Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0003(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0239/2009

Testi mressqa :

A6-0239/2009

Dibattiti :

PV 23/04/2009 - 4
CRE 23/04/2009 - 4

Votazzjonijiet :

PV 23/04/2009 - 8.13
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0287

Testi adottati
PDF 460kWORD 178k
Il-Ħamis, 23 ta' April 2009 - Strasburgu
Is-Sikurezza tal-pazjent *
P6_TA(2009)0287A6-0239/2009

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-pazjent, inkluż il-ħarsien minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (COM(2008)0837 – C6-0032/2009 – 2009/0003(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0837),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 152(4) tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6–0032/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0239/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 2
(2)  Huwa stmat li fl-Istati Membri tal-UE bejn 8 % u 12 % tal-pazjenti li jittieħdu l-isptar ibatu minn konsegwenzi mhux mixtieqa waqt li qed jirċievu l-kura tas-saħħa.
(2)  Huwa stmat li fl-Istati Membri tal-UE bejn 8 % u 12 % tal-pazjenti li jittieħdu l-isptar ibatu minn konsegwenzi mhux mixtieqa waqt li qed jirċievu l-kura tas-saħħa, numru li jilħaq bejn is-6.7 miljuni u l-15-il miljun ta' pazjenti li ttieħdu l-isptar u aktar minn 37 miljun pazjenti li rrikorrew għall-kura tas-saħħa primarja.
Emenda 2
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 2 a (ġdida)
(2a)  Hu meqjus li l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura jolqtu bħala medja lil pazjent minn għoxrin, iġifieri kull sena 4.1 miljun ta' pazjenti fl-Unjoni Ewropea, u li madwar 37,000 imutu kull sena minħabba l-konsegwenzi ta' infezzjoni ta' dan it-tip.
Emenda 3
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 3
(3)  Sikurezza fqira tal-pazjent tirrappreżenta kemm problema serja fis-saħħa pubblika kif ukoll piż ekonomiku għoli fuq ir-riżorsi tas-saħħa limitati. Il-parti l-kbira ta' konsegwenzi mhux mixtieqa jistgħu jiġu evitati, kemm fis-settur tal-isptar kif ukoll fil-kura primarja, b'fatturi sistemiċi li jidhru li huma responsabbli għall-biċċa l-kbira tagħhom.
(3)  Sikurezza fqira tal-pazjent tirrappreżenta kemm problema serja fis-saħħa pubblika kif ukoll piż ekonomiku għoli fuq ir-riżorsi tas-saħħa limitati. Il-parti l-kbira ta' konsegwenzi mhux mixtieqa, inklużi dawk li jirriżultaw minn żbalji ta' djanjożi u/jew trattamenti, jistgħu jiġu evitati, kemm fis-settur tal-isptar kif ukoll fil-kura primarja, b'mezzi finanzjarji limitati u fatturi sistemiċi li jidhru li huma responsabbli għall-biċċa l-kbira tagħhom.
Emenda 4
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 6 a (ġdida)
(6a)  Hu meqjus li, fost l-episodji mhux mixtieqa relatati mal-kura tas-saħħa, l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura huma faċilment evitabbli. Hemm bżonn li l-Istati Membri jimplimentaw l-istrumenti biex in-numru ta' persuni milquta kull sena fl-Unjoni Ewropea minn episodji mhux mixtieqa jitnaqqas b'20%.
Emenda 5
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 7
(7)  L-evidenza turi li l-Istati Membri tal-UE jinsabu f'livelli differenti fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji effettivi u komprensivi għas-sikurezza tal-pazjenti. Għalhekk, din l-inizjattiva għandha tendenza li toħloq qafas li jagħti spinta lill-iżvilupp tal-politika u lill-azzjoni futura fi u bejn l-Istati Membri biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ewlenin li tiffaċċja l-UE dwar is-sikurezza tal-pazjenti.
(7)  L-evidenza turi li l-Istati Membri tal-UE jinsabu f'livelli differenti fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji effettivi u komprensivi għas-sikurezza tal-pazjenti. Għalhekk, din l-inizjattiva għandha tendenza li toħloq qafas li jagħti spinta lill-iżvilupp tal-politika u lill-azzjoni futura fi u bejn l-Istati Membri biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ewlenin li tiffaċċja l-UE dwar is-sikurezza tal-pazjenti, fuq kollox ir-responsabilità tal-entitajiet u instituzzjonijiet għall-kura tas-saħħa tal-poplu. Skont l-Artikolu 152 tat-Trattat KE, madankollu, m'għandux ikun hemm indħil fil-kompetenzi tal-Istati Membri.
Emenda 6
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 8
(8)  Il-pazjenti għandhom ikunu mgħarrfa u mogħtija s-setgħa billi jiġu involuti fil-proċess tas-sikurezza tal-pazjenti; għandhom ikunu mgħarrfa dwar il-livelli ta' sikurezza u dwar kif jistgħu jsibu tagħrif aċċessibbli u komprensiv fir-rigward tal-ilmenti u s-sistemi ta' rimedju.
(8)  Il-pazjenti għandhom ikunu mgħarrfa u mogħtija s-setgħa billi jiġu involuti fil-proċess tas-sikurezza tal-pazjenti; għandhom ikunu mgħarrfa dwar il-livelli ta' sikurezza u dwar kif jistgħu jsibu tagħrif aċċessibbli u komprensiv fir-rigward tal-ilmenti u s-sistemi ta' rimedju. It-tip ta" kumpens u l-proċedura ta" kumpens, madanakollu, għandhom ikunu fir-responsabilità tal-Istati Membri individwali.
Emenda 7
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 10
(10)  Għandha tinġabar dejta komparabbli u aggregata f'livell Komunitarju biex jiġu stabbiliti programmi effiċjenti u trasparenti dwar is-sikurezza tal-pazjenti, strutturi u linji politiċi, u għandha tinxtered l-aħjar prattika fost l-Istati Membri. Biex tiffaċilita t-tagħlim reċiproku, jeħtieġ li jiġu żviluppati terminoloġija komuni għas-sikurezza tal-pazjenti u indikaturi komuni permezz tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li titqies il-ħidma tal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.
(10)  Għandha tinġabar dejta komparabbli u aggregata f'livell Komunitarju biex jiġu stabbiliti programmi effiċjenti u trasparenti dwar is-sikurezza tal-pazjenti, strutturi u linji politiċi, u għandha tinxtered l-aħjar prattika fost l-Istati Membri. Din id-dejta għandha tintuża biss għall-iskopijiet tas-sigurtà tal-pazjenti fir-rigward tal-kontroll ta" infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa. Biex tiffaċilita t-tagħlim reċiproku, jeħtieġ li jiġu żviluppati terminoloġija komuni għas-sikurezza tal-pazjenti u indikaturi komuni permezz tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li titqies il-ħidma tal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.
Emenda 8
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 11
(11)  L-għodda teknoloġiċi ta' tagħrif u ta' komunikazzjoni, bħar-rekords elettroniċi tas-saħħa jew il-preskrizzjoni elettronika, jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tas-sikurezza tal-pazjenti, bħal pereżempju permezz ta' skrining b'mod sistematiku għall-interazzjonijiet eventwali tal-mediċini jew l-allerġiji.
(11)  L-għodda teknoloġiċi ta' tagħrif u ta' komunikazzjoni, bħar-rekords elettroniċi tas-saħħa jew il-preskrizzjoni elettronika, jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tas-sikurezza tal-pazjenti, bħal pereżempju permezz ta' skrining b'mod sistematiku għall-interazzjonijiet eventwali tal-mediċini jew l-allerġiji, kif ġie rikonoxxut fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/594/KE tat-2 ta' Lulju 2008 dwar l-interoperabbiltà transkonfinali tas-sistemi tar-rekords elettroniċi tas-saħħa1.
1 ĠU L 190, 18.7.2008, p. 37.
Emenda 9
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 12a (ġdida)
(12a)  L-anzjani huma aktar suxxettibbli għall-mard infettiv meta jkunu l-isptar; għaldaqstant, għandha ssir riċerka dwar il-bżonnijiet tagħhom bħala grupp speċifiku u għandhom jittieħdu passi biex il-ħtiġijiet tagħhom jiġu soddisfatti sabiex jiġu megħjuna r-rijabilitazzjoni u l-fejqan tagħhom.
Emenda 10
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 15
(15)  Id-dejta disponibbli dwar infezzjonijiet assoċjati mal-kura għas-saħħa mhijiex biżżejjed biex tippermetti t-tqabbil bejn l-istituzzjonijiet permezz ta' netwerks ta' sorveljanza, il-monitoraġġ tal-epidemjoloġija ta' patoġeni assoċjati mal-kura għas-saħħa u l-evalwazzjoni u t-tmexxija ta' linji politiċi dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa. Għalhekk, is-sistemi ta' sorveljanza għandhom jiġu stabbiliti jew imsaħħa fil-livell tal-istituzzjonijiet tal-kura għas-saħħa u f'livell reġjonali u nazzjonali.
(15)  Id-dejta disponibbli dwar infezzjonijiet assoċjati mal-kura għas-saħħa mhijiex biżżejjed biex tippermetti t-tqabbil bejn l-istituzzjonijiet permezz ta' netwerks ta' sorveljanza, il-monitoraġġ tal-epidemjoloġija ta' patoġeni assoċjati mal-kura għas-saħħa u l-evalwazzjoni u t-tmexxija ta' linji politiċi dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa. Għalhekk, is-sistemi ta' sorveljanza għandhom jiġu stabbiliti jew imsaħħa fil-livell tal-istituzzjonijiet tal-kura għas-saħħa u f'livell reġjonali u nazzjonali. It-titjib tal-ġbir ta' informazzjoni fil-livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew għandu jippermetti li jiġu stabbiliti b'mod aktar faċli korrelazzjonijiet diretti bejn il-kwalità tal-politiki, is-sistemi u l-istrutturi implimentati f'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurtà tal-pazjenti u r-riżultati miksuba f'dan il-qasam.
Emenda 11
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 15 a (ġdida)
(15a)  Hemm bżonn li l-Istati Membri jkunu jistgħu jnaqqsu n-numru ta' persuni milqutin minn infezzjonijiet assoċjati mal-kura. Fost l-istrumenti differenti li jistgħu jiġu previsti, hu importanti li jiġi reklutat numru akbar ta' infermiera speċjalizzati fil-kontroll tal-infezzjonijiet.
Emenda 12
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 15 b (ġdida)
(15b)  Barra minn hekk, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-kura tagħhom għandhom jikkunsidraw l-użu ta" staff ta" kuntatt biex jgħin infermiera speċjalizzati fil-livell ta" klinika fil-faċilitajiet ta" emerġenza u fi sptarijiet lokali;
Emenda 13
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 15 c (ġdida)
(15c)  Biex jitnaqqsu l-kundizzjonijiet mhux mixtieqa li jirriżultaw mill-kura tas-saħħa, l-Istati Membri għandhom jiġu inkuraġġiti jiffissaw miri fuq livell lokali u nazzjonali għar-reklutaġġ ta" professjonisti tas-saħħa li jispeċjalizzaw fil-kontroll tal-infezzjonijiet, waqt li jitqies l-objettiv li proporzjonalment ikun hemm infermier għal 250 sodda tal-isptar sal-2015.
Emenda 14
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 16a (ġdida)
(16a)  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti biex tikkumbatti ċ-ċirkolazzjoni ta" mediċini foloz u l-ħsara kkawżata lill-pazjenti u lill-ħaddiema fil-kura tas-saħħa minn labar tas-siringi.
Emenda 15
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I - Kapitolu I a (ġdid) - Titolu
Ia.  OBJETTIVI TA' TNAQQIS
Emenda 16
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I - Kapitolu I a (ġdid) - Punt 1
(1)  L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-istrumenti biex jitnaqqas b'20% n-numru ta' persuni li kull sena fl-Unjoni Ewropea jintlaqtu minn episodji mhux mixtieqa wara kura tas-saħħa, persentaġġ li jikkorrispondi għall-objettiv li dawn l-episodji jitnaqqsu b'900,000 każ fis-sena sal-2015.
Emenda 17
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu II – punt 1 - punt a
a)  Ħatra tal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-sikurezza tal-pazjenti fuq it-territorju tagħhom;
a)  Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti fil-livelli differenti ta" amministrazzjoni lokali u nazzjonali responsabbli għas-sikurezza tal-pazjenti kif ukoll superviżjoni u koordinazzjoni tal-miżuri biex titjieb is-saħħa pubblika fuq it-territorju tagħhom;
Emenda 18
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu II – punt 1 - punt c
c)  Appoġġ tal-iżvilupp ta' sistemi, proċessi u għodda aktar siguri, inkluż l-użu ta' teknoloġija tal-informatika u l-komunikazzjoni.
c)  Appoġġ tal-iżvilupp ta' sistemi, proċessi u għodda aktar siguri u faċli biex tużahom, inkluż l-użu ta' teknoloġija tal-informatika u l-komunikazzjoni.
Emenda 19
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu II – punt 2 - punt b a (ġdid)
b a)  L-informazzjoni għall-pazjenti dwar ir-riskji terapewtiċi u l-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi legali li jiffaċilitaw il-mezzi ta' rimedju, anke kontra l-gruppi farmaċewtiċi, fil-każ ta' ħsara f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa.
Emenda 20
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu II – punt 3 – punt a
a)  Jipprovdu tagħrif xieraq dwar il-limitu safejn, it-tip u l-kawża ta' żbalji, konsegwenzi mhux mixtieqa u kważi-inċidenti;
a)  Jipprovdu tagħrif xieraq dwar il-limitu safejn, it-tip u l-kawża ta' żbalji, konsegwenzi mhux mixtieqa u kważi-inċidenti u jiġu identifikat l-persuni responsabbli għal dan;
Emenda 21
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu II – punt 3 – punt b a (ġdid)
b a)  Jippermettu li l-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istati Membri differenti jaqsmu informazzjoni kunfidenzjali dwar il-professjonisti tas-saħħa li tqiesu ħatja ta' negliġenza jew nuqqas professjonali;
Emenda 22
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu II – punt 4 – punt b a (ġdid)
b a)  It-tagħlim u t-taħriġ adegwati għal kull min jaħdem fil-qasam tas-saħħa sabiex jużaw it-teknoloġija medika b'mod xieraq, bi qbil mal-funzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet indikati fil-gwidi għall-użu, sabiex jiġu evitati l-perikli għas-saħħa u l-effetti mhux mixtieqa, inklużi dawk li jirriżultaw mill-użu mill-ġdid mhux intenzjonat ta' apparat;
Emenda 23
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu II – punt 5 – subpunt c
c)  Biex jiġbru u jaqsmu d-dejta u t-tagħrif komparabbli dwar riżultati fir-rigward tas-sikurezza tal-pazjenti f'dak li huwa tip u numru, f'livell tal-UE, għall-iffaċilitar ta' tagħlim reċiproku u l-orjentazzjoni tal-iffissar ta' prijoritajiet.
c)  Biex jiġbru u jaqsmu d-dejta u t-tagħrif komparabbli dwar riżultati fir-rigward tas-sikurezza tal-pazjenti f'dak li huwa tip u numru, f'livell tal-UE, għall-iffaċilitar ta' tagħlim reċiproku u l-orjentazzjoni tal-iffissar ta' prijoritajiet. Il-kwantità u l-ispiża tal-ġbir ta" dejta, u l-użu tad-dejta miġbura, m'għandhomx ikunu sproporzjonati għall-benefiċċji mistennija. Id-dejta għandha tinġabar biss sabiex jintlaħaq l-objettiv li jitnaqqsu l-infezzjonijiet relatati mat-trattament permezz ta" taħriġ komuni.
Emenda 24
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu II – punt 6 – punt b a (ġdid)
b a)  It-tħeġġiġ, permezz tal-Unjoni Ewropea, tal-possibilitajiet ta' koperazzjoni, kif ukoll ta' skambji ta' esperjenza u ta' prattiki tajba bejn id-diretturi tal-isptarijiet, it-timijiet mediċi u l-grupp ta' pazjenti dwar inizjattivi lokali fil-qasam tas-sigurtà tal-pazjenti;
Emenda 25
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu III – punt 1 –punt -a (ġdid)
-  a) Il-forniment ta' mekkaniżmi ta' evalwazzjoni tar-riskji effettivi, li jinkludu eżami djanjostiku tal-pażjenti minn qabel ma jiddaħħlu l-isptar, sabiex, skont il-każ ikunu jistgħu jiġu identifikati malajr il-miżuri ta' prekawzjoni supplimentari;
Emenda 26
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu III – punt 1 –punt -a a (ġdid)
-aa)  Il-provvista ta" ħarsien adegwat għall-istaff tal-kura tas-saħħa, permezz ta" tilqim, profilassi wara l-esponiment, screening dijanjostiku ta" rutina, forniment ta" materjal protettiv personali u użu ta" teknoloġija medika li tnaqqas l-esponiment għall-infezzjonijiet li jinġarru mid-demm.
Emenda 27
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu III – punt 1 –punt -a b (ġdid)
-ab)  Il-provvista ta" protezzjoni effettiva minn infezzjonijiet u kontroll effettiv tagħhom fuq perjodu ta" żmien twil fil-faċilitiajiet ipprovduti mill-infermiera u faċilitajiet ta" fejqan;
Emenda 28
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I - Kapitolu III - punt 1 - punt b
b)  It-titjib tal-ħarsien minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet f'livell tal-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa;
b)  It-titjib tal-ħarsien minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet f'livell tal-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa u l-iżgurar tal-ogħla livell ta' ndafa, ta' iġjene u, jekk ikun hemm bżonn, ta' asepsis:
i) tal-materjal relatat mal-ilqugħ u s-soġġorn tal-pazjenti;
ii) tal-materjal mediku u paramediku, tal-apparat elettromediku għas-servizz tal-pazjenti, u tal-proċess ta' tqassim tal-mediċini;
iii) tal-istrutturi sanitarji għall-kura tal-pazjenti;
Emenda 29
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu III – punt 1 - punt b a (ġdid)
(ba) il-promozzjoni ta" iġjene tal-idejn fost il-professjonisti tas-saħħa;
Emenda 30
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu III – punt 1 - punt b b (ġdid)
(bb) aktar prevenzjoni u kontroll fit-tixrid ta" mard fost staff mediku u paramediku u t-trażmissjoni tal-mard minnhom, billi jiġu implimentati l-politiki ta" prevenzjoni meħtieġa għal dan l-iskop, inklużi l-kampanji neċessarji ta" tilqim tal-istaff.
Emenda 31
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I - Kapitolu III - punt 1 - punt d
d)  It-trawwim tal-edukazzjoni u t-taħriġ ta' ħaddiema tal-kura tas-saħħa f'livell tal-Istat Membru u fil-livell tal-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa;
d)  Il-promozzjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ ta' ħaddiema tal-kura tas-saħħa u tal-ħaddiema paramediċifil-livell tal-Istati Membri u fil-livell tal-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa, b'attenzjoni partikulari għall-infezzjonijiet miksubin mill-isptar u għar-reżistenza tal-vajrus għall-antibijotiċi;
Emenda 32
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I - Kapitolu III - punt 1 - punt e
e)  Titjib fit-tagħrif li jingħata lill-pazjenti;
e)  Titjib fit-tagħrif li jingħata lill-pazjenti permezz tan-netwerk soċjosanitarju imma anke permezz ta' kampanji ta' tagħrif perjodiku fil-gazzetti, fuq ir-radju, fuq it-televixin u fuq l-internet;
Emenda 33
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I - Kapitolu III - punt 1 - punt f
f)  Appoġġ lir-riċerka.
f)  Appoġġ lir-riċerka, fost l-oħrajn, fil-qasam tal-applikazzjonijiet mediċi possibbli tan-nanoteknoloġija u n-nanomaterjali.
Emenda 34
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu III – punt 1 - punt f a (ġdid)
(fa)  Ir-rappurtar ta" kull infezzjoni assoċjata mal-kura tas-saħħa li titfaċċja, li taffettwa lil għadd sinifikanti ta' pazjenti, liċ-Ċentru Ewropew għall-Ħarsien minn u l-Kontroll tal-Mard (ECDC);
Emenda 35
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu III – punt 1 –punt f b (ġdid)
fb)  It-twettiq ta' kampanji ta' kuxjenza fost il-pubbliku u l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa sabiex jitnaqqsu l-prattiki li jwasslu għal reżistenza kontra l-mikrobi.
Emenda 36
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti II - Titolu
PARTI II: RAPPORT MILL-KUMMISSJONI
PARTI II: AZZJONIJIET TAL-KUMMISSJONI
Emenda 37
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti II – punt 1 a (ġdid)
(1a)  Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra fejn il-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti tista" tiġi msaħħa biex is-sikurezza tal-pazjenti tittejjeb, pereżempju billi jiġi żgurat li meta professjonisti tal-kura tas-saħħa jaqsmu l-fruntieri fi ħdan l-Ewropa, ir-regolaturi professjonali jaqsmu informazzjoni dwar proċeduri dixxiplinari konklużi jew pendenti kontra individwi, u mhux biss il-kwalifiki inizjali tagħhom.
Emenda 38
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti II – punt 1 b (ġdid)
(1b)  Il-Kummissjoni hi mistiedna biex, fuq il-bażi tal-gwida prattika għall-prevenzjoni tal-infezzjonijiet miksuba mill-isptar, li tfasslet fl-2002 mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa1, tfassal dokument għall-attenzjoni tal-pazjenti dwar il-prevenzjoni tal-infezzjonijiet miksuba mill-isptar.
1WHO, Gwida prattika għall-prevenzjoni tal-infezzjonijiet miksuba mill-isptar, l-ewwel edizzjoni, Diċembru 2002 (it-tieni edizzjoni ippubblikata fl-2008)
Emenda 39
Proposta għal rakkomandazzjoni
Anness 1 - Definizzjonijiet - "Kundizzjoni mhux mixtieqa" - kolonna 2
Inċident li jirriżulta fi ħsara lil pazjent. Il-ħsara timplika taħsir fl-istruttura jew fil-funzjoni tal-ġisem u/jew kwalunkwe effett dannuż li jiġi minn dan.
Inċident li jirriżulta fi ħsara lil pazjent li jkun seħħ waqt kura medika. Il-ħsara timplika taħsir permanenti jew temporanjafi struttura jew f'funzjoni tal-ġisem u/jew kwalunkwe effett dannuż li jiġi minn dan.
Emenda 40
Proposta għal rakkomandazzjoni
Anness 1 – Definizzjonijiet - "Kura tas-saħħa" – kolonna 2
Istituzzjoni fejn il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa jipprovdu kura sekondarja jew terzjarja.
Istituzzjoni pubblika jew mhux pubblika jew istituzzjoni karitatevoli tas-saħħa fejn il-voluntiera jew il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa jipprovdu kura sekondarja jew terzjarja.
Emenda 41
Proposta għal rakkomandazzjoni
Anness 1 – Definizzjonijiet – "Is-sikurezza tal-pazjent" - kolonna 2
Il-ħelsien ta' pazjent minn kwalunkwe ħsara bla bżonn jew minn ħsara potenzjali assoċjata mal-kura tas-saħħa.
Nuqqas ta" inċidenti mhux mixtieqa, fejn inċident mhux mixtieq huwa definit bħala inċident dannuż ikkawżat aktar mit-trattament milli mill-marda. Dan l-inċident mhux mixtieq jista" jkun wieħed li jista" jiġi evitat jew ma jistax jiġi evitat.
Emenda 42
Proposta għal rakkomandazzjoni
Anness 1 – Definizzjonijiet – "Persuna ta' kuntatt fil-ġlieda kontra l-infezzjonijiet" - kolonna 2
Professjonijisti tas-saħħa li jaħdmu ġo oqsma kliniċi/dipartimenti li jaġixxu bħala kuntatt bejn il-qasam/id-dipartiment tagħhom u t-Tim tal-Kontroll u l-Ħarsien mill-Infezzjonijiet. Il-persuni ta' kuntatt fil-ġlieda kontra l-infezzjonijiet jgħinu fil-promozzjoni tal-ħarsien mill-infezzjonijiet u l-kontroll tagħhom fl-oqsma/fid-dipartimenti tagħhom u jikkomunikaw ir-riżultati lit-Tim tal-Kontroll u l-Ħarsien mill-Infezzjonijiet.
Professjonijisti tas-saħħa li jaħdmu ġo l-oqsma korrispondenti li jaġixxu bħala kuntatt bejn il-qasam ta' attività tagħhom u t-Tim tal-Kontroll u l-Ħarsien mill-Infezzjonijiet. Il-persuni ta' kuntatt fil-ġlieda kontra l-infezzjonijiet jgħinu fil-promozzjoni tal-ħarsien mill-infezzjonijiet u l-kontroll tagħhom fil-qasam ta' attività tagħhom u jikkomunikaw ir-riżultati lit-Tim tal-Kontroll u l-Ħarsien mill-Infezzjonijiet.
Emenda 43
Proposta għal rakkomandazzjoni
Anness 2 – Kapitolu 1 – punt 1 - punt b a (ġdid)
ba)  L-aċċettar ul-promozzjoni tal-użu tal-għodda tat-teknoloġija ta' informazzjoni u komunikazzjoni, bħall-istruzzjonijiet għall-użu disponibbli f'format elettroniku, sabiex jittejjeb il-fehim tal-apparat mediku minn min jużah;
Emenda 44
Proposta għal rakkomandazzjoni
Anness 2 – Kapitolu 1 – punt 4 - punt c a (ġdid)
c a)  It-tagħlim u t-taħriġ adegwati għal kull min jaħdem fil-qasam tas-saħħa sabiex jużaw it-teknoloġija medika b'mod xieraq, bi qbil mal-funzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet indikati fil-gwidi għall-użu, sabiex jiġu evitati l-perikli għas-saħħa u l-effetti mhux mixtieqa, inklużi dawk li jirriżultaw mill-użu mill-ġdid mhux intenzjonat ta' apparat;
Emenda 45
Proposta għal rakkomandazzjoni
Anness 2 - Kapitolu 1 - Punt 7 - punt a a (ġdid)
aa)  Billi jistimulaw ir-riċerka, fost l-oħrajn, dwar l-applikazzjonijiet mediċi tan-nanoteknoloġiji u n-nanomaterjali.
Emenda 46
Proposta għal rakkomandazzjoni
Anness 2 – Kapitolu 2 – punt 1 –punt a – inċiż 2
-  L-integrazzjoni tal-miżuri ta' ħarsien minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet fi pjanijiet għall-kura tal-pazjenti;
-  L-integrazzjoni tal-miżuri ta' ħarsien minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet fi pjanijiet għall-kura tal-pazjenti, inklużi kampanji ta" tilqim, neċessarji, għall-istaff;
Avviż legali - Politika tal-privatezza