet għat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba l-kumplessità tas-settur tal-bini, u minħabba n-nuqqas ta" ħila tas-swieq nazzjonali tal-proprjetà li jindirizzaw b'mod xieraq l-isfidi tal-prestazzjoni tal-enerġija, u jistgħu, fid-dawl tal-medda u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista" tadotta miżuri, bi qbil mal-prinċipji tas-sussidjarjetà speċifikati fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipji tal-proporzjonalità, kif stabbiliti f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.
(36) L-obbligu tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva preċedenti. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti ġej mid-Direttiva preċedenti.
(37) Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stipulati fil-Parti B tal-Anness VI,
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Direttiva tippromwovi t-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini fi ħdan il-Komunità, filwaqt li tqis ir-rekwiżiti tal-klima ta" barra u kundizzjonijiet lokali, kif ukoll rekwiżiti tal-klima ta" ġewwa u livelli ottimali fir-rigward tal-ispejjeż tal-prestazzjoni tal-enerġija.
Din id-Direttiva tispeċifika rekwiżiti kif ġejjin dwar:
(a)
▌metodoloġija għall-kalkolu tal-prestazzjoni tal-enerġija integrata tal-bini u partijiet minnu, tal-komponenti tal-bini u tas-sistemi tekniċi ta' bini;
(b)
l-applikazzjoni tar-rekwiżiti minimi għall-prestazzjoni tal-enerġija ta" bini ġdid u partijiet minnu;
(c)
l-applikazzjoni tar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija ta" bini eżistenti li ▌li huma suġġetti għal tibdil kbir u tal-komponenti tal-bini u tas-sistemi tekniċi tal-bini kull meta dawn ikunu mibdula jew aġġornati;
(d)
pjanijietu objettivi nazzjonali għal żieda fl-għadd ta' binijiet li ma jikkonsmawx enerġija u ma jipproduċux emissjonijiet;
(e)
iċ-ċertifikazzjoni tal-enerġija tal-bini jew partijiet minnu;
(f)
spezzjoni regolari tas-sistemi tat-tisħin u tal-arja kundizzjonata fil-bini;
(g)
sistemi ta" kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-nerġija u rapporti ta" spezzjoni;
(h)
l-edukazzjoni, it-taħriġ u r-rekwiżiti tar-rikonoxximent reċiproku bejn l-Istati Membri għal min joħroġ iċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini u għall-ispetturi tas-sistemi tat-tisħin u tal-arja kondizzjonata;
(i)
pjanijiet nazzjonali biex jiġu eliminati l-ostakoli skont il-liġijiet dwar il-bini, il-kera u l-ħarsien tal-wirt u biex jinħolqu inċentivi nazzjonali.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għan ta" din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:
(1)
"bini /binja " tfisser kostruzzjoni msaqqfa li għandha l-ħitan, li għaliha tintuża l-enerġija sabiex tkun kundizzjonata l-arja ta" ġewwa;
(2)
"bini ġdid" tfisser bini li għalih inkisbet l-awtorizzazzjoni għall-kostruzzjoni rilevanti wara d-dħul fis-seħħ ta" din id-Direttiva;
(3)
"partijiet minn bini" tfisser appartamenti jew unitajiet iddiżinjati għal użu separat fil-blokki tal-bini;
(4)
"bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet" tfisser bini fejn, minħabba l-livell għoli ħafna ta' effiċjenza enerġetika ta-bini, il-konsum enerġetiku ewlieni annwali u globali huwa daqs il-produzzjoni ta' enerġija minn sorsi ta' enerġija li jiġġeddu fil-post, jew anqas minnha;
(5)
"sistema teknika tal-bini" tfisser tagħmir tekniku għat-tisħin, it-tberrid, il-ventilazzjoni, il-misħun, it-tidwil u l-produzzjoni tal-elettriku , il-kejl, is-sistemi ta' monitoraġġ u ta' kontroll, jew tagħqida ta" dawn;
(6)
"prestazzjoni tal-enerġija ta" bini" tfisser l-ammont ta" enerġija kkalkulat jew imkejjel meħtieġ biex jilħaq id-domanda ewlenija tal-enerġija assoċjata mal-bżonnijiet differenti tal-bini, imfissra f'kWh/m2 fis-sena, u li jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, l-enerġija użata għat-tisħin, il-misħun, it-tberrid, il-ventilazzjoni, u t-tidwil fiss, filwaqt li jitqiesu l-gwadanni passivi mix-xemx, is-sistemi li jagħtu d-dell u d-dawl naturali;
(7)
"enerġija primarja": tfisser enerġija minn sorsi li jiġġeddu u minn sorsi li ma jiġġeddux li ma għaddiet mill-ebda proċess ta" konverżjoni jew trasformazzjoni;
(8)
"enerġija minn sorsi li jiġġeddu" tfisser l-enerġija minn sorsi li jiġġeddu mhux fossili: enerġija mir-riħ, mix-xemx, ġeotermika, aerotermika, idrotermika u mill-oċeani, idroelettrika, mill-bijomassa, mill-gass tal-landfills, mill-gass minn impjanti għat-trattament tad-dranaġġ u mill-bijogassijiet;
(9)
"involukru tal-binja" tfisser elementi integrati ta" binja li jifirdu l-ġewwieni tagħha mill-ambjent ta" barra ▌;
(10)
"komponent tal-bini" tfisser parti individwali ta' bini li jaffettwa l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini u li ma tkunx koperta minn sistema teknika ta' bini, inklużi t-twieqi, is-sistemi ta' dell, il-bibien esterni, il-ħitan, il-pedament, iċ-ċangatura tal-kantina, is-saqaf, il-bejt, u s-sistemi ta' iżolament;
11)
"tibdil/tiġdid kbir": tfisser it-tibdil f'bini meta
(a)
l-ispiża totali għat-tibdil marbuta mal-involukru tal-binja jew is-sistemi tekniċi tal-bini tkun ogħla minn 20 % tal-valur tal-binja, f'liema każ il-valur għandu jkun imsejjes fuq l-ispejjeż attwali tal-kostruzzjoni fl-Istat Membru konċernat, eskluż il-valur tal-art li fuqha qiegħda l-binja, jew
(b)
aktar minn 25 % tas-superfiċje tal-involukru tal-bini, li jkollha effett dirett fuq il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, tgħaddi minn tibdil;
(12)
"standard Ewropew": tfisser standard adottat mill-Kumitat Ewropew dwar l-Istandardizzazzjoni, il-Kumitat Ewropew dwar l-Istandardizzazzjoni Elettroteknika jew l-Istitut Ewropew dwar l-Istandards tat-Telekomunikazzjoni, u magħmul disponibbli għall-użu pubbliku;
(13)
"ċertifikat dwar il-prestazzjoni tal-enerġija " tfisser ċertifikat rikonoxxut minn Stat Membru jew persuna ġuridika magħżula minnu, li tindika l-prestazzjoni -tal-enerġija ta" bini jew partijiet minnu kkalkulata skont metodoloġija bbażata fuq qafas ġenerali speċifikat fl-Anness adottata skont l-Artikolu 3;
(14)
"koġenerazzjoni" tfisser il-ġenerazzjoni simultanja fi proċess wieħed ta" enerġija termali u enerġija elettrika u/jew mekkanika;
(15)
"livell ta" spiża ottimali" tfisser il-livell fejn l-analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż ikkalkulata tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta" bini, jkun pożittiv li huwa determinat billi jitqiesu tal-anqas il-valur nett attwali tal-ispejjeż tal-investiment u tal-operat (inklużi l-ispejjeż tal-enerġija), tal-manutenzjoni, qligħ mill-enerġija prodotta, ▌ u spejjeż tar-rimi, fejn applikabbli;
(16)
"sistema ta" arja kundizzjonata" tfisser tagħqida tal-komponenti meħtieġa biex tkun ipprovduta forma ta" trattament tal-arja ta" ġewwa, inkluża l-ventilazzjoni;
(17)
"bojler" tfisser l-unità li tgħaqqad bojler u unità tal-ħruq iddisinjati sabiex jittrażmettu lil likwidu s-sħana li toħroġ ħruq;
(18)
"qawwa nominali effettiva tfisser il-ħruġ massimu kalorifiku , espress f'kW speċifikat u ggarantit mill-fabbrikant li jista" jitwassal matul operazzjoni kontinwa filwaqt li jkunu konformi mal-effiċjenza utli indikata mill-fabbrikant;
(19)
"pompa tas-sħana" tfisser magna, inġenju jew installazzjoni li tittrasferixxi s-sħana mill-madwar naturali bħalma huma l-arja, l-ilma jew l-art lill-bini jew applikazzjonijiet industrijali billi treġġa' lura l-fluss naturali tas-sħana b'mod li tgħaddi minn temperatura aktar baxxa lejn waħda ogħla. L-ammont ta' enerġija mill-ambjent maqbuda mill-pompi tas-sħana li għandha titqies enerġija li tiġġedded għall-finijiet ta' din id-Direttiva għandu jkun dak stabbilit mid-Direttiva 2009/28/KE;
(20)
"faqar enerġetiku" tfisser sitwazzjoni fejn familja jkollha tonfoq aktar minn 10 % tad-dħul tagħha fuq il-kontijiet tal-enerġija sabiex issaħħan id-dar sa standard aċċettabbli msejjes fuq il-livelli rakkomandati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;
(21)
"sistema ta' tidwil" tfisser il-kombinazzjoni ta' komponenti meħtieġa biex jingħata ċertu livell ta' dawl;
(22)
"sistemi ta' tisħin jew ta' tberrid urbani" tfisser id-distribuzzjoni tal-enerġija termika fil-forma ta' fwar, misħun jew likwidi mkessħa, minn sors ċentrali ta' produzzjoni permezz ta' netwerk li diversi binjiet, għat-tisħin jew it-tberrid tal-ispazji jew tal-industriji, jew għat-tisħin tal-ilma.
(23)
"diżinn tad-tidwil" tfisser skema jew stampa li tagħti fid-dettall il-konfigurazzjoni u t-tqassim ta' unitajiet tad-dwal inkluż it-tagħmir tal-kontroll relatat.
Artikolu 3
Adozzjoni ta' metodoloġija għall-kalkolu tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini
1.Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-partijiet interessati rilevanti u b'mod partikulari lir-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, għandha tistabbilixxi, sal-31 ta' Marzu 2010, metodoloġija għal kalkolu tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini skont il-qafas ġenerali speċifikat fl-Anness I ║.
Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(2).
2.L-Istati Membri għandhom jimplimentaw din il-metodoloġija komuni.
3 Il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini għandha titfisser b'mod trasparenti u għandha tinkludi indikatur għad-domanda għall-enerġija primarja.
Artikolu 4
Iffissar tar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li r-rekwiżiti tal- prestazzjoni minima ta" l-enerġija għall-bini u għal komponenti u sistemi tekniċi ta' bini u partijiet minnu,jiġu ffissati biex tal-anqas jinkisbu livelli ta" spiża ottimali u jkunu kkalkulati skont il-metodoloġija komuni msemmija fl-Artikolu 3.
Meta jiffissaw rekwiżiti, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw awtoritajiet pubbliċi u partijiet oħra interessati u jistgħu jiddifferenzjaw bejn kategoriji ta" bini ġdid u bini eżistenti u bejn kategoriji differenti ta" bini.
Dawn ir-rekwiżiti għandhom ikunu konformi ma' leġiżlazzjoni Komunitarja oħra li tapplika u għandhom iqisu l-kundizzjonijiet klimatiċi interni u tad-tidwil ta' ġewwa u ta' barra, sabiex ikunu evitati effetti negattivi possibbli bħal ventilazzjoni mhux adegwata u dawl naturali mhux adegwat, kif ukoll il-kundizzjonijiet lokali u l-funzjoni ffissata u l-età tal-bini.
Dawn ir-rekwiżiti għandhom ikunu rreveduti f'intervalli regolari li ma għandhomx ikunu itwal minn erba' snin u, ▌għandhom jiġu aġġornati sabiex jirriflettu progress tekniku fil-qasam tal-bini.
Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu m'għandhomx iżommu lill-Istati Membri milli jappoġġjaw il-kostruzzjoni ta' bini ġdid, rinnovazzjonijiet kbar, ir-rinnovament tas-sistemi ta' komponenti u sistemi tekniċi li jmorru lilhinn mir-rekwiżiti stabbiliti minn din id-Direttiva.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiffissawx jew japplikaw ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 għal kategoriji tal-bini li ġejjin:
(a)
bini u monumenti protetti uffiċjalment bħala parti minn ambjent ikklassifikat jew minħabba l-mertu speċjali arkitettoniku jew storiku tiegħu, sakemm il-konformità ma' rekwiżit minimu speċifiku tal-prestazzjoni tal-enerġija taltera b'mod inaċċettabli il-karattru jew l-apparenza tiegħu;
(b)
bini użat bħala postijiet ta" qima u għal attivitajiet reliġjużi;
(c)
bini temporanju għal perjodu pjanat ta" anqas minn 18-il xahar, siti industrijali, postijiet tax-xogħol u bini agrikolu mhux residenzjali b'domanda baxxa ta" enerġija u bini agrikolu mhux residenzjali li huma ta" użu minn settur kopert minn ftehim settorjali dwar il-prestazzjoni tal-enerġija;
▌
(d)
bini waħdu b'erja totali ta" art utli ta" anqas minn 50 m2.
3. Mit-30 ta' Ġunju 2012 l-Istati Membri għandhom jagħtu biss inċentivi għall-kostruzzjoni jew it-tibdil kbir ta' bini jew partijiet minnu , inklużi l-komponenti tal-bini, li r-riżultati tagħhom jikkonformaw tal-anqas mar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija li jilħqu r-riżultati tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 5(2).
4. ▌L-Istati Membri għandhom jirrevedu r-rekwiżiti minimi tagħhom tal-prestazzjoni tal-enerġija stipulati skont il-paragrafu 1 ║ u għandhom jiżguraw illi dawn ir-rekwiżiti jiksbutal-anqas ir-riżultati tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 5(2) sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2015.
5.L-Istati Membri għandhom jipprovdu sussidji u pariri tekniċi għal bini jew ċentri storiċi biex dawn jidħlu għal programmi speċifiċi ta' adattament għall-effiċjenza tal-enerġija.
6.Is-sistemi għall-produzzjoni ta' enerġija u l-miżuri ta' iżolament f'ċentri storiċi għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjonijiet ta' impatt viżiv.
Artikolu 5
Il-kalkolu tal-livelli tal-ispiża ottimali tar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija
1. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-partijiet interessati rilevanti u b'mod partikulari lir-rappreżentanti minn awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali u abbażi tal-prinċipji stipulati fl-Anness IV, għandha tistabbilixxi sal-31 ta' Marzu 2010 metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-livelli ta" spiża ottimali għar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija għall-bini jew partijiet minnu. Din il-metodoloġija komuni tista' tirreferi għal standards Ewropej rilevanti u għandha:
–
tiddifferenzja bejn bini ġdid u eżistenti u bejn kategoriji differenti ta" bini,
–
tirrifletti l-kundizzjonijiet klimatiċi differenti fl-Istati Membri differenti u l-bidla probabbli f'dawn il-kundizzjonijiet matul ħajjet il-bini konċernat, u
–
tistabbilixxi suppożizzjonijiet jew metodi ta' kalkolu komuni għall-ispejjeż tal-enerġija.
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi u, jekk ikun meħtieġ, taġġorna l-metodoloġija komuni kull ħames snin.
Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(2).
2. L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-livelli ta" spiża effettiva tar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija billi jużaw il-metodoloġija komuni stabbilita skont il-paragrafu 1 u parametri rilevanti, bħall-kundizzjonijiet klimatiċi ▌.
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni d-dejta mdaħħla u s-suppożizzjonijiet kollha użati għal dawk il-kalkoli u r-riżultati kollha ta' dawk il-kalkoli. Ir-rapport għandu jiġi inkluż fil-Pjani ta' Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija msemmi fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE. L-Istati Membri għandhom iressqu dawn ir-rapporti lill-Kummissjoni kull tliet snin. L-ewwel rapport għandu jitressaq sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2011.
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar il-progress tal-Istati Membrifl-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 6
Bini ġdid
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji sabiex jiżguraw li bini ġdid jilħaq il-prestazzjoni minima tal- stipulati skont l-Artikolu 4 u f'konformita' mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9.
Għal bini ġdid l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-użu ta" sistemi alternattivi ta" effiċjenza għolja. Dawn is-sistemi alternattivi jistgħu jinkludu iżda mhumiex limitati għal:
(a)
sistemi ta" provvista deċentralizzata tal-enerġija bbażata fuq enerġija minn sorsi rinnovabbli;
(b)
koġenerazzjoni;
(c)
tisħin jew tberrid ta" distrett jew ta" blokk , jekk ikun disponibbli b'mod partikolari dak ibbażat kompletament jew parzjalment fuq enerġija rinnovabbli;
(d)
pompi tas-sħana;
(e)
tagħmir tal-ICT għal skopijiet ta' monitoraġġ u kontroll.
▌
Artikolu 7
Bini eżistenti
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li meta xi bini jgħaddi minn tibdil kbir jew il-komponenti tal-bini u s-sistemi tekniċi tal-bini jew partijiet minnhom jiġu aġġornati jew sostitwiti, il-prestazzjoni tal-enerġija tkun aġġornata sabiex tilħaq tal-anqas ir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija sa fejn dan hu teknikament , funzjonalment u ekonomikament vijabbli. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw dawn il- prestazzjonijiet minimi tal--enerġija skont l-Artikolu 4 u r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 9. Ir-rekwiżiti għandhom ikunu ffissati kemm għas-sistemi rinnovati kif ukoll għall-komponenti tal-bini kull meta jiġu aġġornati jew sostitwiti, u għall-bini rinnovat kollu f'każ ta' rinnovament kbir.
L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu, fir-rigward ta' bini li qed isirlu rinnovazzjoni kbira, is-sistemi alternattivi b'effiċjenza għolja li ġejjin u li qed jitqiesu:
(a)
sistemi ta" provvista deċentralizzata tal-enerġija bbażata fuq enerġija minn sorsi li jiġġeddu;
(b)
koġenerazzjoni;
(c)
sistemi ta' tisħin jew ta' tberrid urbani jew ta" blokk, jekk ikunu disponibbli, b'mod partikolari dak ibbażat kompletament jew parzjalment fuq enerġija rinnovabbli;
(d)
pompi tas-sħana;
(e)
tagħmir tal-ICT għal skopijiet ta' monitoraġġ u kontroll.
Artikolu 8
Sistemi tekniċi tal-biniu komponenti tal-bini
1. L-Istati Membri għandhom jiffissaw rekwiżiti minimi għall-prestazzjoni tal-enerġija fir-rigward tal-komponenti tal-bini u tas-sistemi tekniċi tal-bini li huma installati u li jitħaddmu fil-binjiet u li mhumiex koperti mid-Direttiva 2009/.../KE [li tistabbilixxi qafas għall-ħolqien ta' rekwiżiti ta' ekodiżinn għall-prodotti marbuta mal-enerġija] u mill-miżuri ta' implimentazzjoni tagħha. Għandhom ikunu stabbiliti rekwiżiti għal tagħmir operattiv, sistemi tekniċi tal-bini u komponenti tal-bini u partijiet minnu u għandhom ikunu applikati sakemm ikunu teknikament u funzjonalment fattibbli.
Dawn ir-rekwiżiti għandhom, partikolarment, ikopru l-komponenti li ġejjin:
(a)
bojlers , ġeneraturi oħra tas-sħana jew sistemi ta' skambju ta' sħana ta' sistemi ta' tisħin, inklużi sistemi ta' tisħin jew ta' tberrid urbani jew ta' blokk;
(b)
saħħana tal-ilma f'sistemi tal-misħun;
(c)
unita" ċentrali tal-ikkundizzjonar tal-arja jew ġeneratur tal-kesħa f'sistemi tal-ikkundizzjonar tal-arja;
(d)
tidwil installat;
(e)
komponenti tal-bini.
2. Ir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija stipulati skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu konsistenti ma' kull leġiżlazzjoni applikabbli lill-prodott(i) li jagħmlu s-sistema u l-komponenti tal-bini, u għandhom ikunu bbażati fuq stallazzjoni proprja tal-prodott(i) u r-regolazzjoni u l-kontroll xieraq tas-sistema teknika tal-bini. Fil-każ ta' sistemi tekniċi ta' bini, dawk ir-rekwiżiti għandhom jiżguraw li jkunu aġġustati kif xieraq meta jitħaddmu, li jintlaħaq bilanċ idrawliku xieraq ta" sistemi idrawliċi ta" tisħin bl-ilma, u li d-daqs u t-tip xierqa tal-prodott(i) intużaw għall-istallazzjoni fir-rigward tal-użu maħsub tas-sistema teknika tal-bini.
3.B'mod konformi mal-Anness I tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [rigward ir-regoli komuni għas-suq intern fl-elettriku](13). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-bini ġdid kollu u fil-bini li qed issirlu rinnovazzjoni kbira jiġu installati miters intelliġenti kif ukoll kull meta jinbidel miter, u għandhom jinkoraġġixxu l-installazzjoni ta' sistemi ta' kontroll attiv bħall-awtomazzjoni, u sistemi ta' monitoraġġ u ta' kontroll, meta jkun xieraq.
Artikolu 9
Bini li li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet
1. L-Istati Membri għandhom ifasslu pjani nazzjonali biex jiżdied l-għadd ta" binjiet li ma jikkonsmawx enerġija u ma jipproduċux emissjonijiet.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bini ġdid kollu jkun bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2018.
L-Istati Membri jiffisaw miri għall-perċentwali minimu ta' bini li, sal-2015 u l-2020 rispettivament, għandu jkun bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet, tal-għadd totali ta" binijiet, u bħala perċentwali f'relazzjoni mal-erja totali utli tal-art.
Għandhom jiġu stabbiliti miri separati għal:
(a)
bini residenzjali ġdid u rranġat;
(b)
bini mhux residenzjali ġdid u rranġat;
(c)
bini okkupat minn awtoritajiet pubbliċi.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miri separati kemm għall-bini ġdid u dak eżistenti kif imsemmija fil-punt (c) li japplikaw tal-anqas tliet snin qabel il-miri rispettivi stipulati f'dan l-Artikolu, filwaqt li jqisu r-rwol ewlieni li għandu jkollhom l-awtoritajiet pubbliċi fil-qasam tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini.
2. Il-pjan nazzjonali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jitfassal wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u għandu jinkludi fost l-oħrajn l-elementi li ġejjin:
▌
(a)
miri intermedji espressi bħala perċentwal ║tal-għadd totali ta" binijiet u ║ f'relazzjoni mal-erja totali utli tal-art għall-2015 u l-2020 rispettivament;
(b)
dettalji tar-rekwiżiti nazzjonali rigward il-livelli minimi tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu f'bini ġdid u f'bini eżistenti li qed isirlu rinnovament kbir, kif rikjest skont id-Direttiva 2009/28/KE u l-Artikoli 6 u 7 ta" din id-Direttiva;
(c)
sommarju tal-politiki kollha u informazzjoni dwar il-miżuri implimentati għall-promozzjoni ta" dawn il-binijiet;
(d)
programmi nazzjonali, reġjonali jew lokali biex jappoġġjaw il-miżuri għall-promozzjoni ta' dan il-bini bħall-inċentivi fiskali, l-istrumenti finanzjarji jew it-tnaqqis tal-VAT.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-pjani nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2011 u jirrappurtaw lill-Kummissjoni kull tliet snin dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjani nazzjonali tagħhom. Il-pjani nazzjonali u r-rapporti dwar il-progress għandhom jiġu inklużi fil-Pjani ta' Azzjoni għall-Effiċjenza ta' Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE.
4.Fi żmien xahrejn mill-komunikazzjoni ta" pjan nazzjonali minn Stat Membru msemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis bis-sħiħ il-prinċipju tas-sussidjarjetà, tista" tirrifjuta dak il-pjan, jew kull aspett minnu, fuq il-bażi li ma jirrispettax ir-rekwiżiti kollha ta" dan l-Artikolu. F'dan il-każ, l-Istat Membru konċernat għandu jipproponi emendi. Fi żmien xahar minn meta tirċievi dawk il-proposti, il-Kummissjoni għandha taċċetta l-pjan emendat jew titlob aktar emendi speċifiċi. Il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jintlaħaq ftehim dwar il-pjan nazzjonali fi żmien ħames xhur mid-data tal-komunikazzjoni inizjali.
5. Il-Kummissjoni,b'konformità mad-definizzjoni stipulata fl-Artikolu 2, għandha tistabbilixxi definizzjoni dettaljata komuni ta' bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010.
Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(2).
6. Il-Kummissjoni, sat-30 ta' Ġunju 2012 u kull tliet snin wara dik id-data għandha tippubblika rapport dwar il-progress tal-Istati Membri fiż-żieda fl-għadd ta" binjiet li ma jikkonsmawx enerġija u ma jipproduċux emissjonijiet. Abbażi ta" dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha mbagħad tiżviluppa pjan ta' azzjoni u, jekk meħtieġ, tipproponi miżuri biex iżżid l-għadd ta' dawk il-binjiet.
Artikolu 10
Inċentivi Finanzjarji u Ostakli għas-Suq
1.L-Istati Membri, sat-30 ta' Ġunju 2011, għandhom ifasslu pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali, inklużi miżuri proposti, sabiex ikunu ssodisfati r-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva permezz tat-tnaqqis tal-ostakli legali u għas-suq u billi jkunu żviluppati strumenti finanzjarji u fiskali ġodda u eżistenti sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika ta' bini ġdid u eżistenti.
Dawn il-miżuri proposti għandhom ikunu suffiċjenti, effettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji, għandhom jappoġġjaw l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-enerġija, għandhom jippruvaw jinkoraġġixxu titjib sostanzjali fil-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini meta dan it-titjib kieku ma jkunx ekonomikament fattibbli u għandhom jinkludu miżuri li jappoġġjaw lil dawk il-familji f'riskju ta' faqar enerġetiku.
L-Istati Membri għandhom iqabblu l-istrumenti finanzjarji u fiskali tagħhom mal-istrumenti elenkati fl-Anness V u, bla ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali, għandhom jimplimentaw tal-anqas żewġ miżuri minn dak l-Anness.
2.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dawn il-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali lill-Kummissjoni billi jinkluduhom fil-Pjanijiet ta' Azzjoni dwar l-Effiċjenza Enerġetika msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE u għandhom jaġġornawhom kull tliet snin.
3.Il-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2010, u skont evalwazzjoni tal-impatt, għandha tippreżenta proposti leġiżlattivi xierqa għat-tisħiħ tal-istrumenti finanzjarji Komunitarji u sabiex jintroduċu strumenti ġodda biex tkun appoġġjata l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.
Dawn il-proposti għandhom iqisu l-miżuri li ġejjin:
(a)
fil-kuntest tar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali(14) għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, żieda sinifikanti tal-ammont massimu tal-allokazzjoni tal-ERDF li tista" tintuża biex tiġi appoġġjata l-effiċjenza tal-enerġija inklużi t-tisħin u t-tkessiħ distrettwali u l-investimenti f'enerġija minn sorsi li jiġġeddu fid-djar u estensjoni tal-eleġibilità ta' dawn il-proġetti;
(b)
l-użu ta" fondi oħra tal-Komunità biex jiġu appoġġjati r-riċerka u l-iżvilupp, il-kampanji tal-informazzjoni jew it-taħriġ relatati mal-effiċjenza tal-enerġija;
(c)
it-twaqqif ta' Fond għall-Effiċjenza Enerġetika, ibbażat fuq kontribuzzjonijiet mill-baġit Komunitarju, mill-Bank Ewropew tal-Investiment u mill-Istati Membri, bħala spinta sabiex jiżdiedu l-investimenti privati u pubbliċi għal proġetti li jżidu l-effiċjenza enerġetika tal-bini, inkluża l-enerġija minn sorsi li jiġġeddu fil-bini jew fil-komponenti tal-bini sal-2020. Dak il-Fond għandu jkun integrat fil-programmazzjoni ta' għajnuna strutturali Komunitarja oħra. Il-kriterji għall-allokazzjoni tiegħu għandhom ikunu definiti b'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni(15) u għandu jiġi implimentat sa mhux aktar tard mill-2014;
(d)
it-tnaqqis tal-VAT għal servizzi u prodotti, inkluża l-enerġija minn sorsi li jiġġeddu fil-bini jew fil-komponenti tal-bini, marbuta mal-effiċjenza enerġetika.
Artikolu 11
Ċertifikat i dwar il-prestazzjoni tal-enerġija
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-miżuri meħtieġa biex tiġi stabbilita sistema ta" ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini. Iċ-ċertifikazzjoni ta" prestazzjoni tal-enerġija għandu jinkludi l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini u valuri ta" referenza bħal rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija sabiex ikun possibbli għas-sidien u l-okkupanti tal-bini jew ta" partijiet minnu ▌jagħmlu stima tal-prestazzjoni tal-enerġija tiegħu u jqabbluha faċilment ma" bini ieħor residenzjali jew mhux residenzjali. Għal bini mhux residenzjali, jekk ikun xieraq, jista' jinkludi wkoll l-enerġija annwali li fil-fatt tiġi kkonsmata, kif imsemmi fl-Anness I.
Meta bini jinbiegħ jew jinkera qabel il-kostruzzjoni tiegħu, il-bejjiegħ għandu jipprovdi evalwazzjoni preċiża bil-miktub dwar il-prestazzjoni enerġetika tiegħu.
2. Iċ-ċertifikat għandu jinkludi rakkomandazzjonijiet għal titjib ottimali fir-rigward tal-ispejjeż tal-prestazzjoni tal-enerġija ta" bini jew partijiet tiegħu.
Ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija għandhom ikopru:
(a)
miżuri mwettqa b'rabta ma" tibdil/tiġdid maġġuri tal-involukru tal-bini inklużi s-sistemi ta' iżolament tiegħu, jew is-sistema/i teknika/ċi tal-bini; kif ukoll
(b)
miżuri għal partijiet inidvidwali jew elementi ta' bini indipendenti minn tibdil/tiġdid maġġuri tal-involukru tal-bini, inklużi s-sistemi ta' iżolament tiegħu, jew is-sistema/i teknika/ċi tal-bini.
3. Ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija għandhom ikunu teknikament fattibbli għall-bini speċifiku u għandhom jipprovdu informazzjoni trasparenti u jinkludu bħala minimu indikazzjoni ċara tal-potenzjal kkalkulat għall-iffrankar tal-enerġija tal-miżura, il-valur nett attwali u l-ispejjeż tal-investiment għall-bini jew għat-tip ta" bini speċifiċi. L-evalwazzjoni tal-effettività tan-nefqa għandha tkun ibbażata fuq sett ta" kundizzjonijiet standard, li tal-anqas għandhom jinkludu l-evalwazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija u l-prezzijiet sottostanti tal-enerġija l-inċentivi finanzjarji jew fiskali u r-rati tal-imgħax għall-investimenti meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet.
4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet pubbliċi u istituzzjonijiet oħra li jipprovdu finanzjament għax-xiri jew ir-rinnovament ta' bini jqisu l-prestazzjoni tal-enerġija indikata u r-rakkomandazzjonijiet miċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija meta jistabbilixxu l-livell u l-kundizzjonijiet tal-inċentivi finanzjarji, tal-miżuri fiskali u tas-self.
5. Iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija għandu jipprovdi indikazzjoni dwar fejn is-sid jew l-inkwilin jista" jirċievi aktar tagħrif dettaljat fir-rigward tar-rakkomandazzjoni mogħtija fiċ-ċertifikat Barra minn hekk, għandu jkun fih tagħrif dwar il-passi li għandhom jittieħdu għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, inkluża informazzjoni dwar inċentivi finanzjarji u fiskali disponibbli u possibilitajiet ta" finanzjament.
6.L-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li jqisu l-irwol ewlieni li għandu jkollhom fil-qasam tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, għandhom jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija maħruġ għal bini li jużaw huma stess fil-perjodu li matulu jkun validu.
7. Iċ-ċertifikazzjoni għall-appartamenti jew unitajiet iddisinjati għal użu separat fi blokki ta" bini tista" tkun ibbażata fuq:
(a)
ċertifikazzjoni komuni tal-bini kollu għall-blokki b'sistema ta" tisħin komuni, jew
(b)
l-istima tal-prestazzjoni tal-enerġija ta" dak l-appartament jew unità.
8. Iċ-ċertifikazzjoni għad-djar ta" familja waħda tista" tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni ta" bini rappresentattiv ieħor ta" disinn u daqs simili bi kwalità ta" prestazzjoni tal-enerġija simili jekk din il-korrispondenza tkun tista" tiġi ggarantita mill-espert li jkun qed joħroġ iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija.
9. Il-validità taċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija m'għandhiex taqbeż l-għaxar snin.
10.Il-Kummissjoni għandha tadotta, sat-30 ta" Ġunju 2010, linji gwida li jispeċifikaw l-istandards minimi tal-kontenut, il-lingwa u l-preżentazzjoni taċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija.
Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplementawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(2).
11.Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi ċ-ċertifikati maħruġa fi Stat Membru ieħor skont dawn il-linji gwida u m'għandux jirrestrinġi l-libertà li jingħataw servizzi finanzjarji għal raġunijiet relatati maċ-ċertifikat maħruġ f'dak l-Istat Membru.
12.Sal-2011, fuq il-bażi tat-tagħrif mibgħut mill-Istati Membri u f'kondultazzjoni mas-setturi relevanti, il-Kummissjoni għandha tadotta sistema ta' ċertifikazzjoni volontarja u komuni tal-Unjoni Ewropea għall-prestazzjoni tal-enerġija ta" bini mhux residenzjali.
Dik il-miżura, imfassla biex temenda elementi ġodda mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tissupplimentaha għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22 (2).
Sal-2012, l-Istati Membri għandhom jintroduċu s-sistema ta" ċertifkazzjoni volontarja tal-Unjoni Ewropea msemmija fl-ewwel subparagrafu li għandha tiffunzjona flimkien mal-iskema ta" ċertifikazzjoni nazzjonali.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija jinħareġ għall-bini jew partijiet tiegħu li huma mibnija, mibjugħa jew mikrija u għal bini li l-pubbliku jżur ta' spiss b'erja totali utilizzabbli tal-art ta" aktar minn 250 m2 u għal bini okkupat minn awtorità pubblika.
2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, meta l-bini jew partijiet minnu jinbnew ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija jingħata lis-sid mill-bejjiegħ jew mill-espert indipendenti li jkun qed joħroġ iċ-ċertifikat u li hu msemmi fl-Artikolu 17║.
3. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, meta bini jew partijiet minnu jiġu offruti għall-kera, l-indikatur numeriku tal-prestazzjoni tal-enerġija taċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija jitniżżell f'kull riklam għall-lix-xerrej prospettiv.
Iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija għandu jingħata mill-bejjiegħ lix-xerrej sa mhux aktar tard mill-waqt tal-konklużjoni tal-kuntratt tal-bejgħ għal bejgħ ta' bini jew partijiet minnu.
4. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, meta bini jew partijiet minnu jiġu offruti għall-kera, l-indikatur numeriku tal-prestazjoni tal-enerġija taċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija jitniżżell f'kull riklam għall-kera tal-bini jew ta' partijiet minnu, u li ċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija jintwera lill-okkupant prospettiv.
Iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija għandu jingħata mill-bejjiegħ lix-xerrej sa mhux aktar tard mill-waqt tal-konklużjoni tal-kuntratt tal-kera.
5.Is-sid tal-bini jista" f'kull ħin jitlob espert akkreditat biex jipproduċi, jikkalkulaw mill-ġdid u jaġġorna ċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija, irrispettivament minn jekk il-bini hux qed jinbena, qed jiġi rranġat, qed jinkera jew huwiex għall-bejgħ.
6. L-Istati Membri jistgħu jeskludu l-kategoriji ta" bini msemmija fl-Artikolu 4(2) mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2, 3, u 4 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 13
Il-wiri taċ-ċertifikati dwar il-prestazzjoni tal-enerġija
▌ L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li meta ▌ta" bini jkunu okkupati minn awtoritajiet pubbliċi jew meta bini b'erja totali utli tal-art ta' aktar minn 250m2 jintuża ta' spiss mill-pubbliku, jitpoġġa f'post prominenti ċarament viżibbli għal pubbliku ċ- ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija.
▌
Artikolu 14
Spezzjoni tas-sistemi ta" tisħin
1. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-miżuri neċessarji sabiex tkun stabbilita spezzjoni regolari ta" sistemi ta" tisħin b'bojlers li jaħdmu bi fjuwil likwidu jew solidu li ma jiġġeddidx ta" qawwa nominali effettiva ta' aktar minn 20 kW. L-ispezzjoni għandha tinkludi stima tal-effiċjenza tal-bojler u d-daqs tal-bojler imqabbel mar-rekwiżiti tat-tisħin tal-bini. L-Istati Membri jistgħu jissospendu dawn l-ispezzjonijiet meta tkun fis-seħħ sistema elettronika ta' monitoraġġ u ta' kontroll.
2. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw rati tal-ispezzjoni differenti skont it-tip u l-qawwa effettiva nominali ▌tas-sistema tat-tisħin. Meta jkunu qed jistipulaw dawk ir-rati, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ispejjeż tal-ispezzjoni tas-sistema tal-arja kkundizzjonata u l-iffrankar stmat fl-ispejjeż għall-enerġija li jista" jirriżulta mill-ispezzjoni.
3. Sistemi ta" tisħin b'bojlers ta" ħruġ effettiv ta" aktar minn 100 kW għandhom ikunu spezzjonati minn tal-anqas kull sentejn.
Għal bojlers tal-gass, dan il-perjodu jista" jkun estiż sa erba" snin.
4. B'deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jieħdu miżuri sabiex jiżguraw l-għoti ta" pariri lill-utenti dwar il-bdil ta" bojlers, modifikazzjonijiet oħra lis-sistema tat-tisħin u dwar soluzzjonijiet alternattivi għall-valutazzjoni tal-effiċjenza u d-daqs xieraq tal-bojler. L-impatt globali ta" dan l-approċċ għandu jkun ekwivalenti għal dak li jiġi minn dispożizzjonijiet speċifikati f'paragrafi 1, 2 u 3.
Meta l-Istati Membri jagħżlu li japplikaw il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu ║ għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport dwar l-ekwivalenza ta" dawn il-miżuri ma" miżuri stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 3 sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2011. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni kull tliet snin. Ir-rapporti jistgħu jiġu inklużi fil-Pjani ta' Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE.
Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li r-rapport mill-Istat Membru msemmi fit-tieni subparagrafu ma jurix l-ekwivalenza ta" miżura msemmija fl-ewwel subparagrafu, tista", fi żmien 6 xhur minn meta tirċievi r-rapport, titlob lill-Istat Membru jew jipproduċi aktar evidenza jew jimplimenta miżuri addizzjonali speċifiċi. Jekk, fi żmien sena minn meta ssir din it-talba, il-Kummissjoni ma tkunx sodisfatta bl-evidenza mogħtija jew bil-miżuri addizzjonali implimentati, tista" tirtira d-deroga.
Artikolu 15
Spezzjoni ta" sistemi tal-arja kundizzjonata
1. L-Istati Membri għandhom joħolqu s-sistemi neċessarji sabiex ikun hemm spezzjoni regolari tas-sistemi tal-arja kondizzjonata u ta' ventilazzjoni, u pompi tas-sħana riversibbli bi ħruġ effettiv ta" aktar minn 5 kW. L-ispezzjoni għandha tinkludi stima tal-effiċjenza tal-arja kondizzjonata u tad-daqs komparati mar-rekwiżiti għat-tberrid tal-bini. L-ispezzjoni tas-sistemi ta' ventilazzjoni għandha tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-flussi tal-arja.
L-Istati Membri jistgħu jissospendu dawn l-ispezzjonijiet meta jkun hemm sistema elettronika ta" monitoraġġ u kontroll li tippermetti l-monitoraġġ mill-bogħod tal-effiċjenza u s-sikurezza tas-sistemi.
2. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw rati differenti għall-ispezzjonijiet skont it-tip u l-qawwa nominali effettiva tas-sistema tal-ikkundizzjonar tal-arja, tas-sistema ta' ventilazzjoni jew tal-pompi tas-sħana riversibbli. Meta jkunu qed jistipulaw dawk ir-rati, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ispejjeż tal-ispezzjoni ▌u l-iffrankar stmat fl-ispejjeż għall-enerġija li jista" jirriżulta mill-ispezzjoni.
3.Meta jkunu qed jistipulaw il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom, sa kemm ikun fattibbli ekonomikament u teknikament, jiżguraw li l-ispezzjonijiet isiru bi qbil mal-ispezzjoni ta' sistemi ta' tisħin u ta' sistemi tekniċi oħra msemmija fl-Artikolu 14 ta' din id-Direttiva u l-ispezzjoni ta' telf kif stipulati fir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar gassijiet serra flworinati(16).
4.B'deroga mill-paragrafi 1 u 2 l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jieħdu miżuri sabiex jiżguraw l-għoti ta" pariri lill-utenti dwar il-bdil tas-sistemi tal-arja kondizzjonata jew dwar modifikazzjonijiet oħra lis-sistema tal-arja kondizzjonata li jistgħu jinkludu spezzjonijiet biex jistmaw l-effiċjenza u d-daqs xieraq tas-sistema tal-arja kondizzjonata. L-impatt globali ta" dan l-approċċ għandu jkun ekwivalenti għal dak li jiġi minn dispożizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 1 u 2.
Meta l-Istati Membri japplikaw il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport dwar l-ekwivalenza ta" dawk il-miżuri ma" miżuri stipulati fil-paragrafi 1 u 2 sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2011. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni kull tliet snin. Ir-rapport jista' jiġi inkluż fil-Pjani ta' Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE.
Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li r-rapport mill-Istat Membru msemmi fit-tieni subparagrafu ma jurix l-ekwivalenza ta" miżura msemmija fl-ewwel subparagrafu, tista", fi żmien 6 xhur minn meta tirċievi r-rapport, titlob lill-Istat Membru jew jipproduċi aktar evidenza jew jimplimenta miżuri addizzjonali speċifiċi. Jekk, fi żmien sena minn meta ssir din it-talba, il-Kummissjoni ma tkunx sodisfatta bl-evidenza mogħtija jew bil-miżuri addizzjonali implimentati, tista" tirtira d-deroga.
Artikolu 16
Rapporti dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-ikkundizzjonar tal-arja
1. Dan l-Artikolu japplika għar-rapporti dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-ikkundizzjonar tal-arja.
2. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jinħareġ f'intervalli regolari għal kull sistema spezzjonata. Ir-rapport ta" spezzjoni għandu jinkludi dan li ġej:
(a)
tqabbil tal-prestazzjoni tal-enerġija tas-sistema spezzjonata ma" dik ta"
(i)
l-aħjar sistema fattibbli disponibbli; u
(ii)
sistema ta" tip simili li għaliha l-komponenti rilevanti kollha jilħqu l-livell tal-prestazzjoni tal-enerġija meħtieġ mil-leġiżlazzjoni applikabbli;
(b)
rakkomandazzjonijiet għat-titjib bi spiża effettiva tal-prestazzjoni tal-enerġija tas-sistema tal-bini jew ta" partijiet minnu.
Ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) għandhom ikunu speċifiċi għas-sistema u għandhom jipprovdu informazzjoni trasparenti fir-rigward tal-effettività fl-ispiża tagħhom. L-evalwazzjoni tal-effettività tal-ispiża għandha tkun ibbażata fuq sett ta" kundizzjonijiet standard, bħal fuq il-valutazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija u l-prezzijiet sottostanti tal-enerġija u r-rati tal-imgħax għall-investimenti.
3. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jingħata mill-ispettur lis-sid jew lill-okkupant tal-bini.
Artikolu 17
Esperti indipendenti
1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tas-sistemi tal-arja kondizzjonata jitwettqu b'mod indipendenti minn esperti kkwalifikati u akkreditati, kemm jekk jaħdmu għal rashom kif ukoll jekk impjegati minn entitajiet pubbliċi jew impriżi privati.
L-esperti għandhom jiġu akkreditati billi jitqiesu l-kompetenza u l-indipendenza tagħhom.
2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki u l-akkreditazzjoni nazzjonali.
3.Sal-2011 il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida inklużi rakkomandazzjonijiet għall-istandards minimi għat-taħriġ regolari tal-esperti.
Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(2).
4.L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku informazzjoni dwar it-taħriġ u l-akkreditazzjoni. L-Istati Membri għandhom ukoll joħolqu u jagħmlu disponibbli reġistru ta' esperti kwalifikati u akkreditati.
Artikolu 18
Sistemi ta" kontroll indipendenti
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sistema ta" kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija u għar-rapporti dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-ikkundizzjonar tal-arja huwa stabbilit skont l-Anness II. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta' infurzar diviżi għall-organizzazzjonijiet li għandhom ir-responsabilità għall-infurzar taċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija u jirrappurtaw dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-ikkundizzjonar tal-arja.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddelegaw ir-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tas-sistemi ta' kontroll indipendenti, sakemm jiżguraw li s-sistemi ta" kontroll indipendenti huma implimentati f'konformità mal-Anness II.
3. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li ċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija u r-rapporti tal-ispezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ikunu reġistrati jew magħmula disponibbli, fuq talba, lill-awtoritajiet jew l-entitajiet kompetenti li ġew delegati lilhom ir-responsabbiltajiet għas-sistemi ta" kontroll indipendenti mill-awtoritajiet.
Artikolu 19
Reviżjoni
Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 22, għandha tevalwa din id-Direttiva u tqis reviżjoni sal-2015, fid-dawl ta" esperjenza miksuba u tal-progress li sar matul l-applikazzjoni tagħha, u, jekk ikun hemm il-bżonn, tagħmel proposti fir-rigward ta" , fost l-oħrajn:
(a)
metodoloġiji biex tiġi kklassifikata l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini fuq il-bażi tal-użu tal-enerġija primarja u l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju;
(b)
inċentivi ġenerali għal aktar miżuri ta" effiċjenza ta" enerġija fil-bini;
(c)
il-ħolqien ta' rekwiżit fil-Komunità kollha sabiex il-bini eżistenti jkun bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet.
Artikolu 20
Informazzjoni
1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jinfurmaw lis-sidien u l-okkupanti tal-binjiet jew partijiet minnhomdwar il-metodi differenti u l-prattiċi li jservu sabiex tkun imtejba l-prestazzjoni tal-enerġija.
2. L-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jipprovdu informazzjoni lis-sidien u lill-inkwilini tal-bini dwar iċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija u r-rapporti tal-ispezzjoni, l-iskop u l-għanijiet tagħhom, modi ta" spiża effettivi għat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, u dwar konsegwenzi għaż-żmien mezzan u ż-żmien fit-tul jekk ma tittieħed ebda azzjoni u dwar l-istrumenti finanzjarji disponibbli biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini. Il-kampanji ta' informazzjoni għandu jkollhom l-għan li jinkoraġġixxu lis-sidien u lill-inkwilini biex jissodisfaw tal-anqas ir-rekwiżiti minimi stipulati fl-Artikoli 4 u 9.
Fuq talba ta" l-Istati Membri, il-Kummissjoni tassisti lill-Istati Membri biex iwettqu kampanji informattivi għall-għanijiet tal-paragrafu 1 u tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, li jistgħu jkunu trattati f'programmi tal-Komunità.
3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti fl-iżvilupp ta' programmi li jipprovdu informazzjoni u taħriġ kif ukoll li jżidu l-għarfien.
4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll, bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li gwida u taħriġ adattati jkunu disponibbli għal dawk responsabbli mill-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva permezz tal-ippjanar u l-infurzar tal-istandards tal-bini. B'mod partikolari din il-gwida u dan it-taħriġ għandhom isaħħu l-importanza tat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija u għandhom jippermettu l-konsiderazzjoni tal-kombinazzjoni ottimali tat-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija, l-użu tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu u l-użu ta' sistemi ta' tisħin u ta' tberrid urbani fl-ippjanar, it-tfassil, il-bini u t-tibdil u t-tiġdid ta" żoni industrijali jew residenzjali.
5.Is-sidien u l-inkwilini tal-bini kummerċjali għandhom ikunu obbligati jaqsmu l-informazzjoni dwar il-konsum enerġetiku proprju.
6.L-Istati Membri għandhom jagħtu l-informazzjoni lill-Kummissjoni dwar:
(a)
l-iskemi ta'appoġġ f'livelli nazzjonali, reġjonali u lokali għall-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u l-użu tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu fil-bini;
(b)
il-parti mill-enerġija li ġejja minn sorsi li jiġġeddu użata fis-settur tal-bini f'livell nazzjonali u reġjonali, inkluża informazzjoni speċifika dwar jekk l-enerġija minn sorsi li jiġġeddu hix ġejja minn tagħmir li jkun fis-sit, sistemi ta' tisħin u ta' tberrid urbani jew koġenerazzjoni.
Ir-rapport jista' jiġi inkluż fil-Pjanijiet ta' Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE.
7.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex iħarrġu aktar installaturi u biex jiżguraw taħriġ f'livell ogħla ta" kompetenza għall-installazzjoni u l-integrazzjoni tat-teknoloġija rinnovabbli u enerġetikament effiċjenti meħtieġa, sabiex jippermettulhom iwettqu l-irwol ewlieni li għandhom fl-appoġġ tat-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija tal-bini.
8.Sa l-2010, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi websajt, li għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-aħħar verżjoni ta" kull Pjan ta" Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija msemmi fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE;
(b)
dettalji tal-miżuri attwalment fis-seħħ fil-livell tal-Komunità għat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, fosthom kull strument finanzjarju/fiskali applikabbli, l-applikazzjoni xierqa jew id-dettalji tal-kuntatt;
(c)
dettalji tal-pjanijiet ta" azzjoni nazzjonali u tal-miżuri nazzjonali, reġjonali u lokali attwalment fis-seħħ f'kull Stat Membru għat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, inklużi kull strument finanzjarju jew fiskali applikabbli, kull applikazzjoni xierqa jew id-dettalji tal-kuntatt;
(d)
eżempji tal-aqwa prattika fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali fit-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini.
L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun f'forma aċċessibbli faċilment u li tinftiehem mill-inkwilini, sidien u negozji ordinarji mill-Istati Membri kollha, kif ukoll mill-awtoritajiet kollha lokali, reġjonali u nazzjonali. Għandha tkun f'forma li tgħin lil dawn l-individwi u l-organizzazzjonijiet jistmaw faċilment l-appoġġ disponibbli għalihom biex itejbu l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, u biex iqabblu l-miżuri tal-appoġġ bejn l-Istati Membri.
Artikolu 21
Adattament tal-Anness I għall-progress tekniku
Il-Kummissjoni għandha tadatta l-punti 3 u 4 tal-Anness I għall-progress tekniku.
Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati bi skrutinju skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 22(2).
Artikolu 22
Il-proċedura tal-kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 23
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jrid ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kumissjoni dwar dawk id-disposizzjonijet sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b' kull emenda sussegwenti li taffettwahom. L-Istati Membri għandhom jipprovdu evidenza tal-effikaċja tar-regoli dwar il-pieni fil-Pjanijiet ta" Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE.
Artikolu 24
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċmebru 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma" l-Artikoli 2 sa 18, 20 u 23 tal-Annessi I u II tad-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta" dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta" korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn id-dipożizzjonijiet sa fejn huma kkonċernati l-Artikoli 2, 3, 9, 11 sa 13, 17, 18, 20 u 23 sa minn mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010.
L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn id-dipożizzjonijiet sa fejn huma kkonċernati l-Artikoli 4 sa 8, 14 sa 16, u 18 lil bini okkupat mill-awtoritajiet pubbliċi sa minn mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010 u għal bini ieħor sa minn mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 2012.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttiva imħassra minn din id-Direttiva għandhom jittieħdu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif tali referenza għandha ssir u kif dik l-istqarrija għandha tkun ifformulata.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 25
Revoka
Id-Direttiva 2002/91/KE, kif emendata mir-Regolament indikat fl-Anness III, Parti A, hija revokata b'seħħ mill-1 ta' Frar 2012, bla ħsara għall-obbligi ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta' ħin għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttiva stabbiliti fl-Anness III, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta" korrelazzjoni fl-Anness VI.
Artikolu 26
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum tal-pubblikazzjoni tagħha -f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 27
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Qafas ġenerali għal kalkolu tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini ( imsemmi fl-Artikolu 3)
1. Il-prestazzjoni tal-enerġija ta" bini għandha tiġi ddetrminata fuq il-bażi tal-enerġija primarja annwali kkalukulata jew attwali li tiġi kkunsmata sabiex tilħaq il-ħtiġijiet differenti assoċjati mal-użu tradizzjonali tagħha, u għandha tirrifletti l-ħtiġijiet tal-enerġija għat-tisħin u l-ħtiġijiet tal-enerġija għat-tberrid (enerġija meħtieġa biex jiġi evitat tisħin żejjed) biex jinżammu l-kundizzjoni tat-temperatura previsti għall-bini. Il-konsum, meta jkun japplika, għandu jitqabbel mal-produzzjoni fil-post ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu.
2. Il-prestazzjoni ta" l-enerġija ta" bini għandha tkun espressa b'mod trasparenti u tista" jinkludi indikatur numeriku ▌tal-użu tal-enerġija primarja, imfissser f'kWh/m2 fis-sena.
Il-metodoloġija tal-kalkolu tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini għandha tuża l-istandards Ewropej u l-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti, inkluża d-Direttiva 2009/28/KE.
Meta titkejjel il-prestazzjoni tal-enerġija tal-użu tal-elettriku f'bini, il-fattur tal-konverżjoni minn enerġija finali għal dik primarja għandu jqis il-medja weighted ta' kull sena tat-taħlita xierqa tal-fjuwil tal-elettriku.
3. Il-metodoloġija tal-bini għandha tiġi stipulata billi jitqiesu talanqas l-aspetti li ġejjin:
(a)
il-karatteristiċi termali attwali li ġejjin tal-bini inklużi t-taqsimiet interni tiegħu
(i)
kapaċità termali;
(ii)
iżolament, kif miksub mill-materjali bl-iktar konduttività termika baxxa disponibbli;
(iii)
tisħin passiv;
(iv)
elementi tat-tberrid; u
(v)
pontijiet termali;
(b)
installazzjonijiet tas-sħana u provvista ta' misħun, inklużi l-karatteristiċi ta' insulazzjoni (iżolament) tagħhom;
(c)
installazzjonijiet ta' l-arja kondizzjonata, inklużi sistemi ta' tberrid;
(d)
ventilazzjoni naturali u mekkanika, li tista' tinkludi sikkar tal-arja;
(e)
sistemi ta' tidwil fissi karaterizzati minn diżinn ta' tidwil li jqis il-livelli xierqa ta' dawl għall-funzjonijiet li jiġu eżegwiti fil-livell tal-kamra, il-preżenza ta' persuni, id-disponibilità tal-livell xieraq ta' dawl naturali, l-adozzjoni flessibbli ta' livelli tad-dawl li jirrispettaw id-differenzi fil-funzjonijiet u jekk l-installazzjoni hijiex għas-settur mhux residenzjali jew għal dak residenzjali;
(f)
id-disinn, pożizzjonament u orjentazzjoni tal- binja , inkluża l-klima ta' barra;
4. L-influwenza pożittiva tal-aspetti li ġejjin għandha, fejn ikun relevanti f'dan il-kalkolu, tittieħed f'konsiderazzjoni:
(a)
kundizzjonijiet ta" esponiment solari lokali , sistemi solari attivi u sistemi oħra ta' tisħin u elettriku bbażati fuq sorsi ta' enerġija rinnovabli;
(b)
elettriku prodott mill-koġenerazzjoni;
(c)
sistemi ta" tisħin u tberrid distrettwali jew ta" blokk;
(d)
dawl naturali.
5. Għall-għan ta' dan il-kalkolu l-bini għandu jkun adegwatament ikklassifikat fil-kategoriji li ġejjin:
(a)
djar ta' diversi tipi għal familja waħda;
(b)
blokki ta' appartamenti;
(c)
uffiċċji;
(d)
bini tal-edukazzjoni;
(e)
sptarijiet;
(f)
lukandi u ristoranti;
(g)
faċilitajiet sportivi;
(h)
bini fejn jingħataw servizzi bl-ingrossa u bl-imnut;
(i)
bini tal-bejgħ bl-ingrossa u l-loġistika;
(j)
tipi oħra ta' bini li jużaw l-enerġija.
ANNESS II
Sistemi ta" kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija u rapporti ta" spezzjoni.
1. L-awtoritajiet jew l-entitajiet kompetenti li ġew delegati lihom responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tas-sistema ta" kontroll indipendenti għandhom jagħmlu għażla aleatorja ta' mill-inqas 0,5 % taċ-ċertifikati kollha tal-prestazzjoni tal-enerġija maħruġa kull sena minn kull espert u jgħadduhom minn verifika. Jekk espert indipendenti joħroġ ftit ċertifikati biss, l-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti għandhom jagħmlu għażla mingħajr ordni ta' mill-inqas ċertifikat wieħed u dan ikun suġġett għall-verifika. Il-verifika għandha ssir fuq wieħed minn tliet livelli alternattivi indikati taħt u kull livell ta" verifika għandu jitwettaq mill-inqas għal porzjon statistikament sinifikanti taċ-ċertifikati magħżula:
(a)
verifika tal-validità tad-dejta dwar il-bini użata biex jinħareġ iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija u r-riżultati ddikjarati fiċ-ċertifikat;
(b)
il-verifika tad-dejta mdaħħla u l-verifika tar-riżultati taċ-ċertifikat, inklużi r-rakkomandazzjonijiet mogħtija;
(c)
verifika sħiħa tad-dejta dwar il-bini użata biex jinħareġ iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija u r-riżultati ddikjarati fiċ-ċertifikat, verifika sħiħa tar-riżultati mniżżla fiċ-ċertifikat, inklużi r-rakkomandazzjonijiet mogħtija, u żjara fuq is-sit tal-binja sabiex tiġi vverifikata l-korrispondenza bejn l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fiċ-ċertfikat tal-prestazzjoni tal-enerġija u l-bini ċċertifikat.
2.Jekk il-kontrolli juru nuqqas ta' konformità, l-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti għandhom jagħmlu għażla mingħajr ordni ta' ħames ċertifikati oħra li jkunu maħruġa mill-istess espert u dawn ikunu suġġetti għall-verifika. L-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti għandhom jimponu penali fuq l-espert jekk il-kontrolli miżjuda juru nuqqas ta' konformità; il-ksur l-iktar serju jista' jkun ikkastigat bir-revoka tal-akkreditazzjoni tal-espert.
3. L-awtoritajiet jew l-entitajiet kompetenti li ġew delegati lilhom responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tas-sistema ta" kontroll indipendenti għandhom jagħmlu għażla aleatorja ta" mill-inqas 0,1 % tar-rapporti kollha tal-ispezzjoni maħruġa kull sena minn kull espert u jgħadduhom minn verifika. Jekk espert indipendenti joħroġ biss ftit rapporti ta' spezzjoni, l-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti għandhom jagħmlu għażla mingħajr ordni ta' mill-inqas rapport wieħed ta' spezzjoni u dan ikun suġġett għall-verifika. Il-verifika għandha ssir fuq wieħed minn tliet livelli alternattivi indikati taħt u kull livell ta" verifika għandu jitwettaq mill-inqas għal porzjoni statistikament sinifikanti tar-rapporti tal-ispezzjoni magħżula.
(a)
verifika tal-validità tad-dejta dwar is-sistema teknika tal-bini użata biex jinħareġ ir-rapport ta" spezzjoni u r-riżultati ddikjarati fir-rapport ta" spezzjoni;
verifika sħiħa tad-dejta dwar is-sistema teknika tal-bini spezzjonata użata biex jinħareġ ir-rapport ta" spezzjoni, verifika sħiħa tar-riżultati mniżżla fir-rapport ta" spezzjoni inklużi r-rakkomandazzjonijiet mogħtija, u żjara fuq is-sit tal-binja sabiex tiġi vverifikata l-korrispondenza bejn l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fir-rapport ta" spezzjoni u s-sistema teknika tal-bini spezzjonata.
4.Jekk il-kontrolli juru nuqqas ta' konformità, l-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti għandhom jagħmlu għażla mingħajr ordni ta' ħames rapporti ta' spezzjoni oħra li jkunu maħruġa mill-istess espert u dawn ikunu suġġetti għall-verifika. L-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti għandhom jimponu penali fuq l-espert jekk il-kontrolli miżjuda juru nuqqas ta' konformità; il-ksur l-iktar serju jista' jkun ikkastigat bir-revoka tal-akkreditazzjoni tal-espert.
ANNESS III
Parti A
Id-Direttiva revokata bl-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 25)
Id-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(ĠU L 1, 4.1.2003, p. 65)
Regolament (KE) Nru 1137/2008tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(ĠU L 311, 21.11.2008, p. 1)
Punt 9.9 tal-Anness biss
Parti B
Termini ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni
(imsemmija fl-Artikolu 25)
Direttiva
Limitu ta" żmien għat-traspożizzjoni
Data ta" applikazzjoni
2002/91/KE
L-4 ta' Jannar 2006
L-4 ta' Jannar 2009 fir-rigward tal-Artikoli 7, 8 u 9
Anness IV
Prinċipji għal metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-livelli ottimali fir-rigward tal-ispejjez
Meta tkun stabbilita metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-livelli ottimali fir-rigward tal-ispejjeż, il-Kummissjoni għandha tqis tal-anqas il-prinċipji li ġejjin:
–
id-definizzjoni ta' binjiet ta' referenza li huma karatterizzati mill-funzjonalità u mil-lok ġeografiku tagħhom kif ukoll li huma rappreżentattivi ta' dawn, inklużi l-kundizzjonijiet klimatiċi ta' ġewwa u ta' barra. Il-binjiet ta' referenza għandhom ikopru kemm binjiet residenzjali kif ukoll mhux residenzjali, ġodda jew diġa eżistenti;
–
jiddefinixxu pakketti tekniċi (pereżempju l-iżolament tal-għeluq estern ta' bini jew ta' partijiet minnu jew ta' sistemi tekniċi ta' bini iktar enerġetikament effiċjenti) ta' miżuri ta' effiċjenza enerġetika u tal-forniment tal-enerġija li għad iridu jiġu evalwati;
–
id-definizzjoni ta' pakketti tekniċi kompleti mfassla għal bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet;
–
l-evalwazzjoni tad-domanda għall-enerġija għat-tisħin u t-tberrid, tal-enerġija primarja użata u l-emissjonijiet ta' CO2 tal-binjiet ta' referenza (inklużi l-pakketti tekniċi definiti applikati);
–
l-evalwazzjoni tal-ispejjeż ta' investiment korrispondenti marbuta mal-enerġija, tal-ispejjeż tal-enerġija u spejjeż amministrattivi oħra tal-pakketti tekniċi applikati għall-binjiet ta' referenza u mill-perspettiva soċjali, kif ukoll mill-perspettiva tas-sid tal-proprjetà jew tal-investitur;
–
spejjeż reġjonali/lokali u spejjeż marbuta max-xogħol, inklużi l-materjali.
Billi jiġu kkalkulati l-ispejjeż għaċ-ċiklu ta' ħajja ta' bini fuq il-bażi tal-pakketti tekniċi ta' miżuri applikati għal bini ta' referenza u t-tqegħid ta' dawn f'relazzjoni mal-prestazzjoni enerġetika u tal-emissjonijiet tas-CO2 , l-effiċjenza fil-konfront tal-ispejjeż ta' livelli differenti ta' rekwiżiti minimi ta' prestazzjoni enerġetika għandha tiġi evalwata.
Bla ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw tal-anqas żewġ strumenti finanzjarji mil-lista li ġejja:
(a)
tnaqqis fil-VAT għall-iffrankar tal-enerġija, il-prestazzjoni għolja tal-enerġija u l-prodotti u s-servizzi tal-enerġija rinnovabbli;
(b)
tnaqqis ieħor fit-taxxa fuq prodotti u servizzi li jiffrankaw l-enerġija jew bini enerġetikament effiċjenti, inkluż it-tnaqqis fiskali fuq id-dħul jew it-taxxi fuq il-proprjetà;
(c)
sussidji diretti;
(d)
skemi ta" self sussidjati jew self b'interessi baxxi;
(e)
skemi ta' għotjiet;
(f)
skemi ta" garanziji fuq is-self;
(g)
rekwiżiti fuq il-fornituri tal-enerġija jew ftehimiet biex joffru għajnuna finanzjarja lill-kategoriji kollha tal-konsumaturi.
ANNESS VI
Tabella Ta" Korrelazzjoni
Id-Direttiva 2002/91/KE
Din id-Direttiva
Artikolu 1
Artikolu 1
l-Artikolu 2, formolazzjoni introduttiva
l-Artikolu 2, formolazzjoni introduttiva
Artikolu 2, punt 1
Artikolu 2, punt 1
-
Artikolu 2, punt 5
Artikolu 2, punt 2
Artikolu 2, punt 6 u l-Anness I
-
Artikolu 2, punti (7), (9), (11) u (12)
Artikolu 2, punt 3
Artikolu 2, punt 13
Artikolu 2, punt 4
Artikolu 2, punt 14
-
Artikolu 2, punt 15
Artikolu 2, punt 5
Artikolu 2, punt 16
Artikolu 2, punt 6
Artikolu 2, punt 17
Artikolu 2, punt 7
Artikolu 2, punt 18
Artikolu 2, punt 8
Artikolu 2, punt 19
Artikolu 3
L-Artikolu 20 u l-Anness I
Artikolu 4║(1)
Artikolu 4 ║ (1)
Artikolu 4 ║(2)
-
Artikolu 4 ║ (3)
Artikolu 4║(2)
-
Artikolu 4║(3)
-
Artikolu 4║(4)
-
Artikolu 5
Artikolu 5
Artikolu 6║(1)
-
Artikolu 6, punt 2
Artikolu 6
Artikolu 7
-
Artikolu 8
-
Artikolu 9
Artikolu 7, ║ 1
Artikolu 11, Artikolu 12, (1), (2), (3), (4), u (6)