Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0237(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0250/2009

Testi mressqa :

A6-0250/2009

Dibattiti :

PV 22/04/2009 - 13
CRE 22/04/2009 - 13

Votazzjonijiet :

PV 23/04/2009 - 8.7
CRE 23/04/2009 - 8.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0281

Testi adottati
PDF 595kWORD 186k
Il-Ħamis, 23 ta' April 2009 - Strasburgu
Passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ ***I
P6_TA(2009)0281A6-0250/2009
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat
 Anness
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar ta' liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (COM(2008)0817 – C6-0469/2008 – 2008/0237(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0817),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0469/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport (A6-0250/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar ta' liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi
P6_TC1-COD(2008)0237

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 71(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni║,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkonsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),

Billi:

(1)  Azzjoni mill-Komunità fil-qasam tat-trasport b'xarabank u b'kowċ għandha timmira, fost affarijiet oħra, li tiżgura livell għoli ta" protezzjoni għall-passiġġieri li tkun komparabbli ma" dik ta" modi oħra ta" trasport, u kull fejn jivvjaġġaw. Barra minn hekk, għandu jingħata rendikont sħiħ tar-rekwiżiti ta" ħarsien tal-konsumatur b'mod ġenerali.

(2)  Minħabba li l-passiġġieri b'xarabank jew b'kowċ huma l-parti l-aktar dgħajfa fil-kuntratt tat-trasport, id-drittijiet tal-passiġġieri f'dan ir-rigward għandhom ikunu salvagwardjati irrispettivament min-nazzjonalità jew il-post tar-residenza tagħhom fil-Komunità.

(3)  L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li jeżentaw it-trasport urban u suburban minn dan ir-Regolament jekk dawn jiżguraw li jkun hemm livell komparabbli tad-drittitjiet tal-passiġġieri permezz ta' miżuri regolatorji alternattivi. Dawn il-miżuri għandhom iqisu l-karti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tan-netwerks pubbliċi u multimodali tat-trasport, li jkopru l-kwistjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibilità li tistabbilixxi ġabra ta' drittijiet komuni tal-passiġġieri fir-rigward tat-trasport urban, suburban u reġjonali, li tkopri l-modi kollha tat-trasport u għandha tressaq rapport lill-Parlament, akkumpanjat, jekk meħtieġ, bi proposta leġiżlattiva.

(4)  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' karti tad-drittijiet tal-passiġġier għas-servizzi tax-xarabank u/jew tal-kowċ urbani, suburbani u reġjonali li jistabbilixxu l-impenji tal-intrapriżi tax-xarabank u/jew tal-kowċ bil-għan li tiżdied il-kwalità tas-servizz u jintlaħqu aħjar il-ħtiġiet tal-passiġġieri tagħhom.

(5)  Il-miżuri tal-UE biex ittejbu id-drittijiet tal-passiġġieri fis-settur tat-trasport tax-xarabank u l-kowċ għandhom iqisu l-karatteristiċi speċifiċi ta' dan is-settur, li jikkonsisti l-aktar f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

(6)  Il-passiġġieri għandhom igawdu minn regoli ta" responsabbiltà komparabbli ma' dawk applikabbli għal modi oħra ta" trasport fil-każ ta" aċċidenti li jirriżultaw f'mewt jew korriment.

(7)  Il-passiġġieri għandhom ikunu intitolati għal pagamenti bil-quddiem biex ikopru l-ħtiġijiet ekonomiċi immedjati tagħhom wara l-aċċident.

(8)  Il-passiġġieri li jsofru danni minħabba inċident kopert minn garanzija ta' assigurazzjoni għandhom, l-ewwel nett, iressqu t-talbiet tagħhom għad-danni, kif imsemmi f'dan ir-Regolament, lill-impriża tax-xarabank u/jew kowċ u jekk dik l-intrapriża tonqos milli tieħu azzjoni f'dan ir-rigward jistgħu imbagħad iressqu t-talba tagħhom lill-kumpanija tal-assikurazzjoni.

(9)  L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom ikunu responsabbli għat-telf jew ħsara lill-bagalji tal-passiġġieri f'termini komparabbli ma' dawk applikabbli għal modi oħra ta" trasport.

(10)  Is-servizzi b'xarabank u b'kowċ għall-passiġġieri għandhom ikunu ta" benefiċċju għaċ-ċittadini in ġenerali. Konsegwentement, il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, kemm jekk minħabba diżabbiltà, età jew inkella minħabba xi fattur ieħor, għandu jkollhom opportunitajiet kumparabbli ma' dawk ta' ċittadini oħrajn għall-użu ta" servizzi ta" xarabank u/jew kowċ║. Il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa għandhom l-istess dritt bħaċ-ċittadini l-oħra kollha għall-moviment liberu, libertà tal-għażla u nuqqas ta" diskriminazzjoni.

(11)  Fid-dawl tal-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà u sabiex il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jingħataw opportunitajiet għal ivvjaġġar b'xarabank u b'kowċ komparabbli ma" dawk ta" ċittadini oħra, għandhom jiġu stabbiliti regoli għal nuqqas ta" diskriminazzjoni u għajnuna waqt il-vjaġġ tagħhom. Dawk il-persuni għandhom għalhekk ikunu aċċettati biex jinġarru u mhux miċħuda trasport abbażi tad-diżabbiltà jew tan-nuqqas ta" mobbiltà tagħhom, ħlief għal raġunijiet li huma ġustifikati abbażi tas-sigurtà u raġunijiet preskritti mil-liġi. Huma għandhom igawdu d-dritt ta" għajnuna f'terminals tax-xarabanks u l-kowċis u abbord il-vetturi, inkluż it-tlugħ abbord u l-inżul. Fl-interess tal-inklużjoni soċjali, il-persuni kkonċernati għandhom jirċievu l-għajnuna mingħajr ħlas addizzjonali. L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom jistabbilixxu regoli ta" aċċessibbiltà, preferibbilment bl-użu tas-sistema ta" Standardizzazzjoni Ewropea.

(12)  Hemm il-ħtieġa li l-impriżi tax-xarabanks u tal-kowċis jipprovdu taħriġ speċifiku għall-istaff tagħhom, biex dawn ikunu jistgħu jassistu kif xieraq lill-persuni b'diżabilità u lill-persuni b'mobilità mnaqqsa. Dan it-taħriġ għandu jkun ipprovdut fil-kuntest tad-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiggieri(4). L-Istati Membri, safejn ikun possibbli, għandhom jappoġġjaw l-impriżi tax-xarabanks u/jew tal-kowċis fit-twaqqif u l-eżekuzzjoni ta' programmi adegwati ta' taħriġ.

(13)  Meta jiddeċiedu dwar id-disinn ta" terminals ġodda, u bħala parti minn tibdil jew tiġdid maġġuri tal-post, il-korpi għall-immaniġġjar għandhom, mingħajr eċċezzjoni, iqisu l-ħtiġijiet ta" persuni b'diżabbiltà u ta" persuni b'mobbiltà mnaqqsa. Fi kwalunkwe każ, il-korpi għall-immnaiġġjar ta" terminals għax-xarabanks u l-kowċis għandhom jistabbilixxu punti fejn persuni bħal dawn jistgħu jinnotifikaw il-wasla tagħhom u l-ħtieġa ta" għajnuna.

(14)  B'mod simili, l-intrapriżi tax-xarabank u/jew tal-kowċ għandhom jikkunsidraw dawk il-ħtiġijiet fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar id-disinn ta' vetturi ġodda jew tal-immodernizzar ta" dawk eżistenti.

(15)  L-Istati Membri għandhom itejbu l-infrastruttura eżistenti meta dan ikun neċessarju, sabiex l-impriżi tax-xarabanks u/jew l-kowċis ikunu jistgħu jiżguraw l-aċċess għall-persuni b'diżabilità u għall-persuni b'mobilità mnaqqsa, kif ukoll sabiex tingħata għajnuna adegwata.

(16)  Il-miżuri meħuda mill-UE biex itejbu l-mobilità mingħajr xkiel għandhom jinkoraġġixxu, bħala prijorità, l-aċċess mingħajr xkiel fil-vendi u fl-istejġis tax-xarabanks u tal-kowċis.

(17)  Skont il-konklużjonijiet tal-proġett COST 349 dwar l-aċċessibilità tal-cowċis u x-xarabanks għal distanzi twal, il-Kummissjoni għandha tipproponi azzjoni għall-infrastruttura aċċessibbli, interoperabbli madwar l-UE, fil-vendi u fl-istejġis tax-xarabanks u tal-kowċis.

(18)  Id-drittijiet tal-passiġġieri b'xarabank u b'kowċ għandhom jinkludu li huma jirċievu informazzjoni rigward is-servizz qabel u wara l-vjaġġ. L-informazzjoni essenzjali kollha pprovduta lill-passiġġieri b'xarabank u b'kowċ għandha tkun ipprovduta wkoll f'formati alternattivi aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

(19)  Dan ir-Regolament m'għandux jirrestrinġi d-drittijiet tal-intrapriżi tax-xarabanks u/jew l-kowċis biex ifittxu kumpens minn kwalunkwe persuna, inklużi partijiet terzi, skont il-liġi applikabbli.

(20)  L-inkonvenjenzi esperjenzati mill-passiġġieri minħabba kanċellazzjoni jew dewmien twil tal-vjaġġ tagħhom għandhom jitnaqqsu. Għal dan il-għan, il-passiġġieri għandhom jirċievu attenzjoni adegwata u għandhom jiġu informati b'mod adegwat. Il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jikkanċellaw u jiġu rimborżati l-prezz tal-biljetti jew jingħataw rotta oħra taħt kundizzjonijiet sodisfaċenti jew informazzjoni dwar servizzi ta" trasport alternattivi. Jekk l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jonqsu milli jipprovdu lill-passiġġieri bl-għajnuna meħtieġa, il-passiġġieri għandu jkollhom id-dritt li jakkwistaw kumpens finanzjarju.

(21)  L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom jadottaw arranġamenti f'livell nazzjonali jew Ewropew biex itejbu l-attenzjoni u l-għajnuna offruta lill-passiġġieri kull meta l-vjaġġ tagħhom ikun interrott, b'mod partikolari fil-każ ta" dewmien fit-tul.

(22)  Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa d-drittijiet tal-passiġġieri stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż(5). Fil-każ li jkun ikkanċellat package tour għal raġunijiet għajr meta s-servizz tat-trasport b'xarabank u b'kowċ jiġi ikkanċellat, dan ir-Regolament m'għandux japplika.

(23)  Il-passiġġieri għandhom jiġu informati għal kollox bi drittijiethom stipulati f'dan ir-Regolament, sabiex huma jkunu jistgħu jeżerċitaw effettivament dawk id-drittijiet.

(24)  Il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw drittijiethom permezz ta" proċeduri ta" ilment xierqa implimentati mill-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jew, skont il-każ, billi jippreżentaw ilmenti lil korp jew korpi maħturin għal dak il-għan mill-Istat Membru relevanti.

(25)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw u jwettqu superviżjoni tal-konformità ġenerali mill-intrapriżi tagħhom tax-xarabanks u/jew kowċis ma" dan ir-Regolament u għandhom jaħtru korp adatt biex iwettaq kompiti ta" infurzar bħal dawn. Is-superviżjoni m'għandhiex taffettwa d-drittijiet tal-passiġġieri biex ifittxu indenizz legali mill-qrati skont il-proċeduri legali nazzjonali.

(26)  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali applikabbli għall-ksur ta" dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dawn il-penali jiġu applikati. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(27)  Minħabba li l-miri ta" dan ir-Regolament, jiġifieri biex ikunu żgurati livelli għoljin u ekwivalenti ta" protezzjoni u ta" għajnuna lill-passiġġieri fit-trasport b'xarabank u b'kowċ mal-Istati Membri kollha, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri weħidhom u għalhekk, minħabba d-dimensjoni internazzjonali sinifikanti jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista" tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà hekk kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk il-miri.

(28)  Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta" Ottubru 1995 dwar il-ħarsien ta" individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali u dwar il-moviment liberu ta" din id-dejta(6).

(29)  L-infurzar ta" dan ir-Regolament għandu jkun ibbażat fuq ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi ("ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi)(7). Dak ir-Regolament għandu għalhekk ikun emendat skont il-każ.

(30)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti partikolarment mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli fir-rigward ta' dan li ġej:

   (1) in-nuqqas ta" diskriminazzjoni bejn il-passiġġieri rigward il-kundizzjonijiet tat-trasport offruti minn intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis;
   (2) ir-responsabbiltà tal-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis fil-każ ta" aċċidenti li jirriżultaw f'mewt jew f'korriment tal-passiġġieri jew it-telf jew ħsara lill-bagalji tagħhom;
   (3) nuqqas ta" diskriminazzjoni u għajnuna obbligatorja għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa li jivvjaġġaw b'xarabank jew b'kowċ;
   (4) l-obbligi tal-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis lejn il-passiġġieri f'każijiet ta" kanċellazzjoni jew dewmien;
   (5) l-informazzjoni minima li għandha tingħata lill-passiġġieri;
   (6) l-indirizzar tal-ilmenti;
   (7) l-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri.

Artikolu 2

L-Ambitu

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-ġarr ta" passiġġieri minn intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis permezz ta" servizzi regolari.

2.  L-Istati Membri jistgħu jeżentaw trasport urban u suburban ▌kopert minn kuntratti ta" servizz pubbliku, jekk dawn il-kuntratti jiżguraw livell komparabbli ta" drittijiet tal-passiġġieri għal dak meħtieġ f'dan ir-Regolament.

3.  Fir-rigward tas-servizzi okkażjonali, għandu jkun applikabbli l-Kapitolu II biss.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta" dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

   (1) "intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis" tfisser intrapriża għat-trasport li hi awtorizzata fl-Istat ta" stabbiliment biex twettaq ġarr b'kowċ u b'xarabank skont il-kundizzjonijiet ta" aċċess għas-suq stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u intrapriża għat-trasport li għandha liċenzja Komunitarja valida maħruġa f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92 tas-16 ta" Marzu 1992 dwar regoli komuni għat-trasport internazzjonali ta" passiġġieri bil-coach u bix-xarabank(8) għall-għanijiet li jitwettqu servizzi internazzjonali ta" ġarr tal-passiġġieri;
   (2) "servizzi okkażjonali" tfisser servizzi fit-tifsira tal-Artikolu 2 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 684/92;
   (3) "servizzi regolari" tfisser servizzi fit-tifsira tal-Artikolu 2 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 684/92;
   (4) "kuntratt tat-trasport" tfisser kuntratt ta" ġarr bejn intrapriżi tax-xarabakijiet u/jew kowċis ▌u l-passiġġier għall-għoti ta" servizz wieħed jew aktar ta" trasport, irrispettivament minn jekk il-biljett ikunx inxtara mingħand trasportatur, minn operatur tal-ġiti jew minn bejjiegħ tal-biljetti;
   (5) "biljett" tfisser dokument validu li jagħti dritt għal trasport, jew xi ħaġa ekwivalenti f'forma mhux ta" karta, inkluża l-forma elettronika, maħruġ jew awtorizzat minn intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jew bejjiegħ tal-biljetti awtorizzat tagħhom;
   (6) "bejjiegħ tal-biljetti" tfisser kull bejgħ intermedjarju ta" servizzi ta" ġarr b'xarabank jew b'kowċ, inklużi dawk li jkunu parti minn pakkett f'isem l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jew operatur tal-ġiti;
   (7) "operatur ta" tur" tfisser organizzatur ▌fit-tifsira tal-Artikolu 2 (2) ▌tad-Direttiva 90/314/KEE;
   (8) "persuna b'diżabbiltà" jew "persuna b'mobbiltà mnaqqsa" tfisser kull persuna li l-mobbiltà tagħha meta tuża t-trasport hija mnaqqsa bħala riżultat ta" diżabbiltà fiżika (sensorja jew lokomotorja, permanenti jew temporanja), diżabbiltà jew indeboliment intellettwali, jew kwalunkwe kawża oħra ta" diżabbiltà, jew bħala riżultat tal-età, u li s-sitwazzjoni tagħha teħtieġ attenzjoni u adattament xierqa għall-ħtiġiet partikolari tagħha tas-servizzi magħmulin disponibbli għall-passiġġieri kollha;
   (9) "riservazzjoni" tfisser awtorizzazzjoni, bil-miktub jew f'forma elettronika, li tagħti intitolament għat-trasport soġġett għal arranġamenti tat-trasport personalizzati kkonfermati preċedentament;
   (10) "korp li jmexxi terminal" tfisser entità organizzattiva fi Stat Membru li kienet magħmula responsabbli għat-tmexxija ta" terminal tax-xarabanks u/jew kowċis;
   (11) "kanċellazzjoni" tfisser in-nuqqas ta" operazzjoni ta" servizz speċifiku li kien skedat preċedentament u li għalih tkun effettivament saret għallinqas riservazzjoni waħda;
   (12) "dewmien" tfisser id-differenza bejn il-ħin li fih il-passiġġier kien skedat li jitlaq jew li jasal skont l-iskeda tal-ħinijiet ippubblikata u l-ħin tat-tluq jew wasla attwali jew mistennija tiegħu;
   (13) "formati aċċessibbli' tfisser li passiġġier jista' jkollu aċċess għall-istess informazzjoni meta juża, pereżempju, format ta' kitba, Braille, awdjo, vidjow u/jew format elettroniku.

Artikolu 4

Kuntratt tat-trasport u kundizzjonijiet kuntrattwali mhux disriminatorji

1.  L-intrapriżi tax-xarabanks u l-kowċis għandhom jipprovdu lill-passiġġieri bi prova tal-konklużjoni tal-kuntratt tat-trasport billi joħorġu biljett wieħed jew aktar. Il-biljetti għandhom jitqiesu bħala evidenza prima facie tal-konklużjoni tal-kuntratt u b'hekk iroddu drittijiet kif hemm provdut f'dan ir-Regolament.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tas-servizz pubbliku li jeħtieġu tariffi soċjali, il-kundizzjonijiet tal-kuntratt u t-tariffi applikati mill-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jew minn bejjiegħa tal-biljetti għandhom jiġu offruti lill-pubbliku in ġenerali mingħajr ebda diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità jew il-post tar-residenza tal-klijent aħħari jew il-post ta" stabbiliment tal-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jew bejjiegħa tal-biljetti fil-Komunità.

Artikolu 5

Esklużjoni ta" rinuzja

1.  L-obbligi skont dan ir-Regolament m'għandhomx ikunu limitati jew rinunzjati, inter alia b'deroga jew klawsola restrittiva fil-kuntratt tat-trasport.

2.  L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jistgħu joffru kundizzjonijiet kuntrattwali aktar favorevoli għall-passiġġier mill-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Kapitolu II

Responsabbiltà tal-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis fir-rigward tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom

Artikolu 6

Responsabbiltà għal mewt jew korriment tal-passiġġieri

1.  Skont dan il-Kapitolu, intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom jinżammu responsabbli għat-telf jew ħsara li jirriżultaw mill-mewt ta" passiġġieri jew mill-korriment personali ▌għall-passiġġieri ikkawżati minn inċidenti li jirriżulta mill-operazzjoni tas-servizzi tat-trasport b'xarabank u b'kowċ u li jseħħu waqt li l-passiġġer ikun qiegħed fil-vettura, jew ikun dieħel jew ħiereġ minnha.

2.  Ir-responsabbiltà għad-danni tal-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għal ħsarat m'għandhiex tkun soġġetta għal xi limitu finanzjarju, kemm jekk ikun iddefinit b'liġi, b'konvenzjoni jew b'kuntratt.

3.  Għal kwalunkwe talba li ma tisboqx l-ammont ta" EUR 220 000 għal kull passiġġier, intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis m'għandhiex teskludi jew tillimita r-responsabbiltà tagħha billi tagħti prova li hija tat l-attenzjoni dovuta skont il-paragrafu 4(a), sakemm l-ammont totali tat-talba ma jaqbiżx l-ammont li għalih l-assigurazzjoni obbligatorja hija meħtieġa, b'konformità mat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE tat-30 ta' Diċembru 1983 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta' l-użu ta' vetturi bil-mutur(9), skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li fih ix-xarabank jew kowċ huwa normalment ibbażata. F'sitwazzjoni bħal din, ir-responsabbiltà għandha tkun limitata għal dak l-ammont.

4.  L-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis m'għandhiex tkun responsabbli skont il-paragrafu 1:

   (a) jekk l-aċċident ikun ġie ikkawżat minn ċirkostanzi mhux relatati mal-operat tas-servizzi tat-trasport b'xarabank u b'kowċ jew li, l-intrapriża tal-ġarr ma setgħetx tevita minkejja li tkun tat l-attenzjoni meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, jew li l-konsegwenzi tiegħu ma setgħux jiġu evitati;
   (b) safejn dak l-aċċident hu t-tort tal-passiġġier jew ikkawżat minħabba negliġenza min-naħa tal-passiġġier.

5.  Xejn f'dan ir-Regolament ma għandu:

   (a) jimplika li l-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis hija l-parti unika responsabbli biex tħallas id-danni; jew
   (b) jirrestrinġi kwalunkwe dritt tal-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis milli tfittex rimedju minn kwalunkwe parti oħra skont il-liġi applikabbli ta" Stat Membru.

Artikolu 7

Ħsarat u interessi

1.  Fil-każ tal-mewt ta" passiġġier, il-ħsarat rigward ir-responsabbiltà previsti fl-Artikolu 6 għandhom jinkludu:

   (a) kwalunkwe spiża mġarrba wara l-mewt tal-passiġġier, b'mod partikolari l-ispiża tat-trasport tal-ġisem u l-ispejjeż tal-funeral;
   (b) jekk il-mewt ma sseħħx f'daqqa, il-ħsarat previsti fil-paragrafu 2║.

2.  Fil-każ ta" korriment lill-persuna jew ta" xi ħsara fiżika jew mentali oħra lil passiġġier, il-ħsarat għandhom jinkludu:

   (a) kwalunkwe spejjeż, b'mod partikolari dawk tal-kura u tat-trasport;
   (b) kumpens għal telf finanzjarju, minħabba inkapaċità totali jew parzjali għax-xogħol, jew għal ħtiġijiet miżjuda.

3.  Jekk, permezz tal-mewt tal-passiġġier, persuna li l-passiġġier kellu, jew seta" jkollu, dover legali li jmantni tkun imċaħda mill-appoġġ, persuni bħal dawn għandhom ukoll jiġu kkumpensati għal dak it-telf.

Artikolu 8

Ħlas bil-quddiem

1.  Fil-każ tal-mewt ta", korriment personali ta" passiġġier, jew ▌ passiġġieri, ikkawżati minn aċċident li jirriżulta mill-operat ta" servizzi tat-trasport b'xarabank u b'kowċ, u fejn il-passiġġier ma jkun kopert minn ebda polza oħra ta'assigurazzjoni għall-ivvjaġġar, l-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis għandha mingħajr dewmien, u f'kull każ fi żmien ħmistax-il jum mill-istabbiliment tal-identità tal-persuna fiżika intitolata għal kumpens, tagħmel tali ħlasijiet bil-quddiem kif ikun meħtieġ biex tissodisfa l-ħtiġijiet ekonomiċi immedjati fuq bażi proporzjonali għall-ħsara mġarrba.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-ħlas bil-quddiem m'għandux ikun inqas minn EUR 21 000 għal kull passiġġer fil-każ ta" mewt.

3.  Ħlas bil-quddiem m'għandux jikkostitwixxi rikonoxximent ta" responsabbiltà u jista" jkun paċut bi kwalunkwe somma sussegwenti mħallsa abbażi ta" dan ir-Regolament iżda m'għandux ikun ta" tip li jintradd lura, ħlief f'każijiet fejn il-ħsara kienet ikkawżata minħabba negliġenza jew nuqqas tal-passiġġier, fejn il-persuna li rċeviet il-ħlas bil-quddiem ma kinitx il-persuna intitolata għal kumpens, jew fejn il-ħsara tabilħaqq imġarrba kienet anqas mill-ammont tal-ħlas bil-quddiem.

Artikolu 9

Responsabbiltà għal bagalji mitlufa jew li ssirilhom ħsara

1.  Intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom ikunu responsabbli għat-telf jew għall-ħsara fuq bagalji mpoġġija taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Il-kumpens massimu għandu jammonta għal EUR 1 800 għal kull passiġġier.

2.  Fil-każ ta" aċċidenti li jirriżultaw mill-operat ta" servizzi tat-trasport b'xarabank u b'kowċ, l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom ikunu responsabbli għat-telf jew għall-ħsara lill-proprjetà personali li l-passiġġieri kellhom fuqhom jew magħhom fil-bagalji tal-idejn. Il-kumpens massimu għandu jammonta għal EUR 1300 għal kull passiġġier.

3.  ▌L-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis ▌ħsara skont il-paragrafi 1 u 2:

   (a) jekk it-telf jew il-ħsara jkunu ġew ikkawżati minn ċirkostanzi mhux relatati mat-twettiq tas-servizzi tat-trasport b'xarabank u b'kowċ u li l-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis ma setgħetx tevita, minkejja li tkun tat l-attenzjoni meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, u li l-konsegwenzi tiegħu hija ma setgħetx tevita;
   (b) safejn dik il-ħsara tkun it-tort tal-passiġġier jew ikkawżata minħabba negliġenza min-naħa tal-passiġġier.

Kapitolu III

Drittijiet ta" persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa

Artikolu 10

Prevenzjoni ta" rifjut tal-ġarr

1.  L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tat-tours tagħhom m'għandhomx jirrifjutaw, abbażi ta" diżabbiltà jew mobbiltà mnaqqsa:

   (a) li jaċċettaw riżervazzjoni għal servizz ta" trasport jew li joħorġu biljett għal vjaġġ li għalih japplika dan ir-Regolament;
   (b) li jtellgħu abbord persuna b'diżabbiltà jew persuna b'mobbiltà mnaqqsa, previst li l-persuna kkonċernata għandha biljett jew riżervazzjoni valida.

2.  Riservazzjonijeit u biljetti għandhom jiġu offruti lil persuni b'diżabilità u persuni b'mobbiltà mnaqqsa mingħajr spejjeż żejda.

Artikolu 11

Derogi u kundizzjonijiet speċjali

1.  Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10, l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jew il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tat-tours tagħhom jistgħu jirrifjutaw, abbażi ta" diżabbiltà jew mobbiltà mnaqqsa, li jaċċettaw riżervazzjoni minn, li joħorġu biljett lil jew li jtellgħu abbord persuna b'diżabbiltà jew persuna b'mobbiltà mnaqqsa:

   ( a) fejnid-disinn tal-vettura jagħmel l-irkib jew il-ġarr tal-persuna b"diżabbiltà jew persuna b'mobbiltà mnaqqsa fiżikament jew effettivament impossibbli;
   (b) jekk il-vettura jew l-infrastruttura fil-post tat-tluq jew tal-wasla jew waqt ir-rotta ma jkunux mgħammra b'mod li jiggrantixxu t-trasport sikur ta' persuni b'diżabilità u persuni b'mobilità mnaqqsa.

Fil-każ li riservazzjoni ma tkunx aċċettata riżervazzjoni għar-raġunijiet imsemmija taħt il-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu, it-trasportaturi, il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tat-tours għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jipproponu alternattiva aċċettabbli lill-persuna kkonċernata.

2.  Persuna b'diżabbiltà jew persuna b'mobbiltà mnaqqsa li tkunx tħalliet titla" abbord minħabba d-diżabbiltà jew il-mobbiltà mnaqqsa tagħha għandha tkun offruta l-għażla bejn id-dritt ta" rimborż u servizzi tat-trasport alternattivi raġjonevoli għall-post tad-destinazzjoni f'qafas ta" żmien komparabbli.

3.  ▌Intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis, bejjiegħ tal-biljetti jew operatur ta" tur jista" jeħtieġ li persuni b'diżabbiltà jew persuni b'mobbiltà mnaqqsa jkunu akkumpanjati minn persuna oħra li tkun kapaċi tipprovdi l-għajnuna meħtieġa minn dik il-persuna, jekk dan ikun strettament meħtieġ, jekk.

   (a) ikunu japplikaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) jew (b), jew
   (b) l-ekwipaġġ tal-vettura kkonċernata jikkonsisti biss f'persuna waħda li ssuq il-vettura u li ma tkunx f'pożizzjoni li tipprovdi lil persuna b'diżabilità jew persuna b'mobilità mnaqqsa bl-għajnuna kif speċifikata fl-Anness I.

4.  Meta l-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis jew il-bejjiegħ tal-biljetti jew operaturi ta" tours jeżerċitaw id-deroga prevista fil-paragrafu 1, huma għandhom jinformaw immedjatament lill-persuna b'diżabbiltà jew lill-persuna b'mobbiltà mnaqqsa bir-raġunijiet, jew fuq talba jinformawhom bil-miktub fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol bit-talba.

Artikolu 12

Aċċessibbiltà u informazzjoni

1.  L-intrapriżi tax-xarabanks u l-kowċis għandhom jistabbilixxu, f'koperazzjoni ma" organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa u korpi tal-infurzar li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 27, regoli dwar aċċess mhux diskriminatorju li japplikaw għat-trasport ta" persuni b'diżabbiltà u ta" persuni b'mobbiltà mnaqqsa u ta" persuni li jakkumpanjawhom, sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet applikabbli għas-sigurtà. Dawn ir-regoli għandhom jistipulaw il-kundizzjonijiet kollha dwar l-aċċess tas-servizz b'xarabank u b'kowċ in kwistjoni, inkluż l-aċċessibbiltà għall-vetturi operati u l-faċilitajiet abbord tagħhom u t-tagħmir ta" għajnuna li jkun installat.

2.  Ir-regoli previsti fil-paragrafu 1 għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mill-intrapriżi tax-xarabanks u/jew il-kowċis jew mill-bejjiegħa tal-biljetti tal-inqas meta ssir ir-riżervazzjoni, f'format aċċessibbli, u bl-istess lingwi bħal dawk li fihom l-informazzjoni ġeneralment titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-passiġġieri kollha. Meta tkun ipprovduta din l-informazzjoni, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabbiltà u ta" persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

3.  Fuq talba, l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew l-kowċis għandhom minnufih jagħmlu disponibbli l-liġi internazzjonali, Komunitarja jew nazzjonali li tistabbilixxi ħtiġijiet ta" sigurtà, li fuqha huma bbażati r-regoli dwar aċċess mhux diskriminatorju. Dawn għandhom jiġu provduti f'formati aċċessibbli.

4.  L-operaturi tat-tours għandhom jagħmlu disponibbli r-regoli li għalihom hemm provdut fil-paragrafu 1 li japplikaw għall-vjaġġi inklużi f'package travel, package holidays u package tours li huma jorganizzaw, ibigħu jew joffru għall-bejgħ.

5.  L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis, il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tat-tours tagħhom għandhom jiżguraw li l-informazzjoni relevanti kollha rigward il-kundizzjonijiet tal-ġarr, l-informazzjoni dwar il-vjaġġ u l-informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tas-servizzi, inklużi l-booking u t-tagħrif on-line, tkun ║disponibbli f'formati adatti u aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa li testendi għal dawk il-persuni li mhumiex kapaċi jivvjaġġaw waħedhom mingħajr assistenza minħabba l-età kbira jew żgħira tagħhom u għall-persuni li jakkumpanjawhom.

Artikolu 13

Dritt għal għajnuna

1.  Il-korpi li jmexxu terminal u l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom jiżguraw għajnuna xierqa lil persuna b'diżabbiltà jew lil persuna b'mobbiltà mnaqqsa kif speċifikat fl-Anness I mingħajr ħlas qabel, wara, u jekk ikun possibbli, waqt il--vjaġġ. L-għajnuna għandha tiġi adattata għall-ħtiġijiet individwali tal-persuna b'diżabilità jew tal-persuna b'mobilità mnaqqsa.

2.  Il-korpi li jmexxu terminals u l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jistgħu jipprovdu għajnuna huma nfushom jew jistgħu jqabbdu lil parti waħda jew aktar minn waħda għall-għoti ta" għajnuna. Huma jistgħu jidħlu għal kuntratt jew kuntratti bħal dawn b'inizjattiva tagħhom jew meta jkunu mitlubin jagħmlu dan.

Fejn korpi li jmexxu terminals u intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis iqabbdu lil parti waħda jew aktar minn waħda għall-għoti ta" għajnuna, huma għandhom jibqgħu responsabbli għall-għoti tal-għajnuna

3.  Id-dispożizzjonijiet ta" dan il-Kapitolu ma jżommux lill-korpi tat-tmexxija tat-terminals jew lill-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis milli jipprovdu għajnuna ta" standard ogħla mill-istandards li hemm referenza għalihom fl-Anness I jew li jipprovdu servizzi addizzjonali għal dawk speċifikati hemmhekk.

Artikolu 14

Dritt għal għajnuna f'terminals

1.  Mhux iktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnominaw it-terminals tax-xarabanks u l-kowċis fejn għandha tingħata għajnuna għal persuni b'diżabbiltà u lil persuni b'mobbiltà mnaqqsa, b'konsiderazzjoni tal-ħtieġa li tkun żgurata aċċessibbiltà għas-servizzi f'bosta mil-lokazzjonijiet ġeografiċi. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli fuq l-Internet lista tal-vendi magħżula tax-xarabanks u tal-kowċis.

2.  Il-korp li jmexxi terminal, terminal li jkun ġie nnominat minn Stat Membru skont il-paragrafu 1, għandu jkun responsabbli biex jiżgura l-għoti ta" għajnuna speċifikata fil-parti (a) tal-Anness I mingħajr ħlas addizzjonali lil persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa, previst li l-persuna kkonċernata tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 16.

3.  Fejn ikun meħtieġ l-użu ta' kelb rikonoxxut biex jassisti, għandu jingħata permess jekk is-sewwieq tax-xarabank u/jew tal-kowċ jew min ibigħ il-biljetti jew l-operatur tal-ġita jkunu ġew mgħarrfa skont ir-regoli nazzjonali applikabbli li jkopru l-ġarr ta' klieb għall-assistenza.

Artikolu 15

Dritt għal għajnuna abbord

L-intrapriżi tax-xarabanks u l-kowċis għandhom jipprovdu tal-inqas l-għajnuna speċifikata fil-parti (b) tal-Anness I mingħajr ħlas lil persuni b'diżabbiltà u lil persuni b'mobbiltà mnaqqsa ▌u waqt it-tlugħ abbord u l-inżul mill-kowċ jew xarabank, previst li l-persuna kkonċernata tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 16.

Artikolu 16

Kundizzjonijiet li taħthom hi pprovduta għajnuna

1.  L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis, il-korpi li jmexxu terminal, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi ta" tours għandhom jikkooperaw sabiex jipprovdu għajnuna lil persuni b'diżabbiltà u lil persuni b'mobbiltà mnaqqsa bil-kundizzjoni li l-ħtieġa tal-persuna għal għajnuna bħal din tkun innotifikata lill-intrapriża tax-xarabank u/jew tal-kowċ, lill-korp tat-tmexxija ta" terminal, lil bejjiegħ tal-biljetti jew lil operatur ta" tur tal-inqas 24 siegħa qabel ma tkun meħtieġa l-għajnuna, sakemm il-persuna li tagħti l-għajnuna ma tipproponix perjodu ta" notifika iqsar, jew sakemm ma jsirx qbil dwar perjodu iqsar bejn il-persuna li tagħti l-għajnuna u l-passiġġier.

2.  L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi ta" tours għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiffaċilitaw l-irċevuta ta" notifiki tal-ħtieġa ta" għajnuna magħmulin minn persuni b'diżabbiltà jew persuni b'mobbiltà mnaqqsa. Il-passiġġier għandu jirċievi konferma li tgħid li l-ħtiġijiet ta' assistenza jkunu ġew notifikati. Dawn l-obbligi għandhom japplikaw fil-punti kollha tal-bejgħ tagħhom inkluż il-bejgħ bit-telefon u permezz tal-Internet.

3.  Jekk ma ssir l-ebda notifika skont il-paragrafu 1, l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew il-kowċis, il-korpi li jmexxu terminal, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tat-tours għandhom jagħmlu kull sforz possibbli biex jiżguraw li l-għajnuna tkun ipprovduta b'mod li l-persuna b'diżabbiltà jew il-persuna b'mobbiltà mnaqqsa tkun tista" titla" abbord is-servizz tat-tluq, biex tibdel għas-servizz korrispondenti jew biex tinżel mis-servizz tal-wasla li għalih hi tkun xtrat biljett.

4.  L-għajnuna għandha tingħata bil-kundizzjoni li l-persuna kkonċernata tippreżenta ruħha fil-punt stabbilit:

   fil-ħin stipulat minn qabel mill-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis, li m'għandux ikun iktar minn 60 minuta qabel il-ħin tat-tluq skedat, jew
   jekk ma huwa stipulat l-ebda ħin, mhux aktar tard minn 30 minuta qabel il-ħin tat-tluq skedat, sakemm il-persuna li tagħti l-għajnuna ma tipproponix ħin ieħor, jew sakemm ma jsirx qbil mod ieħor bejn il-persuna li tagħti l-għajnuna u l-passiġġier.

5.  Il-korp li jmexxi terminal, terminal li jkun ġie nnominat minn Stat Membru skont l-Artikolu 14(1) għandu, wara li jqis il-kundizzjonijiet lokali u mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta" entitajiet oħrajn rigward żoni li jinsabu barra l-bini tat-terminal, jistabbilixxi punti ta" wasla u tluq fit-terminal jew f'punti taħt il-kontroll dirett tal-korp li jmexxi terminal, kemm ġewwa kif ukoll barra l-bini tat-terminal, fejn il-persuni b'diżabbiltà jew il-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jistgħu jinnotifikaw il-wasla tagħhom u jitolbu għajnuna.

6.  Il-punti magħżula li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 5 għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar, aċċessibbli u jintgħarfu minn persuni b'diżabilità u minn persuni b'mobilità limitata u għandhom joffru l-informazzjoni meħtieġa dwar il-venda u l-għajnuna pprovduta, f'formati aċċessibbli.

Artikolu 17

Trasmissjoni ta" informazzjoni lil parti terza

1.  Fejn l-għoti tal-għajnuna jkun ġie fdat lil terzi, u intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis jew bejjiegħ tal-biljetti jew operatur tat-tours jirċievi notifika tal-ħtieġa għal għajnuna tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin tat-tluq skedat għall-vjaġġ, dawn għandhom jittrasmettu l-informazzjoni relevanti sabiex il-parti terza tirċievi l-informazzjoni tal-inqas 36 siegħa qabel il-ħin tat-tluq skedat għall-vjaġġ.

2.  Fejn l-għoti tal-għajnuna jkun ġie fdat lil terzi, u intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis jew bejjiegħ tal-biljetti jew operatur tat-tours ma jirċevix notifika għall-ħtieġa għal assistenza tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin tat-tluq skedat għall-vjaġġ, il-ġarriera jew il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tat-tours għandhom jittrasmettu l-informazzjoni sabiex il-parti terza tirċievi n-notifika kemm jista" jkun malajr.

Artikolu 18

Taħriġ

L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew il-kowċis u l-korpi li jmexxu l-vendi għandhom:

   (a) jiżguraw li l-persunal kollu tagħhom, inkluż dak impjegat minn kwalunkwe subkuntrattur, li jipprovdi għajnuna diretta lil persuni b'diżabbiltà u lil persuni b'mobbiltà mnaqqsa għandu għarfien ta" kif jittratta l-ħtiġiet tal-persuni li għandhom għadd ta" diżabbiltajiet jew nuqqasijiet fil-mobbiltà;
   ( b) jipprovdu għajnuna fir-rigward tad-diżabbiltà u taħriġ fuq is-sensibilizzazzjoni dwar id-diżabbiltà kif deskritt fl-Anness II lill-persunal kollu li jittratta direttament mal-pubbliku li jivvjaġġa;
   ( c) jiżguraw li, fil-waqt tar-reklutaġġ, l-impjegati l-ġodda kollha jattendu taħriġ relatat mad-diżabbiltà u li l-persunal jirċievi korsijiet ta" taħriġ ta" aġġornament meta adatt.

Artikolu 19

Kumpens rigward siġġiet tar-roti u apparat għall-mobbiltà

1.  Fejn siġġijiet tar-roti jew apparat għall-mobbiltà ieħor, jew partijiet minnu, jintilfu jew tiġrilhom ħsara waqt li jkunu immaniġġjati fit-terminal jew waqt li jkunu qiegħdin jiġu trasportati abbord xarabank jew kowċ, il-passiġġier li tiegħu hu l-apparat għandu jiġi ikkumpensat mill-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis jew mill-korp li jmexxi t-terminal skont liema minnhom ikun responsabbli għall-apparat fil-waqt tat-telf jew ħsara.

Fejn meħtieġ għandu jsir kull sforz biex b'ħeffa jkun pprovdut apparat ta" sostituzzjoni b'karatteristiċi tekniċi u funzjonali simili għal dawk mitlufa jew bil-ħsara.

2.  L-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis m'għandhiex tkun responsabbli skont il-paragrafu 1:

   (a) jekk it-telf jew il-ħsara jkunu ġew ikkawżati minn ċirkostanzi mhux relatati mat-twettiq tas-servizzi tat-trasport b'xarabank u b'kowċ u li l-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis ma setgħetx tevita, minkejja li tkun tat l-attenzjoni meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, u li l-konsegwenzi tiegħu hija ma setgħetx tevita;
   (b) safejn dak it-telf jew id-dannu jkun tort tal-passiġġier jew ikkawżat minħabba negliġenza min-naħa tal-passiġġier.

3.  L-ammont ta" kumpens pagabbli skont dan l-Artikolu għandu jkun ekwivalenti għat-telf imġarrab.

Kapitolu IV

Obbligi tal-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis fil-każ ta" vjaġġar interrott

Artikolu 20

Responsabbiltà fil-każ ta" kanċellazzjonijiet u dewmien fit-tul

1.  L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom ikunu responsabbli għal kanċellazzjonijiet u, ibbukkjar żejjed għal dewmien fit-tluq ta" aktar minn sagħtejn. L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom ikunu responsabbli biss għal kanċellazzjonijiet u dewmien li jaqgħu f'ċirkustanzi fil-kontroll tagħhom. Din ir-responsabilità m'għandhiex tkopri dewmien li jkun kawża ta' konġestjoni tat-traffiku u minn kontrolli fil-fruntieri u/jew tal-vetturi. Fil-każijiet kollha meta l-intrapriżi jkunu responsabbli, il-passiġġieri kkonċernati għandhom tal-anqas:

   (a) ikunu offruti servizzi alternattivi tat-trasport mingħajr ħlas żejjed u taħt kundizzjonijiet raġjonevoli jew, jekk dan ma jkunx prattiku, ikunu informati b'servizzi alternattivi tat-trasport ta" operaturi oħra tat-trasport;
   (b) jirċievu rimborż tal-prezz tal-biljett sakemm ma jaċċettawx servizzi alternattivi tat-trasport imsemmija fil-punt (a);
   (c) flimkien mar-rimborż imsemmi fil-punt (b), ikollhom id-dritt għal kumpens li jammonta għal 50% tal-prezz tal-biljett jekk l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jonqsu milli jipprovdu servizzi alternattivi jew l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-punt (a). Il-kumpens għandu jitħallas fi żmien xahar mis-sottomissjoni tat-talba għal kumpens;
   (d) fejn jagħżlu li jaċċettaw is-servizzi alternattivi ta' trasport offruti, ikollhom id-dritt għal kumpens li jammonta għal 50% tal-prezz tal-biljett bla ma jitilfu d-dritt tagħhom għat-trasport. Il-prezz tal-biljett għandu jkun il-prezz sħiħ imħallas mill-passiġġier għad-dewmien f'dik il-parti tal-vjaġġ. Il-kumpens għandu jitħallas fi żmien xahar mis-sottomissjoni tat-talba għal kumpens;
   (e) jiġu offruti ikel u xorb, skont il-ħin ta' stennija, jekk ikunu jistgħu jingħataw b'mod raġonevoli;
   (f) jiġu offruti lukanda jew akkomodazzjoni u trasport ieħor bejn il-venda u l-post ta' akkomodazzjoni fil-każ li tkun tinħtieġ waqfa bil-lejl qabel it-tkomplija tal-vjaġġ;
   (g) jekk ix-xarabank u/jew il-kowċ ikollhom il-ħsara, il-passiġġieri jiġu offruti trasport mill-post fejn tkun waqfet il-vettura għal post ta' stennija xieraq u/jew venda, minn fejn ikunu jistghu ikomplu l-vjagg taghhom.

2.  F'każijiet oħra barra dawk koperti mill-paragrafu 1, impriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom jidħlu responsabbli għal dewmien sal-wasla ta' aktar minn sagħtejn, meta d-dewmien jirriżulta minn:

   negliġenza u tort tas-sewwieq, jew
   ħsara teknika fil-vettura.

   (a) ikollhom id-dritt għal kumpens ta' 50% tal-prezz tal-biljett; il-prezz tal-biljett għandu jkun il-prezz sħiħ imħallas mill-passiġġier għad-dewmien f'dik il-parti tal-vjaġġ. Il-kumpens għandu jitħallas fi żmien xahar mis-sottomissjoni tat-talba għal kumpens;
   (b) jiġu offruti assistenza skont ir-referenza fil-punti (e), (f) u (g) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.  Intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis għandha tinħeles minn din ir-responsabilità jekk il-kanċellazzjoni jew id-dewmien jistgħu jiġu attribwiti għal xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

   (a) ċirkustanzi mhux relatati mat-twettiq tas-servizzi tat-trasport b'xarabank u b'kowċ u li l-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis ma setgħetx tevita, minkejja li tkun tat l-attenzjoni meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, u l-konsegwenzi tiegħu hija ma setgħetx tevita;
   (b) negliġenza tal-passiġġieri, jew
   (c) azzjoni ta' terza persuna li impriża tax-xarabanks u/jew kowċis ma setgħetx tevita minkejja li tkun tat l-attenzjoni meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, u l-konsegwenzi tiegħu hija ma setgħetx tevita.

Artikolu 21

Għoti ta' informazzjoni

1.  Fil-każ ta" dewmien, l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jew, fejn adatt, il-korpi li jmexxu t-terminals, għandhom jinformaw lill-passiġġieri bil-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla stmati hekk kif din l-informazzjoni tkun disponibbli, iżda mhux aktar tard minn 30 minuta wara t-tluq skedat jew siegħa qabel wasla skedata rispettivament. Dan it-tagħrif għandu jingħata wkoll f'formati aċċessibbli għal persuni b'diżabilità u għal persuni b'mobilità limitata.

2.  Jekk il-passiġġieri jitilfu konnessjoni minħabba dewmien, l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom jagħmlu sforzi raġjonevoli biex jinformaw lill-passiġġieri kkonċernati b'konnessjonijiet alternattivi.

Artikolu 22

Aktar klejms

Dan ir-Regolament għandu japplika bla ħsara għad-drittijiet tal-passiġġieri għal aktar kumpens. Il-kumpens mogħti bis-saħħa ta' dan ir-Regolament jista' jitnaqqas minn dan il-kumpens addizzjonali.

Artikolu 23

Miżuri addizzjonali favur il-passiġġieri

It-trasportaturi għandhom jikkoperaw biex jadottaw arranġamenti fuq livell nazzjonali u Ewropew bl-involviment tal-partijiet interessati, assoċjazzjonijiet professjonali u assoċjazzjonijiet ta" konsumaturi, passiġġieri u persuni b'diżabbiltà. Dawn il-miżuri għandhom ikunu mmirati biex itejbu l-attenzjoni mogħtija lill-passiġġieri, speċjalment fil-każ ta" dewmien fit-tul u interruzzjoni jew kanċellazzjoni tal-ivvjaġġar, u għandha tingħata prijorità lil dawk il-passiġġieri bi bżonnijiet speċjali minħabba diżabilità, mobilità limitata, mard, età kbira u tqala, u li għandha tiġi estiża għal tfal żgħar u l-passiġġieri li jakkumpanjawhom.

Fil-każ ta' dewmien twil u interruzzjoni jew kanċellazzjoni tal-vjaġġ, l-attenzjoni għandha ddur fuq l-għoti ta' assistenza medika lill-passiġġieri kif ukoll ikel u xorb skont il-ħtieġa, tagħrif aġġornat regolarment u, fejn jixraq, arranġamenti alternattivi għall-vjaġġ u akkomodazzjoni.

KAPITOLU V

Informazzjoni għall-passiġġieri u ġestjoni tal-ilmenti

Artikolu 24

Dritt għal informazzjoni dwar l-ivvjaġġar

Il-korpi li jmexxu terminals u l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew il-kowċis għandhom jipprovdu lill-passiġġieri b'informazzjoni adegwata matul il-vjaġġ kollu tagħhom f'formati aċċessibbli.

Artikolu 25

Informazzjoni dwar drittijiet tal-passiġġieri

║ L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis u l-korpi li jmexxu terminal għandhom jiżguraw li l-passiġġieri jiġu pprovduti b'informazzjoni adatta u li tinftiehem rigward drittijiethom skont dan ir-Regolament tal-anqas mat-tluq u waqt il-vjaġġ. L-informazzjoni għandha tkun tingħata f'formati aċċessibbli. Din l-informazzjoni għandha tinkludi dettalji ta" kuntatt tal-korp għall-infurzar maħtur mill-Istat Membru skont l-Artikolu 27(1).

Artikolu 26

Ilmenti

1.  L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom, fejn korp bħal dan ma jeżistix diġà, jistabbilixxu mekkaniżmu għall-ġestjoni tal-ilmenti, aċċessibbli għall-passiġġieri kollha, fosthom passiġġieri b'diżabilità u passiġġieri b'mobilità limitata, għal drittijiet u obbligi koperti minn dan ir-Regolament.

2.  Il-passiġġieri jistgħu jressqu ilment lil intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis fi żmien xahar mill-jum meta jkun twettaq is-servizz jew minn meta kellu jitwettaq is-servizz. Fi żmien 20 jum xogħol, dak li lejh ikun indirizzat l-ilment għandu jew jagħti opinjoni raġunata jew, f'każijiet iġġustifikati, jinforma lill-passiġġier sa liema data għandha tkun mistennija risposta. Iż-żmien meħud għal risposta m'għandux ikun itwal minn xahrejn minn meta jkun riċevut l-ilment.

3.  Jekk ma tkun riċevuta l-ebda risposta fil-limiti ta" żmien stabbiliti fil-paragrafu 2, l-ilment għandu jitqies li ma ġiex aċċettat.

4.  L-impriżi tax-xarabanks u/jew tal-kowċis għandhom joħorġu rapport annwali li jkun fih in-numru u s-suġġetti tal-ilmenti rċevuti, l-għadd medju ta' jiem meħtieġa għal risposta u l-azzjonijiet korrettivi meħuda.

Kapitolu VI

Infurzar u korpi nazzjonali għall-infurzar

Artikolu 27

Korpi nazzjonali għall-infurzar

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar korp jew korpi responsabbli għal-infurzar ta" dan ir-Regolament. Kull korp għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li d-drittijiet tal-passiġġieri jiġu rispettati inkluża l-konformità mar-regoli dwar l-aċċessibbiltà li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 12. Kull korp għandu, fl-organizzazzjoni, deċiżjonijiet ta" finanzjament, struttura legali u teħid ta" deċiżjonijiet tiegħu, ikun indipendenti ▌.

2.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-korp jew korpi nnominati skont dan l-Artikolu u bir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom.

3.  Dawn il-korpi għandhom jikkoperaw ma' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew tal-kowċis u lill-konsumaturi, inklużi organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw persuni b'diżabilità u persuni b'mobilità mnaqqsa.

4.  Kull passiġġier jista" jilmenta mal-korp adatt maħtur skont il-paragrafu 1, dwar ksur allegat ta" dan ir-Regolament.

5.  L-Istati Membri li għażlu li jeżentaw ċerti servizzi skont l-Artikolu 2(2), għandhom jiżguraw mekkaniżmu komparabbli ta" infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri.

Artikolu 28

Rapport dwar l-infurzar

1.  Fl-1 ta' Ġunju ta" kull sena, il-korpi għall-infurzar li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 27 (1) għandhom jippubblikaw rapport dwar l-attività tagħhom fis-sena preċedenti, li għandu jinkludi fost l-oħrajn:

   (a) deskrizzjoni ta" azzjonijiet meħudin sabiex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet ta" dan ir-Regolament,
   (b) referenza għall-proċedura applikabbli biex ikunu solvuti ilmenti individwali
   (c) sommarju tar-regoli dwar l-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa applikabbli f'dak l-Istat Membru,
   (d) dejta aggregata dwar l-ilmenti, fosthom dwar il-konklużjonijiet u l-limiti ta' żmien biex tinstab soluzzjoni,
   (e) dettalji ta" sanzjonijiet applikati,
   (f) kwistjonijiet oħra ta" importanza għall-infurzar aħjar ta" dan ir-Regolament.

2.  Sabiex ikunu jistgħu jabbozzaw rapport bħal dan il-korpi għall-infurzar għandhom iżommu statistika dwar ilmenti individwali, skont is-suġġett u l-kumpaniji kkonċernati. Din id-dejta għandha tkun magħmula disponibbli fuq talba għall-Kummissjoni jew għall-awtoritajiet investigattivi nazzjonali sa tliet snin wara d-data tal-inċident.

Artikolu 29

Kooperazzjoni bejn entitajiet ta' infurzar

Il-korpi nazzjonali għall-infurzar maħturin skont l-Artikolu 27 (1) għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar ħidmiethom u l-prinċipji u l-prattiki għat-teħid ta" deċiżjonijiet għall-iskop ta" protezzjoni konsistenti tal-passiġġieri madwar il-Komunità kollha. Il-Kummissjoni għandha tappoġġahom f'dan il-kompitu.

Artikolu 30

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta" dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu implimentati. Il-penali previsti, li jistgħu jinkludu l-ordni għall-ħlas ta' kumpens lill-passiġġier ikkonċernat, jrid ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni u għandhom jinformawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Kapitolu VII

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 31

Ir-rapport

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux inqas minn ...(10), dwar l-operat u l-effetti ta" dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ bi proposti leġiżlattivi li jimplimentaw f'aktar dettall id-dispożizzjonijiet ta" dan ir-regolament, jew li jemedawh.

Artikolu 32

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2006/2004

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 għandu jiżdied il-punt li ġej:"

18.  Ir-Regolament KE Nru ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" [...] dwar id-drittijiet tal-passiġġieri waqt trasport internazzjonali b'xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi)(ĠU L ....)

"

Artikolu 33

Dħul fis-seħħ

1.  Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  Għandu japplika b'effett minn ...(11).

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ║,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C ...
(2) ĠU C …
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009.
(4) ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4.
(5) ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59.
(6) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(7) ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.
(8) ĠU L 74, 20.3.1992, p. 1.
(9) ĠU L 8, 11.1.1984, p. 17.
(10)* ĠU: Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament.
(11)** ĠU: Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament.


ANNESS I

Għajnuna pprovduta lil persuni b'diżabbiltà u lil persuni b'mobbiltà mnaqqsa

a)  Għajnuna f'terminals

L-għajnuna u l-arranġamenti meħtieġa biex persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa jkunu jistgħu:

   jikkomunikaw il-wasla tagħhom fit-terminal kif ukoll it-talba tagħhom għal għajnuna f'punti stabbiliti;
   jiċċaqilqu mill-punt stabbilit sal-bank tal-biljetti, kamra għall-istennija u żona għall-imbarkazzjoni.

b)  Għajnuna abbord

L-għajnuna u l-arranġamenti meħtieġa biex persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa jkunu jistgħu:

   jitilgħu abbord il-vettura, bl-użu ta" liftijiet, siġġiet tar-roti jew apparat xieraq ieħor;
   jgħabbu l-bagalji tagħhom;
   jieħdu lura l-bagalji tagħhom;
   jinżlu mill-vettura;
   jiċċaqilqu għal faċilitajiet sanitarji, jekk ikun possibbli;
   ikollhom magħhom kelb rikonoxxut għall-għajnuna abbord ix-xarabank jew il-kowċ;
   jipproċedu għall-bankijiet;
   jiġu pprovduti bl-informazzjoni essenzjali dwar vjaġġ f'formati aċċessibbli;
   jitilgħu, jinżlu waqt pawżi fi vjaġġ, jekk fattibbli.


ANNESS II

Taħriġ relatat mad-diżabbiltà

a)  Taħriġ dwar sensibilizzazzjoni għad-diżabbiltà

It-taħriġ tal-persunal li jittratta direttament mal-pubbliku li jivvjaġġa jinkludi:

   sensibilizzazzjoni għal u risponsi adatti għal passiġġieri b'diżabbiltajiet fiżiċi, sensorji (smigħ u viżiv), moħbija jew ta" tagħlim, inkluż dwar kif jiddistingwi bejn l-abbiltajiet differenti ta" individwi li l-mobbiltà, l-orjentazzjoni jew il-komunikazzjoni tagħhom tista" tkun imnaqqsa;
   xkiel iffaċċjat minn persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa, inkluż xkiel ta" attitudni, ambjentali/fiżiku u fuq livell organizzattiv;
   klieb għall-għajnuna rikonoxxuti, inkluż l-irwol u l-ħtiġijiet ta" annimal għall-għajnuna;
   jittratta ma" avvenimenti mhux mistennija;
   ħtiġijiet interpersonali u metodi ta" komunikazzjoni ma" persuni torox u persuni neqsin mis-smigħ, persuni neqsin mid-dawl, persuni b'diffikultjiet fit-taħdit u persuni b'diżabbiltà intellettwali;
   kif jittratta siġġijiet tar-roti u għajnuniet oħra għall-mobbiltà bil-galbu sabiex jevita l-ħsara (lill-persunal kollu li hu responsabbli għall-immnaiiġjar tal-bagalji jekk ikun rilevanti).

b)  Taħriġ għal għajnuna fil-każ ta" diżabbiltà

It-taħriġ lill-persunal li jassisti direttament lil persuni b'diżabbiltà jew lil persuni b'mobbiltà mnaqqsa jinkludi:

   kif wieħed għandu jipprovdi għajnuna lil utenti ta" siġġijiet tar-roti huma u jagħmlu trasferiment għal ġewwa u "l barra minn siġġu tar-roti;
   ħiliet biex tingħata għajnuna lil persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa li jkunu qiegħdin jivvjaġġaw b'kelb għall-għajnuna rikonoxxut, inkluż l-irwol u l-ħtiġijiet ta" dawk il-klieb;
   tekniki għall-akkompanjament ta" passiġġieri għomja jew b'viżta mdgħajfa u għall-immaniġġjar u l-ġarr ta" klieb għall-għajnuna rikonoxxuti, filwaqt li jitqies li l-klieb għall-għajnuna huma mħarrġa sabiex jobdu biss l-ordnijiet ta" sidhom u m'għandhomx jiġu mmaniġġjati mill-istaff waqt xogħolhom;
   fehim tat-tipi ta" apparat li jista" jassisti lil persuni b'diżabbiltà u lil persuni b'mobbiltà mnaqqsa u għarfien ta" kif ikun immaniġġjat apparat bħal dan;
   l-użu ta" tagħmir ta" għajnuna għall-inżul u għat-tlugħ użat u għarfien tal-proċeduri x-xierqa għal għajnuna waqt it-tlugħ u l-inżul li jissalvagwardja s-sigurtà u d-dinjità tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa;
   fehim suffiċjenti tal-ħtieġa għal għajnuna affidabbli u professjonali. Barra minn hekk, għarfien tal-potenzjal ta" ċerti passiġġieri b'diżabbiltà li jesperjenzaw sensazzjonijiet ta" vulnerabbiltà waqt l-ivvjaġġar minħabba d-dipendenza tagħhom fuq l-għajnuna pprovduta;
   għarfien tal-ewwel għajnuna.

Avviż legali - Politika tal-privatezza