Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0218(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0231/2009

Testi mressqa :

A6-0231/2009

Dibattiti :

PV 23/04/2009 - 5
CRE 23/04/2009 - 5

Votazzjonijiet :

PV 23/04/2009 - 8.14
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0288

Testi adottati
PDF 378kWORD 157k
Il-Ħamis, 23 ta' April 2009 - Strasburgu
Azzjoni Ewropea fil-qasam tal-mard rari *
P6_TA(2009)0288A6-0231/2009

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar azzjoni Ewropea fil-qasam tal-mard rari (COM(2008)0726 – C6-0455/2008 – 2008/0218(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0726),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 152(4), it-tieni subparagrafu tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0455/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0231/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 1
(1)  Mard rari huwa theddida għas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej minħabba li dan hu ta' theddida għall-ħajja jew mard kronikament debilitanti bi prevalenza baxxa u livell għoli ta' kumplessità.
(1)  Mard rari huwa theddida għas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej minħabba li dan hu ta' theddida għall-ħajja jew mard kronikament debilitanti bi prevalenza baxxa u livell għoli ta' kumplessità, iżda billi jeżistu ħafna tipi differenti ta' mard rari, it-total ta' persuni affettwati huwa pjuttost għoli.
Emenda 2
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 2
(2)  Programm ta' Azzjoni tal-Komunità dwar il-Mard Rari, inkluż il-mard ġenetiku, kien adottat għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 1999 u l-31 ta' Diċembru 2003. Dan il-programm iddefinixxa l-prevalenza għal mard rari bħala mard li jaffettwa mhux aktar minn ħamsa f'kull 10 000 persuna fl-Unjoni Ewropea.
(2)  Programm ta' Azzjoni tal-Komunità dwar il-Mard Rari, inkluż il-mard ġenetiku, kien adottat għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 1999 u l-31 ta' Diċembru 2003. Dan il-programm iddefinixxa l-prevalenza għal mard rari bħala mard li jaffettwa mhux aktar minn ħamsa f'kull 10 000 persuna fl-Unjoni Ewropea, numru li għandu jiġi deċiż fuq il-bażi ta' statistika li tkun suġġetta għal reviżjoni xjentifika.
Emenda 3
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 2 a (ġdida)
(2a)  Fuq il-bażi tal-inċidenza statistika, mard rari għandu jiġi kkatalogat bir-reqqa u rivedut regolarment minn kumitat xjentifiku sabiex tiġi determinata l-ħtieġa ta' żidiet possibbli.
Emenda 4
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 4
(4)  Huwa stmat li bejn 5 000 u 8 000 mard rari distint jeżisti llum, li jaffettwa bejn 6% u 8% tal-populazzjoni tul ħajjithom. Fi kliem ieħor, bejn 27 u 36 miljun persuna fl-Unjoni Ewropea. Ħafna minnhom isofru minn mard inqas frekwenti li jaffettwa wieħed minn kull 100 000 persuna jew inqas.
(4)  Huwa stmat li bejn 5 000 u 8 000 mard rari distint jeżisti llum, li jaffettwa bejn 6% u 8% tal-populazzjoni tul ħajjithom. Fi kliem ieħor, minkejja li mard rari huwa kkaratterizzat minn prevalenza baxxa għal kull marda, it-total ta' persuni affettwati huwa pjuttost għoli u jvarja bejn 27 u 36 miljun persuna fl-Unjoni Ewropea Ħafna minnhom isofru minn mard inqas frekwenti li jaffettwa wieħed minn kull 100 000 persuna jew inqas.
Emenda 5
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 5
(5)  Minħabba l-prevalenza baxxa u l-ispeċifiċità tiegħu, il-mard rari jirrikjedi approċċ globali bbażat fuq sforzi speċjali u kkombinati biex jipprevjenu l-morbidità b'mod sinifikanti jew mortalità qabel iż-żmien li tista" tiġi evitata, u biex titjieb il-kwalità tal-ħajja u l-potenzjal soċjo-ekonomiku ta' persuni affettwati.
(5)  Minħabba l-prevalenza baxxa, l-ispeċifiċità tiegħu u n-numru għoli ta' każijiet, il-mard rari jirrikjedi approċċ globali bbażat fuq sforzi speċjali u kkombinati, inkluż fi sħubija ma pajjiżi terzi bħal ma huma l-Istati Uniti, biex jipprevjenu l-morbidità b'mod sinifikanti jew mortalità qabel iż-żmien li tista" tiġi evitata, u biex titjieb il-kwalità tal-ħajja u l-potenzjal soċjo-ekonomiku ta' persuni affettwati f'pajjiżi żviluppati u dawk li qed jiżviluppaw.
Emenda 6
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 8
(8)  Sabiex titjieb il-koordinazzjoni u l-koerenza ta' inizzjattivi nazzjonali, reġjonali u lokali li jindirizzaw il-mard rari, kull azzjoni relevanti nazzjonali fil-qasam tal-mard rari għandha tkun integrata fil-pjanijiet nazzjonali għal mard rari.
(8)  Sabiex titjieb il-koordinazzjoni u l-koerenza ta' inizzjattivi nazzjonali, reġjonali u lokali u l-koperazzjoni bejn iċ-ċentri ta" riċerka li jindirizzaw il-mard rari, kull azzjoni relevanti nazzjonali fil-qasam tal-mard rari għandha tkun integrata fil-pjanijiet nazzjonali għal mard rari.
Emenda 7
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 13
(13)  Il-valur miżjud Komunitarju tan-netwerks Ewropej ta' referenza huwa partikolarment għoli għal mard rari minħabba r-rarità ta' dawn il-kundizzjonijiet, li jimplika kemm in-numru limitat ta' pazjenti kif ukoll l-iskarsezza ta' nies imħarrġa f'pajjiż wieħed. Għalhekk huwa importanti ħafna li jinġabru nies imħarrġa f'livell Ewropew għall-assigurazzjoni tal-aċċess ugwali għal kura ta' kwalità għolja għal pazjenti b'mard rari.
(13)  Il-valur miżjud Komunitarju tan-netwerks Ewropej ta' referenza huwa partikolarment għoli għal mard rari minħabba r-rarità ta' dawn il-kundizzjonijiet, li jimplika kemm in-numru limitat ta' pazjenti kif ukoll l-iskarsezza ta' nies imħarrġa f'pajjiż wieħed. Għalhekk huwa importanti ħafna li jinġabru nies imħarrġa f'livell Ewropew għall-assigurazzjoni tal-aċċess ugwali għal informazzjoni preċiża, għal dijanjożi adattata u f'waqtha u għal kura ta' kwalità għolja għal pazjenti b'mard rari..
Emenda 8
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 14 a (ġdida)
(14a)  Fit-12 ta' Ottubru 2008 l-Forum Farmaċewtiku adotta r-rapport finali tiegħu, li jipproponi linji gwida biex l-Istati Membri, il-partijiet interessati u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jsaħħu l-isforzi tagħhom biex jiggarantixxu aċċess aktar faċli u aktar mgħaġġel għal prodotti mediċinali orfni fl-Unjoni Ewropea.
Emenda 9
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 20
(20)  Il-pazjenti u r-rappreżentanti tagħhom għalhekk għandhom ikunu involuti f'kull pass tal-politika u l-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet. L-attivitajiet tagħhom għandhom ikunu promossi u appoġġjati, inkluż b'mod finanzjarju, f'kull Stat Membru.
(20)  Il-pazjenti u r-rappreżentanti tagħhom għalhekk għandhom ikunu involuti f'kull pass tal-politika u l-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet. L-attivitajiet tagħhom għandhom ikunu promossi u appoġġjati, inkluż b'mod finanzjarju, f'kull Stat Membru, iżda wkoll fil-livell tal-Unjoni Ewropea permezz ta' netwerks pan-Ewropej ta' għajnuna lill-pazjenti li jbatu minn mard rari speċifiku.
Emenda 10
Proposta għal rakkomandazzjoni
Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 1 - parti introduttorja
1.  Jistabbilixxu pjanijiet nazzjonali għal mard rari sabiex ikun assigurat l-aċċess universali għal pazjenti b'mard rari għal kura ta' kwalità għolja, inklużi d-dijanjostiċi, it-trattamenti u l-mediċini orfni fit-territorju nazzjonali tagħhom kollu abbażi tal-ekwità u s-solidarjetà fl-UE kollha, u b'mod partikolari:
1.  Jistabbilixxu pjanijiet nazzjonali għal mard rari sabiex ikun assigurat l-aċċess universali għal pazjenti b'mard rari għal kura ta' kwalità għolja, inklużi d-dijanjostiċi, it-trattamenti u l-mediċini orfni, kif ukoll ir-rijabilitazzjoni u r-rijedukazzjoni u l-fatt li wieħed jitgħallem jgħix bil-marda, fit-territorju nazzjonali tagħhom kollu abbażi tal-ekwità u s-solidarjetà fl-UE kollha, u b'mod partikolari:
Emenda 11
Proposta għal rakkomandazzjoni
Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 1 – punt 1
(1) jelaboraw u jadottaw strateġija komprensiva u integrata, sal-aħħar tal-2011, immirata biex tiggwida u tistruttura l-azzjonijiet kollha relevanti fil-qasam tal-mard rari fil-forma ta" pjan nazzjonali għal mard rari;
(1) jelaboraw u jadottaw strateġija komprensiva u integrata, sal-aħħar tal-2010, immirata biex tiggwida u tistruttura l-azzjonijiet kollha relevanti fil-qasam tal-mard rari fil-forma ta" pjan nazzjonali għal mard rari;
Emenda 12
Proposta għal rakkomandazzjoni
Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 1 – punt 3
(3) jiddefinixxu numru limitat ta' azzjonijiet ta' prijorità fil-pjan nazzjonali għal-mard rari, b'għanijiet konkreti, dati ta" skadenza ċari, strutturi ta' ġestjoni u rapporti regolari;
(3) jiddefinixxu numru limitat ta' azzjonijiet ta' prijorità fil-pjan nazzjonali għal-mard rari, b'għanijiet konkreti, dati ta" skadenza ċari, finanzjamenti sustanzjali u identifikati b'mod ċar, strutturi ta' ġestjoni u rapporti regolari;
Emenda 13
Proposta għal rakkomandazzjoni
Paragrafu 1 – punt 3 a (ġdid)
(3a)  Jiddikkjaraw jekk għandhomx xi ċentri speċjalizzati u jiġbru katalogu ta' esperti;
Emenda 14
Proposta għal rakkomandazzjoni
Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 1 – punt 5
(5) jinkludu dispożizzjonijiet fil-pjanijiet nazzjonali mfassla biex ikun assigurat l-aċċess ugwali għal kura ta' kwalità għolja, inkluż id-dijanjostiċi, it-trattamenti u l-mediċini orfni, lill-pazjenti b'mard rari, fit-territorju nazzjonali tagħhom bl-għan li jkun żgurat l-aċċess ugwali għal kura ta' kwalità abbażi tal-ekwità u s-solidarjetà fl-UE kollha.
(5) jinkludu dispożizzjonijiet fil-pjanijiet nazzjonali mfassla biex ikun assigurat l-aċċess ugwali għal kura ta' kwalità għolja, inkluż id-dijanjostiċi, il-miżuri ta" prevenzjoni primarja, it-trattamenti u l-mediċini orfni, kif ukoll ir- rijabilitazzjoni u r-r ijedukazzjoni għal dawk li jgħixu bil-marda għall-benefiċċju tal-pazjenti b'mard rari, fit-territorju nazzjonali tagħhom bl-għan li jkun żgurat l-aċċess ugwali għal kura ta' kwalità abbażi tal-ekwità u s-solidarjetà fl-UE kollha, skont il-prinċipji maqbula fil-paper tal-Forum Farmaċewtiku ta' Livell Għoli bl-isem "Aċċess imtejjeb għall-mediċini orfni għaċ-ċittadini kollha tal-UE kkonċernati".
Emenda 15
Proposta għal rakkomandazzjoni
Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 1 – punt 5 a (ġdid)
(5a) li jiġu inkuraġġiti l-isforzi biex jiġi evitat mard rari li jkun ereditarju, permezz ta':
(a) pariri ġenetiċi lill-ġenituri li jkunu jbatu mill-marda; u
(b) meta dan ikun xieraq, u mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti u dejjem fuq bażi volontarja, għażla ta' embriji b'saħħithom qabel jiddaħħlu.
Emenda 16
Proposta għal rakkomandazzjoni
Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 1 – punt 5 b (ġdid)
(5b) jistipulaw, fil-pjanijiet nazzjonali, miżuri eċċezzjonali sabiex il-mediċini li ma jkunux awtorizzati li jitpoġġew fis-suq ikunu disponibbli meta jkun hemm ħtieġa reali ta' saħħa pubblika. Fin-nuqqas ta' alternattivi terapewtiċi xierqa disponbbli fi Stat Membru, u meta l-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju jkun jidher pożittiv, għandu jingħata l-aċċess għal dawn il-mediċini lill-pazjenti li jbatu minn mard rari.
Emenda 17
Proposta għal rakkomandazzjoni
Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 1 – punt 5 c (ġdid)
(5c) jitwaqqfu fil-livell nazzjonali gruppi konsultattivi pluralisti li jgħaqqdu l-partijiet kollha kkonċernati sabiex jorjentaw lill-gvernijiet fit-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali fil-qasam tal-mard rari. Dawn għandhom jiżgurawli l-gvernijiet ikunu informati sew u li d-deċiżjonijiet meħuda fil-livell nazzjonali jirriflettu l-perspettivi u l-bżonnijiet tas-soċjetà.
Emenda 18
Proposta għal rakkomandazzjoni
Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 1 – punt 5 d (ġdid)
(5d) jħeġġu l-finanzjament tat-trattament tal-mard rari fuq livell nazzjonali. Meta l-Istati Membri ma jkunux jixtiequ jew ma jkunx jista' jkolhom Ċentri ta' Eċċellenza, dan il-fond ċentrali nazzjonali għandu jintuża biex jiġi garantit li l-pazjenti jkunu jistgħu jmorru f'Ċentru ta" pajjiż ieħor. Madankollu, huwa wkoll fundamentali li dan il-baġit separat jiġi rivedut u adattat fuq bażi annwali skont l-għarfien miksub dwar pazjenti li jkunu jeħtieġu trattament matul dik is-sena preċiża, u dwar terapiji ġodda li jkunu disponibbli. Dan għandu jsir permezz tal-kontribut tal-kumitati konsultattivi pluralisti.
Emenda 19
Proposta għal rakkomandazzjoni
Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 2 – punt 1
(1) jimplimentaw definizzjoni komuni tal-Unjoni Ewropa tal-mard rari bħala dak li jaffettwa mhux aktar minn ħamsa f'kull 10 000 persuna;
(1) jimplimentaw definizzjoni komuni tal-Unjoni Ewropa tal-mard rari bħala dak li jaffettwa mhux aktar minn ħamsa f'kull 10 000 persuna, bħala numru għall-Unjoni Ewropea kollha, iżda huwa importanti ħafna li tkun magħrufa d-distribuzzjoni preċiża għal kull Stat Membru;
Emenda 20
Proposta għal rakkomandazzjoni
Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 2 – punt 4
(4) jappoġġjaw netwerks ta' informazzjoni, registri u bażijiet ta' dejta dwar mard speċifiku f'livell nazzjonali jew reġjonali.
(4) jappoġġjaw, partikularment b'mod finanzjarju, f'livell Ewropew, nazzjonali jew reġjonali, netwerks ta' informazzjoni, registri u bażijiet ta' dejta dwar mard speċifiku, inkluża informazzjoni aġġornata regolarment li tkun aċċessibbli għall-pubbliku permezz tal-internet.
Emenda 21
Proposta għal rakkomandazzjoni
Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 3 – punt 3
(3) ikabbru l-parteċipazzjoni ta' riċerkaturi nazzjonali u laboratorji f'proġetti ta' riċerka dwar mard rari ffininzjati f'livell Komunitarju;
(3) ikabbru l-parteċipazzjoni ta' riċerkaturi nazzjonali u laboratorji f'proġetti ta' riċerka dwar mard rari ffininzjati f'livell Komunitarju u jisfruttaw il-possibilitajiet li joffri r-Regolament (KE) Nru 141/2000 dwar il-prodotti mediċinali orfni;
Emenda 22
Proposta għal rakkomandazzjoni
Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 3 – punt 3 a (ġdid)
(3a) jinkoraġġixxu l-iskambju tal-għarfien u l-koperazzjoni bejn ir-riċerkaturi, il-laboratorji u l-proġetti ta' riċerka fl-Unjoni Ewropea u f'istituzzjonijiet simili f'pajjiżi terzi, biex jinġiebu benefiċċji globali mhux biss għall-Unjoni Ewropea imma wkoll għall-pajjiżi aktar fqar u għal pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, li huma inqas f'pożizzjoni li jipprovdu riżorsi għar-riċerka fil-mard rari;
Emenda 23
Proposta għal rakkomandazzjoni
Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 3 – punt 4
(4) jinkludu dispożizzjonijiet fil-pjan nazzjonali għal mard rari mmirati biex irawmu r-riċerka, inkluża dik dwar is-saħħa pubblika u soċjali, fil-qasam tal-mard rari, speċjalment bl-għan li jiġu żviluppati għodod bħal infrastrutturi trasversali kif ukoll proġetti dwar mard speċifiku.
(4) jinkludu dispożizzjonijiet fil-pjan nazzjonali għal mard rari mmirati biex irawmu r-riċerka, inkluża dik dwar is-saħħa pubblika u soċjali, fil-qasam tal-mard rari, speċjalment bl-għan li jiġu żviluppati għodod bħal infrastrutturi trasversali kif ukoll proġetti dwar mard speċifiku, u programmi ta' rijabilitazzjoni u rijedukazzjoni għal matul il-marda rari kif ukoll riċerka dwar testijiet u għodod dijanjostiċi;
Emenda 24
Proposta għal rakkomandazzjoni
Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 3 – punt 4 a (ġdid)
(4a) jsir provvediment għal finanzjament adegwat u fuq medda twila ta' żmien, pereżempju permezz ta' sħubiji pubbliċi/privati, sabiex jiġu appoġġjati l-isforzi ta' riċerka fil-livelli nazzjonali u Ewropej, u sabiex tiġi garantita l-vijabilità tagħhom;
Emenda 25
Proposta għal rakkomandazzjoni
Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri – paragrafu 4 – punt 1
(1) jidentifikaw ċentri ta" kompetenza nazzjonali jew reġjonali fit-territorju nazzjonali tagħhom kollu sal-aħħar tal-2011, u jrawmu l-ħolqien ta' ċentri tal-kompetenza fejn dawn ma jeżistux, notevolment billi jinkludu dispożizzjonijiet fil-pjan nazzjonali tagħhom għal mard rari dwar il-ħolqien ta' ċentri tal-kompetenza nazzjonali jew reġjonali;
(1) jidentifikaw ċentri ta" kompetenza nazzjonali jew reġjonali fit-territorju nazzjonali tagħhom kollu sal-aħħar tal-2011, u jrawmu l-ħolqien ta' ċentri tal-kompetenza fejn dawn ma jeżistux, notevolment billi jinkludu dispożizzjonijiet fil-pjan nazzjonali tagħhom għal mard rari dwar il-ħolqien ta' ċentri tal-kompetenza nazzjonali jew reġjonali; jgħinu fil-ġbir ta' katalogi ta' mard rari u ta' esperti dwar mard rari;
Emenda 26
Proposta għal rakkomandazzjoni
Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 4 – punt 3
(3) jorganizzaw metodi ta' kura tas-saħħa għal pazjenti permezz ta' ħolqien ta' kooperazzjoni ma' esperti relevanti fil-pajjiż jew minn barra meta dan ikun neċessarju; il-kura tas-saħħa transkonfinali, inkluż il-mobbiltà tal-pazjenti, il-professjonisti tas-saħħa u l-fornituri u l-provvediment ta' servizzi permezz tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-kommunikazzjoni għandhom jiġu appoġġjati fejn neċessarju sabiex ikun żgurat l-aċċess universali għal kura tas-saħħa speċifika li tkun meħtieġa;
(3) jorganizzaw metodi Ewropej ta' kura tas-saħħa għal dawkil-pazjenti li jbatu minn mard rari permezz ta' ħolqien ta' kooperazzjoni ma' esperti relevanti fil-pajjiż jew minn barra meta dan ikun neċessarju; il-kura tas-saħħa transkonfinali, inkluż il-mobbiltà tal-pazjenti u tal-għarfien espert permezz ta' appoġġ għall-mobilità tad-data, il-professjonisti tas-saħħa u l-fornituri u l-provvediment ta' servizzi permezz tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-kommunikazzjoni għandhom jiġu appoġġjati fejn ikun neċessarju sabiex ikun żgurat l-aċċess universali għal kura tas-saħħa speċifika li tkun meħtieġa;
Emenda 27
Proposta għal rakkomandazzjoni
Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 4 – punt 5
(5) jassiguraw li ċentri ta" kompetenza nazzjonali jew reġjonali jimxu skont l-istandards għal mard rari kif iddefiniti min-netwerks Ewropej ta' referenza fejn jittieħdu inkonsiderazzjoni l-bżonnijiet u l-aspettattivi tal-pazjenti u l-professjonisti.
(5) jassiguraw li ċentri ta" kompetenza nazzjonali jew reġjonali jimxu skont l-istandards għal mard rari kif iddefiniti min-netwerks Ewropej ta' referenza fejn jittieħdu inkonsiderazzjoni l-bżonnijiet u l-aspettattivi tal-pazjenti u l-professjonisti, billi jiġu involuti l-pazjenti fl-attivitajiet ta' dawn iċ-ċentri;
Emenda 28
Proposta għal rakkomandazzjoni
Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri – paragrafu 4 – punt 5 a (ġdid)
(5a) iħeġġeġ, possibilment b'iffinanzjar jew koiffinanzjar mill-Unjoni Ewropea, ċentri u sptarijiet ta' ħiliet esperti sabiex jinħoloq taħriġ speċifiku għal professjonisti f'ċertu mard rari u li jippermettilhom li jakkwistaw il-ħiliet esperti rilevanti.
Emenda 29
Proposta għal rakkomandazzjoni
Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 5 – punt 1 – sottopunt b
(b) linji gwida Ewropej dwar l-iskrining tal-populazzjoni u testijiet dijanjostiċi;
(b) linji gwida Ewropej dwar l-iskrining tal-populazzjoni u testijiet dijanjostiċi, inklużi t-testijiet ġenetiċi bħall-iskrijning, tal-eterozigoti u d-dijanjożi permezz tal-bijopsija tal-korp polari, li jiggarantixxu ttestjar ta' kwalità tajba u pariri ġenetiċi adattati, filwaqt li tiġi rispettata d-diversità etika fl-Istati Membri;
Emenda 30
Proposta għal rakkomandazzjoni
Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - Paragrafu 5 – punt 1 – sottopunt c
(c) it-tqassim ta' rapporti ta" valutazzjoni tal-Istati Membri dwar il-valur miżjud terapewtiku ta' mediċini orfni f'livell tal-UE, biex jitnaqqas id-dewmien għall-aċċess għal-mediċini orfni għall-pazjenti li jbatu minn mard rari;
(c) it-twaqqif ta" rapporti ta" valutazzjoni nazzjonali dwar il-valur miżjud kliniku ta' mediċini orfni f'livell tal-Unjoni, fil-kuntest tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMEA), li jgħaqqdu l-għarfien u l-għarfien espert Ewropew rilevanti, biex jitnaqqas id-dewmien għall-aċċess għal-mediċini orfni għall-pazjenti li jbatu minn mard rari;
Emenda 31
Proposta għal rakkomandazzjoni
Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 5 – punt 1 – sottopunt c a (ġdid)
(ca) għajnuna strutturali għal investiment favur il-bażi tad-data Orphanet li jiffaċilita l-aċċess għall-għarfien espert dwar il-mard rari;
Emenda 32
Proposta għal rakkomandazzjoni
Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri - paragrafu 6
6.  Awtorizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet tal-pazjenti
6.  Awtorizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet tal-pazjenti indipendenti
(1) jieħdu azzjoni biex jassiguraw li l-pazjenti u r-rappreżentanti tagħhom ikunu kkonsultati kif xieraq f'kull pass tal-proċess tal-politika u t-teħid ta' deċiżjonijiet fil-qasam tal-mard rari, inkluż fit-twaqqif u l-ġestjoni ta' ċentri ta" kompetenza u ta' netwerks Ewropej ta' referenza u fl-elaborazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali;
(1) jieħdu azzjoni biex jassiguraw li l-pazjenti u r-rappreżentanti indipendenti tagħhom ikunu kkonsultati kif xieraq f'kull pass tal-proċess tal-politika u t-teħid ta' deċiżjonijiet fil-qasam tal-mard rari, inkluż fit-twaqqif u l-ġestjoni ta' ċentri ta" kompetenza u ta' netwerks Ewropej ta' referenza u fl-elaborazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali;
(2) jappoġġjaw l-attivitajiet imwettqa mill-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, bħal kampanji ta' żieda fl-għarfien, it-tkattir tal-kapaċità u t-taħriġ, l-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prassi, netwerking, l-involviment ta' pazjenti li huma iżolati ħafna;
(2) jappoġġjaw l-attivitajiet imwettqa mill-organizzazzjonijiet indipendenti tal-pazjenti, bħal kampanji ta' żieda fl-għarfien, it-tkattir tal-kapaċità u t-taħriġ, l-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prassi, netwerking, l-involviment ta' pazjenti li huma iżolati ħafna;
(2a) jiġi żgurat li jiġi pprovdut il-finanzjament għal organizzazzjonijiet tal-pazjenti li ma jkunx direttament marbut ma' soċjetà farmaċewtika partikolari;
(2b) jiffaċilita l-aċċess tal-pazjent għall-informazzjoni fil-livell Ewropew li tikkonċerna l-mediċini, it-trattamenti jew iċ-ċentri ta' trattamenti fl-Istati Membri jew pajjiżi terzi li jipprovdu kura medika adattata speċifikament għall-mard tagħhom;
(3) jinkludu fil-pjanijiet nazzjonali għal mard rari dispożizzjonijiet dwar l-appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u l-konsultazzjoni magħhom, kif imsemmi fil-paragrafi (1) u (2).
(3) jinkludu fil-pjanijiet nazzjonali għal mard rari dispożizzjonijiet dwar l-appoġġ lill-organizzazzjonijiet indipendenti tal-pazjenti u l-konsultazzjoni magħhom, kif imsemmi fil-paragrafi (1) u (2); jiżguraw li l-pjanijet nazzjonali jipprovdu għall-identifikazzjoni ta' ċentri nazzjonali u reġjonali ta' ħiliet esperti u għall-ġbir ta' katalogi ta' esperti dwar mard rari.
Emenda 33
Proposta għal rakkomandazzjoni
Rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni - paragrafu -1 (ġdid)
(-1) Biex ikun hemm appoġġ, b'mod sostenibbli, għall-"Orphanet", websajt Ewropea u punt uniku ta' servizz li tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
(a) l-eżistenza ta' riċerka speċifika fil-mard rari, li s-sejbiet tagħha u d-disponibilità tagħhom għall-pazjenti,
(b) mediċini disponibbli għal kull marda rari,
(c) it-trattament li jesżisti f'kull Stat Membru għal kull marda rari,
(d) ċentri mediċi speċjalizzati eżistenti fl-Istati Membri jew pajjiżi terzi għal kull marda rari.
Emenda 34
Proposta għal rakkomandazzjoni
Rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni - paragrafu 1
1.  Biex tipproduċi rapport ta" implimentazzjoni dwar din ir-Rakkomandazzjoni indirizzata lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni fuq il-bażi ta" informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, mhux aktar tard mill-aħħar tal-ħames sena ta' wara d-data tal-adozzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni, biex tikkunsidra kemm il-miżuri proposti qed jaħdmu b'mod effettiv, u biex tikkunsidra l-ħtieġa għal aktar azzjoni.
1.  Il-Kummissjoni se tipproduċi rapport ta" implimentazzjoni dwar din il-Komunikazzjoni – indirizzat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, mhux aktar tard minn tmieml-2012, is-sena li fiha ser tipproponi l-azzjoni ta' implimentazzjoni li inter alia tkopri:
a) il-miżuri baġitarji meħtieġa biex il-Programm Komunitarju dwar il-Mard Rari jkun effettiv;
b) il-ħolqien tan-netwerks rilevanti ta' ċentri ta' ħiliet esperti;
c) il-ġbir ta' data epidemijoloġika dwar mard rari;
d) il-mobilità ta' esperti u professjonisti;
e) il-mobilità ta' pazjenti; u
f) kunsiderazzjoni tal-ħtieġa għal azzjonijiet oħrajn biex tittejjeb il-ħajja tal-pazjenti affettwati minn mard rari u tal-ħajja tal-qraba tagħhom.
Avviż legali - Politika tal-privatezza