Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 11 ta' Marzu 2009 - Strasburgu
L-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta" ċerti oġġetti (verżjoni kodifikata) *
 Salarji bażiċi u l-allowances applikabbli għall-persunal tal-Europol *
 Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE
 Abbozz ta' Baġit ta' emenda Nru 1/2009: għargħar fir-Rumanija
 Regoli u standards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (tfassil mill-ġdid) ***III
 Regoli u Standards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri (tfassil mill-ġdid) ***III
 Kontroll ta' l-Istat tal-Port (tfassil mill-ġdid) ***III
 Sistema Komunitarja ta' informazzjoni u monitoraġġ tat-traffiku tal-vapuri ***III
 Investigazzjoni ta" inċidenti fis-settur tat-trasport marittimu ***III
 Ir-responsabilità ta" trasportaturi ta' passiġġieri bil-baħar fil-każ ta' aċċidenti ***III
 Assigurazzjoni tas-sidien ta' vapuri għal pretensjonijiet marittimi ***II
 Il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera ***II
 Tassazzjoni fuq vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi ***I
 L-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (tfassil mill-ġdid) ***I
 Linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri *
 Regoli ta' Proċedura: estensjoni tal-applikabilità tal-Artikolu 139
 Is-sitwazzjoni soċjali tar-Roma u t-titjib tal-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol fl-UE
 Aġġustamenti għall-isfidi bħala parti mill-provvista taż-żejt
 Trasport aktar ekoloġiku u l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni
 Kunsill Ewropew: L-Istrateġija ta' Liżbona
 Il-ġlieda kontra l-bidla fil-klima
 Linji gwida għall-politika tal-impjiegi
 Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku
 Politika ta' Koeżjoni: Investiment fl-ekonomija reali

L-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta" ċerti oġġetti (verżjoni kodifikata) *
PDF 203kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tiddetermina l-kamp ta' applikazzjoni ta" l-Artikolu 143(b) u (ċ) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta" ċerti oġġetti (verżjoni kodifikata) (COM(2008)0575 – C6-0347/2008 – 2008/0181(CNS))
P6_TA(2009)0101A6-0060/2009

(Proċedura ta' konsultazzjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0575),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 94 tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0347/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0060/2009),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Salarji bażiċi u l-allowances applikabbli għall-persunal tal-Europol *
PDF 197kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-inizjattiva tar-Repubblika Franċiża bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Kunsill li taġġusta s-salarji bażiċi u l-allowances applikabbli għall-persunal tal-Europol (14479/2008 – C6-0038/2009 – 2009/0804(CNS))
P6_TA(2009)0102A6-0078/2009

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Franċiża (14479/2008),

–   wara li kkunsidra l-Att tal-Kunsill tat-3 ta" Diċembru 1998 li jistabbilixxi r-regolamenti tal-persunal applikabbli għall-impjegati tal-Europol(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C6-0038/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0078/2009),

1.  Japprova l-inizjattiva tar-Repubblika Franċiża;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jikkonsulta lill-Parlament mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-inizjattiva tar-Repubblika Franċiża b'mod sostanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvern tar-Repubblika Franċiża.

(1) ĠU C 26, 30.1.1999, p. 23.


Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE
PDF 365kWORD 41k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, skont il-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2009)0023 – C6-0040/2009 – 2009/2007(ACI))
P6_TA(2009)0103A6-0106/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0023 – C6-0040/2009),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1), u b'mod partikulari l-punt 26 tagħha,

–   wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta" Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta" Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(2),

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008 dwar il-Fond ta' Solidarjetà tal-UE,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0106/2009),

1.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni mal-President tal-Kunsill u biex jagħmel l-arranġamenti meħtieġa għall-publikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Marzu 2009

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, skont il-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikulari l-punt 26 tagħha,

wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(4) u b'mod partikulari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)  L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-"Fond") sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta" reġjuni milquta minn diżastri.

(2)  Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-ammont annwali massimu ta" EUR 1 biljun.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li jippermettu l-mobilizzazzjoni tal-Fond.

(4)  Ir-Rumanija ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, fir-rigward ta' diżastru kkawżat minn għargħar. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-applikazzjoni tilħaq il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolamenti (KE) Nru 2012/2002, u għaldaqstant tipproponi li tawtorizza l-appropjazzjonijiet korrispondenti.

IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta" EUR 11 785 377 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Strasburgu, 11 ta' Marzu 2009

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(3) ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1.
(4) ĠU L 311, 14.11.2002, p.3.


Abbozz ta' Baġit ta' emenda Nru 1/2009: għargħar fir-Rumanija
PDF 205kWORD 35k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 dwar Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 1/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 , Taqsima III - Kummissjoni (6952/2009 – C6-0075/2009 – 2009/2008(BUD))
P6_TA(2009)0104A6-0113/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, adottat b'mod definittiv fit-18 ta' Diċembru 2008(2),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod(3),

–   wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 1/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, ippreżentat mill-Kummissjoni fit-23 ta' Jannar 2009 (COM(2009)0022),

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit li jemenda Nru 1/2009, li l-Kunsill stabbilixxa fis-26 ta' Frar 2009 (6952/2009 – C6-0075/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6–0113/2009),

A.   billi l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 1 għall-baġit ġenerali 2009 jkopri l-punti li ġejjin:

   Il-mobbilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE għall-ammont ta' EUR 11,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas rigward l-effetti tal-għargħar li laqtu r-Rumanija f'Lulju 2008,
   Tnaqqis korrispondenti fl-approprjazzjonijet ta' ħlas ekwivalenti għal EUR 11.8 miljun mil-linja 13 03 16 - il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) - Konverġenza,

B.   billi l-għan tal-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 1/2009 huwa biex jiddaħħlu dawn l-emendi baġitarji b'mod formali fil-baġit 2009,

1.  Jinnota l-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 1/2009, li huwa t-tielet baġit ta' emenda ddedikat biss għall-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, kif mitlub mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill f'dikjarazzjoni konġunta adottata waqt il-laqgħa ta' Konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008;

2.  Japprova l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 1/2009 mingħajr emendi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 69, 13.3.2009.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Regoli u standards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (tfassil mill-ġdid) ***III
PDF 201kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (tfassil mill-ġdid) (PE-CONS 3719/2008 – C6-0042/2009 – 2005/0237A(COD))
P6_TA(2009)0105A6-0097/2009

Proċedura ta' kodeċiżjoni (it-tielet qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (PE-CONS 3719/2008 – C6-0042/2009),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0587),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari(2) dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill(3),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament għall-pożizzjoni komuni (COM(2008)0828),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(5) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 65 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A6-0097/2009),

1.  Japprova t-test konġunt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 74E, 20.3.2008, p. 632.
(2) Testi adottati, 24.9.2008, P6_TA(2008)0447.
(3) ĠU C 184 E, 22.7.2008, p. 11.


Regoli u Standards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri (tfassil mill-ġdid) ***III
PDF 76kWORD 34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri (tfassil mill-ġdid) (PE-CONS 3720/2008 – C6-0043/2009 – 2005/0237B(COD))
P6_TA(2009)0106A6-0098/2009

(Proċedura ta' Kodeċiżjoni : it-tielet qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (PE-CONS 3720/2008 – C6-0043/2009),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0587),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari(2) dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill(3),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament għall-pożizzjoni komuni (COM(2008)0826),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(5) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 65 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A6-0098/2009),

1.  Japprova t-test konġunt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 74E, 20.03.2008, p. 632.
(2) Testi adottati, 24.9.2008, P6_TA(2008)0448.
(3) ĠU C 190 E, 29.7.2008, p. 1.


Kontroll ta' l-Istat tal-Port (tfassil mill-ġdid) ***III
PDF 201kWORD 34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta' l-Istat tal-Port (tfassil mill-ġdid) (PE-CONS 3721/2008 – C6-0044/2009 – 2005/0238(COD))
P6_TA(2009)0107A6-0099/2009

(Proċedura ta' kodeċiżjoni : it-tielet qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (PE-CONS 3721/2008 – C6-0044/2009),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0588),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari(2) dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill(3),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament għall-pożizzjoni komuni (COM(2008)0830),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(5) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 65 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A6-0099/2009),

1.  Japprova t-test konġunt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 74E, 20.03.2008, p. 584.
(2) Testi adottati, 24.9.2008, P6_TA(2008)0446.
(3) ĠU C 198 E, 5.8.2008, p. 1.


Sistema Komunitarja ta' informazzjoni u monitoraġġ tat-traffiku tal-vapuri ***III
PDF 204kWORD 34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Direttiva ta' emenda 2002/59/KE li tistabbilixxi sistema Komunitarja ta' informazzjoni u monitoraġġ tat-traffiku tal-vapuri (PE-CONS 3722/2008– C6-0045/2009 - 2005/0239(COD))
P6_TA(2009)0108A6-0100/2009

(Proċedura ta' kodeċiżjoni : it-tielet qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta" Konċiljazzjoni (PE-CONS 3722/2008 – C6-0045/2009),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħi fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2005)0589),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari(2) dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill(3),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament għall-pożizzjoni komuni (COM(2008)0829),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(5) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 65 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta" Konċiljazzjoni (A6-0100/2009),

1.  Japprova t-test konġunt,

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill skont l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali biex jiffirma l-att, wara li jkun ivverifikat li l-proċeduri kollha jkunu tlestew kif imiss u, bi ftehim mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, biex jippubblikah fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 74 E, 20.3.2008, p.533.
(2) Testi adottati, 24.9.2008, P6_TA(2008)0443.
(3) ĠU C 184 E, 22.7.2008, p.1.


Investigazzjoni ta" inċidenti fis-settur tat-trasport marittimu ***III
PDF 203kWORD 34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta" inċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttivi 1999/35/KE u 2002/59/KE (PE-CONS 3723/2008 – C6-0046/2009 – 2005/0240(COD))
P6_TA(2009)0109A6-0101/2009

(Proċedura ta' kodeċiżjoni : it-tielet qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (PE-CONS 3723/2008 – C6-0046/2009),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0590),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari(2) dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill(3),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament għall-pożizzjoni komuni (COM(2008)0827),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(5) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 65 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A6-0101/2009),

1.  Japprova t-test konġunt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 74E, 20.03.2008, p. 546.
(2) Testi adottati, 24.9.2008, P6_TA(2008)0444.
(3) ĠU C 184 E, 22.7.2008, p. 23.


Ir-responsabilità ta" trasportaturi ta' passiġġieri bil-baħar fil-każ ta' aċċidenti ***III
PDF 202kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-responsabilità ta" trasportaturi ta' passiġġieri bil-baħar fil-każ ta' aċċidenti (PE-CONS 3724/2008 – C6-0047/2009 – 2005/0241(COD))
P6_TA(2009)0110A6-0102/2009

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (PE-CONS 3724/2008 – C6-0047/2009),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0592),

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2007)0645),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari(2) dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill(3),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament għall-pożizzjoni komuni (COM(2008)0831),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(5) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 65 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A6-0102/2009),

1.  Japprova t-test konġunt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 74E, 20.03.2008, p. 562.
(2) Testi adottati, 24.9.2008, P6_TA(2008)0445.
(3) ĠU C 190 E, 29.7.2008, p. 17.


Assigurazzjoni tas-sidien ta' vapuri għal pretensjonijiet marittimi ***II
PDF 200kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni tal-proprjetarji ta' bastimenti għall-pretensjonijiet marittimi (14287/2/2008 – C6-0483/2008 – 2005/0242(COD))
P6_TA(2009)0111A6-0072/2009

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (14287/2/2008 – C6-0483/2008)(1),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) tal-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0593),

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2007)0674),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0072/2009),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat skont il-pożizzjoni komuni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 330 E , 30.12.2008, p. 7.
(2) ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 166.


Il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera ***II
PDF 200kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera (14288/2/2008 – C6-0484/2008 – 2005/0236(COD))
P6_TA(2009)0112A6-0069/2009

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (14288/2/2008 – C6-0484/2008)(1),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Istati Membri dwar is-sikurezza marittima (15859/2008),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2005)0586),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0069/2009),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni;

2.  Jinnota li l-att huwa adottat bi qbil mal-pożizzjoni komuni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att mal-President tal-Kunsill skont l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att, ladarba jiġi vverifikat li jkunu tlestew il-proċeduri kollha, u, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, sabiex jippubblika l-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 330 E, 30.12.2008, p. 13.
(2) ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 140.


Tassazzjoni fuq vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi ***I
PDF 588kWORD 256k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta'merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (COM(2008)0436 – C6-0276/2008 – 2008/0147(COD))
P6_TA(2009)0113A6-0066/2009

( Proċedura ta" kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummisjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0436),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71(1) tat-trattat tal-KE, li f'konformità magħhom il-Kummissjoni ressqet il-proposta tagħha lill-Parlament (C6-0276/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0066/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa" tirreferi l-materja lill-Parlament jekk ikollha l-intenzjoni li temenda l-proposta sostanzjalment jew tibdilha b'test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi

P6_TC1-COD(2008)0147


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 71(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),

Billi:

(1)  Il-promozzjoni tat-trasport sostenibbli hija element essenzjali fil-politika komuni għat-trasport. Għal dan il-għan, l-impatti negattivi tat-trasport, b'mod partikolari l-konġestjoni, li tfixkel il-mobilità, it-tniġġis, li joħloq ħsara għas-saħħa u għall-ambjent, u l-kontribut tiegħu għat-tibdil fil-klima għandhom jitnaqqsu. Barra dan, ir-rekwiżiti għall-ħarsien ta" l-ambjent għandhom jiġu integrati fid-definizzjonu u l-implimentazzjoni ta" poltiki Komunitarji oħra, inkluża l-politika komuni għat-trasport. L-għanijiet prijoritarji li ġejjin, jiġifieri l-protezzjoni ambjentali, il-koeżjoni soċjali u ekonomika u l-kompetittività tan-negozji, għandhom jiġu rikonċiljati wkoll b'mod bilanċjat bħala parti mill-Istrateġija ta" Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi.

(2)  L-objettiv tat-tnaqqis ta" l-impatti negattivi tat-trasport għandhom jintlaħqu b'tali mod li jevita ostakli sproporzjonati għall-moviment ħieles fl-interess ta' tkabbir ekonomiku sod u ta" tħaddim kif suppost tas-suq intern. Għandu jiġi enfasizzat ukoll li l-prinċipju tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni huwa ekwivalenti għal strument ta" ġestjoni u għandu għaldaqstant jintuża biex iħeġġeġ lill-utenti tat-triq u s-setturi industrijali relatati biex jisfruttaw u jespandu l-kapaċitajiet rispettivi tagħhom fil-qasam tat-trasport li jirrispetta l-ambjent, pereżempju permezz ta" bidliet fl-imġiba tas-sewqan jew permezz ta" żvilupp teknoloġiku ulterjuri. Huwa importanti ħafna li jinstabu mezzi u modi li jnaqqsu l-ħsara kkawżata mit-trasport bit-triq, aktar milli sempliċement jintuża d-dħul li jirriżulta biex jiġu koperti l-ispejjeż relevanti.

(3)  Sabiex is-sistema tat-trasport titjieb bl-aħjar mod possibbli skond dan, il-politika komuni għat-trasport għandha tuża varjetà ta" strumenti biex l-infrastuttura u t-teknoloġiji tat-trasport jitjiebu u jippermettu ġestjoni aktar effiċjenti tad-domanda għat-trasport. Dan jitlob aktar uża tal-prinċipju "l-utent iħallas" u għall-iżvilupp tal-prinċipju "min iniġġes iħallas" fis-settur tat-trasport.

(4)  L-Artikolu 11 tad-Direttiva 1999/62/KE(4) jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta mudell għall-valutazzjoni ta" l-ispejjeż esterni kollha li jirriżultaw mill-użu ta" l-infrastruttura tat-trasport biex iservi bħala bażi għall-kalkoli futuri tat-tariffi għall-infrastruttura. Il-mudell kellu jiġi akkumpanjat b'analiżi ta" l-impatt ta" l-internalizzazzjoni ta" l-ispejjeż esterni għall-mezzi kollha tat-trasport u strateġija għall-implimentazzjoni pass pass tal-mudell u, jekk xieraq, bi proposti għal aktar reviżjoni ta' dik id-Direttiva.

(5)  Sabiex nimxu lejn politika sostenibblli għat-trasport, il-prezzijiet tat-trasport għandhom jirriflettu aħjar l-ispejjeż esterni relatati mal-użu tal-vetturi, tal-ferroviji, ta" l-ajruplani jew tal-vapuri ▌. Dan jitlob approċċ koerenti u ambizzjuż fil-mezzi kollha tat-trasport, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi partikolari tagħhom.

(6)  Mezzi ta' trasport għajr trasport tat-triq diġà bdew jinternalizzaw l-ispejjeż esterni u l-leġiżlazzjoni relevanti tal-Komunità jew tintroduċi din l-internalizzazzjoni gradwalment jew għall-inqas ma twaqqafhiex. L-emissjonijiet tas-CO2 għandhom jiġu indirizzati permezz tal-inklużjoni tal-avjazzjoni fl-Iskema għall-Iskambju tal-Emissjonijiet (ETS). L-użu akbar tal-elettriku għall-ferroviji huwa kopert wkoll mill-ETS u t-trasport marittimu għandu jiġi inkluż fl-ETS dalwaqt. Spejjeż esterni oħra jistgħu jiġu internalizzati permezz ta" tariffi tal-ajruporti, li jistgħu jiġu ddivrenzjati għal skopijiet ambjentali u permezz ta" tariffi infrastrutturali għall-użu tal-linji tal-ferroviji skont id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta" Frar 2001 dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-impożizzjoni ta" tariffi għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji(5). Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tipproponi tfassil mill-ġdid tal-Ewwel Pakkett Ferrovjarju fil-ġejjieni qarib sabiex jiġu introdotti skemi ta" tariffi armonizzati tal-aċċess għall-binarji marbuta mal-istorbju.

(7)  Skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2001/14/KE, li tiffissa l-prinċipji tat-tariffi għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija, l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni diġà hija possibbli. Madankollu, bħala prekondizzjoni, is-settur tat-trasport tat-triq għandu japplika wkoll it-tariffi tal-ispejjeż esterni sabiex jigu aġġustati t-tariffi tal-aċċess għall-binarji b'mod aktar wiesa" u ssir internalizzazzjoni sħiħa tal-ispejjeż esterni fis-settur ferrovjarju.

(8)   Fis-settur tat-trasport bit-triq, diġà japplikaw diversi taxxi u tariffi, inklużi taxxi u tariffi li jikkompensaw parzjalment l-ispiża esterna bħal dik tas-CO2, kif inhu pereżempju l-każ tat-taxxi tas-sisa fuq il-fjuwil.

(9)  Fis-settur tat-trasport fit-toroq, ║it-taxxi għall-użu tat-triq bħala tariffi għall-użu ta" l-infrastruttura abbażi tad-distanza, jikkostitwixxu strument ġust u effiċjenti biex jintlaħaq l-għan ta' ċaqliq lejn politika ta' trasport sostenibbli, billi għandhom relazzjoni diretta ma" l-użu ta" l-infrastruttura u jistgħu jvarjaw skond id-distanza li wieħed jivvjaġġa, ir-rendiment ambjentali tal-vetturi u l-lok u l-ħin ta" l-użu tal-vetturi u għalhekk jistgħu jiġu ffissati f'livell li jirrifletti l-ispiża tat-tniġġis u l-konġestjoni kkawżati mill-użu reali tal-vetturi. Barra dan it-taxxi għall-użu tat-triq ma joħolqu l-ebda tgħawwiġ tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern għaliex jitħallsu mill-operaturi kollha irrispettivament mill-Istat Membru ta" oriġini tagħhom jew ta" fejn huma stabbiliti u huma proporzjonati ma" l-intensità ta" l-użu tan-netwerk tat-toroq.

(10)  L-analiżi ta" l-impatt turi li l-applikazzjoni ta" taxxi għall-użu tat-triq ikkalkulati abbażi ta" l-ispiża tat-tniġġis, u fuq it-toroq traffikużi ħafna, abbażi ta" l-ispiża tal-konġestjoni tista" tikkontribwixxi jew twassal għal trasport bit-triq iktar effiċjenti u favur l-ambjent, u tikkontribwixxi għall-istrateġija tal-UE biex tikkumbatti l-bidla fil-klima. Tnaqqas il-konġestjoni u t-tniġġis lokali billi tinkuraġġixxi l-użu ta" teknoloġiji aktar nodfa, ittejjeb bl-aħjar mod possibbli l-imġiba loġistika u tnaqqas il-vjaġġ lura mingħajr tagħbija. Indirettament ikollha rwol importanti fit-tnaqqis tal-konsum tal-fjuwil u fil-kontribut għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Taxxi għall-użu tat-triq li jintegraw element ta" spiża relatat mal-konġestjoni għall-użu ta" toroq traffikużi ħafna fil-kalkolu tagħhom jistgħu jkunu effettivi biss jekk ikunu jiffurmaw parti minn pjan ta" azzjoni li jinkludi miżuri relatati ma" utenti oħrajn tat-toroq li mhumiex fl-ambitu ta" din id-Direttiva , bħal skemi smili ta" tariffi jew miżuri b'effett ekwivalenti, pereżempju restrizzjonijiet ta" traffiku u karreġġjati riżervati għall-vetturi b'okkupazzjoni għolja. Madankollu, s'issa għadu ma ntweriex biżżejjed li dawn it-taxxi ġabu xi bidliet sostanzjali fl-użu tal-mezzi tat-trasport.

(11)  ▌Il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas se jkun implimentat permezz ta' l-impożizzjoni ta' l-ispiża esterna u dan ukoll se jikkontribwixxi għat-tnaqqis ta' l-ispejjeż esterni.

(12)  Il-mudell li l-Kummissjoni fasslet biex tikkalkula l-ispejjeż esterni ▌jipprovdi metodi affidabbli u firxa ta" valuri ta" kull unità li jistgħu jservu bħala bażi għall-kalkolu tat-tariffi għall-użu tat-triq.

(13)   Għandhom isiru sforzi fuq żmien medju biex tinkiseb konverġenza tal-metodi li jużaw is-sistemi tariffarji Ewropej kollha biex jikkalkulaw l-ispejjeż esterni, sabiex jiġi żgurat li t-trasportaturi tal-merkanzija bit-triq Ewropej jirċievu indikazzjonijiet ta" prezz ċari li jservu ta" inċentiv biex itejjbu bl-aħjar mod l-imġiba tagħhom.

(14)  Għad hemm inċertezzi rigward l-ispejjeż u l-benefiċċji tas-sistemi meħtieġa biex jiġu infurzati tariffi differenzjati għall-utenti fuq toroq bi ftit traffiku. Sakemm jiġu riżolti dawn l-inċertezzi, jidher li approċċ flessibbli f'livell Komunitarju huwa l-akar xieraq. Dan l-approċċ flessibbli għandu jħalli f'idejn l-Istati Membri biex jiddeċiedu jekk u fuq liema toroq jintroduċux it-tariffi għall-ispiża esterna abbażi tal-karatteristiċi lokali u nazzjonali tan-netwerk.

(15)  Tariffi u taxxi għall-użu tat-triq ibbażati fuq il-ħin ma għandhomx jiġu applikati b'mod simultanju fi ħdan it-territorju ta" Stat Membru sabiex tiġi evitata frammentazzjoni ta" l-iskemi ta" ċċarġjar b'effetti negattivi għall-industrija tat-trasport, ħlief għall-ċerti każijiet speċifiċi fejn huwa meħtieġ il-finanzjament ta" bini ta" mini, pontijiet jew passaġġi fil-muntanji.

(16)  Tariffi ibbażati fuq il-ħin li jiġu intaxxati kuljum, kull ġimgħa, kull xahar jew kull sena ma għandhomx jiddiskriminaw kontra l-utenti okkażjonali, għaliex parti kbira ta" dan it-tip ta" untenti ġeneralment ikunu trasportaturi tal-merkanzija li mhumiex nazzjonali. Għalhekk għandhom jiġu ffissati proporzjonijiet aktar dettaljati bejn ir-rati għal ġurnata, għal ġimgħa, għal xahar u għal sena. Għal raġunijiet ta" effiċjenza u ġustizzja, it-tariffi bbażati fuq il-ħin għandhom jitqiesu bħala strument tranżitorju għat-tariffi infrastrutturali. Għalhekk, għandha tiġi kkunsidrata t-tneħħija gradwali tas-sistemi tat-tariffi bbażati fuq il-ħin. L-Istati Membri bi fruntieri esterni ma" pajjiżi terzi għandhom ikunu jistgħu jidderogaw minn din id-dispożizzjoni u jkomplu japplikaw sistemi ta" tariffi bbażati fuq il-ħin għal vetturi ta' merkanzija tqila li jkunu fil kju fil-punti tal-qsim tal-fruntieri.

(17)  Għandhom jiġu evitati skemi ta" ċċarġjar inkonsistenti bejn in-netwerk trans-Ewropew u partijiet oħra tan-netwerk tat-toroq li jistgħu jintużaw mit-traffiku internazzjonali. Għalhekk l-istess prinċipji ta" ċċarġjar għandhom jiġu applikati lin-netwerk interurban kollu tat-toroq.

(18)  Taxxi għall-użu tat-triq ibbażati fuq id-distanza li wieħed jivvjaġġa għandhom ikunu jistgħu jinkludu element ta" l-ispiża esterna bbażat fuq l-ispiża tat-tniġġis ta" l-arja u mill-istorbju tat-traffiku. Barra minn dan, fuq toroq li ġeneralment ikunu traffikużi ħafna u matul il-perjodi l-aktar traffikużi, l-ispejjeż tal-konġestjoni li l-biċċa l-kbira tagħhom jiġġarbu f'livell lokali, għandhom ukoll ikunu jistgħu jiġu rkuprati permezz tat-tariffa għall-ispiża esterna. L-element ta" l-ispiża esterna inkluż fit-taxxi għall-użu tat-triq għandu jkun jista" jiġi miżjud ma" l-ispiża ta" l-infrastruttura, sakemm jiġu rispettati ċerti kundizzjonijiet fil-kalkolu ta" l-ispejjeż sabiex ikun evitat ċċarġjar żejjed.

(19)  It-tariffa għall-ispiża esterna għandħa tvarja skond it-tipi ta' toroq, it-tipi ta" vetturi u l-perjodi tal-ħin bħall-perjodi l-aktar u lanqas traffikużi tal-ġurnata, tal-ġimgħa u ta" l-istaġun u l-perjodu tal-lejl, sabiex jirriflettu aħjar l-ispiża tat-tniġġis ta" l-arja u mill-istorbju minħabba t-traffiku.

(20)  L-operat mingħajr xkiel tas-suq intern jeħtieġ qafas Komunitarju sabiex ikun żgurat li t-tariffi għall-użu tat-toroq definiti abbażi ta" l-ispiża lokali tat-tniġġis ta" l-arja u mill-istorbju minħabba t-traffiku jkunu trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji. Dan jeħtieġ prinċipji komuni ta" ċċarġjar, metodi ta" kalkolu u valuri għal kull unità ta" l-ispejjeż esterni bbażati fuq metodi xjentifiċi approvati flimkien ma" mekkaniżmi biex il-Kummissjoni tkun mgħarrfa u tingħata rapporti dwar l-iskemi tat-taxxi għall-użu tat-triq.

(21)  L-awtorità li tiffissa t-tariffa għall-ispiża esterna ma għandha jkollha l-ebda interess ta" setgħa li tiffissa l-ammont f'livell mhux xieraq u għalhekk għandha tkun indipendenti mill-korp li jiġbor u jimmaniġġa id-dħul tat-taxxi għall-użu tat-triq. L-esperjenza wriet li żieda fit-taxxi għall-użu tat-triq fiż-żoni muntanjużi, sabiex tiffinanzja proġetti ta" prijorità tan-netwerk trans-Ewropew, mhijiex għażla prattika fejn id-definizzjoni ta" kurutur ma tkunx tikkorrispondi mal-fluss reali tat-traffiku. Sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata, il-kurutur li fuqu tista" tkun permessa żieda għandu b'mod partikolari jkopri partijiet ta" toroq li għalihom l-introduzzjoni ta" żieda tissarraf f'devjazzjoni tat-traffiku lejn il-proġett ta" prijorità kkonċernat.

(22)  Sabiex tingħata preċedenza lill-bini ta" proġetti prijoritarji ta" interess Ewropew, l-Istati Membri li għandhom il-possibilità li japplikaw mark-up għandhom jużaw din l-għażla qabel jintaxxaw tariffa għall-ispiża esterna. Sabiex jiġi evitat ċċarġjar żejjed ta" l-utenti, tariffa għall-ispiża esterna ma għandhiex tiġi kkombinata ma" mark-up sakemm l-ispejjeż esterni ma jaqbżux l-ammont tal-mark-up li diġà ġiet intaxxata. F'każ bħal dan, huwa għalhekk xieraq li l-ammont tal-mark-up għandu jitnaqqas mit-tariffa għall-ispiża esterna.

(23)  Fejn jiġu intaxxati tariffi differenzjati għall-ispiża esterna, varjazzjoni fit-tariffa għall-infrastruttura għall-iskop ta" tnaqqis fil-konġestjoni, l-aħjar titjib possibbli fl-użu ta" l-infrastruttura, tnaqqis fil-ħsara għall-infrastruttura jew sikurezza fit-toroq tkun tirrappreżenta piż żejjed fuq ċerti kategoriji ta" utenti u għandha għalhekk tiġi prekluża.

(24)  Skontijiet fuq it-tariffa għall-ispiża esterna ma għandhomx ikunu permessi għaliex jista" jkun hemm riskju sinifikanti li jiddiskriminaw iżżejjed kontra ċerti kategoriji ta" utenti.

(25)  L-iċċarġjar ta" spejjeż esterni permezz ta" taxxi għall-użu tat-triq għandu jkun aktar effettiv fl-influwenza fuq id-deċiżjonijiet ta" l-utenti dwar it-trasport jekk l-utenti jkunu konxji minn dawn l-ispejjeż. Għandhom għalhekk jiġu identifikati seperatament fuq dikjarazzjoni, li tista' tinftiehem, kont jew dokument ekwivalenti mill-operatur tat-taxxi għall-użu tat-triq. Barra minn hekk tali dokument jista'jagħmilha aktar faċli biex it-trasportaturi tal-merkanzija jgħaddu t-tariffa għall-ispiża esterna lil dak li jieħu ħsieb il-merkanzija jew lil kwalunkwe klijent ieħor.

(26)  L-użu ta" sistemi elettroniċi għall-ġbir tat-taxxi għall-użu tat-triq huwa essenzjali biex jevita t-tfixkil għaċ-ċirkolazzjoni libera tat-traffiku u biex jiprrevjeni effetti negattivi fuq l-ambjent lokali kkawżati minn kjuwijiet quddiem il-gradi tal-kabini għall-ġbir tat-taxxi għall-użu tat-triq. Huwa għalhekk xieraq li jkun żgurat li t-tariffi infrastrutturali u għall-ispiża esterna jinġabru permezz ta" tali sistema, soġġetta għall-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta" April 2004 dwar l-interoperabilità ta' sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità(6) li tipprevedi miżuri xierqa u proporzjonati biex ikun żgurat li interessi tekniċi, legali, kummerċjali u ta' protezzjoni ta' dejta u privatezza jiġu indirizzati kif inhu xieraq fl-implimentazzjoni tas-sistemi elettroniċi għall-ġbir tat-taxxi. Barra minn hekk sistemi ta" dan it-tip għandhom jitfasslu mingħajr gradi fit-toroq u f'tali mod li jippermettu estensjoni sussegwenti mingħajr ħafna spejjeż għal kwalunkwe triq parallela. Madankollu għandu jsir provvediment għall-perjodu tranżizzjonali li jippermetti li jsiru l-adattamenti meħtieġa.

(27)   Huwa importanti li l-għan ta' din id-Direttiva għandi jintlaħaq b'mod li ma jkunx ta" ħsara għat-tħaddim kif suppost tas-suq intern. Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi evitat li fil-ġejjieni s-sewwieqa tal-vetturi ta' merkanzija tqila jitgħabbew b'tagħmir elettroniku dejjem aktar inkompatibbli u għali fil-kabina tagħhom bir-riskju li jħaddmuh ħażin. Iż-żieda bla rażan ta' teknoloġiji mhix aċċettabbli. L-interoperabilità tas-sistemi tat-tariffi għall-użu tat-triq fil-Komunità, kif previst fid-Direttiva 2004/52/KE, għandha għalhekk tinkiseb mill-aktar fis possibbli. Għandhom isiru sforzi biex l-għadd ta" strumenti fil-vettura jiġi limitat għal wieħed, li jagħmilha possibbli li jiġu applikati d-diversi rati fis-seħħ fid-diversi Stati Membri.

(28)   Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura l-introduzzjoni mgħaġġla ta" sistema tabilħaqq interoperabbli sal-aħħar tal-2010, skont id-Direttiva 2004/52/KE.

(29)  Għal raġunijiet ta" ċarezza legali, għandu jkun speċifikat fejn tariffi regolatorji mfasslin speċifikament biex inaqqsu l-konġestjoni tat-traffiku jew jikkumbattu impatti ambjentali, inkluż il-kwalità ħażina ta" l-arja, huma permessi.

(30)   L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw il-baġit tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) u l-Fondi Strutturali għat-titjib tal-infrastrutturi tat-trasport bil-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż esterni tat-trasport b'mod ġenerali u sabiex jiġu implimentati mezzi elettroniċi biex jinġabru t-tariffi li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet ta" din id-Direttiva.

(31)  Skond l-objettivi tal-politika għat-trasport ta" din id-Direttiva, id-dħul addizzjonali ġġenerat mit-tariffa għall-ispiża esterna għandu bħala prijorità jintuża biex titnaqqas u tiġi eliminata l-ispiża esterna tat-trasport bit-triq fejn possibbli. Jista" jintuża wkoll biex jippromwovi l-mobilità sostenibbli b'mod ġenerali. Għalhekk, dawn il-proġetti għandhom ikunu marbuta mal-iffaċilitar ta" pprezzar ║effiċjenti, mat-tnaqqis mis-sors ta" tniġġis tat-trasport, filwaqt li jittaffew l-effetti tiegħu, mat-titjib fir-rendiment tas-CO2 u ta" l-enerġija tal-vetturi tat-triq, u mat-titjib fl-infrastruttura eżistenti tat-toroq jew l-iżvilupp ta" infrastruttura alternattiva għall-utenti tat-trasport. Tinkludi per eżempju riċerka u żvilupp dwar vetturi aktar nodfa u l-implimentazzjoni tal-parti dwar it-trasport fil-pjanijiet ta" azzjoni skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE tas-27 ta' Settembru 1996 dwar l-istima u l-immaniġġar tal-kwalità ta' l-arja ċirkostanti [arja ambjentali](7) u d-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta" Ġunju 2002 li tirrigwarda l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes [ta' l-istorbju] ambjentali(8), li jistgħu jinkludu miżuri biex jittaffa t-tniġġis ta" l-arja u mill-ħsejjes minħabba t-traffiku [l-istorbju mit-traffiku] madwar infrastrutturi kbar u f'agglomerazzjonijiet. L-allokazzjoni ta" dan id-dħul ma teżonerax lill-Istati Membri mill-obbligu stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat li l-Kummissjoni tkun mgħarrfa dwar ċerti miżuri nazzjonali lanqas ma tippreġudika l-konklużjoni ta" kwalunkwe proċedura mibdija skond l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat.

(32)  Sabiex tiġi promossa l-interoperabilità ta" l-arranġamenti tat-taxxi għall-użu tat-triq, il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri ▌biex jintroduċu sistema komuni ta" taxxi għall-użu tat-triq għandha tiġi mħeġġa, soġġetta, għall-konformità ma" ċerti kundizzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tappoġġja lill-Istati Membri li jixtiequ jikkooperaw biex idaħħlu sistema komuni ta" taxxi għall-użu tat-triq fit-territorji kkombinati tagħhom.

(33)  Skond din id-Direttiva għandha tintbagħat valutazzjoni komprensiva ta" l-esperjenza miksuba f'dawk l-Istati Membri li japplikaw it-tariffa għall-ispiża esterna, fil-ħin mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Din il-valutazzjoni għandha tinkludi wkoll analiżi tal-progress fl-istrateġija biex nikkumbattu t-tibdil fil-klima, li tinkludi d-definizzjoni ta" element komuni ta" taxxa fuq il-fjuwil relatat mat-tibdil fil-klima fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta" Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku(9), inkluża tal-fjuwil użat minn vetturi ta" merkanzija tqila. Għandha titfassal ukoll evalwazzjoni komprensiva tal-ispejjeż esterni fil-mezzi l-oħra kollha tat-trasport, sabiex isservi bħala bażi għal proposti leġiżlattivi ulterjuri f'dan il-qasam. Dan għandu jiżgura l-introduzzjoni ta" sistema ġusta u kompetittiva għall-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni li tevita kwalunkwe tgħawwiġ tas-suq intern fil-mezzi kollha tat-trasport.

(34)  L-Artikolu 55(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni║(10) jistipula li d-dħul iġġenerat minn tariffi li jiġġarrbu direttament mill-utenti għandu jiġu kkunsidrat fid-determinazzjoni tan-nuqqas ta" finanzjament f'każ ta" proġett li jiġġenera d-dħul. Madankollu, minħabba li d-dħul iġġenerat minn tariffa għall-ispiża esterna huwa allokat għall-proġetti bl-għan li jnaqqsu t-tniġġis tat-trasport fit-toroq fis-sors, itaffu l-effetti tiegħu, itejbu r-rendiment tas-CO2 u ta" l-enerġija tal-vetturi, u jtejbu l-infrastruttura eżistenti tat-toroq jew jiżviluppaw infrastruttura alternattiva għall-utenti tat-trasport, ma għandux jiġi kkunsidrat fil-kalkolu tan-nuqqas ta" finanzjament.

(35)  Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta" Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(11).

(36)  B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa biex tadatta l-Annessi 0, III, IIIa u IV għall-progress tekniku u xjentifiku, u l-Annessi I, II u IIIa għall-inflazzjoni. Minħabba li dawk il-miżuri huma ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 1999/62/KE, għandhom jiġu adottati skond-il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(37)  Billi l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi mħeġġeġ ċċarġjar differenzjat ibbażat fuq l-ispejjeż esterni bħala mezz li jwassal għal trasport sostenibbli, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, u għalhekk jistgħu, minħabba l-importanza tad-dimensjoni transkonfinali tat-trasport, jinkisbu aħjar f'livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà, kif definit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif definit f'dak l-Artikolu, din id-direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dan l-għan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 1999/62/KE hija emendata kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 2, il-punti (b) u (ba) jinbidlu b'dan li ġej:"

(ba) "tariffa għall-infrastruttura" tfisser tariffa intaxxata permezz ta" taxxa għall-użu tat-triq bl-iskop ta" rkupru ta" spejjeż relatati mal-infrastruttura, imġarrba minn Stat Membru wieħed jew aktar jekk il-proġett infrastrutturali ikun twettaq b'mod konġunt;

(bb) "tariffa għall-ispiża esterna" tfisser tariffa intaxxata permezz ta" taxxa għall-użu tat-triq imġarrba minn Stat Membru għall-iskop ta" rkupru ta" spejjeż relatati mat-tniġġis ta" l-arja u mill-istorbju minħabba t-traffiku ▌;

(bc) "spiża tat-tniġġis ta" l-arja minħabba t-traffiku" tfisser l-ispiża tal-ħsara kkawżata mir-rilaxx ta" ċerti emissjonijiet ta" ħsara fl-arja meta vettura tkun qiegħda titħaddem;

(bd) "spiża tat-tniġġis mill-istorbju minħabba t-traffiku" tfisser l-ispiża tal-ħsara kkawżata mill-istorbju li vettura tagħmel jew li jkun ġġenerat mill-interazzjoni tal-vettura mal-wiċċ tat-triq;

(be) "it-tariffa medja differenzjata għall-infrastruttura" tfisser id-dħul totali ta" tariffa għall-infrastruttura fuq perjodu ta" żmien speċifiku diviż bin-numru ta" kilometri li l-vettura tkun vjaġġat fuq il-partijiet tat-toroq soġġetti għat-tariffa matul dak il-perjodu;

(bf) "it-tariffa medja differenzjata għall-ispiża esterna" tfisser id-dħul totali ta" tariffa għall-ispiża esterna fuq perjodu ta" żmien speċifiku diviż bin-numru ta" kilometri li l-vettura tkun vjaġġat fuq il-partijiet tat-toroq soġġetti għat-tariffa matul dak il-perjodu;

   (b) "taxxa għall-użu tat-triq' tfisser ammont speċifiku li għandu jitħallas għal vettura bbażat fuq id-distanza li wieħed jivvjaġġa fuq infrastruttura partikolari u li jinkludi tariffa għall-infrastruttura u/jew tariffa għall-ispiża esterna;
"

(2)  L-Artikoli 7, 7a u 7b jinbidlu b'dan li ġej:"

Artikolu 7

1.  L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu taxxi u/jew tariffi għall-użu tat-triq fuq in-netwerk trans-Ewropew tat-trasport jew fuq kwalunkwe taqsima tan-netwerk tat-toroq tagħhom li normalment ikollha volum sinifikanti ta' ġarr ta' prodotti internazzjonali skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta" dan l-Artikolu u fl-Artikoli 7a sa 7j.

2.  L-Istati Membri ma għandhomx jimponu fi ħdan it-territorju tagħhom kemm it-taxxi kif ukoll it-tariffi għall-użu tat-triq ▌. Madankollu, l-Istati Membri li jimponu tariffa għall-użu tat-triq fuq in-netwerk tagħhom jistgħu jimponu wkoll taxxi għall-użu ta" pontijiet, mini u passaġġi fil-muntanji.

3.  Taxxi u tariffi għall-użu tat-triq ma jistgħux jiddiskriminaw, direttament jew indirettament, abbażi tan-nazzjonalità tat-trasportatur tal-merkanzija, ta" l-Istat Membru jew tat-tielet pajjiż fejn it-trasportatur tal-merkanzija huwa stabbilit jew fejn il-vettura hija rreġistrata, jew ta' l-oriġini jew tad-destinazzjoni ta" l-attività tat-trasport.

4.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal rati mnaqqsa ta' taxxi jew tariffi għall-użu tat-triq jew eżenzjonijiet mill-obbligu li jitħallsu it-taxxi jew it-tariffi għall-użu tat-triq għal vetturi eżentati mir-rekwiżit li jistallaw jew jużaw tagħmir ta" reġistrazzjoni skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq*, u fil-każijiet koperti minn, u soġġetti għall-kundizzjonijiet li hemm, fl-Artikolu 6(2) (a) u (b) ta' din id-Direttiva.

5.  Sal-31 ta" Diċembru 2011, Stat Membru jista' jagħżel li japplika taxxi u/jew tariffi għall-użu tat-triq biss għal vetturi li għandhom piż massimu permissibbli meta mgħobbija ta' mhux inqas minn 12-il tunnellata. Mill-1 ta" Jannar 2012, taxxi u jew tariffi għall-użu tat-triq għandhom jiġu applikati lill-vetturi kolla fl-ambitu ta" l-Artikolu 2(d) sakemm Stat Membru ma jikkunsidrax li estensjoni għal vetturi ta" inqas minn 12-il tunnellata tista"(12):

Artikolu 7a

1.  It-tariffi għall-użu tat-triq għandhom ikunu proporzjonati mat-tul ta" żmien li fih ġiet użata l-infrastruttura u għandhom ikunu disponibbli għal tul ta' ġurnata, ġimgħa, xahar u sena. B'mod partikolari, ir-rata ta' kull xahar għandha tkun ta' mhux aktar minn 10% tar-rata annwali, ir-rata ta' kull ġimgħa għandha tkun ta' mhux aktar minn 5% tar-rata annwali, u r-rata kwotidjana għandha tkun ta" mhux aktar minn 2% tar-rata annwali.

2.  Tariffi għall-użu tat-triq, inklużi spejjeż amministrattivi, għall-kategoriji kollha tal-vetturi għandhom jiġu definiti mill-Istat Membru kkonċernat f'livell li ma jkunx iktar għoli mir-rati massimi stipulati fl-Anness II.

Artikolu 7b

1.  It-tariffa għall-użu ta" l-infrastruttura għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' l-irkupru ta' l-ispejjeż ta' l-infrastruttura. It-tariffa medja differenzjata għall-infrastruttura għandha tkun relatata ma' l-ispejjeż tal-bini u ma' l-ispejjeż tat-tħaddim, tal-manutenzjoni, ▌ta' l-iżvilupp u tal-iżgurar ta' standards ta' sikurezza tan-netwerk ta" l-infrastruttura kkonċernata. It-tariffa medja differenzjata għall-infrastruttura tista" tinkludi wkoll dħul fuq il-kapital jew marġni ta' profitt ibbażat fuq il-kundizzjonijiet tas-suq.

2.  It-tariffa għall-ispiża esterna għandha tkun relatata ma" l-ispiża tat-tniġġis ta" l-arja minħabba t-traffiku, l-ispiża tat-tniġġis mill-istorbju minħabba t-traffiku, jew mat-tnejn. F'partijiet ta" toroq soġġetti għall-konġestjoni t-tariffa għall-ispiża esterna tista" tinkludi wkoll l-ispiża tal-konġestjoni matul il-perjodi meta dawn il-partijiet tat-toroq ikunu ġeneralment traffikużi ħafna.

3.  L-ispejjeż meqjusa għandhom ikunu relatati man-netwerk jew ma" parti minnu li fuqu huma imposti t-taxxi għall-użu tat-triq u mal-vetturi li huma soġġetti għalihom. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jirkupraw biss perċenwali minn dawn l-ispejjeż.

Artikolu 7c

1.  It-tariffa għall-ispiża esterna għandha tvarja skond it-tip ta" triq u l-klassifika Ewropea tal-emissjonijiet (Anness IIIa, Tabella I), u wkoll skond il-perjodu tal-ħin f'każijiet fejn it-tariffa tinkludi l-ispiża tal-konġestjoni u/jew tat-tniġġis mill-istorbju minħabba t-traffiku.

2.  L-ammont tat-tariffa ta" l-ispiża esterna għal kull kombinazzjoni ta" klassifika ta" vetturi, tip ta" triq u perjodu ta" ħin għandu jiġi definit skond ir-rekwiżiti minimi, il-formuli komuni u l-ispejjeż esterni massimi li jistgħu jiġu ċċarġjati fl-Anness IIIa.

3.  It-tariffa tal-ispiża esterna m'għandhiex tapplika għal vetturi li jkunu konformi mal-istandards tal-emissjonijiet EURO ġejjienin qabel id-dati ta' applikabilità stipulati fir-regoli relevanti.

4.  L-ammont tat-tariffa ta" l-ispiża esterna għandu jiġi definit minn kull Stat Membru Jekk Stat Membru jaħtar awtorità għal din il-biċċa xogħol, dik l-awtorità għandha tkun legalment u finanzjarjament indipendenti mill-korp responsabbli mill-ġestjoni u l-ġbir tat-tariffa kollha jew ta" parti minnha. ▌

Artikolu 7d

1.  L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw it-tariffa għall-infrastruttura billi jużaw il-metodoloġija bbażata fuq il-prinċipji ewlenin tal-kalkolu definiti fl-Anness III.

2.  Għat-taxxi ta" konċessjoni għall-użu tat-triq, il-livell massimu tat-tariffa għall-infrastruttura għandha tkun ekwivalenti għal, jew inqas mil-livell li seta" jirriżulta mill-użu ta" metodoloġija bbażata fuq il-prinċipji ewlenin tal-kalkolu definiti fl-Anness III. Il-valutazzjoni ta" ekwivalenza ta" dan it-tip għandha ssir abbażi ta" perjodu ta" referenza twil adegwat għan-natura ta" dak il-kuntratt ta" konċessjoni.

3.  Arranġamenti ta' taxxi għall-użu tat-triq li jkunu diġà fis-seħħ fl-10 ta' Ġunju 2008 jew li għalihom ġew riċevuti sejħiet għal offerti jew tweġibiet għal stediniet ta' negozju, skond il-proċedura nnegozjata, b'segwitu għal proċess ta' akkwist pubbliku qabel l-10 ta' Ġunju 2008, ma għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligi definiti fil-paragrafi 1 u 2, sakemm dawn l-arranġamenti jibqgħu fis-seħħ u sakemm ma jiġux emendati b'mod sostanzjali.

Artikolu 7e

1.  F'każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw infrastruttura f'reġjuni muntanjużi u konurbazzjonijiet, u wara li tiġi mgħarrfa l-Kummissjoni, tista" tiġi inkluża żieda fit-taxxa għall-użu tat-toroq mat-tariffa għall-infrastruttura intaxxata fuq partijiet speċifiċi ta" toroq li huma soġġetti għal konġestjoni kbira, jew li l-użu tagħhom minn vetturi huwa l-kawża ta" ħsara ambjentali sinifikanti, b'kundizzjoni li:

   (a) id-dħul iġġenerat mill-mark-up jiġi investit biex jiġu ffinanzjati proġetti mfassla biex jippromwovu l-mobbiltà sostenibbli u li jikkontribwixxu direttament biex tittaffa l-konġestjoni jew il ħsara ambjentali u li jinsabu fl-istess passaġġ tal-parti tat-triq li fuqha hija applikata l-mark-up;
   (b) il-mark-up ma taqbiżx il-15 % tat-tariffa medja differenzjata għall-infrastruttura kkalkulata skond l-Artikolu 7b(1) u l-Artikolu 7d ħlief fejn id-dħul iġġenerat jiġi investit f'taqsimiet transkonfinali ta' proġetti mfassla biex jippromwovu l-mobbiltà sostenibbli li jinvolvu infrastruttura f'reġjuni muntanjużi, f'liema każ il-mark-up ma għandhiex taqbeż il-25 %;
   (c) l-applikazzjoni tal-mark-up ma tkunx kawża ta" trattament inġust tat-traffiku kummerċjali meta mqabbel ma' utenti oħra tat-triq;
   (d) deskrizzjoni tal-lok eżatt ta" fejn se tiġi imposta l-mark-up u prova ta" deċiżjoni li tiffinanzja l-proġetti msemmija fil-punt (a) jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni qabel l-applikazzjoni tal-mark-up; u
   (e) il-perjodu li għalih għandha tapplika l-mark-up ikun definit u limitat minn qabel u jkun konsistenti, fir-rigward tad-dħul li mistenni jidħol, mal-pjanijiet finanzjarji u ma" l-analiżi tal-qligħ meta mqabbel man-nefqa ppreżentata.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika għall-proġetti ġodda transkonfinali soġġetti għall-ftehim ta" l-Istati Membri kollha involuti f'dak il-proġett.

2.  Wara li tiġi mgħarrfa l-Kummissjoni, mark-up tista" wkoll tiġi applikata għall-parti tat-triq li tikkostitwixxi rotta alternattiva għal dik koperta mill-mark-up imsemmija fil-paragrafu 1, jekk:

   l-applikazzjoni tal-mark-up fuq triq tirriżulta f'parti sinifikanti ta' traffiku li tiġi devjata għal din ir-rotta alternattiva; u
   ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet definiti fil-punti (a) sa (e) ta' l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

3.  Mark-up tista" tiġi applikata fuq tariffa għall-infrastruttura li jkun ġie varjat skond l-Artikolu 7f.

4.  Meta l-Kummissjoni tirċievi t-tagħrif meħtieġ minn Stat Membru li jkollu l-ħsieb li japplika mark-up, hija għandha tagħmel dan it-tagħrif disponibbli lill-membri tal-Kumitat imsemmija fl-Artikolu 9c. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-mark-up ippjanata ma tissodisfax il-kundizzjonijiet definiti fil-paragrafu 1, jew jekk tikkunsidra li l-mark-up ippjanata ser ikollha effetti negattivi sinifikanti fuq l-iżvilupp ekonomiku ta' reġjuni periferali, hija tista' tirrifjuta jew titlob emenda tal-pjanijiet għalt-tariffi ppreżentati mill-Istat Membru kkonċernat, skond il-proċedura ta" konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 9c(2).

5.  Fuq partijiet ta" toroq fejn jiġu ssodisfati l-kriterji għall-applikazzjoni ta" mark-up skond il-paragrafu 1, l-Istati Membri ma jistgħux jimponu tariffa għall-spiża esterna sakemm ma tiġix applikata mark-up.

Artikolu 7f

1.  Ir-rati tat-taxxi għall-użu tat-triq li jikkonsistu biss minn tariffa għall-infrastruttura għandhom jiġu varjati skond il-klassifika EWRO ta" l-emissjonijiet (Anness IIIa, Tabella 1) b'tali mod li l-ebda taxxa għall-użu tat-triq ma tkun iżjed minn 100 % ogħla mill-ħlas tat-taxxa għall-użu tat-triq iċċarġjat għall-vetturi ekwivalenti li jissodisfaw l-istandards ta" emissjonijiet l-aktar stretti.

2.  Jekk f'każ ta" kontroll, sewwieq mhux f'pożizzjoni li jippreżenta d-dokumenti meħtieġa tal-vettura biex jikkonferma l-klassi ta' emissjonijiet tal-vettura, l-Istati Membri jistgħu japplikaw taxxi għall-użu tat-triq sa l-ogħla livell ta" ċċarġjar possibbli, kemm-il darba jkun hemm il-possibilità li aktar "il quddiem issir rettifika biex jingħata lura kwalunkwe eċċess miġbur.

3.  It-taxxi għall-użu tat-triq li jikkonsistu biss minn tariffa għall-infrastruttura jistgħu jiġu wkoll varjati bl-iskop li jnaqqsu l-konġestjoni, inaqqsu kemm jista" jkun il-ħsara għall-infrastruttura u jtejbu bl-aħjar mod possibbli l-użu ta" l-infrastruttura kkonċernata jew jippromwovu s-sikurezza fit-toroq, b'kundizzjoni li:

   (a) il-varjazzjoni tkun trasparenti, ippubblikata u disponibbli b'mod miftuħ għall-utenti kollha b'termini ugwali;
   (b) il-varjazzjoni tiġi applikata skond il-ħin tal-ġurnata, it-tip ta" ġurnata u l-istaġun; u
   (c) l-ebda taxxa għall-użu tat-triq ma tkun iżjed minn 500% ogħla mill-ħlas tat-taxxa għall-użu tat-triq iċċarġjat matul l-irħas perjodu tal-ġurnata, tip tal-ġurnata jew staġun.

4.  Il-varjazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 3 mhumiex imfassla sabiex jiġi ġġenerat dħul addizzjonali mit-taxxi għall-użu tat-triq. Kwalunkwe żieda fid-dħul mhux intenzjonata għandha tiġi bbilanċata minn bidliet fl-istruttura tal-varjazzjoni li għandha tiġi implimentata fi żmien sentejn mill-aħħar tas-sena ta" kontabilità li fiha jiġi ġġenerat id-dħul addizzjonali.

5.  Jekk taxxa għall-użu tat-triq tinkludi tariffa għall-ispiża esterna, il-paragrafi 1 u 3 ma għandhomx jiġu applikati għall-parti tat-taxxa li tinkkonsisti minn tariffa għall-infrastruttura.

Artikolu 7g

1.  Talanqas sitt xhur qabel l-implimentazzjoni ta" arranġament ġdid ta" taxxa għall-użu tat-triq bħala tariffa għall-infrastruttura, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:

  (a) fir-rigward ta' arranġamenti oħra ta' taxxi għall-użu tat-triq minbarra dawk li jinvolvu konċessjoni għat-taxxi għall-użu tat-triq:
   il-valuri ta' kull unità u l-parametri l-oħra li ntużaw fil-kalkolu tad-diversi elementi ta' spejjeż għall-infrastruttura, u
   tagħrif ċar dwar il-vetturi koperti mill-arranġamenti ta' taxxi għall-użu tat-triq, id-daqs ġeografiku tan-netwerk, jew ta' parti min-netwerk, użat għal kull kalkolu ta' l-ispejjeż u l-persentaġġ ta' l-ispejjeż li bi ħsiebhom jirkupraw;
  (b) fir-rigward ta' arranġamenti ta' taxxi għall-użu tat-triq li jinvolvu konċessjoni għat-taxxi għall-użu tat-triq:
   il-kuntratti ta' konċessjoni jew il-bidliet sinifikanti għal tali kuntratti,
   il-każ ta" bażi li fuqu min ta l-konċessjoni bbaża n-notifika ta' konċessjoni, kif imsemmi fl-Anness VII B għad-Direttiva 2004/18/KE; dan il-każ ta" bażi għandu jinkludi l-ispejjeż ikkalkulati kif definiti fl-Artikolu 7b(1) previsti skond il-konċessjoni, it-traffiku previst diviż skond it-tip ta' vettura, il-livelli ta' taxxi għall-użu tat-triq previsti u d-daqs ġeografiku tan-netwerk kopert mill-kuntratt ta' konċessjoni.

2.  Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi t-tagħrif kollu meħtieġ skond il-paragrafu 1, tagħti opinjoni dwar jekk kienx hemm konformità ma' l-obbligazzjonijiet ta" l-Artikolu 7d. L-opinjonijiet tal-Kummissjoni għandhom ikunu disponibbli għall-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9c u għall-Parlament Ewropew.

3.  Talanqas sitt xhur qabel l-implimentazzjoni ta" arranġament ġdid ta" tariffa għall-ispiża esterna permezz ta" taxxa għall-użu tat-triq, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:

   (a) tagħrif preċiż li jindikaw il-partijiet tat-toroq fejn se tiġi intaxxata t-tariffa għall-ispiża esterna u jiddeskrivi l-klassi tal-vetturi, it-tipi tat-toroq u l-perjodi tal-ħin eżatti skond liema se tkun qed tvarja t-tariffa ta" l-ispiża esterna.
   (b) it-tariffa medja differenzjata ta" l-ispiża esterna prevista u d-dħul totali previst;
   (c) isem l-awtorità maħtura skond l-Artikolu 7c(4) biex tiffissa l-ammont tat-tariffa, u dak tar-rappreżentant tagħha; u
   (d) il-parametri, id-dejta u t-tagħrif meħtieġa biex juru kif il-metodu ta" kalkolu definit fl-Anness IIIa se jiġi applikat;
   (e) l-allokazzjoni prevista tat-tariffa għall-ispiża esterna;
   (f) pjan speċifiku li jindika kif id-dħul addizzjonali mit-tariffi għall-ispejjeż esterni għandu jintuża biex jitnaqqsu l-impatti negattivi tat-trasport.

4.  Il-Kummissjoni, tista" fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi t-tagħrif meħtieġ skond il-paragrafu 3, tiddeċiedi li titlob lill-Istat Membru kkonċernat jadatta t-tariffa proposta ta" l-ispiża esterna, jekk tikkunsidra li ma kienx hemm konformità ma" l-obbligazzjonijiet stipulati fl-Artikoli 7b, 7c, 7i jew 9(2). Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tkun disponibbli għall-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9c u għall-Parlament Ewropew.

Artikolu 7h

1.  L-Istati Membri ma għandhom jagħtu l-ebda skont jew tnaqqis, relatat ma' l-element tat-tariffa għall-ispiża esterna fit-taxxa għall-użu tat-triq, lill-kwalunkwe utent.

2.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu skont jew tnaqqis fuq it-tariffa għall-infrastruttura b'kundizzjoni li:

   (a) l-istruttura ta" ċċarġjar li tirriżulta għandha tkun proporzjonata, ppubblikata u disponibbli b'mod miftuħ għall-utenti kollha b'termini ugwali u ma twassalx għal spejjeż addizzjonali li jiġu mgħoddija lil utenti oħra f'forma ta' taxxi ogħla għall-użu tat-triq; u
   (b) tali skontijiet jew tnaqqis iwasslu għal iffrankar effettiv fl-ispejjeż amministrattivi u ma jaqbżux it-13 % tat-tariffa għall-infrastruttura mħallsa minn vetturi ekwivalenti li mhumiex eliġibbli għall-iskont jew tnaqqis.

3.  Bla ħsara għall-kundizzjonijiet ta' l-Artikolu 7f(3)(b) u fl-Artikolu 7f(4), ir-rati tat-taxxi għall-użu tat-triq jistgħu f'każijiet eċċezzjonali, jiġifieri, proġetti speċifiċi ta" interess Ewropew qawwi fil-qasam tat-trasport tal-merkanzija, ikunu soġġetti għal forom oħra ta' varjazzjoni sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà kummerċjali ta' tali proġetti, meta jkunu esposti għal kompetizzjoni diretta ma' mezzi oħra ta' trasport b'vetturi. L-istruttura ta' ċċarġjar li tirriżulta għandha tkun lineari, proporzjonata, ppubblikata u disponibbli b'mod miftuħ għall-utenti kollha b'termini ugwali u ma għandhiex twassal għal spejjeż addizzjonali li jiġu mgħoddija lil utenti oħra f'forma ta' taxxi ogħla għall-użu tat-triq. Il-Kummissjoni għandha tivverifika l-konformità ma" dawn il-kundizzjonijiet qabel l-implimentazzjoni ta' l-istruttura ta' ċċarġjar in kwistjoni.

Artikolu 7i

1.  It-taxxi u t-tariffi għall-użu tat-triq għandhom jiġu applikati u miġbura u l-ħlas tagħhom għandu jiġi mmonitorjat b'tali mod li jikkawża l-inqas xkiel possibbli għaċ-ċirkolazzjoni libera tat-traffiku u li jevita kwalunkwe kontroll jew iċċekkjar obbligatorju fil-fruntieri interni tal-Komunità. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jistabbilixxu metodi li jippermettu lit-trasportaturi tal-merkanzija sabiex jagħmlu t-tariffi għall-użu tat-triq 24 siegħa kuljum, talanqas fil-punti tal-bejgħ ewlenin, permezz ta' mezzi ta' ħlas normali, ġewwa u barra l-Istati Membri fejn huma applikati. L-Istati Membri għandhom jipprovdu faċilitajiet adegwati fil-punti tal-ħlas tat-taxxi u tat-tariffi għall-użu tat-triq sabiex iżommu livelli normali ta' sikurezza fit-toroq.

2.  L-arranġamenti għall-ġbir tat-taxxi u t-tariffi għall-użu tat-triq ma għandhomx, b'mod finanzjarju jew b'xi mod ieħor, iqiegħdu lil dawk li ma jużawx is-sistema tat-toroq regolarment fi żvantaġġ mhux ġustifikat meta mqabbla ma" dawk li jużaw forom alternattivi ta" ħlas. B'mod partikolari, fejn Stat Membru jiġbor it-taxxi jew it-tariffi għall-użu tat-triq esklusivament permezz ta' sistema li teħtieġ l-użu ta' unità abbord il-vettura, dan għandu jiżgura li l-unitajiet abbord li jkunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* jkunu jistgħu jinkisbu mill-utenti kollha skond arranġamenti amministrattivi u ekonomiċi raġonevoli.

3.  Jekk Stat Membru jimponi taxxa għall-użu tat-triq fuq vettura, l-ammont totali ta" din it-taxxa, l-ammont tat-tariffa għall-infrastruttura u l-ammont tat-tariffa għall-ispiża esterna għandhom jiġu indikati tariffa għandu jiġi indikat f'dokument provdut lit-trasportatur tal-merkanzija, u jekk jista" jkun b'mezzi elettroniċi.

4.  Tariffa għall-ispiża esterna għandha tiġi imposta u miġbura permezz ta" sistema elettronika li hija konformi mar-rekwiżiti ta" l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/52/KE. L-Istati Membri għandhom ukoll jikkoperaw biex jiġi żgurat li jużaw sistemi elettroniċi interoperabbli, li jistgħu jintużaw fit-territorji ta" xulxin, bil-kundizzjoni li, jekk ikun meħtieġ, ir-rati jiġu aġġustati.

5.   Malli jinħadem il-mod tekniku kif se joperaw is-servizzi għall-ġbir tat-taxxi għall-użu tat-triq ibbażati fuq is-sistema ta' pożizzjonament satellitari Galileo, it-tariffi għall-ispejjeż esterni għandhom jiġu imposti u miġbura minn sistema elettronika Ewropea interoperabbli għall-ġbir tat-taxxi għall-użu tat-triq kif speċifikat fid-Direttiva 2004/52/KE.

Artikolu 7j

Din id-Direttiva ma taffetwax il-libertà ta' l-Istati Membri li jintroduċu sistema ta' taxxi u/jew tariffi għall-użu tat-triq għall-infrastruttura biex jipprovdu, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat, kumpens xieraq għal dawn it-tariffi, ukoll fejn l-ammonti miġbura li jirriżultaw ikunu taħt ir-rati minimi stabbilti fl-Anness I.

_______________________

* ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.

** ĠU L 166, 30.4.2004, p. 124.

"

(3)  Fil-Kapitolu III, għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

Artikolu 8b

1.  Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jikkooperaw billi jintroduċu sistema komuni għat-taxxi għall-użu tat-triq applikabbli fit-territorji magħquda tagħhom b'mod ġenerali. F'każ bħal dan, dawk l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni tkun involuta mill-qrib f'tali kooperazzjoni u fit-tħaddim sussegwenti tas-sistema kif ukoll f'xi bdil possibbli.

2.  Is-sistema komuni ta" taxxi għall-użu tat-triq għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet definiti fl-Artikoli 7 sa 7j u għanda tkun miftuħa għall-Istati Membri l-oħra.

"

(4)  Fl-Artikolu 9, il-paragrafi 1a u 2 jinbidlu b'dan li ġej:"

1a.  Din id-Direttiva ma għandhiex timpedixxi l-applikazzjoni mhux diskriminatorja mill-Istati Membri ta" tariffi regolatorji mfassla speċifikament biex inaqqsu l-konġestjoni tat-traffiku jew jikkumbattu l-impatti ambjentali, inkluż il-kwalità ħażina ta" l-arja, fuq kwalunkwe triq, b'mod partikolari fiż-żoni urbani, inklużi toroq tan-netwerk tat-toroq trans-Ewropew li jaqsmu żona urbana.

2.  "2. Stat Membru li fih tiġi miġbura tariffa għall-ispiża esterna għandu jiżgura li d-dħul iġġenerat mit-tariffa jiġi allokat bħala prijorità biex inaqqas u fejn ikun possibbli jelimina l-ispejjeż esterni li jirriżultaw mit-trasport bit-triq. Id-dħul jista" jintuża wkoll għal miżuri li għandhom l-għan li jiffaċilitaw ipprezzar effiċjenti, inaqqsu t-tniġġis tat-trasport fit-toroq mis-sors, itaffu l-effetti tiegħu, itejbu r-rendiment tas-CO2 u ta" l-enerġija tal-vetturi tat-trasport bit-triq,, u jiżviluppaw u jtejbu l-infrastruttura tat-toroq eżistenti jew jiżviluppaw infrastruttura alternattiva għall-utenti tat-trasport.

Stat Membru li fih tiġi imposta tariffa għall-infrastruttura għandu jiddetermina kif għandu jintuża d-dħul iġġenerat minn dik it-tariffa. Biex is-sistema tat-trasport kollha tkun tista' tiġi żviluppata, id-dħul mit-tariffi għandu jintuża prinċipalment għall-benefiċċju tas-settur tat-trasport bit-triq u biex ikun jista' jsir l-aħjar użu mis-sistema tat-trasport bit-triq.

Mill-2011, mhux inqas minn 15% tad-dħul iġġenerat minn tariffi għall-ispejjeż esterni u minn tariffi infrastrutturali f'kull Stat Membru għandhom jiġu ddedikati għall-appoġġ finanzjarju tal-proġetti TEN-T sabiex tiżdied is-sostenibbiltà tat-trasport. Maż-żmien, dan il-persentaġġ għandu jiżdied gradwalment."

"

(5)  L-Artikoli 9b u 9c jinbidlu b'dan li ġej:"

Artikolu 9b

Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita d-djalogu u l-iskambju ta' kapaċitajiet tekniċi bejn l-Istati Membri fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u b'mod partikolari l-Annessi. Il-Kummissjoni għandha tadatta l-Annessi 0, IIIa u IV fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku u l-Annessi I, II u IIIa fid-dawl ta" l-inflazzjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta" din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9c(3).

Artikolu 9c

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE*, b'kusiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b'kunsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.

_________________________

* ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.".

"

(6)  L-Artikolu 11 jinbidel b'dan li ġej:"

Artikolu 11

1.  Mill-aktar tard sal-31 ta" Diembru 2012, u kull erba' snin wara dan, l-Istati Membri li jiġbru tariffa għall-ispiża esterna u/jew tariffa għall-infrastruttura għandhom iħejju rapport dwar it-taxxi għall-użu tat-triq li ġew imposti fit-territorju tagħhom u għandhom jibagħtuh lill-Kummissjoni. Ir-rapport għandu jinkludi tagħrif dwar:

   (a) it-tariffa għall-ispiża esterna medja differenzjata u l-ammonti speċifiċi ntaxxati għal kull kombinazzjoni ta" klassi ta" vetturi, tip ta" toroq u perjodu tal-ħin;
   (b) id-dħul totali li jkun inġabar permezz tat-tariffa għall-ispiża esterna, u tagħrif dwara l-użu ta" dak id-dħul; ║
   (c) l-effett tat-tariffa għall-ispiża esterna jew tat-tariffa għall-infrastruttura fuq il-bidla modali, fuq l-ottimizzazzjoni tat-trasport fit-toroq u fuq l-ambjent, u l-effett tat-tariffa għall-ispejjeż esterni fuq l-ispejjeż esterni li l-Istat Membru jkun qed jipprova jkopri permezz tat-taxxa; u
   (d) it-tariffa għall-ispiża medja differenzjata ta" l-infrastuttura u d-dħul totali li jkun inġabar permezz tat-tariffa għall-infrastruttura.

2.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta" Diċembru 2010, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar id-disponibbiltà ta" postijiet ta" parkeġġ sikuri fin-netwerk tat-toroq trans-Ewropew.

Wara li jikkonsulta liss-sieħba soċjali relevanti, dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti dwar:

   a) l-allokazzjoni ta" tariffi infrastrutturali għal għadd suffiċjenti ta" żoni ta" parkeġġ sikuri fuq in-netwerk tat-toroq trans-Ewropew li għandhom jitħarsu mill-operaturi tal-infrastruttura jew mill-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għan- netwerk tat-toroq trans-Ewropew;
   b) linji gwida għall-Bank Ewropew ta" Investiment, għall-Fond ta" Koeżjoni u għall-Fondi Strutturali sabiex fit-tfassil u l-kofinanzjar tal-proġetti tan- netwerk tat-toroq trans-Ewropew jitqiesu kif jisthoqq iż-żoni ta" parkeġġ sikuri.

3.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta" Diċembru 2013, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-effetti ta" din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward ta" l-effettività tad-dispożizzjonijiet dwar l-irkupru ta" l-ispejjeż relatati mal-konġestjoni u mat-tniġġis minħabba t-traffiku u dwar l-inklużjoni ta" vetturi ta" aktar minn tliet tunnellati u nofs u anqas minn tnax-il tunnellata. Dan ir-rapport għandu jivvaluta wkoll:

   (a) ir-rilevanza ta" l-integrazzjoni ta" spejjeż esterni oħrajn fil-kalkolu tat-taxxi għall-użu tat-triq, speċjalment l-ispiża ta" l-emissjonijiet tas-CO2 jekk id-definizzjoni ta" element komuni ta" taxxa fuq il-fjuwil relatat mat-tibdil fil-klima tkun għadha ma pproduċietx riżultati sodisfaċenti, l-ispiża ta" l-inċidenti u t-telfien tal-bijodiversità;
   (b) ir-rilevanza li l-ambitu ta' din id-Direttiva jiġi estiż għall-kategoriji oħra ta" vetturi;
   (c) il-possibilità li tiġi adotatta klassifikazzjoni tal-vetturi riveduta sabiex it-taxxi għall-użu tat-triq ikunu varjati u jqisu l-impatt medju fuq l-ambjent, il-konġestjoni u l-infrastruttura, ir-rendiment tagħhoma tas-CO2 u l-enerġija, u kemm l-intaxxar u l-ifurzar tat-taxxi għall-użu tat-triq huwa verament prattiku u ekonomiku; ║
   (d) kemm huwa ekonomikament u teknikament prattiku li jiġu introdotti fit-toroq interurbani ewlenin tariffi minimi bbażati fuq id-distanza. Ir-rapport għandu jidentifika it-tipi ta" partijiet ta" toroq possibbli li għandhom jiġu ċċarġjati, il-modi possibbli ta" kif dawn it-tariffi għandhom jiġu intaxxati u infurzati b'mod effettiv f'sens ta" nfiq u metodi sempliċi u komuni biex jiġu ffissati r-rati minimi;
   (e) il-fattibbiltà teknika u ekonomika tal-abolizzjoni gradwali tas-sistemi ta" tariffi bbażati fuq il-ħin u l-introduzzjoni ta" sistemi bbażati fuq id-distanza u l-ħtieġa li tinżamm deroga għall-Istati Membri li għandhom konfini esterni ma" pajjiżi terzi biex ikomplu japplikaw sistemi ta" tariffi bbażati fuq il-ħin għal vetturi ta' merkanzija tqila li jkunu fil-kju fil-punti tal-qsim tal-fruntieri; u
   (f) il-ħtieġa ta" proposta għal skema li tiżgura l-internalizzazzjoni konsistenti u simultanja tal-ispejjeż esterni għall-mezzi l-oħra kollha tat-trasport.

Ir-rapport għandu jkollu miegħu evalwazzjoni tal-progress tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni għall-mezzi kollha tat-trasport u proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal reviżjoni ulterjuri ta" din id-Direttiva.

"

(7)  L-Anness III huwa emendat kif ġej:

   (a) l-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej:"
Dan l-Anness jistipula l-prinċipji ewlenin għall-kalkolu tat-tariffa medja differenzjata għall-infrastruttura b'mod li jirrifletti l-Artikolu 7b(1). L-obbligu li jkun hemm konnessjoni bejn it-taxxi għall-użu tat-toroq u l-ispejjeż huwa bla ħsara għal-libertà ta' l-Istati Membri, skond l-Artikolu 7b(3), li ma jirkuprawx l-ispejjeż għal kollox permezz tad-dħul mit-taxxi għall-użu tat-toroq jew għal-libertà, skond l-Artikolu 7(f), li jvarjaw l-ammonti għal taxxi speċifiċi għall-użu toroq lil hinn mill-medja*.
____________________
* Dawn id-dispożizzjonijiet, flimkien mal-flessibbiltà li hemm fil-mod kif l-ispejjeż jiġu rkuprati tul iż-żmien (ara t-tielet inċiż tal-punt 2.1), jagħtu marġni konsiderevoli fil-fissazzjoni tat-taxxi għall-użu tat-toroq f'livelli li jkunu aċċettabbli għall-utenti u addattati għall-għanijiet speċifiċi tal-politika tat-trasport ta' l-Istat Membru."
   (b) fit-tieni inċiż tal-punt (1), il-kliem "Artikolu 7a(1)" jinbidlu bil-kliem "Artikolu 7b(3)".

(8)  Wara l-Anness III għandu jiddaħħal it-test li jinsab fl-Anness ta' din id-Direttiva bħala l-Anness IIIa.

Artikolu 2

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konfomi ma" din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta" korrelazzjoni bejn dawk id-dipożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenzagħal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali ewlenin li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ║,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

"ANNESS IIIa

IR-REKWIŻITI MINIMI BIEX TIĠI IMPOSTA TARIFFA GĦALL-ISPIŻA ESTERNA U L-ELEMENTI MASSIMI TA" L-ISPIŻA ESTERNA LI JISTGĦU JIĠU ĊĊARĠJATI

Dan l-Anness jiddefinixxi r-rekwiżiti minimi biex tiġi imposta tariffa għall-ispiża esterna u l-elementi massimi awtorizzati ta" l-ispiża li għandhom jiġu inklużi meta jiġi ffissat l-ammont.

1.  Il-partijiet tan-netwerk ikkonċernat

L-Istat Membru għandu jispeċifika b'mod preċiż il-parti jew il-partijiet tan-netwerk li huma suġġetti għal tariffa ta" l-ispiża esterna.

Stat Membru jista' jagħżel li jintaxxa tariffa għall-ispiża esterna fuq parti jew partijiet biss tan-netwerk, fuq il-bażi ta" kriterji oġġettivi.

2.  Il-vetturi, it-toroq u l-perjodu ta" żmien koperti

L-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummisjoni dwar il-klassifika tal-vetturi skond liema klassifika t-taxxa għall-użu għandha tvarja. Għandha tgħarraf lill-Kummissjoni dwar il-lok tat-toroq suġġetti għat-tariffi ta" spiża esterna aktar għolja (minn hawn "il quddiem "toroq suburbani") u ta" toroq suġġetti għalt-tariffi ta" spiża esterna aktar baxxi (minn hawn" il quddiem "toroq interurbani oħra").

Fejn applikabbli, għandha tgħarraf lill-Kummissjoni dwar il-perjodi ta" ħin eżatti li jikkorrispondu mal-ħin tal-lejl u mal-perjodi varji l-aktar traffikużi tal-ġurnata, tal-ġimgħa u ta" l-istaġun li matulhom tista" tiġi imposta tariffa għall-ispiża esterna li tirrifletti konġestjoni akbar u storbju akbar.

Il-klassifika tat-toroq u d-definizzjoni tal-perjodi tal-ħin għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi relatati mal-livell ta" esponiment tat-toroq u l-viċinanzi tagħhom għall-konġestjoni u t-tniġġis bħad-densità tal-popolazzjoni, l-għadd ta" livelli massimi ta" tniġġis imkejla fis-sena skond id-Direttiva 96/62/KE, il-medja tat-traffiku ta" kuljum u fis-siegħa u l-livell tas-servizz (il-persentaġġ tal-ġurnata jew tas-sena li matulha l-użu tat-triq joqrob jew jaqbeż il-kapaċità massima, il-medja tad-dewmien u/jew it-tul tal-kjuwijiet). Il-kriterji użati għandhom jiġu inklużi fin-notifika.

3.  L-ammont tat-tariffa

Għal kull klassi ta' emmissjonijiet EURO ta" vettura, tip ta" triq u perjodu ta" ħin, l-awtoritàindipendenti għandha tiddetermina ammont wieħed speċifiku. L-istruttura ta" ċċarġjar li tirriżulta għandha tkun trasparenti, ippubblikata u disponibbli b'mod miftuħ għall-utenti kollha b'termini ugwali.

Meta tkun qiegħda tiffissa t-tariffi, l-awtorità indipendenti għandha tuża bħala gwida l-prinċipju ta" pprezzar effiċjenti jiġifieri prezz li huwa qrib l-ispiża soċjali marġinali ta" l-użu tal-vettura li qiegħda tkun ċċarġjata. It-tariffa għandha tiġi ffissata kemm jista" jkun qrib ta" l-ispejjeż esterni li jistgħu jiġu allokati għall-kategorija ta" l-utenti tat-triq kkonċernati.

It-tariffa għandha tkun iffissata wkoll wara li jkun ġie kkunsidrat ir-riskju ta" devjazzjoni flimkien ma' effetti negattivi fuq is-sikurezza tat-toroq, l-ambjent u l-konġestjoni, u soluzzjonijiet biex jittaffew dawn ir-riskji.

L-awtorità indipendenti għandha timmonitorja kemm hi effettiva l-iskema ta" ċċarġjar biex tnaqqas il-ħsara ambjentali li sseħħ mit-trasport fit-toroq u biex tnaqqas il-konġestjoni, fejn din tiġi applikata. Għandha taġġusta regolarment l-istruttura ta" ċċarġjar u l-ammont speċifiku tat-tariffa ffissata għall-klassi ta' emmissjonijiet EURO partikolari ta" vetturi, għat-tip ta" toroq u għall-perjodu tal-ħin skond it-tibdil fid-domanda għat-trasport.

4.  L-elementi ta" l-ispiża esterna

4.1.  L-ispiża għat-tniġġis ta" l-arja minħabba t-traffiku

Meta Stat Membru jagħżel li jinkludi l-ispiża kollha tat-tniġġis ta" l-arja minħabba t-traffiku jew parti minnha fit-tariffa għall-ispiża esterna, l-awtorità indipendenti għandha tikkalkula l-ispiża li għandha tiġi ċċarġjata għat-tniġġis ta" l-arja minħabba t-traffiku billi tapplika l-formola li ġejja jew billi tuża l-valuri ta" kull unità fit-Tabella 1 jekk dawn ta" l-aħħar huma aktar baxxi:

PCVij = ∑k EFik x PCjk fejn:

PCVij l-ispiża għat-tniġġis ta" l-arja tal-klassi ta" vettura i fuq tip ta' triq j (euro/vettura.kilometru)

EFik il-fattur ta" emissjoni tal-pollutant k u l-klassi ta' vettura i (gramma/kilometru)

PCjk l-ispiża finanzjarja tal-pollutant k għal tip ta" triq j (euro/gramma)

L-emissjonijiet ta" materja ta" partikoli u ta" prekursuri ta" l-ożonu bħall-ossidu tan-nitroġenu u l-komposti organiċi volatili biss se jiġu kkunsidrati. Il-fatturi ta" emissjoni għandhom ikunu bħal dawk użati mill-Istat Membru biex jabbozza l-inventarji nazzjonali ta" l-emissjonijiet stipulati fid-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi ta' l-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi(13) (li jeħtieġu l-użu ta" l-EMEP/CORINAIR Emission Inventory Guidebook)(14). L-ispiża finanzjarja tal-pollutanti għandha tittieħed mit-Tabella 13 tal-"Handbook on estimation of external cost in the transport sector".

Tabella 1: L-ispiża massima li tista' tiġi ċċarġjata għat-tniġġis tal-arja għal kwalunkwe vettura fi klassi partikulari

ċenteżmu Euro/vettura.kilometru

Toroq suġġetti għal tariffi ogħla għall-ispejjeż esterni /Toroq suburbani u awtostradi

Toroq suġġetti għal tariffi iktar baxxi għall-ispejjeż esterni/ Toroq oħra interurbani u awtostradi

EURO 0

16

12

EURO I

11

8

EURO II

9

7

EURO III

7

6

EURO IV

4

3

EURO V ▌

3

2

EURO VI

2

1

Dawk li jniġġsu anqas mill-EURO VI, pereżempju l-vetturi ta" merkanzija tqila ibridi jew elettriċi jew vetturi li jaħdmu bi provvista ta" enerġija tal-gass naturali/ tat-taħlitiet tal-idroġenu jew tal-idroġenu

0

0

Valuri f'ċenteżmi euro, 2000

Il-valuri fit-Tabella 1 jirrapreżentaw il-medji aritmetiċi tal-valuri mogħtija fit-Tabella 15 tal-"Handbook on estimation of external cost in the transport sector'║ għal vetturi kklassifikati skond erba" klassijiet ta' piż. L-Istati Membri jistgħu japplikaw fattur ta" korrezzjoni għall-valuri fit-Tabella 1 biex jirriflettu l-kompożizzjoni reali tal-vettura f'termini ta" daqs. Il-valuri tat-Tabella 1 jistgħu jiġu mmultiplikati b'fattur mhux akbar min-numru 2 fiż-żoni muntanjużi sakemm dan ikun iġġustifikat mill-gradjent tat-toroq, l-altitudni u/jew l-inverżjonijiet tat-temperatura.

L-awtorità indipendenti tista" tadotta metodi alternattivi billi tuża dejta mill-kejl tal-pollutanti ta" l-arja u l-valur lokali ta" l-ispiża finanzjarja tal-pollutanti ta" l-arja, sakemm ir-riżultati ma jaqbżux ir-riżultati li setgħu jinkisbu bil-formuli ta" hawn fuq jew il-valuri ta" kull unità għal kwalunkwe klassi ta" vettura.

Il-parametri kollha, id-dejta u kull tagħrif ieħor meħtieġ biex jinftiehem kif l-ispiża għat-tniġġis ta" l-arja li għandha tiġi ċċarġjata tiġi kkalkulata għandhom jiġu ppubblikati.

4.2.  L-ispiża għat-tniġġis mill-istorbju minħabba t-traffiku

Meta Stat Membru jagħżel li jinkludi l-ispiża kollha tat-tniġġis mill-istorbju minħabba t-traffiku jew parti minnha fit-tariffa għall-ispiża esterna, l-awtorità indipendenti għandha tikkalkula l-ispiża li għandha tiġi ċċarġjata għat-tniġġis mill-istorbju minħabba t-traffiku billi tapplika l-formoli li ġejjin jew billi tuża l-valuri ta" kull unità fit-Tabella 2 jekk dawn ta" l-aħħar huma aktar baxxi:

NCVij (mal-ġurnata) = ∑k NCjk x POPk / ADT

NCVij (bil-lejl) = n x NCVij (mal-ġurnata) fejn

–  NCVij l-ispiża ta" l-istorbju ta" vettura tal-klassi i fuq tip ta' triq j (euro/vettura.kilometru)

–  NCjk l-ispiża ta" l-istorbju għal kull persuna esposta għal livell ta" storbju k fuq tip ta' triq j (euro/persuna)

–  POPk il-popolazzjoni esposta għal livell ta" storbju k kuljum għal kull kilometru (persuna/kilometru)

–  ADT l-medja tat-traffiku ta" kuljum (vettura)

   n il-fattur ta" korrezzjoni għal bil-lejl

Il-popolazzjoni esposta għal-livell ta" l-istorbju k għandha tittieħed mill-mapep strateġiċi ta" l-istorbju abbozzati skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 relatata mal-analiżi u l-immaniġġjar tal-istorbju ambjentali(15) ║.

L-ispiża għal kull persuna esposta għal livell ta" storbju k għandha tittieħed mit-Tabella 20 tal-"Handbook on estimation of external cost in the transport sector'║.

Il-medja tat-traffiku ta" kuljum għandha tassumi fattur ta" kalkolu ta" mhux aktar minn 4 bejn vetturi ta' merkanzija tqila u karozzi għall-passiġġieri.

Tabella 2: L-ispiża ta" l-istorbju tal-vetturi li għandha tiġi ċċarġjata (NCV)

ċenteżmu Euro/vettura.kilometru

Mal-jum

Bil-lejl

Toroq suburbani

1,1

2

Toroq oħra interurbani

0,13

0,23

Valuri f'ċenteżmi euro, 2000

Sors: Handbook on estimation of external cost in the transport sector, it-tabella 22

Il-valuri tat-Tabella 2 jistgħu jiġu mmultiplikati b'fattur mhux akbar min-numru 5 fiż-żoni muntanjużi sakemm dan ikun iġġustifikat mill-gradjent tat-toroq, l-inverżjonijiet tat-temperatura u/jew l-effett ta" anfiteatru tal-widien.

Il-parametri kollha, id-dejta u kull tagħrif ieħor meħtieġ biex jinftiehem kif l-ispiża ta" l-istorbju li għandha tiġi ċċarġjata tiġi kkalkulata għandhom jiġu ppubblikati. "

(1) ĠU […], […], p. […].
(2) ĠU C 120, 28.5.2009, p. 47.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009.
(4) ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42. ║
(5) ĠU L 75, 15.3.2001, p. 29.
(6) ĠU L 166, 30.4.2004, p. 124. ║
(7) ĠU L 296, 21.11.1996, p. 55. ║
(8) ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12.
(9) ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51. ║
(10) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25. ║
(11) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. ║
(12)* Titlesta fi stadju aktar tard fil-proċedura leġiżlattiva.
(13)   ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22.
(14) Il-Metodoloġija ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent║.
(15) ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12.


L-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (tfassil mill-ġdid) ***I
PDF 683kWORD 236k
Test
Test konsolidat
Anness
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0229 – C6-0184/2008 – 2008/0090(COD))
P6_TA(2009)0114A6-0077/2009

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – tfassil mill-ġdid)

Il-proposta ġiet emendata fil-11 ta' Marzu 2009 kif ġej(1):

Regolament (KE) Nru .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (tfassil mill-ġdid)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 255(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni║,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(2),

Billi:

(1)  Numru ta' bidliet sostanttivi għandhom isiru lir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni(3) Dan id-dokument għandu jitfassal mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

(2)  It-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 1 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jħaddan fih il-kunċett ta' trasparenza, billi jgħid li t-Trattat huwa stadju ġdid fil-proċess tal-ħluq ta' għaqda dejjem eqreb fost il-popli tal-Ewropa, fejn id-deċiżjonijiet jittieħdu bl-aktar mod miftuħ, u l-eqreb liċ-ċittadin, possibbli.

(3)  It-trasparenza tgħin liċ-ċittadin jieħu sehem fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet b'mod aktar mill-qrib, u jiggarantixxi li l-amministrazzjoni tgawdi aktar leġittimità u tkun aktar effettiva u kontabbli liċ-ċittadin f'sistema demokratika. It-trasparenza ssaħħaħ il-prinċipji tad-demokrazija u r-rispett lejn id-drittijiet fundamentali, kif stabbilit fl-Artikolu 6 tat-Trattat tal-UE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(4)  It-trasparenza għandha wkoll issaħħaħ il-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba fl-istituzzjonijiet tal-UE kif previst mill-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea(4) ("il-Karta"). Il-proċeduri interni għandhom jiġu definiti kif suppost u riżorsi finanzjarji u umani adegwati għandhom ikunu disponibbli biex jitwettaq fil-prattika l-prinċipju tal-ftuħ. [Em 1]

[Em 2]

▌[Em 3]

(5)  Il-konsultazzjoni li għamlet il-Kummissjoni wriet appoġġ wiesa" mis-soċjetà ċivili għas-sejħa tal-Parlament Ewropew għall-introduzzjoni ta" strument ġenwin għall-libertà tal-informazzjoni applikabbli għall-qafas istituzzjonali tal-Unjoni Ewropeaf'konformita' mad-dritt għal amministrazzjoni tajba kif stipulat fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.[Em 92]

(6)  Il-fini ta' dan ir-Regolament huwa li jagħti l-akbar effett possibbli lid-dritt tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti u li jistabbilixxi l-pinċipji ġenerali u l-limiti fuq il-bażi ta' interess pubbliku jew privat li jirregola dan l-aċċess skont l-Artikolu 255(2) tat-Trattat tal-KE u filwaqt li jqis l-esperjenza tal-implimentazzjoni inizjali tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2006 b'rakkomandazzjonijiet għall-Kummissjoni dwar l-aċċess għat-testi tal-istituzzjonijiet(5). Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal drittijiet ta' aċċess għal dokumenti fis-seħħ għall-Istati Membri, l-awtoritajiet ġudizzjarji jew il-korpi investigattivi. [Em 4]

(7)  Skont l-Artikolu 255(2) tat-Trattat KE, dan ir-Regolament jagħti d-dettalji dwar il-prinċipji ġenerali u l-limiti abbażi tal-interess pubbliku jew privat li jirregolaw id-dritt għall-aċċess għal dokumenti li r-regoli l-oħra kollha tal-UE għandhom ikunu konformi magħhom. [Em 16]

(8)  Skont l-Artikoli 28(1) u 41(1) tat-Trattat tal-UE, id-dritt tal-aċċess japplika wkoll għad-dokumenti dwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni u dwar il-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali. ▌ [Em 5]

(9)  Peress li l-kwistjoni tal-aċċess għad-dokumenti m'hijiex koperta mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom, skont id-Dikjarazzjoni Nru 41, mehmuża ma' l-Att Finali tat-Trattat ta' Amsterdam, jqisu dan ir-Regolament bħala gwida fir-rigward ta' dokumenti dwar l-attivitajiet koperti minn dak it-Trattat.

(10)  Fis-6 ta' Settembru 2006, il-Parlament u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Århus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali għall-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji(6). Fir-rigward tal-aċċess għal dokumenti li fihom informazzjoni ambjentali, dan ir-Regolament għandu jkun konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 1367/2006.

(11)  Il-Kunsill u l-Kummissjoni jaġixxu fil-kapaċità leġiżlattiva tagħhom meta, bl-assoċjazzjoni tal-Parlament Ewropew, huma jadottaw, anki taħt setgħat iddelegati, regoli ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali li jorbtu legalment fl-Istati Membri jew li jorbtu lilhom, permezz ta' regolamenti, direttivi, deċiżjonijiet ta' qafas jew deċiżjonijiet, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati. [Em 6]

(12)  F'konformita' mal-prinċipji demokratiċi msemmija fl-Artikolu 6(1) tat-Trattat tal-UE u l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, għandu jingħata aċċess usa' għal dokumenti f'każijiet fejn l-istituzzjonijiet jaġixxu fil-kapaċitajiet leġiżlattivi tagħhom, inklużi dawk taħt setgħat delegati,. It-testi legali għandhom jitfasslu b'mod ċar u li jinftiehem(7) u għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; id-dokumenti preparatorji u l-informazzjoni relatata kollha, inklużi l-opinjonijiet legali u l-proċedura interistituzzjonali, għandhom ikunu aċċessibbli f'waqthom, b'mod faċli miċ-ċittadini fuq l-internet.

Il-prattika tal-leġiżlar aħjar, il-mudelli u t-tekniki tal-abbozzar kif ukoll is-soluzzjonijiet tekniċi, biex tiġi ssorveljata l-ħajja ċiklika tad-dokumenti preparatorji u biex dawn jinqasmu mal-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet assoċjati fil-proċedura, għandhom jiġu miftiehma mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni bi qbil ma' dan ir-Regolament u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.[Em 8]

(13)  Reġistru interistituzzjonali ta' lobbyists u ta' partijiet interessati oħra huwa għodda prattika għall-promozzjoni tal-ftuħ u t-trasparenza fil-proċess leġiżlattiv. [Em 11]

(14)  It-trasparenza fil-proċess leġiżlattiv hija ta' importanza kbira għaċ-ċittadini. Għalhekk, l-istituzzjonijiet għandhom jiddessiminaw b'mod attiv dokumenti li huma parti mill-proċess leġiżlattiv. It-tixrid attiv ta' dokumenti għandu jiġi mħeġġeġ f'oqsma oħra.

(15)  Biex jiġi kkumplimentat dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproponi strument li jrid jiġi adottat mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, dwar regoli komuni li jirregolaw l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni u tad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet li jimplimenta, mutatis mutandis, il-prinċipji msemmija fid-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta" Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku(8).[Em 22]

(16)  Bla ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-aċċess għad-dokumenti, f'konformità mal-prinċipji tal-koperazzjoni leali u taċ-ċertezza legali, meta jimplimentaw l-atti tal-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri m'għandhomx jimminaw il-ksib tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament, inkluż il-livell ta' trasparenza li dan ir-Regolament jipprova jiżgura fil-livell tal-UE u għandhom, b'mod partikulari, jiżguraw li d-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE għandhom jispjegaw biċ-ċar, liċ-ċittadini tal-Unjoni u persuni oħra konċernati, id-drittijiet u l-obbligi tagħhom u jippermettu lill-qrati nazzjonali biex jiżguraw li dawk id-drittijiet u l-obbligi jiġu rispettati.[Em 100]

(17)  Għalkemm l-emenda ta' liġijiet nazzjonali dwar aċċess għal dokumenti m'hijiex l-iskop jew l-effett ta' dan ir-Regolament, permezz tal-prinċipju ta' kooperazzjoni leali li jirregola r-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri, l-Istati Membri għandhom għall-inqas joffru liċ-ċittadini tagħhom fil-livell nazzjonali l-istess livell ta' trasparenza bħal dak offrut fil-livell tal-UE meta jiġu implimentati r-regoli tal-UE.

Bl-istess mod u mingħajr preġudizzju għall-iskrutinju parlamentari nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jaraw li ma jfixklux l-ipproċessar tad-dokumenti klassifikati tal-UE. [Em 20]

(18)  Dokumenti relatati ma' proċeduri mhux leġiżlattivi, bħal ma huma miżuri li jorbtu li mhumiex ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali jew miżuri li jittrattaw l-organizzazzjoni interna, l-atti amministrattivi jew baġitarji, jew dawk li ma jorbtux ta' natura politika (bħal ma huma l-konklużjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet jew ir-riżoluzzjonijiet) għandhom ikunu aċċessibbli b'mod faċli f'konformita' mal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba stipulat fl-Artikolu 41 tal-Karta, filwaqt li fl-istess ħin tiġi ppreservata l-effettività tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet. Għal kull kategorija ta' dokumenti, l-istituzzjoni responsabbli, u fejn hu xieraq, l-istituzzjonijiet assoċjati l-oħra għandhom jagħmlu aċċessibbli għaċ-ċittadini l-ammont ta" xogħol tal-proċeduri interni li jridu jiġu segwiti, liema unitajiet organizzattivi jistgħu jkunu responsabbli, kif ukoll il-vires tagħhom, l-iskadenzi ffissati u l-uffiċċju li jrid jiġi kkuntattjat. Jistgħu jsiru arranġamenti speċjali mal-partijiet interessati fil-proċedura anki meta l-aċċess tal-pubbliku ma jkunx jista' jiġi garantit; l-istituzzjonijiet għandhom iqisu kif suppost ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew. [Em 9]

(19)   L-istituzzjonijiet għandhom jaqblu dwar linji gwida komuni dwar kif għandhom jiġu rreġistrati d-dokumenti interni tagħhom, kif jiġu kklassifikati u kif jiġu arkivjati għal bżonnijiet storiċi skont il-prinċipji msemmija f'dan ir-Regolament. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 354/83 tal-1 ta' Frar 1983 rigward il-ftuħ għall-pubbliku tal-arkivji storiċi tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika(9) għandu għalhekk jiġi rrevokat.[Em 10]

(20)  Sabiex jiġu żviluppati l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet f'oqsma li jeħtieġu livell ta' kunfidenzjalità, huwa xieraq li tiġi stabbilita sistema ta' sigurtà komprensiva li tkopri l-mod kif tiġi ttrattata l-informazzjoni kklassifikata tal-UE. It-terminu "klassifikat UE" għandu jfisser kwalunkwe informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tiegħu jista' jikkawża livelli differenti ta' preġudizzju għall-interessi tal-UE, sew jekk informazzjoni bħal din toriġina fl-UE kif ukoll jekk tiġi irċevuta mill-Istati Membri, pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali. Bi qbil mal-prinċipji demokratiċi stipulati fl-Artikolu 6(1) tat-Trattat tal-UE, il-Parlament Ewropew għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kklassifikata tal-UE b'mod partikolari meta aċċess bħal dan ikun meħtieġ għat-twettiq ta' dmirijiet leġiżlattivi jew mhux leġiżlattivi konferiti mit-Trattati.[Em 13]

(21)  L-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-Komunità għandhom jittrattaw id-data personali b'mod ġust u trasparenti u m'għandhomx jiksru d-drittijiet tas-suġġetti tad- kif definit mir- Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta" data personali mill-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet Komunitarji u dwar il-moviment ħieles ta' din id-data(10) u mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej ("il-Qorti tal-Ġustizzja"). L-istituzzjonijiet għandhom jiddefinixxu l-proċeduri interni tagħhom, billi jieħdu kont xieraq tar-rakkomandazzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Mill-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja u d-deċiżjonijiet u l-pożizzjonijiet adottati mill-Ombudsman Ewropew u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,i ċċaraw ir-relazzjoni bejn dak ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 45/2001, b'tali mod li huwa r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 li jrid jiġi applikat għat-talbiet għal dokumenti li jkollhom id- personali u li kwalunkwe applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet għar-regoli li jippermettu l-aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni biex tiġi protetta d-data personali trid tkun ibbażata fuq il-bżonn li jiġu protetti l-privatezza u l-integrità ta' individwu.[Em 7]

(22)  Id-dritt għall-aċċess ta' dokumenti pubbliċi huwa bla ħsara għad-dritt għall-aċċess għad-data personali skont id-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Meta persuna titlob aċċess għad-data dwarha, b'inizjattiva tagħha, istituzzjoni għandha teżamina jekk dik il-persuna hijiex intitolata għal aċċess skont id-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. [Em 99]

(23)  L-Artikolu 4 tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew jeskludi d-dokumenti tal-Membri tal-Parlament Ewropew mill-ambitu tad-definizzjoni ta' "dokument" użata f'dan ir-Regolament. Dawn id-dokumenti, meta jiġu trażmessi lill-istituzzjonijiet barra mill-proċedura leġiżlattiva, xorta jkunu għadhom protetti bl-Artikolu 6 tal-Istatut tal-Membri. Għaldaqstant l-interpretazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tieħu kont xieraq tal-ħarsien tal-attivitajiet politiċi tal-Membri tal-Parlament Ewropew, kif stabbiliti fl-Istatut tal-Membri, sabiex jiġu mħarsa l-prinċipji demokratiċi tal-Unjoni Ewropea.[Em 116]

(24)  Regoli ċari għandhom jiġu stabbiliti fir-rigward tal-kxif ta' dokumenti li joriġinaw mill-Istati Membri u ta' dokumenti ta' partijiet terzi li huma parti minn fajls ta' proċeduri ġudizzjarji jew li jkunu nġabru mill-istituzzjonijiet permezz ta' poteri speċifiċi ta' investigazzjoni mogħtija lilhom mill-liġi tal-UE.

(25)  Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja speċifikat li l-obbligu li l-Istati Membri jiġu kkonsultati fir-rigward ta" talbiet ta" aċċess għal dokumenti li joriġinaw minnhom ma jagħtihomx id-dritt ta" veto, jew id-dritt li jinvokaw liġijiet jew dispożizzjonijiet nazzjonali, u li l-istituzzjoni li tirċievi talba tista" tiċħad aċċess biss fuq bażi ta" eċċezzjonijiet għal dan ir-Regolament. Madanakollu, għad hemm bżonn li jkun iċċarat l-istatus tad-dokumenti li joriġinaw minn partijiet terzi sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni relatata mal-proċeduri leġiżlattivi ma tinqasamx iktar ma' partijiet terzi, (inklużi l-amministrazzjonijiet ta" pajjiżi terzi), milli maċ-ċittadini tal-Unjoni li għalihom tapplika l-leġiżlazzjoni.[Em 93/110]

(26)  F'konformità mal-Artikolu 255(1) tat-Trattat KE, il-Kummissjoni għandha immedjatament tagħmel pubblikament disponibbli d-dokumenti kollha relatati man-negozjati li għadhom għaddejjin dwar il-Ftehima Kummerċjali ta' Kontra l-Iffalsifikar (ACTA).[Em 109]

(27)  Aċċess għal dokmenti għandu jingħata mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni mhux biss għad-dokumenti miktuba mill-istituzzjonijiet, iżda wkoll għad-dokumenti li dawn jirċievu sabiex ikun hemm aktar trasparenza fix-xogħol tal-istituzzjonijiet. Stat Membru jista' jitlob lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni jew lill-Kunsill li ma jikkommunikawx lil partijiet terzi, barra mill-istituzzjonijiet infushom, dokument li ġej minn dak l-Istat mingħajr il-kunsens tiegħu minn qabel. Jekk talba bħal din ma tiġix aċċettata, l-istituzzjoni li tirċievi t-talba għandha tagħti r-raġunijiet għaliex tkun irrifjutatha. Skont l-Artikolu 296 tat-Trattat KE, l-ebda Stat Membru m'hu obbligat jagħti tagħrif li l-iżvelar tiegħu ikun jikkunsidrah li jmur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu.[Em 14]

(28)  Bħala prinċipju, kull dokument imfassal jew irċevut mill-istituzzjonijiet, u li jirrelata għall-attivitajiet tagħhom, għandu jkun irreġistrat u aċċessibbli għall-pubbliku. Madankollu, mingħajr preġudizzju għall-iskrutinju tal-Parlament Ewropew, l-aċċess għad-dokument sħiħ jew għal parti minnu jista' jiġi pospost. [Em 15]

(29)  L-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l-iżvilupp tat-teknoloġija tal-informatika jagħmilha iktar faċli biex jiġi eżerċitat id-dritt ta' aċċess u ma jirriżultax fi tnaqqis fl-ammont ta' informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.[Em 17]

(30)  Sabiex il-ħarsien tad-dritt tal-aċċess jiġi żgurat, għandha tiġi applikata proċedura amministrattiva b'żewġ stadji, flimkien mal-possibbilta' ta' proċedimenti fil-qrati jew ta' lmenti lill-Ombudsman.

(31)  L-istituzzjonijiet għandhom, b'mod konsistenti u kkoordinat, jinformaw lill-pubbliku dwar miżuri adottati biex jiġi implimentat dan ir-Regolament ujħarrġu l-impjegati tagħhom biex jgħinu liċ-ċittadini jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament. [Em 19]

▌[Em 21]

(32)  B'konformità mal-Artikolu 255(3) tat-Trattat tal-UE, u l-prinċipji u r-regoli stipulati f'dan ir-Regolament kull istituzzjoni tistabbilixxidispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-aċċess għad-dokumenti tagħha fir-regoli ta' proċedura tagħha(11)(12)(13). [Em 23]

(33)  L-aġenziji kollha mwaqqfa mill-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-prinċipji stabbiliti f'dan ir-Regolament, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament fl-attivitajiet kollha tal-Unjoni. L-istituzzjonijiet tal-UE l-oħra kollha huma mistednin jadottaw miżuri komparabbli f'konformita' mal-Artikolu 1 tat-Trattat tal-UE, [Em 12]

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

Prinċipji Ġenerali

Artikolu 1

L-Iskop

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa:

   (a) li jiddefinixxi, f'konformita' mal-Artikolu 255 tat-Trattat KE, il-prinċipji, kondizzjonijiet u limiti minħabba raġunijiet ta' interess pubbliku jew privat, li jirregolaw l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-istituzzjonijiet") kif ukoll tal-Aġenziji u l-korpi kollha stabbiliti minn dawk l-istituzzjonijiet biex jagħtu l-akbar aċċess possibbli għal dokumenti bħal dawn; [Em 24]
   (b) li jistabbilixxi regoli li jiżguraw l-akbar faċilità fl-eżerċizzju ta' dan id-dritt;
   (c) li jimmpromwovi prattika amministrattiva trasparenti u tajba fl-istituzzjonijiet sabiex jitjieb l-aċċess għad-dokumenti tagħhom. [Em 25]

Artikolu 2

Benefiċjarji▌[Em 27]

1.  Kull persuna fiżika jew ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni ta' persuni ġuridiċi jew fiżiċi għandu jkollhom id-dritt ta' aċċess għad-dokument tal-istituzzjonijiet, bla ħsara għall-prinċipji, kondizzjonijiet u limiti stipulati f'dan ir-Regolament. [Em 28]

[Em 29, 30, 31, 32, 33 u 34]

2.  Dan ir-Regolament m'għandux japplika għad-dokumenti koperti bl-Artikolu 4 tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew. [Em 114]

3.  Sabiex tkun garantita l-applikazzjoni sħiħa tal-prinċipju tat-trasparenza istituzzjonali għadu jiġi ggarantit l-aċċess liberu għaċ-ċittadini għad-dokumenti fir-rigward tal-mezzi u l-proċeduri ta' ksur. [Em 108]

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għad-dokumenti kollha miżmuma minn istituzzjoni, jiġifieri d-dokumenti mfassla jew irċevuti minnha u fil-pussess tagħha, fil-qasam kollha tal-attività tal-Unjoni Ewropea.

2.   Id-dokumenti għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku jew f'forma elettronika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f'reġistru uffiċjali ta' istituzzjoni jew wara applikazzjoni bil-miktub.

B'mod partikolari, dokumenti miktuba jew irċevuti waqt proċedura leġiżlattiva għandhom isiru direttament aċċessibbli skont l-Artikolu 11.

3.   Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet imsaħħa ta' aċċess pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet li jistgħu jsegwu minn strumenti ta' liġi internazzjonali jew atti tal-istituzzjonijiet li qed jimplementawhom jew mil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri. [Em 35]

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-fini ta" dan ir-Regolament:

   (a) "dokument" għandha tfisser kwalunkwe kontenut ikun xi jkun il-mezz tiegħu (miktub fuq karta jew miżmum f'forma elettronika jew bħala ħoss jew irrekordjat f'forma viżwali jew awdjoviżwali) dwar kwistjoni marbuta ma' politiki, attivitajiet u deċiżjonijiet li jaqgħu fl-isfera ta' responsabilità tal-istituzzjoni; informazzjoni li qiegħda tinżamm f'forma elettronika, sistemi tal-iproċessar u ta' irkupru (inklużi s-sistemi esterni użati għall-ħidma tal-istituzzjoni) għandha tikkostitwixxi dokument jew dokumenti. Istituzzjoni li tkun bi ħsiebha toħloq sistema ġdida li taħżen f'forma elettronika, jew tbiddel b'mod sostanzjali sistema eżistenti, għandha tevalwa l-impatt probabbli fuq id-dritt ta' aċċess garantit minn dan ir-Regolament u għandha taġixxi sabiex tħeġġeġ l-objettiv tat-trasparenza.

Il-funzjonijiet tal-irkupru tal-informazzjoni maħżuna f'sistemi ta" ħżin elettroniku għandhom jiġu adattati sabiex jiġu ssodisfatti talbiet ripetuti mill-pubbliku li ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfatti bl-għodod disponibbli fil-mument biex isir l-isfruttament tas-sistema; [Em 36]

   (b) "dokumenti kklassifikati" għandha tfisser dokumenti li l-iżvelar tagħhom jista' jaffettwa l-protezzjoni tal-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew wieħed jew iżjed mill-Istati Membri tagħha, b'mod partikolari fi kwistjonijiet ta' sigurtà pubblika, ta' difiża u militari, u li jistgħu jkunu kklassifikati b'mod parzjali jew totali; [Em 37]
   (c) "dokumenti leġiżlattivi" fil-prinċipju għandha tfisser dokumenti mfassla jew irċevuti matul il-proċeduri għall-adozzjoni tal-atti, inklużi setgħat iddelegati, li jorbtu b'mod legali fi Stati Membri jew li jorbtu lilhom u li għall-adozzjoni tagħhom it-Trattat jipprevedi l-intervent jew l-assoċjazzjoni tal-Parlament Ewropew; l-eċċezzjoni għal dan il-miżuri ta' ambitu ġenerali, li skont it-Trattati jridu jiġu adottati mill-Kunsill u mill-Kummissjoni mingħajr ma jinkludu lill-Parlament Ewropew, għandhom jitqiesu wkoll bħala "leġiżlattivi". [Em 101]
   (d) "'dokumenti mhux leġiżlattivi'' għandha tfisser dokumenti mfassla jew irċevuti matul il-proċeduri għall-adozzjoni ta' atti li ma jorbtux, bħal ma huma l-konklużjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet jew ir-riżoluzzjonijiet jew l-atti li jorbtu b'mod legali fi Stati Membri jew li jorbtu lilhom, imma li mhumiex ta' skop ġenerali kif inhuma dawk ċitati f'punt (c); [Em 39]
   (e) "dokumenti amministrattivi" għandha tfisser dokumenti relatati mal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet jew mal-miżuri li jittrattaw kwistjonijiet organizzattivi, amministrattivi jew baġitarji li huma interni għall-istituzzjoni kkonċernata; [Em 40]
   (f) "arkivju" għandha tfisser għodda tal-istituzzjoni li timmaniġġja b'mod strutturat ir-reġistrazzjoni tad-dokumenti kollha tal-istituzzjoni li jirreferu għal proċedura li tkun għadha għaddejja jew li tkun ġiet konkluża reċentament; [Em 41]
   (g) "arkivji storiċi" għandha tfisser dik il-parti mill-arkivji tal-istituzzjonijiet li tkun intgħażlet, skont it-termini stipulati fil-punt (a), għall-preservazzjoni permanenti; [Em 42]
   ( h) "parti terza" tfisser kull persuna naturali jew legali, jew kull entità barra mill-istituzzjoni involuta, inklużi l-Istati Membri, korpi Komunitarji oħrajn, istituzzjonijiet oħra mhux Komunitarji u korpi u pajjiżi terzi.

Lista dettaljata tal-kategoriji kollha tal-atti koperti mid-definizzjonijiet f'punti (a) sa (e) għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq is-siti tal-Internet tal-istituzzjonijiet. L-istituzzjonijiet għandhom ukoll jaqblu bejniethom u jippubblikaw il-kriterji komuni tagħhom għall-arkivjar. [Em 43]

Artikolu 5

Dokumenti klassifikati

1.   Meta jkun hemm raġunijiet pubbliċi skont l-Artikolu 4(1), u mingħajr preġudizzju għall-iskrutinju parlamentari fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, istituzzjoni għandha tikklassifika dokument jekk l-iżvelar tiegħu jdgħajjef il-ħarsien tal-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta' wieħed jew iżjed mill-Istati Membri tagħha.

L-informazzjoni għandha tiġi kklassifikata kif ġej:

(a)   "SIGRIET ĦAFNA UE": din il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata biss għal informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jwassal għal ħsara eċċezzjonalment gravi għall-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta' wieħed jew iżjed mill-Istati Membri tagħha;

(b)   "SIGRIET UE": din il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata biss għal informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jwassal għal ħsara serja fl-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta' wieħed jew iżjed mill-Istati Membri tagħha;

(c)   "KUNFIDENZJALI UE": din il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata għal informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jkun ta' ħsara għall-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta' wieħed jew iżjed mill-Istati Membri tagħha;

(d)   "RISTRETT UE": din il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata għal informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jkun ta' żvantaġġ għall-interessi tal-Unjoni Ewropea jew ta' wieħed jew iżjed mill-Istati Membri tagħha;

2.   L-informazzjoni għandha tiġi kklassifikata biss meta jkun meħtieġ.

Jekk ikun possibbli, l-awturi għandhom jispeċifikaw fid-dokumenti kklassifikati jew perjodu meta l-kontenut ikun jista' jinżel livell jew ma jibqax ikklassifikat.

Jekk dan ma jsirx, huma għandhom jirrevedu d-dokumenti, mill-inqas kull ħames snin, sabiex jiġi żgurat li l-klassifikazzjoni oriġinali tibqa' meħtieġa.

Il-klassifikazzjoni għandha tkun indikata b'mod ċar u korrett, u għandha tinżamm biss għat-tul ta' żmien li fih l-informazzjoni tkun teħtieġ il-protezzjoni.

Ir-responsabilità għall-ikklassifikar tal-informazzjoni u għal kwalunkwe tnaqqis sussegwenti fil-livell tal-klassifikazzjoni jew tneħħija tal-klassifikazzjoni hija kollha kemm hi f'idejn l-istituzzjoni li minnha oriġinat dik l-informazzjoni jew f'idejn dik li tkun irċeviet id-dokument ikklassifikat minn parti terza jew istituzzjoni oħra.

3.   Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' aċċess minn istituzzjonijiet oħra tal-UE, dokumenti klassifikati għandhom jingħataw lil partijiet terzi biss meta jkun hemm il-kunsens tal-awtur.

Madankollu, l-istituzzjoni li tirrifjuta tali aċċess għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha b'mod li ma jkunx ta' ħsara għall-interess protett taħt l-Artikolu 6(1).

Meta iżjed minn istituzzjoni waħda tkun involuta fl-ipproċessar ta' dokument klassifikat, l-istess bażi ta' klassifikazzjoni għandha tingħata u għandha tibda medjazzjoni jekk l-istituzzjonijiet ikollhom apprezzament differenti tal-protezzjoni li jrid jingħata.

Dokumenti li jirrigwardaw il-proċeduri leġiżlattivi m'għandhomx jiġu kklassifikati; miżuri implimentattivi għandhom jiġu kklassifikati qabel l-adozzjoni tagħhom sakemm il-klassifikazzjoni tkun neċessarja u jkollha l-għan li tevita li jkun hemm effett negattiv fuq il-miżura nnifisha. Ftehimiet internazzjonali li jittrattaw l-iskambju ta' informazzjoni kunfidenzjali u li jkunu konklużi f'isem l-Unjoni Ewropea jew il-Komunità ma jistgħux jagħtu xi dritt lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali biex iwaqqfu lill-Parlament Ewropew milli jkollu aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali.

4.   Applikazzjonijiet għall-aċċess għal dokumenti klassifikati skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 17 u 18 għandhom jiġu pproċessati biss minn dawk il-persuni li għandhom dritt jiffamiljarizzaw ruħhom ma' dawk id-dokumenti. Dawk il-persuni għandhom ukoll jevalwaw liema referenzi għal dokumenti klassifikati jistgħu jsiru fir-reġistru pubbliku.

5.   Dokumenti klassifikati għandhom jiġu rreġistrati f'reġistru ta' istituzzjoni jew mogħtija biss bil-kunsens tal-awtur.

6.   Istituzzjoni li tiddeċiedi li ma tagħtix aċċess għal dokument klassifikat għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-interessi mħarsa mill-eċċezzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6(1).

7.   Mingħajr preġudizzju għall-iskrutinju parlamentari nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li, meta jiġu ttrattati l-applikazzjonijiet għal dokumenti klassifikati tal-UE, ikunu osservati l-prinċipji stipulati f'dan ir-Regolament.

8.   Ir-regoli ta' sigurtà tal-istituzzjonijiet li jikkonċernaw dokumenti klassifikati għandhom isiru pubbliċi.

9.   Il-Parlament Ewropew għandu jkollu aċċess għal dokumenti klassifikati permezz ta' kumitat ta' superviżjoni speċjali magħmul minn membri maħtura mill-Konferenza tal-Presidenti tiegħu. Dawn il-Membri għandhom jikkonformaw ma' proċedura ta' approvazzjoni speċifika u jaħilfu b'mod solenni li ma jikxfux bi kwalunkwe mod il-kontenut tal-informazzjoni li kellhom aċċess għaliha.

Il-Parlament Ewropew għandu jistabbilixxi fir-regoli interni tiegħu u bi qbil mal-obbligi konferiti mit-Trattati, standards ta' sigurtà u sanzjonijiet ekwivalenti għal dawk imniżżla fir-regoli ta' Sigurtà Interna tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. [Em 44]

Artikolu 6 [Em 45]

Eċċezzjonijiet ġenerali għad-dritt ta' aċċess

1.  Mingħajr preġudizzju għall-każijiet trattati fl-Artikolu 5, l-istituzzjonijiet għandhom jirrifjutaw aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jista' jdgħajjef il-ħarsien ta'l-interess pubbliku fir-rigward ta': [Em 46]

   (a) sigurtà pubblika interna tal-Unjoni Ewropea jew ta' Stat Membru wieħed jew iżjed tagħha; [Em 47]
   (b) il-kwistjonijiet militari u tad-difiża;
   (c) il-privatezza u l-integrità tal-individwu, f'konformita' mal-leġiżlazzjoni Komunitarja rigward il-protezzjoni tad-data personali b'mod partikolari ir-regoli applikabbli għall-istituzzjonijiet kif stipulati fl-Artikolu 286 tat-Trattat KE kif ukoll il-prinċipju tal-prattika amministrattiva trasparenti u tajba imsemmija fl-Artikolu 1(c) ta' dan ir-Regolament; [Em 49]
   ( d) ir-relazzjonijiet internazzjonali;
   ( e) il-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika tal-Komunità jew ta' Stat Membru;
   ( f) l-ambjent, bhal siti għat-tgħammir ta' speċi rari

2.  L-istituzzjonijiet għandhom jirrifjutaw aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jista' jdgħajjef il-ħarsien ta' interessi pubbliċi jew privati marbuta ma': [Em 48]

   (a) interessi kummerċjali u ta' persuna naturali jew legali;
   (b) drittijiet dwar proprjetà intelletwali; 
   (c) pariri legali u proċessi tal-qorti, minbarra l-konsultazzjoni legali fir-rigward ta' proċeduri li jwasslu għal att leġiżlattiv jew att mhux legiżlattiv b'applikazzjoni ġenerali; [Em 50]
   (d) l-għan tal-ispezzjonijiet, l-investigazzjonijiet u l-verifiki;
   (e) l-oġġettività u l-imparzjalità tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku sakemm tittieħed deċiżjoni mill-istituzzjoni li toffri l-kuntratt, jew ta' Bord ta' Selezzjoni fi proċeduri li jwasslu għar-reklutaġġ ta' persunal sakemm tittieħed deċiżjoni mill-awtorità li taħtar. [Em 51]

▌[Em 52]

3.  L-eċċezzjonijiet taħt il-paragrafi (2) għandhom japplikaw sakemm ikun hemm interess pubbliku superjuri fil-kxif. Jeżisti interess pubbliku qawwi fil-kxif ▌fejn id-dokumenti mitluba jkunu tfasslu jew ikunu waslu waqt proċeduri għall-adozzjoni ta' atti legiżlattivi tal-UE jew atti mhux legiżlattivi li jkollhom applikazzjoni ġenerali. Meta jsir il-bilanċ tal-interess pubbliku fil-kxif, għandu jingħata piż speċjali lill-fatt li d-dokumenti mitluba jirrigwardaw il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali jew lid-dritt tal-għixien f'ambjent tajjeb għas-saħħa. [Em 53] 

4.  Id-definizzjoni ta' interess pubbliku superjuri fl-iżvelar għandha tqis kif suppost il-ħarsien tal-attività politika u l-indipendenza tal-Membri tal-Parlament Ewropew, b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 6(2) tal-Istatut tal-Membri. [Em 115]

5.  Dokumenti li l-iżvelar tagħhom jippreżenta riskju għall-valuri tal-ħarsien tal-ambjent, bħas-siti tat-tgħammir ta' speċji rari, għandhom jiġu żvelati biss bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1367/2006. [Em 54]

6.  Id-data personali m'għandhiex tiġi żvelata jekk l-iżvelar ta' dan it-tip ikun ta' ħsara għall-privatezza jew l-integrità tal-persuna kkonċernata. Din il-ħsara m'għandhiex tiqies bħala li tkun saret jekk:

   id-data tkun relatata biss mal-attivitajiet professjonali tal-persuna kkonċernata sakemm, minħabba ċ-ċirkustanza partikulari, ma jkunx hemm raġuni li wieħed jassumi li l-iżvelar ikollu effett ħażin fuq dik il-persuna;
   id-data tkun relatata biss ma' persuna pubblika sakemm, minħabba ċ-ċirkustanzi partikulari, ma jkunx hemm raġuni li wieħed jassumi li l-iżvelar ikollu effett ħażin fuq dik il-persuna jew fuq persuni oħra konnessi miegħu jew magħha;
   id-data ma tkunx diġà ġiet ippublikata bil-kunsens tal-persuna kkonċernata.

Data personali għandha madankollu tiġi żvelata jekk ikun hemm raġuni prevalenti ta' interess pubbliku li tirrikjedi l-iżvelar. F'każi bħal dawn, l-istituzzjoni jew l-entità kkonċernata għandha tiġi rikjesta li tispeċifika l-interess pubbliku. Għandha tagħti raġunijiet dwar għalfejn, fil-każ speċifiku, l-interess pubbliku jipprevali fuq l-interessi tal-persuna kkonċernata.

Meta istituzzjoni jew entità tiċħad l-aċċess għal dokument fuq il-bażi tal-paragrafu 1, għandha tqis jekk ikunx possibbli li jingħata aċċess parzjali għal dak id-dokument. [Em 90 + 96 + 102]

7.  Jekk partijiet biss tad-dokument mitlub huma koperti minn xi eċċezzjoni, il-biċċiet l-oħra tad-dokument għandhom jiġu mikxufin.

8.  L-eċċezzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu m'għandhomx japplikaw għal dokumenti trażmessi fil-qafas ta' proċeduri li jwasslu għal att leġiżlattiv jew att mhux leġiżlattiv b'applikazzjoni ġenerali. L-eċċezzjonijiet għandhom japplikaw biss għaż-żmien li fih il-ħarsien huwa ġustifikat fuq il-bażi tal-kontenut tad-dokument. L-eċċezzjonijiet jistgħu japplikaw għal perjodu mhux itwal minn 30 sena. Fil-każ ta' dokumenti koperti mill-eċċezzjoni dwar il-privatezza u l-integrità tal-individwu, l-eċċezzjoni tista' jekk ikun meħtieġ hekk, tibqa' tapplika wara dan il-perjodu. [Em 55]

9.  L-eċċezzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu m'għandhomx ikunu interpretati li jirreferu għal informazzjoni ta' interess pubbliku rigward il-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni Ewropea li tkun disponibbli fil-qafas tas-sistema tat-trasparenza finanzjarja. [Em 56]

Artikolu 7

Konsultazzjoni ta' partijiet terzi [Em 57]

1.  Fir-rigward ta' dokumenti ta' partijiet terzi, dawn għandhom jinkixfu mill-istituzzjonijiet bla ma ssir konsultazzjoni mal-awtur jekk ikun ċar li l-ebda eċċezzjoni li hemm f'dan ir-Regolament ma tkun applikabbli. Għandha tiġi kkonsultata parti terza jekk dik il-parti tkun talbet, meta tkun ressqet id-dokument, li tiġi ttrattata b'mod speċifiku, bl-iskop li ssir stima dwar jekk tapplikax eċċezzjoni prevista minn dan ir-Regolament. Dokumenti li jingħataw lill-istituzzjonijiet bl-iskop li tiġi influwenzata l-elaborazzjoni tal-politika għandhom isiru pubbliċi. [Em 58]

2.  Fejn applikazzjoni tikkonċerna dokument li jorigina minn Stat Membru:

l-awtoritajiet ta' dan l-Istat Membru għandhom jiġu kkonsultati. L-istituzzjoni li qiegħda żżomm id-dokument għandha tikxfu sakemm l-Istat Membru jipprovdi raġunijiet għalfejn irid iżommu għalih, ibbazati fuq l-eċċezzjoniet imsemmijin fl-Artikolu 4 jew f'dispożizzjonijiet ekwivalenti fil-leġiżlazzjoni tiegħu, jew joġġezzjona fuq il-bażi li l-Artikolu 296(1)(a) tat-Trattat KE li l-kxif imur kontra l-interessi essenzjali tiegħu tas-sigurtà. L-istituzzjoni għandha tevalwa l-adegwatezza tar-ragunijiet mogħtija mill-Istat Membru. [Em 91]

   li ma ġiex trażmess minn dak l-Istat Membru fil-kapaċità tiegħu bħala membru tal-Kunsill, jew
   li ma jikkonċernax informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-politika u tal-liġi tal-KE,

3.  Mingħajr preġudizzju għall-iskrutinju parlamentari nazzjonali, meta Stat Membru jirċievi talba għal dokument fil-pussess tiegħu, li joriġina minn istituzzjoni, sakemm ma jkunx ċar li d-dokument għandu jew m'għandux jiġi mikxuf, l-Istat Membru għandu jikkonsulta ma' l-istituzzjoni involuta sabiex jieħu deċiżjoni li ma tipperikolax l-għanijiet ta' dan ir-Regolament. L-Istat Membru jista' minflok jirreferi t-talba lill-istituzzjoni. [Em 60]

Artikolu 8

Riproduzzjoni ta' dokumenti

Dan ir-Regolament se jkun mingħajr preġudizzju għal regoli fis-seħħ dwar id-drittijiet tal-awtur li jistgħu jillimitaw id-dritt ta' parti terza ▌tirriproduċi jew li tisfrutta dokumenti żvelati. [Em 82]

Artikolu 9

Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba

L-istituzzjonijiet, fuq il-bażi tal-kodiċi ta' mġiba amministrattiva tajba għandhom jadottaw u jippubblikaw linji gwida ġenerali dwar l-iskop tal-obbligi ta' kunfidenzjalità u ta' sigriet professjonali skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat KE, l-obbligi maħruġa minn amministrazzjoni soda u trasparenti u l-protezzjoni ta' personali f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Dawn il-linji gwida għandhom jiddefinixxu wkoll is-sanzjonijiet applikabbli fil-każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament skont ir-Regolamenti tal-Istaff tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg u ta' impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli interni tal-istituzzjonijiet. [Em 107]

TITOLU II

Trasparenza leġiżlattiva u mhux leġiżlattiva

Artikolu 10

Trasparenza Leġiżlattiva

1.  F'konformita' mal-prinċipji demokratiċi mfissra fl-Artikolu 6(1) tat-Trattat UE u mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, għandu jingħata l-ikbar aċċess possibbli għall-attivitajiet tal-istituzzjonijiet waqt li jkunu qed jaġixxu fil-kapaċità leġiżlattiva tagħhom, inkluż meta jaġixxu b'setgħat delegati.

2.   Dokumenti relatati mal-programmi leġiżlattivi tagħhom, mal-konsultazzjonijiet preliminari mas-soċjetà ċivili, mal-evalwazzjonijiet tal-impatt u ma' kwalunkwe dokument preparatorju ieħor marbut ma' proċedura leġiżlattiva għandhom ikunu aċċessibbli fuq sit interistituzzjonali li jkun faċli biex jintuża u ppubblikati f'serje speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.   Il-proposti leġiżlattivi kif ukoll it-testi legali l-oħra tal-UE għandhom jitfasslu b'mod ċar u li jinftiehmu u l-istituzzjonijiet għandhom jaqblu dwar linji gwida u mudelli komuni għat-tfassil li jtejbu ċ-ċertezza legali f'konformita'mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja.

4.   Matul il-proċedura leġiżlattiva, kull istituzzjoni jew korp assoċjati mal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet għandhom jippubblikaw id-dokumenti preparatorji tagħhom u l-informazzjoni relatata kollha, inklużi l-opinjonijiet legali, f'serje speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fuq sit tal-internet komuni li jirriproduċi ċ-ċiklu tal-ħajja tal-proċedura kkonċernata.

5.   Kwalunkwe inizjattiva jew dokument ipprovduti minn kwalunkwe parti interessata bil-għan li jinfluwenzaw bi kwalunkwe mod il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet għandhom isiru pubbliċi.

6.   Ladarba jkunu adottati, l-atti leġiżlattivi għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kif previst mill-Artikolu 12.

7.   Minħabba l-prinċipju ta' koperazzjoni leali li jirregola r-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri, sabiex ikunu jistgħu jinkisbu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jingħata l-istess livell ta' trasparenza rigward il-miżuri nazzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-atti tal-istituzzjonijiet tal-UE, b'mod partikulari billi jiġu ppubblikati b'mod ċar it-testi jew ir-referenzi tal-miżuri nazzjonali. L-iskop hu li ċ-ċittadini jifhmu b'mod ċar u preċiż id-drittijiet u l-obbligi tagħhom li joħorġu minn regoli speċifiċi tal-UE u jippermetti lill-qrati nazzjonali jiżguraw li dawk id-drittijiet u l-obbligi jiġu rispettati f'konformità mal-prinċipji taċ-ċertezza legali u l-ħarsien tal-individwu. [Em 103]

Artikolu 11

Pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali

1.  F'konformita' mal-prinċipji msemmija f'dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet għandhom jaqblu dwar l-istruttura u l-preżentazzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea billi jieħdu kont tal-ftehima interistituzzjonali li teżisti minn qabel.

Flimkien ma' l-atti msemmija fl-Artikolu 254(1) u (2) tat-Trattat tal-KE u fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 163 tat-Trattat ta' Euratom, id-dokumenti li ġejjin, bla ħsara lill-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali:

   (a) pożizzjonijiet komuni adottati mill-Kunsill skont il-proċedura msemmija fl-Artikoli 251 u 252 tat-Trattat tal-KE u r-raġunijiet għal dawk il-pożizzjonijiet komuni, kif ukoll il-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew f'dawn il-proċeduri;
   (b) direttivi ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 254(1) u (2) tat-Trattat KE, deċiżjonijiet ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet;
   (c) konvenzjonijiet iffirmati bejn l-Istati Membri fuq il-bażi tal-Artikolu 293 tat-Trattat tal-KE;
   (d) ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Komunità jew skont l-Artikolu 24 tat-Trattat tal-UE.
   (e) pożizzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 34(2) tat-Trattat tal-UE;
   (f) deċiżjonijiet ta' qafas u deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 34(2) tat-Trattat tal-UE;
   (g) konvenzjonijiet stabbiliti mill-Kunsill skont l-Artikolu 34(2) tat-Trattat tal-UE;

2.  Dokumenti oħra li għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu determinati permezz ta' deċiżjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq proposta tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE(14). [Em 74 + 105]

Artikolu 12

Prattika amministrattiva tat-trasparenza fl-istituzzjonijiet [Em 77]

1.  L-istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw prattiċi amministrattivi tajbin sabiex jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-dritt tal-aċċess garantit minn dan ir-Regolament. L-istituzzjonijiet għandhom jorganizzaw u jżommu l-informazzjoni għandhom b'tali mod li l-pubbliku jkun jista' jingħata aċċess għall-informazzjoni mingħajr sforz supplimentari. [Em 78]

2.  Biex jiġi żgurat li l-prinċipji tat-trasparenza u tal-amministrazzjoni tajba jiġu applikati b'mod effettiv, l-istituzzjonijiet ikkonċernati għandhom jaqblu dwar regoli u proċeduri implimentattivi komuni għall-preżentazzjoni, il-klassifikazzjoni, it-tneħħija tal-klassifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni u t-tixrid tad-dokumenti. [Em 79]

Biex jiġi ffaċilitat dibattitu ġenwin fost il-parteċipanti involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tat-trasparenza, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmluha ċara liċ-ċittadini jekk u meta ma jkunx jista' jingħata aċċess dirett għad-dokumenti waqt il-fażijiet speċifiċi tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Dawn il-limitazzjonijiet m'għandhomx japplikaw ladarba tkun ittieħdet dik id-deċiżjoni.

3.  L-istituzzjonijiet għandhom jinfurmaw liċ-ċittadini, b'mod ġust u trasparenti, dwar l-organigramma tagħhom billi jindikaw ir-responsabilità tal-unitajiet interni tagħhom, il-fluss tax-xogħol intern u l-iskadenzi indikattivi tal-proċeduri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħhom, b'tali mod li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jirreferu għal dawn is-servizzi biex jingħataw appoġġ, informazzjoni jew rimedju amministrattiv.[Em 80]

4.  L-istituzzjonijiet għandhom iwaqqfu kumitat interistituzzjonali tal-Artikolu 255 sabiex jeżamina u jiskambja l-aħjar prattika, jidentifika l-ostakoli għall-aċċess u għall-użu u sorsi ta" mhux ippubblikati, jindirizza kunflitti li jistgħu jinqalgħu, jippromwovi l-interoperabilità, l-użu mill-ġdid u t-twaħħid tar-reġistri, jistandardizza l-kodifikazzjoni tad-dokumenti permezz ta" organizzazzjoni Ewropea tal-istandards, joħloq portal uniku tal-UE biex jiżgura l-aċċess għad-dokumenti kollha tal-UE u jiddiskuti żviluppi futuri dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti. [Em 81]

Artikolu 13

Trasparenza finanzjarja

L-informazzjoni relatata mal-baġit tal-UE, l-implimentazzjoni tiegħu u l-benefiċjarji tal-fondi u l-allokazzjonijiet tal-UE għandha tiġi ppubblikata u tkun aċċessibbli għaċ-ċittadini.

Din l-informazzjoni għandha wkoll tkun aċċessibbli f'sit tal-Internet u bażi tad-data speċifiċi, u wieħed għandu jkun jista' jfittixha fuq il-bażi tal-informazzjoni hawn fuq, li tittratta t-trasparenza finanzjarja fl-UE. [Em 85]

TITOLU III

Metodu ta' Aċċess

Artikolu 14

Aċċess dirett għal dokumenti

1.  L-istituzzjonijiet għandhom kemm jista' jkun jagħmlu d-dokumenti aċċessibbli b'mod dirett lill-pubbliku f'forma elettronika jew permezz ta' reġistru skont ir-regoli tal-istituzzjoni kkonċernata. [Em 71]

2.  L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu d-dokumenti kollha disponibbli b'mod dirett għall-pubbliku f'forma elettronika jew permezz ta" reġistru, b'mod partikolari dawk li jkunu nkitbu jew li jkunu waslu waqt proċeduri għall-adozzjoni ta' atti legiżlattivi tal-UE, jew atti mhux legiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali ▌. [Em 72]

3.  Fejn possibbli, dokumenti oħra, partikolarment dokumenti dwar l-iżvilupp ta' politika jew strateġija, se ikunu direttament aċċessibbli f'forma elettronika.

4.  Meta aċċess dirett ma jingħatax permezz tar-reġistru, ir-reġistratur għandu, sa fejn hu possibbli, jindika fejn ikun id-dokument.

5.  L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu 'interface' komuni għar-reġistri tagħhom tad-dokumenti, u għandhom b'mod partikolari jiżguraw punt uniku ta' aċċess għall-aċċess dirett għad-dokumenti li jkunu nkitbu jew li jkunu waslu waqt proċeduri għall-adozzjoni ta' atti leġiżlattivi jew atti mhux leġiżlattivi b'applikazzjoni ġenerali. [Em 73]

Artikolu 15

Reġistri

1.  Sabiex id-drittijiet taċ-ċittadin taħt dan ir-Regolament isiru effettivi, kull istituzzjoni għandha tagħti aċċess pubbliku lil reġistru ta' dokumenti. Aċċess lir-reġistru għandu jingħata fil-forma elettronika. Referenzi għal dokumenti għandhom jiddaħħlu fir-reġistru mingħajr dewmien.

2.  Għal kull dokument, ir-reġistru għandhom jkollu numru ta' referenza (inkluż, fejn japplika, ir-referenza interistituzzjonali), il-materja u/jew deskrizzjoni fil-qosor tal-kontentu tad-dokument u d-data meta ġie rċevut jew miktub u reġistrat fir-reġistru. Referenzi għandhom isiru f'manjiera li ma jfixklux il-ħarsien tal-interessi fl-Artikolu 6.

3.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli interni tal-istituzzjonijiet, ir-reġistru jew is-sistema ta' reġistri (fil-każ ta' iktar minn reġistru wieħed għall-istess istituzzjoni) ta' kull istituzzjoni għandu jkollhom b'mod partikolari referenzi għal:

   dokumenti li jkunu qed jaslu jew li jkunu qed joħorġu, kif ukoll il-komunikazzjoni uffiċjali tal-istituzzjoni meta tali komunikazzjoni tkun koperta mid-definizzjoni stipulata fl-Artikolu 4(a),
   aġendi u sommarji ta' laqgħat u dokumenti mħejjija qabel il-laqgħat biex jitqassmu, kif ukoll dokumenti oħra mqassma matul il-laqgħat.

   sa ...(15), tadotta u tippubblika regoli interni dwar ir-reġistrazzjoni tad-dokumenti,
   sa ...(16)* , tiżgura li r-reġistru tagħha jkun qed jaħdem b'mod sħiħ.[Em 70]

Artikolu 16

Applikazzjonijiet

1.  Applikazzjonijiet għall-aċċess għal dokument għandhom isiru f'xi forma miktuba, inkluż il-forma elettronika, f'waħda mill-ilsna msemmija fl-Artikolu 314 tat-Trattat tal-KE u b'mod preċiż biżżejjed sabiex tgħin lill-istituzzjoni ssib id-dokument. L-applikant mhux obbligat li jagħti r-raġunijiet għall-applikazzjoni.

2.  Jekk applikazzjoni mhijiex preċiża biżżejjed, ▌l-istituzzjoni għandha titlob fi żmien 15-il jum ta' xogħol lill-applikant sabiex jiċċara l-applikazzjoni u għandha tgħin l-applikant f'dan il-proċess billi, per eżempju, tagħti tagħrif dwar l-użu tar-reġistri pubbliċi ta' dokumenti ▌. [Em 62]

3.  Fil-każ ta' applikazzjoni dwar dokument twil ħafna jew dwar numru kbir ta' dokumenti, l-istituzzjoni involuta tista' tkellem lill-applikant b'mod informali, sabiex isibu soluzzjoni imparzjali.

4.  L-istituzzjoni għandha tagħti tagħrif u għajnuna lil ċittadini dwar kif u fejn l-applikazzjonijiet għal aċċess għad-dokumenti jistgħu jsiru.

Artikolu 17

Proċessar ta' applikazzjonijiet fil-bidu

1.  Applikazzjoni għall-aċċess għal dokument għandha tiġi proċessata mill-ewwel. Għandha tintbagħat ittra ta' rċevuta lill-applikant. Sa massimu ta' 15-il jum tax-xogħol mir-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni, l-istituzzjoni għandha jew tagħti aċċess għad-dokument mitlub u tagħti aċċess skont l-Artikolu 10 f'dak il-perjodu jew, f'tweġiba bil-miktub, tagħti r-raġunijiet għar-rifjut totali jew parzjali u tavża l-applikant dwar id-dritt tiegħu jew tagħha li jagħmel jew tagħmel applikazzjoni konfermatorja skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. [Em 63]

2.  F'każijiet eċċezzjonali, per eżempju fil-każ ta' applikazzjoni dwar dokument twil ħafna jew dwar numru kbir ta' dokumenti, it-terminu previst fil-paragrafu 1 jista' jiġi estiż b'massimu ta' 15-il jum utli, sakemm l-applikant jiġi avżat minn qabel u jingħataw raġunijiet dettaljati. [Em 64]

3.  Fil-każ ta' rifjut totali jew parzjali, l-applikant jista', sa 15-il jum utli minn meta jirċievi r-risposta mill-istituzzjoni, jagħmel applikazzjoni konfermatorja fejn jitlob lill-istituzzjoni li terġa' tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha jew, meta l-applikant iqajjem dubju dwar jekk hux se tkun ikkawżata xi ħsara reali għall-interessi rilevanti u/jew jargumenta li hemm interess superjuri li jsir l-iżvelar, l-applikant jista' jitlob lill-Ombudsman Ewropew biex jagħti opinjoni indipendenti u oġġettiva dwar il-kwistjoni tal-ħsara u/jew l-interess pubbliku superjuri.

Filwaqt li wieħed jistenna li tingħata l-opinjoni tal-Ombudsman Ewropew, il-limitu ta' żmien stipulat f'paragrafu 1 għandu jkun sospiż għal massimu ta' 30 jum ta' xogħol.

Wara li tingħata l-opinjoni tal-Ombudsman Ewropew, jew mhux aktar tard minn 30 jum ta' xogħol, l-applikant jista', sa massimu ta' 15-il jum utli, jagħmel applikazzjoni konfermatorja fejn jitlob lill-istituzzjoni terġa' tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha.[Em 104]

4.  Nuqqas mill-istituzzjoni li twieġeb fit-terminu preskritt jagħti d-dritt lill-applikant li jagħmel applikazzjoni konfermatorja.

Artikolu 18

L-ipproċessar ta' applikazzjonijiet konfermatorji

1.  Applikazzjoni konfermatorja għandha tiġi proċessata mill-ewwel. Sa żmien 15-il  jum utli mir-reġistrazzjoni ta' din l-applikazzjoni, l-istituzzjoni għandha jew tagħti l-aċċess għad-dokument mitlub u tagħti aċċess skont l-Artikolu 10 f'dak il-perjodu jew, fi tweġiba bil-miktub, tagħti r-raġunijiet għar-rifjut totali jew parzjali. Fil-każ ta' rifjut totali jew parzjali, l-istituzzjoni għandha tavża l-applikant dwar ir-rimedji tiegħu jew tagħha. [Em 66]

2.  F'każijiet eċċezzjonali, per eżempju fil-każ ta' applikazzjoni dwar dokument twil ħafna jew dwar numru kbir ta' dokumenti, it-terminu previst fil-paragrafu 1 jista' jiġi estiż b'massimu ta' 15-il jum utli, sakemm l-applikant jiġi avżat minn qabel u jingħataw raġunijiet dettaljati. [Em 67]

3.  Fil-każ ta' rifjut totali jew parzjali, l-istituzzjoni għandha tavża l-applikant dwar ir-rimedji tiegħu jew tagħha, jiġifieri proċeduri fil-qrati kontra l-istituzzjoni u/jew ilment lill-Ombudsman, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 230 u 195 tat-Trattat tal-KE, rispettivament.

4.  Nuqqas mill-istituzzjoni li twieġeb fit-terminu stipulat għandu jitqies bħala tweġiba negattiva u għandu jagħti d-dritt lill-applikant li jiftaħ proċedimenti fil-qrati kontra l-istituzzjoni u/jew tagħmel ilment lill-Ombudsman, taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat tal-KE.

[Em 68]

Artikolu 19

Aċċess wara applikazzjoni

1.  L-applikant għandu jkollu aċċess għad-dokumenti jew billi jarhom fil-post jew billi jirċievi kopja, inkluż, fejn disponibbli, kopja elettronika, skont il-preferenza ta' l-applikant.

2.  Jekk dokument huwa disponibbli għall-pubbliku u huwa faċilment aċċessibbli lill-applikant, l-istituzzjoni tista' taderixxi ma' l-obbligazzjoni li tagħti l-aċċess billi tavża 'l-applikant kif jista' jikseb id-dokument mitlub.

3.  Id-dokumenti għandhom jiġu forniti f'verżjoni u format eżistenti (inklużi dawk elettroniċi jew f'format alternattiva bħal Braille, tipa kbira jew tejp) b'kull kunsiderazzjoni tal-preferenza tal-applikant.

4.  L-applikant jista' jkun mitluba ħallas l-ispiża tal-produzzjoni u tal-impustar tal-kopji. Il-ħlas m'għandux jaqbeż l-ispiża reali tal-produzzjoni u l-impustar tal-kopji. Konsultazzjoni fil-post, kopji ta' inqas minn għoxrin paġna A4 u aċċess dirett fil-forma elettronika jew permezz tar-reġistru għandhom ikunu b'xejn. Fil-każ ta' kopji stampati jew dokumenti f'format elettroniku bbażati fuq informazzjoni miġbura f'sistemi elettroniċi tal-ħażna, tal-ipproċessar u tal-irkupru, l-ispiża reali għat-tiftix u l-rkupru tad-dokument jew id-dokumenti tista' tkun akkariġu tal-applikant. L-ebda ħlas addizzjonali m'għandu jintalab jekk l-istituzzjoni tkun diġà pproduċiet id-dokument jew id-dokumenti kkonċernati. L-applikant għandu jiġi infurmat minn qabel dwar l-ammont u l-metodu kif jiġi kkalkulat kwalunkwe ħlas. [Em 69]

5.  Dan ir-Regolament m'għandux jidderoga mill-modalitajiet speċifiċi li jigvernaw l-aċċess stipulat fil-ligi nazzjonali jew tal-UE, bhal ħlas ta'drittijiet.

Artikolu 20

Tagħrif

1.  Kull istituzzjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tavża l-pubbliku dwar id-drittijiet li għandhom taħt dan ir-Regolament.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma' l-istituzzjonijiet fl-għotja ta' tagħrif liċ-ċittadini.

Artikolu 21

Uffiċjal għall-Informazzjoni

1.   Kull direttorat ġenerali f'kull istituzzjoni għandu jaħtar Uffiċjal għall-Informazzjoni li għandu jkun responsabbli li tiġi żġurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u prattika amministrattiva tajba f'dak id-direttorat ġenerali.

2.   L-Uffiċjal għall-Informazzjoni għandu jiddetermina liema informazzjoni jkun jaqbel li tingħata lill-pubbliku rigward:

u għandu jiżgura t-tixrid ta' dik l-informazzjoni f' forma u b'mod xierqa.

   (a) l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament;
   (b) il-prattika tajba;

3.   L-Uffiċjal għall-Informazzjoni għandu jevalwa jekk is-servizzi fid-direttorat ġenerali tiegħu jew tagħha jsegwux prattika tajba.

4.   L-Uffiċjal għall-Informazzjoni jista' jirreferi persuna li jkollha bżonn l-informazzjoni għand direttorat ieħor jekk l-informazzjoni msemmija ma tkunx responsabilità tiegħu u tkun responsabilità ta' direttorat differenti fl-istess istituzzjoni, sakemm din jew dan ikollu tali informazzjoni. [Em 106]

TITOLU IV

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 22

Rapporti

1.  Kull istituzzjoni għandha tippubblika ta' kull sena rapport għas-sena ta' qabel inklużi n-numru ta' każijiet fejn l-istituzzjoni rrifjutat li tagħti aċċess għal dokumenti, ir-raġunijiet għal dawn ir-rifjuti u n-numru ta' dokumenti sensittivi mhux reġistrati fir-reġistru.

2.  Sa mhux aktar tard minn ...*., il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' dan ir-Regolament u għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet li jkunu jinkludu, jekk ikun xieraq, proposti għar-reviżjoni ta' dan ir-Regolament li jsiru neċessarji minħabba tibdiliet fis-sitwazzjoni attwali u kif ukoll programm ta' azzjoni ta' miżuri li għandhom jittieħdu mill-istituzzjonijiet.

Artikolu 23

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 huwa mħassar b'effett mill-[…].

Ir-referenzi għar-Regolament rrevokat għandhom jittieħdu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness.

Artikolu 24

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

The President The President

ANNESS

Tabella ta' Korrelazzjoni(17)

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(2)

-

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(4)

-

Artikolu 2(5)

-

Artikolu 2(6)

Artikolu 2(6)

Artikolu 2(7)

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4(1) (a)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1) (b)

Artikolu 4(5)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(4)

Artikolu 5(1)

Artikolu 4(5)

Artikolu 5(2)

-

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(6)

Artikolu 4(6)

Artikolu 4(7)

Artikolu 4(7)

Artikolu 5

Artikolu 5(3)

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 16

Artikolu 17(1)

Artikolu 17

Artikolu 17(2)

-

Artikolu 18

-

-

Artikolu 18

-

Artikolu 19

-

Anness

(1) Il-kwistjoni kienet imbgħad riferuta lura lill-kumitat skont l-Artikolu 53(2) tar-Regoli ta' Proċedura (A6-0077/2009).
(2) ...
(3) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
(4)4 ĠU C 303, 14.12.2007, p. 1.
(5) ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 151.
(6) ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13.
(7) Ftehima Interistituzzjonali tat-22 ta' Diċembru 1998 dwar il-linji gwida komuni għall-kwalità tal-abbozzar tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità (ĠU C 73, 17.3. 1999, p. 1).
(8) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90.
(9) ĠU L 43, 15.2.1983, p. 1.
(10) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.
(11) OJ L 340, 31.12.1993, p. 43.
(12) OJ L 46, 18.2.1994, p. 58.
(13) OJ L 263, 25.9.1997, p. 27.
(14) Ara Artikolu 7 ta' SEC(2008)2109.
(15)* Sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ dan ir-Regolament.
(16)** Sena mid-data tad-dħul fis-seħħ dan ir-Regolament.
(17) Għad trid tiġi aġġornata.


Linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri *
PDF 196kWORD 31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (COM(2008)0869 – C6-0050/2009 – 2008/0252(CNS))
P6_TA(2009)0115A6-0052/2009

(Proċedura ta' Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0869),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 128(2) tat-Trattat KE, skont liema l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0050/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0052/2009),

1.  Approva l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kunsill biex javża lill-Parlament jekk ikun bi ħsiebu jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament,

3.  Isaqsi lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsulta lill-Parlament jekk ikun bi ħsiebu jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

4.  Ifakkar fit-talba tiegħu li ilu li għamilha lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jiżgura li l-Parlament jingħata ż-żmien meħtieġ, u f'kwalunkwe każ mhux inqas minn ħames xhur, biex jissodisfa l-irwol konsultattiv tiegħu, kif definit fl-Artikolu 128(2) tat-Trattat, waqt ir-reviżjoni sħiħa tal-Linji Gwida tal-Impjiegi, li hija maħsuba li ssir fl-aħħar tal-2010;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jibgħat il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Regoli ta' Proċedura: estensjoni tal-applikabilità tal-Artikolu 139
PDF 202kWORD 39k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 li testendi l-applikabilità tal-Artikolu 139 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament sat-tmiem tas-seba' mandat parlamentari
P6_TA(2009)0116B6-0094/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jiddetermina l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea(1), kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 920/2005(2),

–   wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Kondotta dwar il-Multilingwiżmu adottat mill-Bureau fis-17 ta' Novembru 2008,

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau tat-13 ta' Diċembru 2006 dwar deroga mill-Artikolu 138 u d-deċiżjonijiet sussegwenti li jestendu din id-deroga sat-tmiem tal-mandat attwali tal-parlament,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 138 u 139 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi, skont l-Artikolu 138, id-dokumenti kollha tal-Parlament għandhom jitfasslu fil-lingwi uffiċjali, u l-Membri kollha għandhom id-dritt li fil-Parlament jitkellmu fil-lingwa uffiċjali tal-għażla tagħhom, b'interpretazzjoni fil-lingwi uffiċjali l-oħra,

B.   billi, skont l-Artikolu 139, huwa permess li jingħataw derogi mill-Artikolu 138 sat-tmiem tas-sitt mandat parlamentari jekk, u wara li, minkejja prekawzjonijiet xierqa, il-lingwisti meħtieġa għal lingwa uffiċjali ma jkunux disponibbli fin-numri meħtieġa; billi fir-rigward ta' kull lingwa uffiċjali li għaliha jitqies li deroga hi meħtieġa, il-Bureau, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali, għandu jaċċerta jekk il-kundizzjonijiet ikunux sodisfatti, u l-Bureau għandu jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu kull sitt xhur,

C.   billi, fit-13 ta' Diċembru 2006, il-Bureau aċċetta li d-diffikultajiet biex il-ħtiġijiet lingwistiċi għall-Malti, ir-Rumen, il-Bulgaru u l-Irlandiż jiġu koperti kienu tali li l-kundizzjonijiet għal deroga mill-Artikolu 138 kienu sodisfatti għal kull waħda minn dawn il-lingwi; billi permezz ta' deċiżjonijiet sussegwenti il-Bureau estenda dawn id-derogi sabiex mill-1 ta' Jannar 2009 sat-tmiem tal-mandat parlamentari tapplika deroga fir-rigward tal-Bulgaru u r-Rumen (interpretazzjoni), iċ-Ċek (interpetazzjoni waqt il-Presidenta Ċeka tal-Kunsill), il-Malti (interpretazzjoni u traduzzjoni) u l-Irlandiz (interpretazzjoni, traduzzjoni u verifika legali-lingwistika),

D.   billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 920/2005 jipprevedi miżuri temporanji (li jiġġeddu) għal perjodu ta' ħames snin fir-rigward tal-Irlandiż,

E.   billi, minkejja l-prekawzjonijiet kollha xierqa, il-kapaċità tal-Irlandiż u tal-Malti mhix mistennija li tkun tali li tippermetti servizz sħiħ ta' interpretazzjoni f'dawk il-lingwi mill-bidu tas-seba' mandat parlamentari; billi, għal ċerti lingwi, għalkemm ser ikun hemm kapaċità suffiċjenti sabiex il-ħtiġijiet normali tal-Parlament ikunu koperti, in-numru ta' interpreti jista' ma jkunx biżżejjed biex jippermetti l-kopertura sħiħa mistennija waqt il-Presidenzi tal-Kunsill tal-Istati Membri konċernati waqt is-seba' mandat parlamentari,

F.   billi, minkejja sforzi istituzzjonali bla heda u kontinwi, in-numru ta' tradutturi u avukati-lingwisti għall-Irlandiż huwa mistenni li jkun għadu tant limitat li, sa fejn wieħed jista jbassar, tista' tiġi assigurata biss kopertura limitata ta' din il-lingwa; billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 920/2005 ma jeżiġixli l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea adottata qabel l-1 ta' Jannar 2007 ('l-Acquis') tinqaleb fl-Irlandiż; billi, bħala riżultat tal-miżuri ta' deroga stipulati f'dak ir-Regolament, attwalment huma l-proposti tal-Kummissjoni għal regolamenti ta' kodeċiżjoni li qegħdin jiġu ppreżentati fl-Irlandiż, u sakemm din is-sitwazzjoni tippersisti, mhux ser ikun possibbli li s-servizzi tal-Parlament jippreparaw il-verżjonijiet legali Irlandiżi ta' tipi oħra ta' atti legali,

G.   billi, waqt is-seba' mandat parlamentari, Stati Ewropej oħra jafu jsiru membri tal-Unjoni Ewropea; billi, għal-lingwi l-ġodda kkonċernati, jista' jagħti l-każ li ma jkunx hemm numru biżżejjed ta' lingwisti disponibbli mill-ġurnata tal-adeżjoni, u miżuri tranżitorji jkunu meħtieġa,

H.   billi, l-Artikolu 139(4) jipprevedi li, fuq rakkomandazzjoni raġjunata mill-Bureau, il-Parlament jista' jiddeċiedi, fl-aħħar tal-mandat parlamentari, li jestendi dak l-Artikolu,

I.   billi, fid-dawl ta' l-informazzjoni ta' hawn fuq, il-Bureau irrakkomanda li l-Artikolu 139 jiġi estiż sat-tmiem tas-seba' mandat parlamentari,

1.  Jiddeċiedi li jestendi l-applikabilità tal-Artikolu 139 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament sat-tmiem tas-seba' mandat parlamentari;

2.  Jagħti istuzzjonijiet lill-President tiegħu li jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bħala informazzjoni.

(1) ĠU 17, 6.10.1958, p. 385.
(2) ĠU L 156, 18.6.2005, p. 3.


Is-sitwazzjoni soċjali tar-Roma u t-titjib tal-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol fl-UE
PDF 360kWORD 127k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 dwar is-sitwazzjoni soċjali tar-Roma u t-titjib tal-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol fl-UE (2008/2137(INI))
P6_TA(2009)0117A6-0038/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 6, 7, 29 u 149 tat-Trattat KE, b' mod partikolari r-rekwiżit li l-Istati Membri għandhom jiżguraw opportunitajiet ugwali għaċ-ċittadini kollha,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tat-Trattat KE, li jippermetti lill-Komunità tieħu azzjoni xierqa għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata, inter alia, fuq l-oriġini razzjali jew etnika,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-28 ta' April 2005 dwar is-sitwazzjoni tar-Roma fl-Unjoni Ewropea(1), tal-1 ta' Ġunju 2006 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa Roma fl-Unjoni Ewropea(2), tal-31 ta' Jannar 2008 dwar Strateġija Ewropea għar-Roma(3) u tal-10 ta' Lulju 2008 dwar iċ-ċensiment tar-Roma fuq bażi tal-etniċità fl-Italja(4),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta" Ottubru 2008 dwar il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, inkluż il-faqar fost it-tfal, fl-UE(5),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità(6) u d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol(7),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2008 dwar, 'Aġenda soċjali mġedda: Opportunitajiet, aċċess u solidarjetà fl-Ewropa tas-seklu 21' (COM(2008)0412), (il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Aġenda Soċjali Mġedda),

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2008 għal direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta" trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010)(8),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta" Mejju 2007 dwar il-promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd(9),

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali tal-Kunsill tal-Ewropa tal-1 ta' Frar 1995 u l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali tal-4 ta' Novembru 1950,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) tal-10 ta' Diċembru 1984 kontra t-Tortura u Trattamenti jew Kastigi Oħrajn li huma Krudili, Inumani jew Degradanti,

–   wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) dwar it-Titjib tas-Sitwazzjoni tar-Roma u tas-Sinti fi ħdan iz-Zona OSCE tas-27 ta' Novembru 2003,

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali 2007 tal-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar ir-razziżmu u l-ksenofobija fl-Istati Membri,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tad-Deċennju ta' Inklużjoni tar-Roma tat-2 ta' Frar 2005 kif ukoll it-twaqqif tal-Fond għall-Edukazzjoni tar-Roma fit-12 ta' Mejju 2005,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal- Kummissjoni dwar, 'Is-Sitwazzjoni tar-Roma f'Unjoni Ewropea Mkabbra', ippubblikat mill- fl-2004,

–   wara li kkunsidra r-rapport, 'Minoranzi Etniċi fis-Suq tax-Xogħol: Sejħa Urġenti għal Inklużjoni Soċjali Aħjar' tal-Grupp ta' Esperti Konsultattiv ta' Livell Għoli dwar l-Integrazzjoni Soċjali tal-Minoranzi Etniċi u l-Parteċipazzjoni Sħiħa tagħhom fis-Suq tax-Xogħol, ta' April 2007,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Finali dwar is-Sitwazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tar-Roma, tas-Sinti u tan-Nomadi fl-Ewropa, ippubblikat mill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa fl-2006,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew intitolata 'Integrazzjoni tal-minoranzi - Roma'(10) (Opinjoni EESC),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0038/2009),

A.   billi wara t-tkabbir riċenti tal-Unjoni Ewropea, il-ħtieġa għall-integrazzjoni soċjali ħolqot sfidi ġodda fl-Unjoni Ewropea, li jridu jkunu ffaċċjati fil-kuntest ta' ċirkustanzi ekonomiċi u demografiċi ġodda u billi għalkemm dawk l-isfidi jridu jkunu ffaċċjati fl-Istati Membri kollha, l-Istati Membri fiċ-ċentru u fil-Lvant tal-Ewropa huma milquta aktar minħabba t-trasformazzjoni soċjali, ekonomika u strutturali tagħhom matul l-aħħar għoxrin sena; jinnota, għalhekk, li l-gruppi soċjali vulnerabbli, bħar-Roma, huma fis-sitwazzjoni l-aktar perikoluża,

B.   billi f'dawk l-Istati Membri fejn is-setturi industrijali fallew, ir-reġjuni raw il-prospetti tagħhom tal-iżvilupp imorru lura u, bħala riżultat, bosta Roma b'mod partikolari, twarrbu fil-marġini tas-soċjetà permezz ta" żieda mgħaġġla tal-faqar; billi l-Parlament jinnota u jtenni li, matul dan il-proċess, naqas il-valur tad-dritt tar-Roma għaċ-ċittadinanza nazzjonali u dik tal-UE għar-Roma u li l-benefiċċji mit-tkabbir ma waslux għandhom b'mod xieraq, u għalhekk kibret il-marġinalizzazzjoni tagħhom f'diversi modi,u filwaqt li żdied ir-riskju li jiffaċċjaw ta' diskriminazzjoni multipla,

C.   billi l-kampanja aggressiva politika strateġika għall-promozzjoni ta" opportunitajiet indaqs għar-Roma trid titqabad ma" sitwazzjoni soċjali estremament kumplessa, minħabba li r-Roma, l-ikbar minoranza etnika tal-Ewropa, għandhom l-istess żvantaġġi ta" gruppi oħra, u billi din it-taqbida tista" tiġi megħjuna bl-aktar mod effettiv bi strateġija komprensiva għar-Roma u b'sett ikkoordinat ta" strumenti li jestendu għal firxa ta" politiki settorjali u bl-għajnuna ta" finanzjament għalihom,

D.   billi l-vjaġġaturi huma fenomenu etniku separat, li b'mod ġustifikat jista" jiġi diskuss bħala kwistjoni separata kemm mil-lat tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll minn dak tal-kwistjonijiet soċjali u tas-suq tax-xogħol,

E.   billi l-proċess ta' integrazzjoni tar-Roma fis-soċjetà mhuwiex wieħed unilaterali iżda multilaterali u hemm il-ħtieġa li r-Roma jkunu attivament involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet meta jitfasslu politiki għall-inklużjoni soċjali,

F.   billi l-kundizzjonijiet tal-għajxien tar-Roma, il-qagħda tas-saħħa tagħhom u l-livell ta' edukazzjoni tagħhom jiddeterminaw is-sitwazzjoni soċjali u s-suq tax-xogħol tagħhom u spiss iservu bħala pretest għall-esklużjoni tagħhom minn soċjetajiet ta' maġġoranza u għar-razziżmu, u billi dan kollu jxekkel it-titjib tal-kwalità tal-ħajja tagħhom, u b'hekk ma jistgħux jiġu eżerċitati d-drittijiet ċivili u tal-bniedem l-aktar fundamentali,

G.   billi infrastruttura tat-trasport ħażina, nuqqas ta' entitajiet u servizzi amministrattivi pubbliċi, b'mod partikulari ta' istituzzjonijiet edukattivi u ta' servizzi tal-kura tas-saħħa ta' kwalità għolja u r-rilokazzjoni tan-negozji jġiegħlu liż-żgħażagħ jitbiegħdu mid-dar għal raġunijiet ekonomiċi, u għalhekk immorru għall-agħar id-disparitajiet reġjonali u l-gettoizzazzjoni,

H.   billi huwa mportanti ħafna li, preċiż qabel it-tmiem tat-tieni perjodu tal-Proċess ta" Liżbona, tiġi evalwata s-sitwazzjoni soċjali u l-prospetti tal-impjieg tar-Roma u li jiġi deċiż x'għandu jsir,

I.   filwaqt li jagħraf l-importanza tal-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni għall-promozzjoni tal-integrazzjoni u filwaqt li jinnota li, minħabba l-kumplessità tal-problemi soċjali ffaċjati mir-Roma, mhuwiex konċepibbli li dawn jistgħu jiġu solvuti purament permezz tas-sistema ta" proġetti karatteristika tal-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni,

J.   billi huwa bla dubju importanti li jiġu rikonoxxuti l-prattiki tajbin preċedenti, imma billi l-validità tagħhom hija limitata f'sens ta" żmien u mkien,

K.   billi ħafna komunitajiet tar-Roma bħalissa għandhom tendenza li jibqgħu fejn huma, minflok ma jiċċaqilqu lejn zoni fejn jista" jkun hemm aktar opportunitajiet ta" xogħol,

Ir-Roma fis-suq tax-xogħol: aċċess jew esklużjoni?

1.  Jikkunsidra li hemm il-ħtieġa għal approċċ ikkoordinat biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għejxien tal-komunità tar-Roma li hu mmirat biex jintlaħqu dawn it-tliet għanijiet:

   - iż-żieda tal-opportunitajiet ekonomiċi għar-Roma;
   - il-bini ta' kapital uman, u;
   - it-tisħiħ tal-kapital soċjali u l-iżvilupp tal-komunità;

2.  Jindika l-fatt li l-politiki mmirati lejn ir-Roma, f'ħafna każijiet, ma tejbux is-sitwazzjoni tagħhom; jitlob li, fl-azzjonijiet kollha tal-UE u tal-Istati Membri li jaffettwaw lir-Roma b'mod partikulari, dawk li għandhom sehem fil-komunità tar-Roma jieħdu sehem fit-teħid tad-deċiżjonijiet, sabiex tiġi rispettata l-kapaċità u r-responsabiltà tagħhom li jorganizzaw lilhom infushom;

3.  Jinnota li l-aċċess mhux ugwali għas-servizzi u l-iżvantaġġi soċjoekonomiċi li jiffaċċjaw it-tfal tar-Roma fil-prattika ma jippermettulhomx żvilupp bikri u edukazzjoni ta' kwalità għolja; jinnota li dawk l-iżvantaġġi, min-naħa tagħhom jaffettwaw b'mod negattiv l-iżvilupp emozzjonali, soċjali, fiżiku u personali tagħhom, kif ukoll l-opportunitajiet sussegwenti tagħhom fis-suq tax-xogħol u għalhekk jaffettwaw l-inklużjoni tagħhom fis-soċjetà ewlenija;

4.  Jinnota li s-sistemi edukattivi huma selettivi u li minkejja l-isforzi tal-Istati Membri biex jegħlbu s-segregazzjoni, il-ħafna sistemi diversi mfassla b'mod li jagħti l-impressjoni li qed jittrattaw is-segregazzjoni, fir-realtà bosta drabi jservu biex jaċċentwaw id-disparitajiet bejn il-gruppi soċjali u jiżvantaġġjaw ferm lill-fqar, b'mod partikulari r-Roma, li jsibu ruħhom fit-triq tan-niżla; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa għal politiki tal-edukazzjoni li jindirizzaw speċifikament lill-familji tar-Roma u li jinkoraġġixxu parteċipazzjoni attiva;

5.  Jenfasizza li, għalkemm il-proporzjon taż-żgħażagħ Roma fl-edukazzjoni sekondarja u ogħla żdied f'ċerti Stati Membri, il-livell tagħhom ta" kwalifiki għadu baxx wisq meta mqabbel mal-medja tal-UE; jiġbed l-attenzjoni dwar il-qasma bejn nuqqasijiet ta' ħaddiema minn naħa, u r-rata għolja tal-qgħad marbuta ma" livelli baxxi ta" snajja" fost ir-Roma min-naħa l-oħra; jitlob b'insistenza, għalhekk, li l-Istati Membri u l-UE jappoġġjaw lir-Roma biex itejbu l-kwalifiki tagħhom bħala prijorità; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fl-assenza ta" kwalifiki formali, il-pożizzjoni tar-Roma fis-suq tax-xogħol tista" tittejjeb ukoll billi titfassal sistema għar-rikonoxximent ta" ħiliet prattiċi;

6.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiggarantixxu li n-nisa u t-tfajliet Roma jkollhom aċċess ugwali għall-edukazzjoni ta" kwalità għolja u biex jintroduċu inċentivi (pereżempju opportunitajiet ta" żvilupp professjonali) biex jattiraw għalliema ta" kwalità għolja fi skejjel li jinstabu fiz-zoni soċjoekonomiċi l-aktar fqar u, b'mod partikulari, f'komunitajiet rurali bi proporzjon kbir ta' Roma;

7.  Jistieden lill-Istati Membri sabiex itejbu l-aċċess għan-nisa Roma għat-taħriġ vokazzjonali u sabiex jadottaw it-taħriġ vokazzjonali skont il-ħtiġijiet tas-swieq tax-xogħol lokali sabiex in-nisa Roma jingħataw il-kapaċitajiet meħtieġa mis-suq;

8.  Jinnota li l-maġġoranza kbira tal-gradwati Roma ma jirritornawx lura lejn il-komunitajiet tagħhom wara li jispiċċaw l-università u li xi wħud minnhom jinnegaw l-oriġini tagħhom jew ma jibqgħux jiġu aċċettati fil-komunità tagħhom meta jippruvaw jirritornaw;

9.  Jirrakkomanda li jitfassal pakkett komprensiv ta" progammi li jippromwovi u jagħti motivazzjoni għar-ritorn tal-gradwati Roma lejn il-komunitajiet tagħhom u għal-impjieg tar/Roma fi ħdan il-komunitajiet tagħhom u fl-interessi ta' dawn;

10.  Jikkunsidra li ċ-ċittadini Roma f'xi Stati Membri jaffettwaw il-piramida tal-popolazzjoni b'mod speċifiku; jinnota li l-proporzjon ta' tfal tar-Roma fil-popolazzjoni huwa għoli, filwaqt li l-medja tal-għomor meta jitwieldu hija ta' 10 snin sħaħ inqas minn dik ta' nies li jagħmlu parti mill-popolazzjoni ta' maġġoranza;

11.  Jikkunsidra li, minkejja li l-Istati Membri użaw riżorsi sostanzjali tal-UE u tal-Istati Membri biex jgħinu lil min ikun qiegħed għal żmien twil isib xogħol, ma nstabet l-ebda soluzzjoni koerenti fil-livell tal-Unjoni Ewropea: l-Istati Membri qed jittrattaw is-sitwazzjoni b'modi differenti ħafna u f'miżuri differenti ħafna, u ma pprovdewx opportunitajiet ta' ritorn għas-suq tax-xogħol fuq perjodu twil ta' żmien, filwaqt li l-miżuri tagħhom, bħall-programmi ta' impjieg pubbliċi, aggravaw aktar l-istigmatizzazzjoni tar-Roma; jitlob, għalhekk, li kemm l-UE kif ukoll l-Istati Membri jbiddlu l-politika tagħhom għal approċċ integrat li jindirizza l-aspetti kollha tal-privazzjoni tagħhom;

12.  Jistieden lill-Istati Membri biex jadattaw il-programmi ta" taħriġ vokazzjonali tagħhom għall-bżonnijiet tas-swieq tax-xogħol lokali u jagħtu inċentivi lil min iħaddem biex jipprovdu xogħol lil nies mhux imħarrġa (inkluż in-nies Roma) u joffrulhom taħriġ u opportunitajiet biex dawn jakkwistaw esperjenza prattika direttament fuq il-post tax-xogħol;

13.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-Istati Membri u lokali biex iwettqu studji annwali separati skond is-sessi dwar ir-rata li biha jerġgħu jiġu impjegati dawk li jkunu ilhom qiegħda għal ħafna żmien (inkluzr-Roma) li lestew taħriġ għas-suq tax-xogħol u, skont l-esperjenza li jkunu ġabru, jitfasslu metodoloġiji ġodda u jitniedu programmi ġodda ta" taħriġ adattati għall-abilitajiet lokali u l-ħtiġijiet ekonomiċi;

14.  Jistieden lill-Istati Membri biex jużaw il-fondi tal-UE biex jippreżervaw u jħarsu l-attivitajiet tradizzjonali tar-Roma;

15.  Jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li l-adulti Roma, minħabba d-diversi żvantaġġi tagħhom, mhumiex rappreżentati biżżejjed fil-popolazzjoni li taħdem u fit-tagħlim tul il-ħajja, ħafna drabi ma jkollhom ebda aċċess għall-ICT, u huma rappreżentati żżejjed fost min ikun qiegħed għal żmien twil u min jaħdem f'xogħol ta' ftit prestiġju, żvantaġġi li joħolqu l-akbar ostakli għar-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol; jitlob, għalhekk, l-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva 2000/78/KE, li tipprojbixxi d-diskriminazzjoni fl-impjieg u fix-xogħol fuq bażi ta" reliġjon jew twemmin, diżabiltà, età jew orjentazzjoni sesswali;

16.  Jikkunsidra li huwa importanti li wieħed jaħseb għal azzjoni speċifika tal-Komunità biex ikun promoss l-aċċess tar-Roma għal programmi ta" taħrig professjonali;

17.  Jiġbed l-attenzjoni tal-Istati Membri li din id-dikotomija soċjali tista' ġġiegħel lil ħafna nies Roma li jkunu qed ifittxu x-xogħol biex jaqilbu mill-ekonomija legali għall-ekonomija informali, u li hemm bżonn ta" sforz ikkoordinat fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri biex dawn n-nies jitħajru lura għall-impjieg legali bi drittijiet marbuta max-xogħol u drittijiet tas-sigurtà soċjali;

18.  Jikkunsidra li għandhom jittieħdu passi għall-promozzjoni ta" politika soċjali u ekonomika inklużiva, anke permezz ta" miżuri ad hoc biex tiġi pprovduta akkomodazzjoni diċenti;

19.  Jiġbed attenzjoni partikulari għall-fatt li l-promozzjoni tal-mobiltà ta" ħaddiema mingħajr kwalifiki u mingħajr ħiliet tista" twassal għal diskriminazzjoni serja kontra n-nisa tar-Roma li diġà huma vulnerabbli ħafna għal diversi tipi ta" diskriminazzjoni, u tista" tkun ta" xkiel għall-avvanz tagħhom fis-suq tax-xogħol;

20.  Jistieden lill-gvernijiet tal-Istati Membri biex itejbu l-indipendenza ekonomika tan-nisa Roma billi jippromwovu miżuri għal-self-employment u start-up ta' impriż ta' daqs żgħir jew medjufaċli,u l-aċċess għall-mikrokreditu, u billi jħeġġu ekonomija tas-servizzi fil-komunitajiet tagħhom sabiex l-għarfien u l-kompetenza tan-nisa tar-Roma jiżdiedu;

21.  Jistieden lill-gvernijiet tal-Istati Membri, inter alia, biex joħolqu sistemi ta" inċentivi, permezz ta' vantaġġi fiskali, għall-impriżi li jimpjegaw n-nisa Roma;

22.  Jikkunsidra li huwa neċessarju li jitqies il-fatt li fil-prattika, huwa diffiċli li l-eliminazzjoni tal-komunitajiet tar-Roma titwettaq bl-użu tar-riżorsi tal-UE skont ir-regoli li attwalment japplikaw għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, għax fil-każ ta' Stati Membri li daħlu wara l-2004, iċ-ċifra minima tal-popolazzjoni biex il-komunitajiet ikunu eliġibbli għall-iffinanzjar mill-baġits għall-akkomodazzjoni hija tali li huma preċiżament dawk li qed jgħixu fl-iktar kundizzjonijiet ħżiena, fl-iżgħar kolonji, li ma jistgħux jintlaħqu;

23.  Jenfasizza l-fatt li s-soluzzjoni għall-problemi soċjali u ekonomiċi tar-Roma tirrikjedi approċċ komprensiv u soluzzjoni għal tul ta" żmien ikkoordinata li tinvolvi lo-akkomodazzjoni, l-edukazzjoni, il-kura għas-saħħa u l-politiki għas-suq tax-xogħol; għalhekk jissuġġerixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li l-miżuri kollha mmirati għat-titjib tas-sitwazzjoni tar-Roma għandhom jiġu kkunsidrati bħala parti inseparabbli mill-miżuri mfassla għall-appoġġ għall-iżvilupp reġjonali u l-inklużjoni soċjali;

24.  Jikkunsidra li l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mir-reviżjoni tar-regoli dwar il-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni li tagħti aktar skop għall-programmi kumplessi billi jiġi permess it-trasferiment ta' iżjed minn 10 % bejn il-fondidifferenti;

25.  Jinnota l-proposta għal direttiva komprensiva ġdida biex tingħeleb d-diskriminazzjoni barra l-impjieg fuq bażi ta" età, diżabiltà, orjentazzjoni sesswali, reliġjon jew twemmin u jappella għall-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva 2000/43/KE; jikkunsidra li, fl-ispirtu tal-Aġenda Soċjali, il-Kummissjoni għandha tidentifika objettivi speċifiċi u tfassal programmi bbilanċjati sew bil-għan li titneħħa d-diskriminazzjoni kontra r-Roma u l-istigmatizzazzjoni tar-Roma u l-kriminalizzazzjoni tal-komunitajiet tar-Roma;

26.  Jenfasizza l-fatt li l-prerekwiżit bażiku għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-aċċess għas-suq tax-xogħol għar-Roma huwa li dawn jingħataw drittijiet soċjali u politiċi ugwali; jistieden lill-Istati Membri u l-pajjiżi kandidati, f'dan ir-rigward, biex jistabbilixxu strateġija għat-titjib tal-parteċipazzjoni tar-Roma fl-elezzjonijet bħala votanti u kandidati fil-livelli kollha;

27.  Japprova l-importanza tal-mikrokreditu, u li huma rakkomandati minn diversi prospettivi fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Aġenda Soċjali Mġedda u fl-opinjoni tal-EESC u li, bl-għoti ta" riżors minimu, jistgħu jpoġġu l-ifqar nies fuq it-triq tal-otteniment tar-responsabiltà personali, tal-ħiliet tan-negozju u tal-iżvilupp tal-ħiliet kreattivi tagħhom, anke billi jiġi pprovdut kreditu għall-ispejjeż ta' self-employment;

28.  Jappoġġjal-proposta tal-istituzzjonijiet tal-UE li, b'konformità mal-prinċipju tat-trattament ugwali, in-numru ta' Roma li jaħdmu fis-servizzi pubbliċi għandu jiżdied; madankollu jinnota li sabiex dan isir possibbli huwa neċessarju mhux biss li l-gvernijiet isegwu politiki tal-istaff u tal-forza tax-xogħol li jħeġġu dan, imma wkoll li jsiru sforzi speċjali u jiġi pprovdut appoġġ attiv biex isir aktar faċli li l-pubbliku jaċċetta l-prinċipju;

29.  Jenfasizza, inter alia, li s-suq soċjali, il-kura tas-saħħa, l-għajnuna fid-djar, il-kejtering pubbliku u l-forniment ta" servizzi għall-appoġġ tal-kura tat-tfal eċċ jistgħu joħolqu impjiegi ġodda għar-Roma li m'għandhomx xogħol, speċjalment in-nisa; jirriafferma, madankollu, li s-suq soċjali jeħtieġ ħolqa li tgħaqqad b'mod permanenti lil min jipprovdi u lil min juża s-servizzi u li, għalhekk, żieda fl-impjiegi għar-Roma f'dawk l-oqsma tkun possibbli biss f'kuntest ta" aċċettazzjoni soċjali, iżda tali impjieg jippromwovi wkoll l-aċċettazzjoni soċjali;

30.  Jistieden lill-Istati Membri sabiex jieħdu miżuri xierqa biex tiġi eliminata l-mibegħda razzjali u t-tixwix għad-diskriminazzjoni u l-vjolenza kontra r-Roma fil-mezzi tax-xandir u f'kull forma ta" teknoloġija tal-komunikazzjoni, u jħeġġeġ lill-mezzi tax-xandir biex jistabbilixxu prattiċi tajbin fir-reklutaġġ tal-ħaddiema b'tali mod li dan jirrifletti l-mod kif inhi mqassma l-popolazzjoni kollha;

31.  Josserva li ħafna drabi n-nisa Roma huma parti mill-ekonomija informali u għandhom rata baxxa ħafna ta' impjieg u jqis li, sabiex tingħeleb id-diskriminazzjoni multipla, u l-livell għoli ta' faqar u qgħad, il-politiki mmirati għandhom jiffukaw fuq il-ħolqien ta' aċċess veru għas-suq tax-xogħol għan-nisa Roma, aċċess li huwa prerekwiżit sabiex jittejjeb l-istatus soċjali u tal-familja tagħhom;

32.  Jikkunsidra li l-impjieg tan-nisa Roma għandu jkun promoss ukoll permezz ta' tħaddim li jiffavorixxi l-impjieg tas-sistemi ta' appoġġ soċjali kif ukoll permezz ta' taħriġ xieraq u opportunitajiet ta' speċjalizzazzjoni, sabiex jitħejjew fil-futur imbiegħed għal xogħol li jistgħu jaqilgħu l-għajxien minnu, kif ukoll sabiex jirrikonċiljaw il-ħajja tal-familja u x-xogħol; jistieden lill-Istati Membri biex jadottaw miżuri li jgħinu biex jiżdiedu l-opportunitajiet ta' kura għat-tfal Roma anke jekk ommhom tkun id-dar mat-tfal l-oħra tagħha;

33.  Jenfasizza li titjib fl-akkomodazzoni u fis-servizzi tas-saħħa jista' jgħin sabiex in-nisa Roma jkollhom aċċess aħjar għas-suq tax-xogħol u jżid iċ-ċans tagħhom li jżommu xogħolhom għal perjodu itwal ta" żmien;

34.  Jinnota li l-politiki soċjali u tax-xogħol għandhom jagħtu kontribut għall-potenzjal tal-individwi u għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini u joħolqu aktar opportunitajiet għall-akbar grupp ta' ħaddiema bħal min hu ikbar fl-età, nies b'diżabilitajiet, nies bla ħiliet u fqar, inklużi r-Roma;

35.  Jinnota li d-diskriminazzjoni multipla li jħabbtu wiċċhom magħha n-nisa Roma għandha tiġi rikonoxxuta u indirizzata speċifikament fil-politiki mmirati għan-nisa Roma li jista" jkollhom impatt pożittiv doppju u għal żmien twil, fuqhom u fuq membri oħra tal-familja, partikolarment it-tfal;

36.  Huwa kontra l-opinjoni li s-sussidji maħsuba biex jgħinu n-nies qiegħda għal tul ta' żmien (anke lil ħafna Roma) isibu xogħol, kemm jekk jitħallsux lil min iħaddem kif ukoll jekk jitħallsu lill-impjegati, imorru kontra l-prinċipju tan-newtralità kompetittiva, għax ir-reintegrazzjoni tar-Roma hija objettiv tal-politika soċjali li jirrikjedi l-ħolqien ta' pożizzjonijiet tas-suq issussidjati; jesprimi l-opinjoni li s-sussidju għall-impjiegi fis-suq tax-xogħol għar-reintegrazzjoni tal-ħaddiema tar-Roma huwa aħjar mis-sussidju għal min ikun qiegħed għal żmien twil;

37.  Jagħraf li xi wħud mix-xogħlijiet tradizzjonali tar-Roma, bħall-arti u s-snajja', jistgħu jgħinu kemm biex il-karatteristiċi speċifiċi ta" din il-komunità jinżammu, kif ukoll biex jitjiebu s-sitwazzjoni materjali u l-livell ta" integrazzjoni soċjali tagħhom, u jqis li huwa mixtieq li jiġu megħjuna ċerti attivitajiet professjonali;

Il-ġlieda għas-sopravivenza fil-marġini tas-soċjetà

38.  Jinnota li fost il-kulturi tal-Unjoni Ewropea, dik tar-Roma hija bbażata fuq tradizzjoni b'saħħitha tal-familja; josserva li l-immaġini tal-familji tar-Roma, fl-opinjoni pubblika, titfa' enfasi fuq l-irwoli tas-sessi tradizzjonali, fuq in-numru kbir ta' tfal, fuq il-koabitazzjoni ta' ħafna ġenerazzjonijiet, fuq it-tendenza li l-familjari jgħixu qrib xulxin, u fuq il-kultivazzjoni estensiva tar-relazzjonijiet, jikkunsidra għalhekk,li fil-programmi tal-UE u tal-Istati Membri għall-familji tar-Roma, huwa meħtieġ li nibnu fuq dawn il-punti b'saħħithom ta' dan in-netwerk ta' appoġġ naturali;

39.  Jenfasizza l-importanza li jiġu kkonservati u asseriti l-karatteristiċi kulturali speċifiċi tar-Roma sabiex titħares l-identità tagħhom u jitnaqqsu l-preġudizzji kontrihom, u għalhekk jikkunsidra li huwa meħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkollhom parti aktar attiva fl-appoġġ tal-ħajja spiritwali tal-minoranza tar-Roma;

40.  Jaqbel mal-opinjoni tal-EESC li n-nisa tar-Roma għandhom status baxx fil-ġerarkija tal-familja, jiżżewġu kmieni, ħafna drabi jbatu minn vjolenza domestika, u ta" spiss jisfaw vittmi tal-prostituzzjoni u tat-traffikar tal-bnedmin;

41.  Jikkunsidra għalhekk li l-programmi tal-UE u tal-Istati Membri għar-Roma għandhom jimmiraw lejn l-emanċipazzjoni individwali mill-ġerarkiji tradizzjonali u l-indipendenza soċjoekonomika tal-membri tal-komunità tar-Roma, speċjalment in-nisa;

42.  Jinnota li t-tendenza tat-tfal tar-Roma li jitilqu kmieni mill-iskola hija ta" ħsara għall-edukazzjoni personali, l-kapaċita' tagġhom li jintegraw fis-soċjeta', u l-opportunitajiet tagħhom fis-suq tax-xogħol, filwaqt li fil-każ tan-nisa tar-Roma, is-saħħa fiżika u psikoloġika tagħhom u l-fatt li jitilqu kmieni mill-iskola jaffettwaw ukoll is-saħħa u l-edukazzjoni tat-tfal tagħhom, u dan jiffaċilita l-esklużjoni soċjali tagħhom; għalhekk jenfasizza l-importanza ta' servizzi li jżidu l-għarfien permezz tal-għoti ta' informazzjoni lin-nisa tar-Roma;

43.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiggarantixxu li l-oqfsa legali attwali u futuri jinkludu dispożizzjonijiet biex jipprevjenu u jindirizzaw il-forom differenti ta" diskriminazzjoni li jħabbtu wiċċhom magħhom in-nisa Roma sabiex itejbu l-istatus soċjoekonomiku tagħhom u biex jiżguraw l-aċċess tagħhom għal kura tas-saħħa ta" kwalità għolja, il-kura tat-tfal u l-edukazzjoni bħala prekondizzjonijiet għall-impjieg;

44.  Jikkunsidra li l-proċess ta' integrazzjoni jrid jibda fi stadju bikri tal-ħajja, sabiex jiġu pprovduti b'mod effettiv alternattivi għall-faqar u l-esklużjoni soċjali; jikkunsidra għalhekk li jeħtieġ lijitwaqqaf qafas istituzzjonali għal servizzi soċjali u edukattivi bbażati fuq il-komunità għat-tfal u l-familji li jissodisfaw il-ħtiġijiet personali u reġjonali, sabiex ikun iggarantit l-aċċess ugwali għal servizzi ta' kwalità għolja; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi appoġġ partikolari għal programmi għall-integrazzjoni bikrija tat-tfal Roma fil-pajjiżi kollha fejn hemm aċċess għar-riżorsi tal-UE bħall-Istrument għall-Għajnuna ta' Qabel l-Adeżjoni jew il-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni;

45.  Jinnota li hemm wisq tfal Roma fl-iskejjel speċjali, li proporzjon kbir tagħhom jintbagħtu fi skejjel bħal dawn mingħajr ġustifikazzjoni, l-aktar minħabba d-diskriminazzjoni; jinnota li l-fatt li t-tfal jiġu mġiegħla jattendu skejjel speċjali wara li, kontra l-liġi, jkunu ġew klassifikati bħala mentalment diżabbli, huwa diskriminatorju u jikser serjament id-dritt fundamentali tagħhom għal edukazzjoni ta" kwalità għolja u jinħolqu diffikultajiet għal studju ulterjuri u biex isibu xogħol, u għal probbabilita' ta' aktar inattività fuq is-suq tax-xogħol, waqt li fl-istess ħin joħloq piż fuq il-baġits;

46.  Jaqbel mas-suġġeriment fl-opinjoni tal-EESC li, fl-interess tal-iżvilupp tat-tfal żgħar, hemm bżonn ta' forom kumplessi ta' għajnuna li huma mmirati għall-familja sħiħa u li, filwaqt li jkunu magħmulin għall-bżonnijiet tal-familja, jipprovdu għajnuna prattika li tkun magħmula apposta għalihom bħall-programm 'bidu ċert';

47.  Jaqbel mal-opinjoni espressa fl-opinjoni tal-EESC li, minħabba l-karatteristiċi demografiċi tagħha, l-komunità Roma –– għandha aċċess asimetriku għall-benefiċċji soċjali; jenfasizza li l-benefiċċji soċjali huma intenzjonati biex jibbilanċjaw il-piżijiet jew in-nuqqasijiet li joħorġu minn sitwazzjonijiet tal-ħajja individwali, l-impenn biex jieħdu ħsieb it-tfal u impenji soċjali utli oħra;

48.  Jaqbel ir-rakkomandazzjoni fl-opinjoni tal-EESC li, sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol uffiċjali, għandu jiġi provdut appoġġ supplimentari lil dawk li jkunu qed ibiddlu l-impjieg; jenfasizza li xogħol iddikjarat għandu jsir vantaġġuż kemm għall-impjegati kif ukoll għal min iħaddem;

49.  Jenfasizza li l-parti mill-ħajja attiva li r-Roma jkunu għexu f'qagħda ta" esklużjoni xxekkel l-aċċess tagħhom għas-servizzi tal-kura tas-saħħa u hija responsabbli għas-sitwazzjoni tagħhom fix-xjuħija; jenfasiżża li minħabba li jibdew jaħdmu ta' età żgħira, il-qgħad frekwenti, nuqqas ta" protezzjoni fl-impjieg, xogħol inviżibbli li jkun sar fl-ekonomija informali, li ħafna drabi jkun fiżikament iebes, filwaqt li ma tingħatalhom l-ebda pensjoni li għal tali perjodi ta" impjieg, ir-Roma ma' jkollhomx pensjonijiet xierqa u xjuħija dinjituża;

50.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tieħu l-inizjattiva li tidentifika l-aktar modi effikaċi għall-appoġġ tal-integrazzjoni soċjali, ekonomika u kulturali tal-ikbar minoranza fl-Unjoni Ewropea, u jisħaq fuq il-ħtieġa ta' koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-gvernijiet tal-Istati Membri sabiex tittieħed azzjoni speċifika mmirata biex issolvi l-problemi transkonfinali kumplessi tar-Roma;

Konklużjonijiet

51.  Jikkunsidra li l-ħarsien tal-lingwa u l-kultura tar-Roma huwa valur Ewropew; madankollu, ma jaqbilx mal-idea li r-Roma għandhom ikunu membri ta' 'nazzjon Ewropew' mingħajr stat, għax din assolvi lill-Istati Membri minn kull responsabilità u tpoġġi dubji kbar fuq il-possibilità ta' integrazzjoni;

52.  Jiġbed l-attenzjoni tal-Istati Membri fuq ir-riskju li jekk jiġu adottati wisq miżuri fir-rigward tal-komunitajiet Roma, dan jista" jwassal biex is-sitwazzjoni diġà drammatika tal-minoranza ssir agħar u tista' tipperikola ċ-ċansijiet tagħhom ta' integrazzjoni;

53.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaħdmu mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), il-komunitajiet u l-mexxejja tar-Roma sabiex jiżviluppaw pjan aċċettabbli mill-partijiet kollha għall-inklużjoni soċjali tar-Roma biex jiġi implimentat fi sħubija stretta;

54.  Jistieden lill-Istati Membri jfasslu u jimplimentaw proġetti bil-għan li jingħelbu l-isterjotipi negattivi dwar ir-Roma fil-livelli kollha li jistgħu jkunu appoġġjati mill-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni kif ukoll minn programmi speċifiċi bħal Progress u iniżjattivi bħalma huma s-Sena Ewropea għad-Djalogu Interkulturali 2008 u s-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali 2010;

55.  Josserva li, minkejja li t-titjib tas-sitwazzjoni soċjali u ekonomika tar-Roma kien kunsiderazzjoni importanti fil-proċess tat-tkabbir, il-progress kien ġeneralment limitat; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jirrevedu l-programmi u l-inizjattivi eżistenti u tal-passat u jevalwaw ir-riżultati tagħhom; jikkunsidra li l-Unjoni Ewropea għandha d-dmir li tikkoordina strumenti ta" inklużjoni soċjali aħjar u iktar mill-qrib u li tali ko-ordinazzjoni għandha tgħin fil-ġlieda kontra l-faqar, iħeġġeġ l-aċċess tar-Roma għal impjieg aħjar, għal żmien itwal u aktar stabbli, iwitti t-triq għal sforzi biex l-inklużjoni soċjali u s-sistemi ta" protezzjoni jsiru iżjed effettivi, u jkun mezz li bih jiġu analizzati l-esperjenza politika u t-tagħlim reċiproku u tinħoloq sistema għall-analiżi koerenti tal-aħjar prattiċi;

56.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa speċifikament l-impatt tal-għanijiet u tal-istrumenti ta" kull waħda mill-politiki settorjali tagħha dwar ir-Roma, fl-istess waqt li tiżviluppa strateġija politika koerenti u tilħaq livell għoli ta" koordinazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni biex titlob lill-Istati Membri, f'rapporti dwar indikaturi integrati u l-metodu miftuħ tal-koordinazzjoni għall-inklużjoni soċjali, biex jagħtu attenzjoni sabiex tinbidel is-sitwazzjoni tar-Roma; jistieden lill-Kummissjoni biex timmoniterja l-kobor tad-diskriminazzjoni, tevalwa regolarment is-sitwazzjoni tar-Roma fir-rigward tal-bidliet fl-oqsma tal-edukazzjoni, tal-impjieg, tas-saħħa, tal-akkomodazzjoni u fil-qasam soċjalifl-Istati Membri u fil-pajjiżi kandidati;

57.  Jistieden lill-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri jadottaw politiki tal-impjieg ċari għal gruppi żvantaġġjati, inkluża l-popolazzjoni attiva tar-Roma, malajr kemm jista" jkun, b'miżuri ta" appoġġ li jiffaċilitaw l-integrazzjoni gradwali tagħhom fis-suq tax-xogħol, miżuri li se jegħlbu l-effetti tad-dipendenza maħluqa mis-sistema tas-sigurtà soċjali;

58.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkopera mad-diversi organizzazzjonijiet internazzjonali u tappoġġja l-iżvilupp ta" netwerk akkademiku ta" esperti Roma li għandu jipprovdi dejta xjentifika u appoġġ permezz tar-riċerka, l-analiżi u l-ġbir ta" evidenza u t-tfassil ta" rakkomandazzjonijiet, sabiex jiġu analizzati l-kwistjonijiet marbuta mal-integrazzjoni tar-Roma, jiġu stabbiliti aġendi, jiġu deskritti l-kwistjonijiet tar-Roma bis-serjetà dovuta fuq il-bażi ta" rapporti fil-qosor imfassla minn dawk l-organizzazzjonijiet, u biex tagħmel evalwazzjoni ġenerali tal-UE mill-inqas darba kull sentejn;

59.  Jikkritika lill- Istati Membri li għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali; jistieden lil dawk l- Istati Membri - - biex jirratifikaw il-Konvenzjoni urġentement; jistieden lill-Istati Membri li ħarġu dikjarazzjonijiet restrittivi taħt il-Konvenzjoni Qafas li jaffettwaw ir-rikonoxximent tar-Roma bħala minoranza nazzjonali biex jirtiraw dawk id-dikjarazzjonijiet;

60.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri:

   (a) iwaqqfu grupp ta' esperti fil-livell tal-UE li jinkludi rappreżentanti tar-Roma biex jikkoordina l-istrateġija tal-Istati Membri rigward ir-Roma u l-użu tal-fondi tal-UE għall-promozzjoni tagħha;
   (b) jistabbilixxu sħubiji bejn id-diversi organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tar-Roma u l-istituzzjonijiet adattati tal-Istati Membri;
   (c) ifasslu strumenti bħall-kreditu konċessjonarju jew l-għotjiet pubbliċi u li, fl-ippjanar tas-sussidji għall-irziezet, jagħmluha objettiv importanti li ċ-ċittadini tar-Roma jkunu jistgħu jiksbu kundizzjonijiet li fihom jistgħu jaqilgħu l-għajxien mill-biedja; sabiex, minbarra jew minflok ma jfittxu impjieg imħallas fil-biedja, ikunu miftuħin għall-idea li jfittxu forom innovattivi ta' xogħol agrikolu, inklużi l-kooperattivi soċjali, biex b'hekk ikun iġġustifikat il-provvista tar-riżorsi meħtieġa;

61.  Jikkunsidra li f'xi Stati Membri l-gruppi fil-mira (f'komunitajiet Roma jew f'partijiet minn komunitajiet) jistgħu jiġu milħuqa b'mod effettiv billi tiġi użata d-definizzjoni ta" "żvantaġġi multipli", iżda li huwa diffiċli li jintlaħqu taqsimiet iżgħar bħall-familji u l-individwi permezz ta" dawk il-ġruppi ta' mira;

62.  Jikkunsidra, madankollu, li għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet legali sabiex ikun jista' jibda l-ġbir volontarju u anonimu tad-dejta u l-ħolqien ta' bażi ta' dejta kumparabbli, filwaqt li jiġu kkunsidrati kif suppost il-ħarsien tad-dejta u r-regoli għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u mingħajr ma wieħed jirrikorri għal metodi li jiksru d-dinjità tal-bniedem; jikkunsidra li l-Kummissjoni għandha tipproponi li jsiru l-emendi meħtieġa tal-leġiżlazzjoni;

63.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiffaċilita t-tfassil, il-verifikazzjoni u l-konferma ta" sett tal-aħjar prattiċi fi programmi għar-Roma, fir-rigward, inter alia, tal-akkomodazzjoni, l-edukazzjoni u l-impjieg, wara analiżi mwettqa minn korp indipendenti;

64.  Jikkunsidra li l-ħolqien ta' bażi ta' dejta mhux alternattiva iżda prekundizzjoni għal sistema ta' stima u ta' evalwazzjoni li tista' tibbilanċja l-impatt tal-iskambji tal-aħjar prattiki u tal-użu tar-riżorsi; jemmen li, għal dan il-għan, hija meħtieġa sistema ta' indikaturi li testendi għall-oqsma kollha tal-ħajja u li tista' tintuża minn kulħadd, u li barra l-indikaturi ta' output u ta' input, tittratta wkoll l-użu ta' indikaturi tar-riżultati u tal-impatti soċjali, anke bħala kundizzjoni għall-finanzjament; jirrakkomanda, għaldaqstant, li l-Kummissjoni tistabbilixxi din is-sistema ta" indikaturi fir-Regolament Qafas dwar il-Fondi Strutturali u fir-regolamenti relatati ma" tipi oħra ta" għotjiet pubbliċi;

65.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tadotta aspettattivi aktar konsistenti u uniformi mill-programmi kollha tal-iżvilupp iffinanzjati mir-riżorsi tal-UE li minnhom huwa possibbli li jintalab kont tal-prevenzjoni jew tat-treġġigħ lura tal-esklużjoni soċjali tar-Roma; jikkunsidra li l-korpi tal-Istati Membri u tal-UE għandhom jeżaminaw l-iżvilupp kollu li hu ffinanzjat mill-Fondi Strutturali u tal-Koeżjoni mill-perspettiva tal-impatt li l-programm għandu fuq l-integrazzjoni soċjali tar-Roma; jirrakkomanda wkoll li fil-każ ta" kull programm fl-istadju tas-selezzjoni, għandha tingħata prijorità lill-dawk l-iżviluppi li huma mfassla wkoll biex itejbu s-sitwazzjoni tar-Roma li jgħixu f'kolonji partikolarment żvantaġġjati u li huma foqra u bla xogħol;

66.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, f'koperazzjoni mal-Istati Membri, tiżviluppa u timplimenta kampanja ta" tagħrif wiesgħa indirizzata għall-pubbliku in ġenerali u n-nies Roma dwar programmi tal-Istati Membri għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għejxien tar-Roma u l-implimentazzjoni tagħhom, u kontinwa;

67.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq monitoraġġ kontinwu tal-miżuri u l-attivitajiet u l-impatt tagħhom fuq it-titjib tal-pożizzjoni tar-Roma fis-suq tax-xogħol;

68.  Jixtieq li riżorsi, li d-deċiżjonijiet dwarhom jittieħdu fil-livell tal-UE, jintużaw, fost oħrajn, għal programmi "mmirati" li jinvolvu wkoll esperti minn organizzazzjonijiet b'esperjenza f'dan il-qasam biex jipprovdu appoġġ u pariri, li jfittxu li jpattu għall-iżvantaġġi li jbatu minnhom ir-Roma fl-edukazzjoni u fil-kwalifiki; jikkunsidra li l-Istati Membri, biex jallokaw fondi tal-UE u fondi tagħhom stess, għandhom, meta jkunu qed jiddeċiedu dwar il-finanzjament ta' oqsma li mhumiex l-iżvilupp f'età żgħira u l-edukazzjoni pubblika, jikkunsidraw jekk il-korpi tal-gvernijiet lokali, l-organizzazzjonijiet, eċċ., li applikaw għal appoġġ, ikkonformawx mal-obbligi tagħhom li jeliminaw is-segregazzjoni;

69.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet nazzjonali biex iwaqqfu l-prattika diskriminatorja li jkeċċu lir-Roma mill-kerrejiet u minflok, jiżviluppaw proġetti konkreti ta" akkomodazzjoni bl-appoġġ tat-tagħrif espert tekniku u l-mekkaniżmi ta" monitoraġġ ta', inter alia, il-Kummissjoni, il-Bank Dinji u l-NGOs li jiffukaw fuq ir-Roma; jemmen li s-soluzzjoni tal-problemi tal-akkomodazzjoni tar-Roma li jgħixu f'partijiet rurali għandha tkun prijorità u għandha ssir kwistjoni ta" interess speċjali u qasam fejn tittieħed azzjoni;

70.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti attenzjoni partikolari mhux biss lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili iżda ukoll lill-kapaċità tar-Roma li jorganizzaw ruħhom u li jagħtu appoġġ lill-politika tal-integrazzjoni, biex tappoġġja l-iżvilupp tal-komunitajiet partikolarment permezz ta' proġetti li jżidu l-parteċipazzjoni tar-Roma fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u r-responsabilità tagħhom għal deċiżjonijiet meħuda magħhom;

71.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex f'koperazzjoni mal-NGOs li jiffukaw fuq ir-Roma jeżaminaw il-politiki u l-programmi eżistenti sabiex jitgħallmu mill-proġetti li fallew fil-passat;

72.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja lill-NGOs li jiffukaw fuq ir-Roma, f'livell tal-UE, nazzjonali u lokali, sabiex twettaq monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-politiki u l-programmi mmirati għar-Roma, kif ukoll l-edukazzjoni tal-Komunità dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem;

73.  Jipproponi li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jistabbilixxu forum mifrux mal-UE kollha li fih il-movimenti soċjali, it-trejdjunjins u l-NGOs li jirrappreżentaw lir-Roma u l-interessi tagħhom ikunu jistgħu jikkonsultaw lil xulxin fuq bażi kontinwa sabiex jitfasslu linji gwida u jsiru skambji tal-aħjar prattiki, bil-għan li jitħeġġeġ approċċ ikkoordinat fuq livell tal-UE;

74.  Jistieden lill-Istati Membri biex ikunu aktar proattivi meta jinkoraġġixxu t-trasferiment tal-impjiegi fejn hemm il-komunitajiet tar-Roma, kif ukoll biex jinkoraġġixxu lir-Roma jiċċaqilqu lejn fejn hemm ix-xogħol;

75.  Ifakkar lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni li, filwaqt li s-sistema soċjali għandha rwol ċentrali fl-appoġġ u t-tisħiħ tal-komunitajiet żvantaġġjati bħal dawk tar-Roma, il-promozzjoni biex dawn jgħinu lilhom infushom hija importanti wkoll; jikkunsidra li kultura ta" indipendenza, aktar minn dik ta" dipendenza, għandha tkun l-għan għall-futur imbiegħed;

76.  Jikkunsidra li għandha tingħata ħafna aktar prijorità lill-provvista ta" impjiegi lokali u l-inkoraġġiment tal-intraprenditorija u tal-artiġjani lokali, kif ukoll l-iżvilupp tal-ħiliet bażiċi għal dawn, sabiex jiġu żviluppati prosperità akbar kif ukoll stima akbar tagħhom infushom;

o
o   o

77.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati.

(1) ĠU C 45 E, 23.2.2006, p. 129.
(2) ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 283.
(3) Testi adottati, P6_TA(2008)0035.
(4) Testi adottati, P6_TA(2008)0361.
(5) Testi adottati, P6_TA(2008)0467.
(6) ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.
(7) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(8)1 Testi adottati, P6_ΤΑ(2008)0286.
(9)2 ĠU C 102 Ε, 24.4.2008, p. 321.
(10)3 ĠU C 27, 3.2.2009, p.88.


Aġġustamenti għall-isfidi bħala parti mill-provvista taż-żejt
PDF 324kWORD 91k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-11 ta' Marzu 2009 dwar aġġustamenti għall-isfidi bħala parti mill-provvista taż-żejt (2008/2212(INI))
P6_TA(2009)0118A6-0035/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Jannar 2007 ntitolata 'Politika dwar l-enerġija għall-Ewropa' (COM(2007)0001),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta" Ġunju 2008 ntitolata 'Niffaċċjaw l-isfida ta" prezzijiet taż-żejt aktar għoljin' (COM(2008)0384),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 73/238/KEE tal-Kunsill tal-24 ta" Lulju 1973 dwar miżuri sabiex jittaffew l-effetti tad-diffikultajiet fil-provvista ta" żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi(1),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 77/706/KEE tal-Kunsill tas-7 ta" Novembru 1977 dwar l-iffissar ta" mira tal-Komunità għal tnaqqis fil-konsum ta" sorsi primarji ta" enerġija fil-każ ta" diffikultajiet fil-provvista ta" żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi(2),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/67/KE tal-Kunsill tal-24 ta" Lulju 2006 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri ta" KEE li jżommu ħażniet minimi ta" prodotti taż-żejt mhux maħdum u/jew prodotti petroliferi(3),

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-13 ta" Novembru 2008 għal Direttiva tal-Kunsill li timponi obbligazzjoni fuq l-Istati Membri sabiex iżommu ħażniet minimi ta" żejt mhux maħdum u/jew prodotti petroliferi (COM(2008)0775),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta" Novembru 2008 dwar "It-tieni reviżjoni strateġika dwar l-enerġija - Pjan ta" Azzjoni Ewropew għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u s-solidarjetà" (COM(2008)0781),

–   wara li kkunsidra l-Green Paper tat-12 ta" Novembru 2008 "Towards a secure, sustainable and competitive European energy network" (COM(2008)0782),

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta" Frar 2007 dwar l-impatt makroekonomiku taż-żieda fil-prezz tal-enerġija(4),

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta" Settembru 2005 dwar id-dipendenza fuq iż-żejt mhux maħdum(5),

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta" Ġunju 2008 dwar il-kriżi fis-settur tas-sajd minħabba ż-żieda tal-prezzijiet taż-żejt użat bħala fjuwil (6),

–  Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza dwar is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta" Ottubru 2008,

–  Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza dwar l-impatt tal-prezzijiet għoljin tal-għajxien u taż-żejt mhux maħdum fl-oqsma tal-politika waqt il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta" Ġunju 2008,

–   wara li kkunsidra l-"World Energy Outlook 2008" tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (IEA),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni esploratorja tal-Kumitat Ewropew għall-Affarijiet Ekonomiċi u Soċjali tal-14 ta' Jannar 2009 dwar ir-reazzjonijiet għall-isfidi b'rabta mal-provvista taż-żejt(7),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, kif ukoll l-Opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat tas-Suq Intern u (A6-0035/2009),

A.   billi sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-għexieren ta" snin li ġejjin, jeħtieġ li d-diversifikazzjoni tar-rotot tal-provvista enerġetika u s-sorsi tal-enerġija, lill-iffrankar u l-użu effiċjenti tal-enerġija jingħataw ħafna iktar importanza fuq livell Ewropew,

B.   billi l-ħtieġa li tiġi żviluppata politika Komunitarja komprensiva dwar l-enerġija sabiex tiġi żgurata l-provvista qiegħda ssir dejjem aktar urġenti fi żmien meta l-Unjoni Ewropea qiegħda tiddependi dejjem aktar mill-importazzjonijiet,

C.   billi ż-żejt jibqa" riżorsa limitata,

D.   billi l-produzzjoni taż-żejt mill-Unjoni Ewropea u min-Norveġja xorta kienet ta' kontribut biex tintlaħaq id-domanda domestika ta' aktar minn 30% fl-2007,

E.   billi ħafna mir-riżorsi taż-żejt, anki dawk li jistgħu faċilment jiġu rkuprati, minħabba miżuri politiċi ambjentali jew f'qafas ta" amministrazzjoni ta" riżorsi, f'ħafna pajjiżi tad-dinja bħalissa mhumiex aċċessibbli kompletament u minħabba li l-ispejjeż aktar għoljin ta" materjal u materja prima rduppjaw l-ispiża tal-produzzjoni taż-żejt mis-sena 2005,

F.   billi skont il-kalkoli tal-Amministrazzjoni Informatika tal-Enerġija tal-Istati Uniti t-talba dinjija għaż-żejt fis-sena 2030 se tkun iktar minn terz ogħla minn dik tal-2006, it-talba fl-Unjoni Ewropea bejn l-2005 u l-2030 partikolarment minħabba t-tkabbir annwali tat-talba fis-settur tat-trasport, se tikber għal medja ta" 0.25 % u minħabba f'hekk fis-sena 2030 is-sehem taż-żejt bħala talba ta" sors ta'enerġija primarja fl-Unjoni Ewropea se jkun ta" 35 %,

G.   billi d-dipendenza tal-importazzjonijiet taż-żejt tal-Unjoni Ewropea se tiżdied għal 95% sal- 2030, filwaqt li fl-istess ħin ir-riservi konvenzjonali taż-żejt se jkunu dejjem aktar ikkonċentrati fil-pajjiżi tal-ellissi strateġika u l-kompetizzjoni dejjem tiżdied fid-domanda tista" toħloq inċertezzi fil-provvista,

H.   billi hu mistenni li l-prezzijiet taż-żejt ikunu aktar għoljin għall-perjodu twil ta" żmien,

I.   billi ż-żieda fl-inflazzjoni, maħluqa biż-żieda fil-prezz taż-żejt u tal-prodotti bażiċi kkawżat dgħufija fil-kapaċità tal-akkwist,

J.   billi fis-sena 2008 it-tibdiliet fil-prezzijiet jistgħu jiġu attribwiti mhux biss għall-provvista iżda wkoll għad-domanda fl-istess żmien u dan jista" jħalli impatti negattivi fuq l-ekonomija,

K.   billi l-iżvilupp ta" strumenti ġodda ta" investment fis-suq taż-żejt u ta" prodotti oħra bażiċi, kabbar l-instabbiltà tal-prezzijiet ta" dawn il-prodotti; u billi hemm bżonn li tiġi żgurata iktar trasparenza fis-swieq tal-enerġija,

1.  Jinnota li l-kwistjoni tas-sigurtà tal-provvistà tal-enerġija reġgħet saret il-kwistjoni ċentrali fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni imsemmija hawn fuq dwar it-Tieni Reviżjoni Strategika dwar l-Enerġija; madankollu jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma tgħallmitx lezzjonijiet mill-kriżi ekonomika li wriet li bis-saħħa ta' bidla sħiħa fil-politika tal-enerġija tal-Unjoni Ewropea biss jaf twassal għal soluzzjoni rigward is-sigurtà tal-provvista u s-solidarjetà fost l-Istati Membri, u għall-impjiegi, u fi kwistjonijiet soċjali, ambjentali u ekonomiċi; jiddispjaċih ukoll għan-nuqqas ta' impenn ċar li s'issa kien hemm biex tkompli tiżviluppa l-politika tal-enerġija u fir-rigward tal-istruttura tal-provvista;

2.  Jenfasizza b'mod deċiż, li l-miżuri fuq terminu qasir ta" żmien għas-sigurtà ta" provvista jitqiesu wkoll fuq terminu twil ta" żmien;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiffoka aktar fuq l-analiżi tal-impatt indirett barra dak dirett tal-miżuri proposti dwar is-sigurtà tal-provvista u l-ispejjeż meta jiġu ppreparati proposti leġiżlattivi;

L-Iżvilupp tar-riżorsi eżistenti

4.  Jinnota skont stimi differenti ser jkun għadu possibili li fid-deċenni li ġejjin, jiġi estratt biżżejjed żejt sabiex id-domanda tkun koperta, għalkemm li metodi ġodda ta' estrazzjoni wisq probbali jwasslu għal prezzijiet ta' żejt ogħla; jinnota li dan għandu mbagħad jistimula l-prestazzjoni tal-effiċjenza tal-enerġija u se jippromwovi l-użu ta" fjuwils alternattivi bħall-bijofjuwils tat-tieni ġenerazzjoni u l-idroġenu u l-użu ta" karozzi elettriċi Madankollu, jista" jkun il-każ li l0-konsumaturi jkollhom iħallsu prezzijiet ogħla għalih; jinnota wkoll li l-kundizzjonijiet tal-investiment għandhom jinbidlu wkoll; Jenfasizza wkoll, f'dan il-kuntest, li d-domanda għolja kostanti għaż-żejt wasslet il-provvista aktar u aktar għal-limitu tal-kapaċità;

5.  Jiġbed l-attenzjoni dwar l-inċertezza ta" meta se jkun hemm differenza bejn iż-żieda tad-domanda u t-tnaqqis tal-provvista u x'dimensjoni se jkollha; Huwa mħasseb dwar il-fatt li din l-inċertezza dejjem iżjed se żżid ir-riskju tal-volatilità tal-prezz taż-żejt; Huwa konvint, għalhekk, li l-miżuri kollha li jistgħu jnaqqsu d-domanda għall-enerġija fossili għandhom jittieħdu bil-qawwa kollha;

6.  Jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni biex, jekk ikun hemm bżonn, jittieħdu l-miżuri fuq medda ta" żmien qasir sabiex itaffu ż-żidiet drastiċi fil-prezz taż-żejt fil-ġejjieni; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ finanzjarju għal investimenti f'sorsi ta" enerġija alternattiva bħas-sorsi li jiġġeddu tal-enerġija, u biex jagħtu prijorità lill-miżuri għall-għarfien tal-konsumaturi billi jħeġġu x-xiri ta' prodotti u servizzi li huma effiċjenti fl-enerġija biex inaqqsu l-ispiża fuq medda ta" żmien twil kif ukoll biex itaffu nuqqas ta" provvista taż-żejt fil-futur;

7.  Jappella sabiex jiġu intensifikati l-isforzi biex isir vjabbli li r-riżorsi taż-żejt mhux konvenzjonali ikunu kkumerċjalizzati, u biex b'dan il-mod ikun hemm kontribut fid-diversifikazzjoni, sakemm jiġu żviluppati u jintużaw proċessi ta' estrazzjoni li jirrispettaw l-ambjent;; jisħaq li l-istrateġija taċ-ċiklu tal-ħajja li tirrigwarda l-emissjonijiet tal-gassijiet bl-effett ta' serra mill-fjuwils li jinsabu fis-suq tal-UE kif ġew introdotti fil-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, id-diżil u n-nafta (gas-oil) u l-introduzzjoni ta' mekkaniżmu biex ikun hemm monitoraġġ u tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-użu tal-fjuwils għat-trasport fit-toroq u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE, rigward l-ispeċifikazzjoni tal-fjuwil użat minn bastimenti tal-ilmijiet interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE (COM(2007)0018), se toħloq inċentiv veru għall-industrija taż-żejt biex tnaqqas is-sehem tal-impatt tagħha fuq it-tibdil fil-klima billi ttejjeb il-proċessi tagħha tal-produzzjoni;

8.  Jemmen li l-użu taż-żejt u ta" sorsi oħra ta" enerġija b'livell għoli ta" karbonju għandu jitnaqqas, kemm billi tiżdied l-effiċjenzja tal-enerġija, kif ukoll permezz tas-sostituzzjoni ta' dawn b'soluzzjonijiet li jkunu newtrali fir-rigward tas-CO2, bħalma hi l-enerġija nukleari u l-enerġija minn sorsi rinnovabbli;

9.  Huwa tal-fehma li l-produzzjoni tar-riżervi eżistenti qiegħda tiddgħajjef b'mod drastiku minħabba fatturi politiċi, fosthom l-instabbiltà politika, in-nuqqas tal-ħarsien tal-liġi, iżda wkoll il-miżuri politiċi ambjentali u l-ġestjoni tar-riżorsi; jitlob lill-Kummissjoni tmexxi djalogu iktar intensiv fuq kull livell bejn il-pajjiżi produtturi u tfittex soluzzjonijiet prammatiċi tal-kunflitti fl-interess taż-żewġ naħat;

10.  Jitlob lill-Kummissjoni, fi djalogu mal-kumpaniji kbar taż-żejt u l-pajjiżi produtturi taż-żejt, ifittxu modi li bihom jista" jiġi żgurat l-investiment minkejja instabbiltà tal-prezzijiet u l-profitti;

11.  Jistenna li l-kumpaniji taż-żejt jerġgħu jinvestu l-profitti sostanzjali riċenti tagħhom fl-esplorazzjoni u fil-ħolqien ta" riservi taż-żejt ġodda u fil-promozzjoni ta" teknoloġiji li jiffrankaw l-enerġija u ta" riċerka dwar sostituti għaż-żejt (speċjalment għall-mezzi tat-trasport);

12.  Iħeġġeġ biex ikun hemm relazzjoni iktar dinamika bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi li jipproduċu ż-żejt, fejn iż-żewġ naħat juru r-rieda tagħhom kemm li jagħtu kif ukoll li jirċievu, bl-għan li jkun hemm kontinwita' u aktar stabbilita' fil-qsam tal-provvista u tal-prezzijiet taż-żejt , li tkun fl-interess tal-partijiet kollha kkonċernati u tal-ekonomija dinjija b'mod ġenerali;

13.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni sabiex ikun hemm djalogu politiku globali fil-forma ta' samit ta" livell għoli bejn il-pajjiżi li jikkunsmaw iż-żejt u l-pajjiżi li jipproduċu ż-żejt sabiex jiġi stabbilit bilanċ ġust bejn il-provvista u d-domanda fis-suq taż-żejt u sabiex pajjiżi li jipproduċu ż-żejt ma jkunux jistgħu jżommu l-prezzijiet taż-żejt fl-livelli għoljin b'mod artifiċjali;

Trasparenza tas-suq u l-iffissar tal-prezz

14.  Hu mħasseb dwar iż-żieda, li kienet drastika fl-2008, fil-volatilità tal-prezz taż-żejt, li tħalli impatt negattiv fuq l-ekonomija kollha tal-Unjoni Ewropea u l-konsumaturi tagħha;

15.  Hu tal-fehma li l-varjazzjonijiet fil-prezz taż-żejt jirriflettu domanda iktar għaż-żejt, tnaqqis progressiv fir-riservi taż-żejt, tibdiliet fix-xejriet demografiċi u urbani, speċjalment fil-pajjiżi emerġenti, fejn iż-żieda fid-dħul medju qiegħda toħloq żieda fid-domanda, spekulazzjoni fil-swieq tal-prodotti bażiċi u ċikli ekonomiċi globali; jenfasizza wkoll li ż-żejt u prodotti bażiċi oħra ntużaw dejjem iktar għad-diversifikazzjoni tal-portafolli bħala riżultat tad-diprezzament tad-dollaru Amerikan;

16.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-volatilità tal-prezzijiet taż-żejt u l-impatt ta" dan fuq l-istabbiltà ekonomika u finanzjarja; jirrikonoxxi l-benefiċċji ta" swieq attivi taż-żejt u ta" prodotti oħra tal-enerġija, u fl-istess ħin iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw l-ogħla livell prattikabbli possibbli ta" trasparenza fis-swieq tal-enerġija;

17.  Jirrikonoxxi li volatilità bħal din, tista" tkun ta" ħsara anke għall-ekonomiji tal-esportaturi taż-żejt, u li minħabba f'hekk l-istabbiltà tal-prezz taż-żejt tkun f'interess komuni;

18.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Ġunju 2008 dwar dwar l-iffaċċjar tal-isfida ta' prezzijiet taż-żejt aktar għoljin u jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-volatilità tal-prezz taż-żejt dan l-aħħar u l-effetti negattivi fuq l-inflazzjoni, fuq il-kompetittività, fuq il-kummerċ u fuq it-tkabbir ekonomiku;

19.  Jara bħala l-kaġun ewlieni taż-żieda fil-prezz taż-żejt, iż-żieda qawwija fid-domanda f'dawn l-aħħar tmien snin, li rriżultat fi xkiel għall-produzzjoni taż-żejt, it-trasport u l-irfinar u f'bonanza ta' profitti wisq kbar magħmula minn ftit oligopolijiet kbar taż-żejt; jagħraf li ż-żieda ċara fil-prezz tal-materja prima u tat-transazzjonijiet spekulattivi fis-swieq finanzjarji ħalliet impatt b'saħħtu fuq l-iżvilupp tal-prezz taż-żejt;

20.  Jenfasizza l-bżonn biex il-monitoraġġ tal-kompetizzjoni fl-ipproċessar u fil-bejgħ taż-żejt u l-prodotti tiegħu jingħata prijorità u biex tiżdied it-trasparenza tad-data fuq l-istokks taż-żejt kummerċjali;

21.  Jikkunsidra bħala neċessità, l-istabbiltà tal-prezz taż-żejt, biex titjieb it-trasparenza fis-suq; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposti relevanti lill-Parlament u lill-Kunsill; jiġbed l-atttenzjoni biex it-trasparenza tiżdied b'urġenza fil-pajjiżi produtturi wkoll, u l-volum tal-produzzjoni u l-livell tar-riżervi b'mod partikulari jridu jkunu ppubblikati wkoll b'mod trasparenti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaħdmu għal aktar trasparenza fil-qafas tad-djalogi tagħhom mal-pajjiżi produtturi;

22.  Jilqa", f'dan il-kuntest, il-proposta għal studju dwar l-użu u l-ispejjeż ta" pubblikazzjoni ta" kull ġimgħa tal-livelli tal-istokks; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iddaħħal ir-riżultati tal-istudju fil-proposti leġiżlattivi ġejjienin tagħha għal stokks minimi taż-żejt; jenfasizza, fl-istess ħin, li t-trasparenza għandha tkun waħda dinjija;

23.  Jinnota li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi differenti għall-prodotti petroliferi fil-pajjiżi xerrejja prinċipali jirriżultaw f'suq frammentarju, li f'każ ta" telf ta" kunsinna jistgħu jħallu effett kbir fuq il-moviment tal-prezz; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta proposti, bħalma huma limitazzjonijiet t'aċċess fis-suq;

24.  Huwa tal-fehma li l-irwol tal-istokkijiet strateġiċi huwa li jikkonfrontaw in-nuqqas fiżiku minħabba telf tal-kunsinna; għalhekk jirrifjuta, anke għal raġunijiet ta" politika baġitarja sostenibbli, kull attentat li tiġi kkonfrontata l-volatilità tal-prezz taż-żejt permezz bl-użu tal-istokkijiet;

25.  Jenfasizza l-importanza tal-ħidma attiva biex l-enerġija alternattiva l-ġdida tkun aċċessibbli għall-intrapriżi ż-żgħar sabiex dawn jiddependu inqas fuq il-varjazzjonijiet fil-prezz taż-żejt; jirrikonoxxi l-importanza tal-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju fil-produzzjoni tal-bijofjuwil u ta" forom oħra ta" enerġija rinovabbli; hu mħasseb dwar l-ostakli tekniċi u regolatorji li għadhom jeżistu fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta" dawk il-prodotti u jitlob lill-Kummissjoni biex tistinka ħalli tiffaċilita l-aċċess għas-suq għal dawk il-fjuwils;

26.  Jenfasizza li sistema effettiva ta" skambju ta" emissjonijiet u l-adozzjoni ta' firxa wiesgħa ta' miżuri oħra li jiffrankaw l-enerġija għandhom ikunu għodod importanti biex jistimulaw l-iżvilupp ta" suq b'firxa wiesgħa u modern għal teknoloġiji u prodotti li huma effiċjenti fl-enerġija; jenfasizza wkoll l-importanza tal-applikazzjoni tal-prinċipju li 'min iniġġeż iħallas'; ifakkar li iktar ma jkun kbir l-għadd ta' pajjiżi li japplikaw politiki simili, iktar ikun limitat l-impatt fuq il-kompetittività settorjali ta' dawk il-politiki;

Investimenti fil-prodotti u l-preparazzjoni taż-żejt

27.  Jinnota li sal-2020 l-investimenti annwali tal-IEA jeħtieġ li jkunu USD 350 miljun fl-industrija taż-żejt, sabiex tiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, biex jagħtu inċentiv lill-investiment politiku tagħhom, partikolarment fi ħdan l-Unjoni Ewropea; jissottolinea s-sehem tas-sigurtà tal-investimenti fuq perjodu twil taż-żmien; madankollu jirrifjuta li jibdel l-investiment u l-kapital privat bi flus il-poplu;

28.  Hu mħasseb fuq l-impatti tal-kriżi attwali tal-kreditu fuq il-possibbiltajiet ta" investimenti tal-industrija taż-żejt u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkoordinaw l-isforzi tagħhom biex jegħlbu din il-kriżi;

29.  Jilqa" l-kontribuzzjoni li se tista" tinkiseb permezz ta" użu intensiv ta" bijofjuwils fis-settur tat-trasport għaż-żieda fis-sigurtà tal-provvista; jinnota li għaldaqstant, jista" jkun hemm konsolidazzjoni u ristrutturazzjoni fl-industrija tal-ipproċessar taż-żejt; jinnota wkoll li għandhom jiġu adottati miżuri strutturali addizzjonali fis-settur tat-trasport sabiex tiġi minimizzata d-domanda għaż-żejt;

30.  Jitlob lill-Istati Membri u lill-kumpaniji, sabiex minkejja dawn l-iżviluppi, jiżguraw li jibqgħu jeżistu biżżejjed kapaċitajiet tar-riżervi fl-Unjoni Ewropea, , sabiex ikun jista" jiġi bbilanċjat in-nuqqas, li jista" possibilment jirriżulta minn katastrofu naturali;

31.  Jistieden lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-kumpaniji taż-żejt biex jiggarantixxu taħriġ xieraq għall-ispeċjalisti li jinħtieġu għar-riċerka fir-riżervi taż-żejt u għall-produzzjoni taż-żejt;

Mezzi tat-trasport

32.  Jilqa" s-suċċess miksub fil-qafas tal-programm INOGATE bil-miżuri għall-bini tal-kunfidenza; jitlob lill-Kummissjoni biex tfassal strateġija, kif proġetti bħal dawn jistgħu jiġu appoġġjati b'miżuri sekondarji u kkoordinati aħjar;

33.  Jinnota l-importanza tar-relazzjonijiet tajba mal-ġirien fost l-Istati ta" tranżitu, kemm bejniethom u mal-Istati ġirien tagħhom u jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex iżidu l-isforzi f'dan ir-rispett;

34.  Jinnota li l-pajpijiet taż-żejt ġew esklużi min-networks tal-enerġija trans-Ewropej u jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jikkunsidraw jekk jinkludux l-infrastruttura taż-żejt fit-Networks tal-Enerġija trans-Ewropej (TEN-E) minħabba l-iżviluppi attwali, b'mod partikulari t-tnaqqis fil-produzzjoni domestika u ż-żieda simultanja fid-dipendenza mill-importazzjoni u l-ħtieġa għal kapaċitajiet ġodda tat-trasport;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaħdmu għall-istabilità, b'mod partikulari fil-pajjiżi produtturi li huma mhedda min-nuqqas ta' stabilità politika, fil-qafas tal-politika komuni barranija, tal-kummerċ u tas-sigurtà, billi l-istabilità tipprovdi l-bażi għall-investiment u l-prosperità;

36.  Jenfasizza l-fatt li proġetti ġodda tal-infrastruttura taż-żejt, bħall-pajpijiet kondutturi taż-żejt Odessa-Gdansk u Constanta-Trieste, għandhom jibqgħu proġetti bi prijorità għolja ta" interess Ewropew;

37.  Hu mħasseb dwar il-piraterija li qiegħda dejjem tikber, u li qiegħda thedded in-navigazzjoni internazzjonali u għaldaqstant anke l-ġarr taż-żejt u jilqa" l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill(8) f'dan ir-rigward;

38.  Hu mħasseb ħafna fuq it-theddida għall-mezzi tat-trasport u għall-infrastruttura strateġika minħabba t-terroriżmu u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw id-djalogu bejn l-atturi prinċipali;

Transport u kostruzzjoni

39.  Jinnota l-potenzjal għat-tifdil tal-enerġija fis-settur tal-kostruzzjoni, li jista' jnaqqas it-talba għal sorsi ta" enerġija fossili bħaż-żejt u l-gass, u jilqa" l-isforzi attwali tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, sabiex dan il-potenzjal ikun sfruttat aħjar;

40.  Jilqa" l-isforzi tal-Unjoni Ewropea għad-diversifikazzjoni ta" sorsi ta" enerġija fis-settur tat-trasport; jippreferi l-iżviluppi msejsa fuq is-suq bl-introduzzjoni ta" teknoloġiji ġodda; jagħraf li l-prezz ikun l-aħjar indikatur tal-kompetittività ta" teknoloġiji ġodda; madankollu, jisgħobbih għan-nuqqas ta' ambizzjoni rigward il-potenzjal għal vetturi li huma effiċjenti fl-użu tal-enerġija, iddisinjati aħjar u li huma aktar ħfief;

41.  Jesprimi d-dubju fuq l-effiċjenza ta" bijofjuwils tal-ewwel ġenerazzjoni, fuq perjodu medju u perjodu twil ta" żmien, bħala sostitut għaż-żejt; jitlob sforzi qawwija għall-esplorazzjoni ta" fjuwil sintetiku;

42.  Hu konvint li ż-żieda fil-konsum taż-żejt fis-settur tat-trasport tista" tonqos f'perjodu medju u f'perjodu twil ta" żmien biss jekk l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri jieħdu miżuri addizzjonali li jwasslu sabiex it-trasport tal-merkanzija u l-mobilità jaqilbu għal mezzi ta" trasport aktar sostenibbli, bħat-trasport ferrovjarju, it-trasport bl-ilma kif ukoll mezzi intermodali tal-mobilità fiż-żoni urbani (pereżempju bil-mixi, bir-rota, bil-mezzi tat-trasport pubbliku jew trasport kollettiv); hu konvint, barra minn hekk, li jista" jinkiseb iffrankar konsiderevoli tal-enerġija billi jiġu applikati sistemi moderni msaħħa għall-ġestjoni tat-trasport li jnaqqsu l-ħin tal-istennija u d-devjazzjonijiet tat-traffiku fit-toroq u bl-ajru kif ukoll tat-trasport bl-ilma u billi l-loġistika ekoloġika tiġi promossa iktar;

Relazzjonijiet bejn il-pajjiżi b'konsum iktar għoli taż-żejt

43.  Huwa tal-fehma li l-poliktika tal-enerġija għandha titqies aktar fir-relazzjonijiet esterni komuni tal-Unjoni mal-pajjiżi li l-konsum tagħhom tal-enerġija qed jogħla b'rata mgħaġġla, u li l-Unjoni Ewropea għandha taħdem biex jitnaqqsu s-sussidji statali għall-prodotti taż-żejt;

44.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tinkludi fl-politika barranija, il-politika għall-iżvilupp tal-kummerċ u l-politika tal-viċinat komuni tagħha, miżuri li jistgħu jagħtu kontribuzzjoni, sabiex tkun promossa s-separazzjoni tat-tkabbir ekonomiku mill-konsum globali taż-żejt;

45.  45 Jiġbed l-attenzjoni, b'mod partikolari, lejn il-fatt li l-impatti ġeopolitiċi tal-bidliet fil-kondizzjonijiet globali għas-sigurtà internazzjonali tal-enerġija u l-konsegwenzi għall-politika dwar il-governanza internazzjonali tal-ġejjieni għadhom ma ġewx ikkunsidrati u diskussi biżżejjed min-naħa tal-Unjoni Ewropea; huwa tal-fehma li d-dipendenza kontinwa fuq soluzzjonijiet nazzjonali għandha tiġi sostitwita b'forom ġodda u stretti ta" koperazzjoni politika u ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Uniti, ir-Russja u ċ-Ċina, li għandhom jiġu mogħtija forma istituzzjonali f'terminu medju ta' żmien;

o
o   o

46.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 228, 16.8.1973, p. 1.
(2) ĠU L 292, 16.11.1977, p. 9.
(3) ĠU L 217, 8.8.2006, p. 8.
(4) ĠU C 287 E, 29.11.2007, p. 548.
(5) ĠU C 227 E, 21.9.2006, p. 580.
(6)Testi adottati, P6_TA(2008)0308.
(7) ĠU C 182, 4.8.2009, p. 60.
(8) Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK ta" l-10 ta" Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta" kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta" piraterija u ta" serq bl-użu tal-armi "l barra mix-xtut tas-Somalja (ĠU L 301, 12.11.2008, p.33).


Trasport aktar ekoloġiku u l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni
PDF 289kWORD 58k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 dwar trasport aktar ekoloġiku u l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni (2008/2240(INI))
P6_TA(2009)0119A6-0055/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta" Lulju 2008 bit-titolu 'Nagħmlu t-trasport aktar ekoloġiku' (COM(2008)0433),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta" Lulju 2008 bit-titolu 'Strateġija għat-twettiq tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni' (COM(2008)0435),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta" Lulju 2008 bit-titolu 'Miżuri għat-tnaqqis tal-istorbju ferrovjarju maħsuba għall-flotta eżistenti' (COM(2008)0432),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" Lulju 2007 bit-titolu "Inżommu lill-Ewropa miexja - Il-mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna"(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta" Marzu 2008 dwar politika Ewropea tat-trasport sostenibbli li tqis il-linji politiċi Ewropej dwar l-enerġija u l-ambjent(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0055/2009),

A.   billi l-għanijiet tal-Unjoni Ewropea huma li tnaqqas il-gassijiet b'effett ta' serra b"20%, iżżid l-użu ta" sorsi ta" enerġija rinovabbli għal 20% u tnaqqas il-konsum tal-enerġija b"20%, kollha sal-2020,

B.   billi, rigward l-għan li t-trasport isir iktar ekoloġiku, il-Kummissjoni pproponiet sensiela ta' suġġerimenti bl-objettiv li jiġġieldu kontra l-bidla fil-klima, komunikazzjoni dwar l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni għall-mezzi kollha ta' trasport, komunikazzjoni dwar it-tnaqqis tal-ħsejjes ferrovjarji, u proposta leġiżlattiva speċifika waħda għar-reviżjoni tal-ħlasijiet għall-użu tat-toroq minn vetturi tal-ġarr tal-merkanzija tqal,

C.   billi l-Artikolu 11, paragrafu 3 u 4, tad-Direttiva tal-Eurovignette(3) kif emendata fl-2006, stipula li: 'Mhux iktar tard mill-10 ta' Ġunju 2008 l-Kummissjoni, wara li tkun eżaminat l-għażliet kollha, inklużi spejjeż marbuta mal-ambjent, mal-ħsejjes, mal-konġestjoni u mas-saħħa, għandha tippreżenta mudell applikabbli b'mod ġenerali, trasparenti u komprensibbli għall-valutazzjoni tal-ispejjeż esterni kollha sabiex iservi bħala l-bażi għall-kalkolu fil-ġejjieni tal-ħlasijiet għall-infrastruttura. Dan il-mudell għandu jkun akkumpanjat minn analiżi tal-impatt tal-internalizzazzjoni ta' spejjeż esterni għall-modi kollha ta' trasport u minn strateġija għal implimentazzjoni fi stadji tal-mudell għall-modi kollha ta' trasport. Ir-rapport u l-mudell għandhom ikunu akkumpanjati, fejn ikun xieraq, minn proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal reviżjoni ulterjuri ta' din id-Direttiva',

D.   billi l-internalizzazzjoni trid tkun integrata f'politika aktar komprensiva li tippromwovi l-ko-modalità u sistema sostenibbli tat-trasport u billi din il-politika għandha tinkludi wkoll il-promozzjoni tar-riċerka, il-finanzjament tal-infrastruttura, il-ftuħ tas-swieq u l-istandardizzazzjoni; billi, madankollu, dawn is-sinjali ta" prezzijiet infushom mhux se jkunu biżżejjed biex ibiddlu l-imġiba tal-utenti sakemm l-alternattivi meħtieġa jkunu disponibbli għalihom (karozzi aktar nodfa, forom alternattivi ta" trasport, eċċ),

E.   billi l-Kummissjoni ddeskriviet b'mod konvinċenti l-impatt negattiv fuq is-saħħa pubblika tal-istorbju tal-ferroviji, iżda madankollu, bħala l-ġebla tax-xeka għall-inizjattiva tagħha għat-tnaqqis tal-istorbju ferrovjarju, qiegħda sempliċiment tistipula rekwiżit biex il-vetturi tal-merkanzija jkunu 'mgħammra bi brejkijiet b'ħoss baxx',

Trasport iktar ekoloġiku

1.  Jilqa" l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar trasport iktar ekoloġiku bħala pass inizjali importanti lejn approċċ iktar komprensiv li jagħmel it-trasport, fil-ħafna modi varjati tiegħu, iktar rispettuż tal-ambjent, u wkoll bħala rikonoxximent tal-importanza u l-ħtieġa li t-trasport isir iktar effiċjenti fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-bidla fil-klima;

2.  Jirrimarka li l-mobilità toffri benefiċċji kbar għall-kwalità tal-ħajja personali, għat-tkabbir u għall-impjiegi fl-UE, għall-koeżjoni soċjo-ekonomika, għall-kummerċ ma' pajjiżi mhux membri tal-UE, u għall-intrapriżi u l-impjegati involuti direttament jew indirettament fil-qasam tat-trasport u tal-loġistika;

3.  Jirrikonoxxi li, minbarra li għandha effetti pożittivi u li hi indispensabbli għall-iżvilupp ekonomiku tal-Unjoni Ewropea u l-koeżjoni ekonomika-soċjali u territorjali, il-mobilità għandha wkoll effetti negattivi fuq l-ambjent naturali u fuq il-bnedmin, u għalhekk isostni li l-politika tat-trasport Ewropea – mingħajr ma tinjora l-interessi leġittimi tal-individwi u tal-industrija fejn tidħol il-mobilità – għandha tkompli tfittex li tagħmel iktar ekoloġiku l-qasam tat-trasport sabiex telimina, jew tal-inqas tnaqqas, l-effetti ta' ħsara, skont l-objettivi tal-Unjoni fil-ġlieda kontra t-tisħin globali sal-2020;

4.  Jilqa" l-fatt li fil-Komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għamlet 'inventarju' tal-miżuri meħuda s'issa mill-UE biex tippromwovi politika ta" trasport sostenibbli;

5.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni naqset li tipproduċi pjan integrat sabiex it-trasport isir aktar ekoloġiku, jiġifieri pjan li jkopri kull qasam tat-trasport; josserva li l-Kummissjoni ħadet inizjattivi preliminari li finalment għandhom iwasslu għal strateġija komprensiva għall-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni tal-modi kollha ta' trasport; iżda minflok s'issa:

   - adottat approċċ frammentarju identifikat f'Manwal għall-istima tal-ispejjeż esterni tat-trasport u għall-internalizzazzjoni tagħhom f'oqsma individwali (ara l-manwal għall-istima tal-ispejjeż esterni fil-qasam tat-trasport),
   - ippreżentat proposta biex temenda d-Direttiva 1999/62/KE (id-Direttiva tal-Eurovignette), li hija maħsuba sabiex tippermetti lill-Istati Membri li jintaxxaw għall-ispejjeż esterni li jirriżultaw mill-vetturi tqal tal-ġarr tal-merkanzija, b'konformità mal-Artikolu 11 ta" dik id-Direttiva,
   - ipproponiet li tintaxxa l-ispejjeż esterni kkawżati mill-istorbju ferrovjarju bl-użu ta" ħlasijiet għall-użu tal-infrastruttura mfassla skont l-istorbju;

6.  Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex, għall-mezzi kollha ta' trasport, tagħmel dispożizzjoni għall-miżuri u l-istrumenti neċessarji biex it-trasport ikompli jsir iktar ekoloġiku, waqt li tqis il-konvenzjonijiet internazzjonali fis-seħħ u l-miżuri li diġà ttieħdu fis-setturi differenti tat-trasport, b'referenza għal dawk il-proposti, twettaq evalwazzjonijiet tal-impatt xjentifikament effikaċi tal-miżuri individwali u tal-konsegwenzi tagħhom fuq il-kompetizzjoni f'termini ta' modi kif ukoll tal-impatt tagħhom fuq l-ispejjeż tal-mobilità u tal-kompettitività; u biex, fuq din il-bażi, tippreżenta pjan integrat għal trasport iktar ekoloġiku, flimkien ma' proposti leġiżlattivi speċifiċi;

L-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni

7.  Jinnota li fil-komunikazzjoni tagħha dwar l-istrateġija għat-twettiq tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni, il-Kummissjoni naqset li tissodisfa l-obbligu impost fuqha mill-Parlament u mill-Kunsill, skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Eurovignette kif emendata, ladarba ma fasslitx u ma ressqitx – kif ammettiet hi stess – mudell applikabbli b'mod ġenerali, trasparenti u komprensibbli għall-valutazzjoni globali tal-ispejjeż esterni, ma analizzatx l-impatt fuq il-modi kollha ta" trasport u, fil-livell prattiku, ipproduċiet fir-rigward tal-vetturi tqal biss l-ewwel pass ta' strateġija għall-implementazzjoni gradwali tal-mudell għall-modi kollha ta' trasport;

8.  Jinnota li fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni saru referenzi estensivi għall-Ktieb ta' Gwida ppubblikat f'Jannar 2008 rigward il-kalkolu tal-ispejjeż esterni, li jgħaqqad l-għarfien xjentifiku l-aktar reċenti rigward il-kalkolu tal-ispejjeż esterni fil-qasam tat-trasport;

9.  Jinnota li l-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha, ippreżentat ġustifikazzjonijiet xjentifikament koerenti għall-ħlas ta' spejjeż esterni individwali mill-mezzi differenti ta' trasport, u adottat dak li tiddeskrivi bħala 'approċċ prammatiku msejjes fuq l-ispiża medja'; jappoġġa b'mod ġenerali l-bażi magħżula mill-Kummissjoni tal-ipprezzar tal-ispejjeż soċjali marġinali, f'konformità mal-White Paper dwar it-Trasport tal-2001;

10.  Jinnota li fil-komunikazzjoni tagħha u fil-proposta għal direttiva li temenda d-Direttiva 1999/62/KE (id-Direttiva tal-Eurovignette) il-Kummissjoni espliċitament tqis il-prinċipju li min iniġġes iħallas, stabbilit fl-Artikolu 175 (5) tat-Trattat; jistieden lill-Kummissjoni, madankollu, fil-passi ulterjuri fir-rigward tal-internalizzazzjoni ta' spejjeż esterni, biex jitqiesu l-forom kollha ta' internalizzazzjoni ta' spejjeż esterni li diġà jeżistu, bħal taxxi taż-żejt u ħlasijiet tat-toroq;

11.  Jitlob lill-Kummissjoni biex meta tressaq iktar proposti biex il-qasam tat-trasport isir aktar ekoloġiku, tinkludi evalwazzjonijiet dwar l-impatt tal-kompetizzjoni bejn il-mezzi tat-trasport u dwar l-impatti soċjali u ambjentali assoċjati, kif sar bil-proposta biex tiġi reveduta d-Direttiva 1999/62/KE (d-Direttiva tal-Eurovignette), u biex tinkludi l-ispejjeż tal-mobilità u tal-kompetittività;

12.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kummissjoni ma pproponietx miżuri biex tnaqqas l-effetti ta" żieda fid-distanza li tirriżulta mit-tkabbir tal-UE u ma għamlet ebda previżjonijiet dwar il-konsegwenzi tal-applikazzjoni tagħha, b'mod partikolari f'dawk l-Istati Membri li għandhom ostakoli ġeografiċi u għal dawk li s'issa għad m'għandhomx alternattivi multimodali; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tirrimedja dawn in-nuqqasijiet bħala parti mir-reviżjoni futura tan-netwerks tat-trasport trans-Ewropew (TENs);

13.  Jinkoraġixxi lill-Kummissjoni, għal dan l-iskop, biex tippreżenta proposta supplimentari għal kurituri għall-mobilità multimodali ('kurituri ekoloġiċi') bħala parti mir-reviżjoni tat-TEN-T, li tibbilanċja l-piżijiet imposti mill-proposta preżenti billi tippermetti aċċessibbiltà u mobilità mingħajr ostakli;

14.  Jitlob lill-Kummissjoni biex l-ewwel nett tieħu passi mingħajr dewmien sabiex tipproduċi proposti konkreti għall-modi kollha ta' trasport, u t-tieni nett, biex twettaq il-kompitu li joħroġ mill-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Eurovignette kif emendata billi tressaq pjan komprensiv għall-kalkolu u l-ħlas tal-ispejjeż esterni u ta" evalwazzjoni tal-impatt tagħhom fuq il-bażi ta' mudell komprensibbli;

Tnaqqis tal-istorbju ferrovjarju

15.  Jagħraf li fil-komunikazzjoni tagħha dwar il-miżuri għat-tnaqqis tal-istorbju ferrovjarju għall-flotta eżistenti, il-Kummissjoni wieġbet għall-bżonn tat-tnaqqis tat-fastidju mill-ħsejjes, b'mod partikulari mill-vaguni tal-merkanzija, għan-nies li jgħixu qrib il-linji ferrovjarji;

16.  Jenfasizza li l-adattament ta" vaguni bi prezz raġonevoli jippresupponi r-riżoluzzjoni tal-ostakli tekniċi eżistenti kif ukoll l-eliminazzjoni tal-piżijiet amministrattivi fiċ-ċertifikati relevanti malajr kemm jista" jkun u qabel l-adozzjoni ta" kwalunkwe miżura leġiżlattiva li torbot;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta għal direttiva bl-għan li tintroduċi ħlasijiet marbuta mal-istorbju għall-aċċess għal-linji ferrovjarji għal-lokomottivi u l-vaguni sabiex tipprovdi inċentivi kemm jista' jkun malajr għall-impriżi ferrovjarji biex jarmaw mill-ġdid il-flottot tagħhom b'vetturi li jagħmlu ftit ħoss billi jissostitwixxu l-blokok tal-brejkijiet; iqis li, jekk ikun meħtieġ u fejn ikun meħtieġ, jistgħu jitqiesu wkoll miżuri għal perjodu ta' żmien qasir u li l-ebda miżura leġiżlattiva m'għandu jkollha impatt negattiv fuq is-settur ferrovjarju f'kompetizzjoni intermodali;

18.  Jistenna mill-Kummissjoni li fil-proposta tagħha tipprovdi metodu prattikabbli li, permezz tal-allokazzjoni tad-dħul, jiggarantixxi li dan it-tip ta' titjib ma jsirx biss fil-vaguni li jkunu proprjetà tal-impriżi ferrovjarji, iżda jkun estiż ukoll għall-vaguni ta' kumpanniji oħra li jiġu trasportati minn intrapriżi ferrovjarji;

o
o   o

19.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 175E, 10.7.2008, p. 556.
(2) Testi Adottati, P6_TA(2008)0087.
(3) Id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42).


Kunsill Ewropew: L-Istrateġija ta' Liżbona
PDF 387kWORD 141k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-kontribut għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tal-2009 f'dak li għandu x'jaqsam mal-Istrateġija ta' Liżbona
P6_TA(2009)0120B6-0109/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2008 bit-titolu "Rapport ta' Implimentazzjoni għall-Programm Komunitarju ta' Liżbona 2008-2010" COM(2008)0881 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Jannar 2009 għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-aġġornament tal-2009 dwar il-linji gwida wiesgħin għall-politika ekonomika tal-Istati Membri u tal-Komunità u dwar l-implimentazzjoni tal-politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (COM(2009)0034),

–   wara li kkunsidra s-27 Programm Nazzjonali ta' Riforma ta' Liżbona kif ippreżentati mill-Istati Membri,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2007 bit-titolu "L-Interess Ewropew: Suċċess fl-epoka ta' globalizzazzjoni - Kontribut tal-Kummissjoni għal Laqgħa tal-Kapijiet tal-Istat u l-Gvern ta' Ottubru" COM(2007)0581,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2007 bit-titolu "Suq uniku għall-Ewropa tas-Seklu 21(COM(2007)0724),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2008 bit-titolu "Rapport dwar l-aċċess għas-suq u d-definizzjoni għal qafas favur kooperazzjoni regolatorja internazzjonali aktar effettiva" COM(2008)0874,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2008 bit-titolu "Qafas strateġiku aġġornat għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ" COM(2008)0865,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2008 bit-titolu "Ħiliet Ġodda għal Impjiegi Ġodda - L-antiċipazzjoni u t-tlaqqigħ tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa" COM(2008)0868,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2008 bit-titolu "Il-Politika ta' Koeżjoni: ninvestu fl-ekonomija reali" COM(2008)0876,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2008 bit-titolu "Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku" COM(2008)0800,

–   wara li kkunsidra l-Proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2008 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni COM(2008)0867,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Marzu 2000, tat-23 u l-24 ta' Marzu 2001, tat-22 u t-23 ta' Marzu 2005, tas-27 u t-28 ta' Ottubru 2005, tat-23 u l-24 ta' Marzu 2006, tat-8 u d-9 ta' Marzu 2007 u tat-13 u l-14 ta' Marzu 2008,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2007 dwar l-Interess Ewropew: Suċċess fl-epoka tal-globalizzazzjoni(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Frar 2008 dwar il-Linji Gwida Integrati għat-Tkabbir u l-Impjiegi (Parti: linji gwidi wesgħin għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u l-Komunità): It-tnedija ta' ċiklu ġdid (2008-2010)(2),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Novembru 2008 dwar l-EMU@10: L-ewwel għaxar snin tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-isfidi futuri(3),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

Il-kriżi finanzjarja u l-impatti ekonomiċi jew soċjali

1.  Jinnota li l-kriżi finanzjarja globali li ġejja minn żbilanċi makroekonomiċi globali u l-kriżi dejjiema tal-kreditu, għamlet ħsara serja fis-sistemi finanzjarji kollha tad-dinja, inkluż fl-Unjoni Ewropea; jinnota wkoll li l-kriżi finanzjarja globali ġabet il-qirda massiċċa tal-kapitalizzazzjoni tas-suq tal-ekwità fid-dinja kollha, li l-effetti negattivi tagħha fuq l-"ekonomiji reali" huma profondi u, b'mod partikulari, l-implikazzjonijiet għall-impjiegi u għas-sitwazzjoni soċjali huma tassew kbar; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-swieq finanzjarji huma ta" importanza ewlenija għall-"ekonomija reali" u li waħda mill-prijoritajiet – barra dik li l-impjiegi jiġu mħarsa – għat-tkabbir u l-impjiegi hija li jerġa" jaqbad il-fluss tal-kapital, u jipprovdi kreditu u finanzjament għall-investimenti, li jitlob li jerġa" jkun hemm kunfidenza u fiduċja, permezz ta" impenji ċari u garanziji mill-gvernijiet kif ukoll superviżjoni implimentata aħjar, li tkopri s-swieq finanzjarji kollha f'perspettiva globali, u regolamenti li jappoġġjaw l-għoti responsabbli ta' krediti fis-swieq;

2.  Jirrakkomanda, li l-miżuri għal żmien qasir applikati biex jikkontrobilanċjaw il-konsegwenzi immedjati u diretti tal-kriżi u biex inaqqsu l-effetti negattivi tal-ekonomija reali, kif ukoll il-pakketti ta" rkupru jridu jiġu segwiti minn pjan ta" azzjoni kemm għal żmien qasir kif ukoll fit-tul koordinat li jġib lill-ekonomiji tal-UE f'rotta ta" tkabbir, stabbli u jipproteġihom minn kriżijiet simili fil-futur;

3.  Ifakkar li l-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Frar 2008 dwar il-kontribut għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2008 rigward l-Istrateġija ta' Liżbona(4), kien diġà innota l-importanza prevalenti li titħares l-istabilità tas-swieq finanzjarji, u nnota "i l-kriżi tas-self b'rata baxxa subprime turi l-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea tiżviluppa miżuri superviżorji sabiex tissaħħaħ it-trasparenza u l-istabilità tas-swieq finanzjarji u tipproteġi aħjar il-konsumaturi, talab evalwazzjoni tas-sistemi u strumenti attwali ta" superviżjoni prudenzjali fl-Ewropa, u insista fuq konsultazzjoni mill-qrib mal-Parlament, li twassal għal rakkomandazzjonijiet ċari dwar kif tista" tittejjeb l-istabilità tas-sistema finanzjarja u l-kapaċità tagħha li tipprovdi finanzjamenti fit-tul u siguri lin-negozju Ewropew;

4.  Jenfasizza li s-swieq finanzjarji huma, u se jibqgħu, il-pern tal-ekonomiji tas-suq soċjali funzjonanti li huma intiżi biex jipprovdu finanzjament għall-'ekonomija reali' kif ukoll biex tidħol l-effiċjenza fl-allokazzjoni tar-riżorsi u li huma wkoll intiżi biex jipprovdu lill-ekonomiji bil-mezzi biex jitkattru, li mbagħad għamluha possibbli għaċ-ċittadini li jagħmlu qligħ sostnut fil-livell tagħhom tal-għajxien fid-deċennji li għaddew; jenfasizza li s-swieq finanzjarji kompletament affidabbli, effiċjenti u trasparenti huma prerekwiżiti għal ekonomija Ewropea f'saħħitha u innovativa li toħloq it-tkabbir u l-impjiegi;

5.  Jenfasizza li l-kriżi finanzjarja ħolqot opportunità fejn il-ħtieġa tal-innovazzjoni bħala l-mutur tal-ekonomija ma tistax tibqa" tiġi injorata; iqis li ż-żmien huwa propizju biex tinħoloq ekonomija dinamika msejsa fuq it-tagħrif li l-Ewropa ppjanat li tibni madwar tmien snin ilu; iqis li wasal iż-żmien li tinħoloq l-aktar ekonomija li tuża l-enerġija b'mod effiċjenti li għandha l-potenzjal li tbiddel id-dinja u tiżgura prosperità u kompetittività internazzjonali għall-Ewropa għall-għexieren ta" snin li ġejjin; iqis li wasal iż-żmien għall-istimulazzjoni tal-industriji innovattivi, li jkunu kapaċi kapaċi jiġġeneraw tkabbir ġdid fl-Ewropa;

6.  Jirrikonoxxi r-riżultati pożittivi tal-miżuri ta" salvataġġ adottati biex tiġi evitata iktar ħsara lis-sistema fiskali; madankollu jitlob struttura finanzjarja ġdida bit-twaqqif ta' regolament trasparenti u effikaċi li jkun fl-aqwa interess tal-konsumaturi, l-impriżi u l-ħaddiema; jitlob sabiex ikun hemm iktar proposti leġiżlattivi kif ukoll ftehimiet internazzjonali li jkunu kapaċi jittrattaw it-teħid ta' riskji kbar, id-dejn eċċessiv u l-ekonomija għal żmien qasir bħala l-għejun bażiċi tal-kriżi; ifakkar lill-Kummissjoni fl-obbligu tagħha biex tirrispondi għat-talbiet tal-Parlament dwar ir-regolamenti tal-fondi protetti u l-ekwità privata u jistenna proposti leġiżlattivi fi żmien qasir;

7.  Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li jiġi żgurat li l-qasam finanzjarju li bbenefika mill-appoġġ pubbliku jipprovdi lill-kumpaniji, speċjalment lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u lill-familji bi kreditu suffiċjenti; jinsisti li l-pjanijiet ta" salvataġġ jinkludu kundizzjonijiet obbligatorji fir-rigward tat-tqassim ta" dividendi kif ukoll tal-prattiki tas-self;

8.  Iwissi kontra ċ-ċirku vizzjuż ta" inqas investimenti u inqas infiq mill-konsumatur li jwassal għat-tnaqqis fl-impjiegi, pjanijiet ta' negozji mċekknin, u inqas innovazzjoni, li jaf jimbotta lill-UE f'reċessjoni profonda u itwal; jenfasizza li huwa krċjali f'dan il-kuntest li jkun hemm rispons Ewropew ikkoordinat biex jiġi evitat li l-kriżi twassal għas-somma tal-pjanijiet nazzjonali konfliġġenti għall-istabilità finanzjarja jew għall-irkupru ekonomiku, bil-kunflitti potenzjali u l-ispejjeż, li jimminaw is-suq uniku, l-istabilità ekonomika u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja, kif ukoll l-irwol tal-Unjoni Ewropea bħala parteċipant ekonomiku globali;

9.  Jistenna li ssir azzjoni konġunta li tegħleb l-effetti tal-kriżi finanzjarja fuq l-ekonomija reali; jitlob li jiġu stabbiliti punti ta" referenza fir-rigward tar-rati futuri tal-impjiegi u t-tkabbir, li wara għandhom jgħinu biex jiġi ddeterminat il-qies u l-elementi tal-Pjan Ewropew ta" Rkupru Ekonomiku; f'dan il-kuntest jitlob – fil-qafas tal-Patt tat-Tkabbir u l-Istabilità u r-regoli tiegħu ta" flessibiltà – għall-iżvilupp ta" strateġija Ewropea koerenti għall-investimenti futuri (eż. l-investiment f'kapital uman kwalifikat u ta" ħila li jwassal għal skoperti u żvilupp teknoloġiku innovazzjoni, effiċjenza enerġetika, infrastruttura sostenibbli, teknoloġiji ta' komunikazzjoni, l-interkonnessjoni u s-servizzi, inklużi s-servizzi tas-saħħa u opportunitajiet għall-ħajja fin-negozju, l-aktar biex l-SMEs jinvestu fi prodotti u swieq ġodda), il-ħarsien tal-impjiegi u d-dħul, kif ukoll koordinazzjoni aħjar tal-politiki ekonomiċi u soċjali;

10.  Huwa tal-opinjoni li l-enerġija minn sorsi rinnovabbli, l-effiċjenza tal-enerġija u l-ambjent jistgħu jservu bħala attenzjoni speċjali strateġika għall-miżura ta" stimolu, li se toħloq impjiegi ħodor (ambjentali) ta" kwalità għolja u tagħti lill-industrija Ewropea l-vantaġġ tal-primat fuq ir-reġjuni l-oħra tad-dinja li għad iridu jaħtfu l-opportunità;

11.  Huwa tal-opinjoni li hija biss politika li tgħaqqad il-ġlieda kontra ż-żieda fil-qgħad u l-faqar fi żmien qasir mal-preparazzjoni tal-bażi għat-tranżizzjoni tal-ekonomija tagħha lejn is-sostenibbiltà fit-tul, li tista" twassal għal soluzzjoni li sservi għal żmien itwal, u li tkun imnebbħa mill-istrateġija ta" sostenibbiltà miftiehma f'Gothenburg, li kienet iddikjarata bħala parti mill-Istrateġija ta" Liżbona;

12.  Jenfasizza li għandha tkun l-ewwel prijorità tal-Unjoni Ewropea li jkunu protetti ċ-ċittadini tagħha mill-effetti tal-kriżi finanzjarja, billi huma l-aktar li jintlaqtu ħażin kemm bħala ħaddiema, membri ta" familji, jew intrapriżi; huwa tal-opinjoni li ħafna ħaddiema u l-familji tagħhom qed jintlaqtu jew se jintlaqtu mill-kriżi u jeħtieġ tittieħed azzjoni biex jitnaqqas it-telf ta' impjiegi kif ukoll biex in-nies jiġu megħjuna jmorru lura malajr għas-suq tax-xogħol, aktar milli jiffaċċjaw il-qgħad fit-tul; jistenna li l-Kunsill tar-Rebbiegħa 2009 jaqbel dwar gwida ċara u miżuri konreti biex jiġu salvagwardjati l-impjiegi u jinħolqu opportunitajiet ta" xogħol;

13.  Jikkunsidra li, fost l-impatti tal-kriżi ekonomika, iż-żieda fil-faqar hija tal-akbar tħassib għall-Unjoni Ewropea; huwa essenzjali li tieqaf iż-żieda attwali tal-qgħad fl-Unjoni Ewropea; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-aktar mezz effiċjenti biex jitnaqqas u jiġi evitat il-faqar huwa permezz ta" strateġija bbażata fuq għanijiet ta" xogħol għal kulħadd, xogħol ta" kwalità għolja l-inklużjoni soċjali, miżuri li jħeġġu l-intrapriża, u l-attivitajiet biex jikber l-irwol tal-SMEs u l-investimenti; ifakkar li strateġija li tindirizza l-esklużjoni mis-suq tax-xogħol għandha tkun ibbażata fuq l-istandards tal-għajxien adegwati u appoġġ għad-dħul, swieq tal-impiegi inklużivi kif ukoll aċċess għal servizzi u edukazzjoni ta" kwalità għolja. għalhekk iqis li x-xogħol għandu jiġu appoġġjat minn azzjonijiet għall-imprendituri, SMEs u investimenti, kif ukoll l-inizjattivi intiżi biex jgħinu lin-nies jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol; iqis li prijorità speċjali f'dan ir-rigward għandha tkun it-taħriġ mill-ġdid ta" persuni qiegħda, u l-provvediment ta' edukazzjoni mmirata lejn il-ħolqien ta' forza tax-xogħol kwalifikata u speċjalizzata; iqis li l-prinċipju tas-solidarjetà huwa l-bażi tal-proċess ta' kostruzzjoni Ewropea, li l-iffinanzjar Komunitarju għandu jsir disponibbli għall-Istati Membri fi skemi mmirati lejn il-prevenzjoni tat-tnaqqis eċċessiv tal-impjiegi u lejn it-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema u lejn l-għoti ta' kwalifiki lil dawk li ma jkollomx; iqis li r-regolamentazzjoni tal-kamp tax-xogħol għandha tiġi żviluppata biex tinkiseb aktar flessibbiltà u sigurtà fis-suq tax-xogħol kif ukoll biex jinstabu impjiegi ġodda; iqis li l-istrumenti finanzjari eżistenti tal-Komunità, bħalma hu l-Fond Ewropew tal-Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandhom jiġu aġġornati biex ikunu jistgħu jintużaw b'mod effiċjenti u fil-ħin, f'setturi kbar tal-ekonomija li qed inaqqsu l-impjiegi; jilqa" l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tissimplifika l-kriterji tal-Fond Soċjali Ewropew u ddawwar il-fokus tal-attivitajiet fuq dawk l-aktar vulnerabbli;

14.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-SMEs, li jifformaw il-ġebla tax-xewka tal-ekonomija Ewropea, intlaqtu b'mod partikolarment iebes mit-tnaqqis ekonomiku gradwali ta' bħalissa; jenfasizza li l-għafsa tal-kreditu laqtet l-aktar lis-settur tal-SMEs, ladarba hija dik il-parti tal-ekonomija li toqgħod l-aktar fuq il-kapital impjegat għal żmien qasir, u li normalment ikun provdut bil-krediti. jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li n-nuqqas ta' kapital, flimkien mat-tnaqqis ġenerali fid-domanda qed iwasslu lill-SMEs biex jirtiraw mill-fronti kollha; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-tbatijiet li għaddejjin bħalissa minnhom l-SMEs għandhom konsegwenzi kbar u fit-tul għall-Unjoni Ewropea kollha, partikolarment għal dawk ir-reġjuni l-aktar vulnerabbli u milquta; barra minn hekk, jisħaq fuq l-importanza li ssir implementazzjoni malajr tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar b'mod ġenerali u speċjalment tal-provvedimenti għall-kreditu lill-SMEs permezz tal-azzjoni tal-Bank ta' Investiment Ewropew (EIB);

15.  Jenfasizza li l-aċċess suffiċjenti, bi prezz li jintlaħaq, u raġonevolment sikur għall-finanzi hu prekundizzjoni deċiżiva għall-investiment u t-tkabbir; jemmen li fil-klima ekonomika attwali, l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar u l-objettivi tiegħu issa huma aktar importanti minn qatt qabel, billi l-SME joffru potenzjal li għadu ma ġiex sfruttat għat-tkabbir ekonomiku u biex jinħolqu u jiġu sostnuti l-impjiegi, u jipprovdu opportunità għal tmexxija politika u biex tisseddaq il-kunfidenza fis-settur intraprenditorjali tal-Ewropa;

16.  Jindika li għat-tkabbir sostnut, l-Ewropa teħtieġ forza lavorattiva f'saħħitha, dinamika u b'ħiliet; u dan, b'xorti ħażina, huwa mminat pereżempju mit-tkabbir demografiku negattiv f'bosta Stati Membri; iqis li infrastruttura effikaċi għall-indokrar tat-tfal, kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta' Marzu 2002, hija katalist importanti għar-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja tal-familja; iqis li l-iżvilupp tal-indokrar tat-tfal, imsejjes fuq il-familji, jiffaċilita l-parteċipazzjoni kemm tan-nisa u kemm tal-irġiel fil-ħajja tax-xogħol kif ukoll fit-trobbija tal-familja; isemmi li ż-żieda fl-impjegar tan-nisa mhux biss iwassal għat-tkabbir fl-ekonomija kollha kemm hi, imma jikkontribwixxi wkoll biex jittaffew l-isfidi demografiċi li l-Ewropa qed tħabbat wiċċha magħhom illum il-ġurnata; iqis li s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet trid tkun stimulata biex jinkiseb aktar potenzjal mill-forza lavorattiva eżistenti;

17.  Jinsisti, madanakollu, li l-Istati Membri għandhom jirrivitalizzaw il-politiki tal-immigrazzjoni tagħhom, bil-għan li b'mod speċifiku jiġbdu lejhom, mod immirat, immigranti b'livell għoli ta" ħiliet li jistgħu jagħtu dak li jitlob minnhom is-suq lavorattiv Ewropew, billi jibnu fuq l-esperjenza tal-Istati Uniti f'dan il-qasam, u billi jieħdu ħsieb li jikkoperaw mal-pajjiżi ta" oriġini biex jiġi evitat it-telfien tal-imħuħ ("brain drain"); iqis li l-politika tal-edukazzjoni għandha tiġi mmirata aktar biex tiġbed riċerkaturi u studenti barranin, li jibqgħu fl-Unjoni Ewropea għal perjodi ta' żmien itwal (pereżempju l-programm Erasmus Mundus, 2007-2012); iqis li waħda mill-prerekwiżiti kruċjali għall-ħolqien tal-ekonomija ewlenija fid-dinja bbażata fuq l-għarfien hija li l-Istati Membri kollha jiggarantixxu u jipproteġu d-drittijiet bażiċi tal-migranti legali u jipprovdulhom aċċess għall-valuri komuni Ewropej u rispett għad-diversità kulturali;

Il-ħtiġiet taċ-ċittadini u r-risponsi neċessarji

18.  Jinnota li minħabba l-kriżi ta' bħalissa hemm numru ta' prijoritajiet ewlenin tal-Istrateġija ta' Liżbona li l-implimentazzjoni tagħhom għandha tkun segwita mill-istituzzjonijiet Ewropej b'aktar urġenza: il-promozzjoni tal-kompetittività reġjonali u lokali, kif ukoll l-aderenza mar-regoli tal-kompetizzjoni, kif ukoll il-promozzjoni tal-politiki tal-konsumatur biex is-swieq isiru iktar effiċjenti u ekwitabbli, billi jittieħed vantaġġ mis-suq intern, l-aktar fil-bejgħ bl-imnut u fis-servizzi; l-aċċellerar tal-implimentazzjoni tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, b'mod partikolari tad-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 2000 dwar il-ġlieda kontra l-ħlasijiet tard fit-tranżazzjonijiet kummerċjali(5) kif ukoll tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni malajr tal-proposta tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Kunsill dwar l-istatut tal-kumpannija privata Ewropea (COM(2008)0396); il-proċss rapidu ta" implimentazzjoni taz-Zona Ewropea ta" Riċerka u l-proposti għall-"ħames libertà" biex titjieb iċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-għarfien u l-innovazzjoni billi tingħata spinta lit-trasferiment tal-għarfien fl-ambitu tal-edukazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&D) u l-produzzjoni industrijali; l-adozzjoni ta' Brevetti Komunitarji effettivi għall-infiq u Qorti tal-Brevetti għall-UE kollha kemm hi, li jtejbu b'mod sinifikattiv il-kompettività tan-negozji Ewropej, u jiffaċilitaw l-aċċess tal-kumpaniji għall-finanzjament u jistimulaw l-innovazzjoni;

19.  Huwa tal-opinjoni li l-Unjoni Ewropea għandha ssegwi għan komuni fundamentali: li toħloq opportunitajiet ta" xogħol u b'hekk tevita li jkun hemm qagħad tal-massa; iqis li dan l-għan, għalhekk, għandu jiddetermina l-kobor u l-komponenti tal-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku; iqis li s-solidarjetà hija indispensabbli għall-iżgurar li l-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku u l-miżuri tiegħu jkun jista" jkollhom l-aktar impatt pożittiv fuq is-swieq tax-xogħol fl-Ewropa; jenfasizza l-ħtieġa għal sforzi addizzjonali ta" appoġġ għall-aktar gruppi vulnerabbli tas-soċjetà;

20.  Hu favur ħafna politika tas-suq lavorattiv li tinkoraġixxi l-aċċess għall-kulħadd għas-suq tax-xogħol u tippromwovi t-tagħlim tul il-ħajja kollha; jistieden lill-Istati Membri kif ukoll lill-imsieħba soċjali biex jikkonkludu ftehimiet innovattivi biex iżommu l-impjiegi; jappoġġja, inter alia, it-tnaqqis fin-nolli soċjali fuq id-dħul baxx biex jippromwovi l-impjegabbiltà ta" ħaddiema inqas imħarrġa u l-introduzzjoni ta" soluzzjonijiet innovattivi (pereżempju ċekkijiet tas-servizz għax-xogħol fid-dar u l-indokrar tat-tfal, sussidji fuq il-kera għal gruppi vulnerabbli) li diġà ntużaw b'suċċess f'xi Stati Membri; jistenna skambji tal-aħjar prattiki f'dan ir-rigward;

21.  Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ l-effikaċja tar-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur bħala rispons għall-aspettativi kbar taċ-ċittadini tal-Unjoni, b'mod partikulari fir-rigward tal-prodotti finanzjarji; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex joħolqu politiki li jappoġġjaw lill-vittmi l-aktar milquta serjament mill-kriżi finanzjarja;

22.  Jenfasizzali l-importanza li jiġi żgurat il-moviment ħieles u l-mobilità fis-suq tax-xogħol bla dewmien, filwaqt li jinsisti dwar il-ħtieġa li tiġi garantita paga ndaqs għall-istess xogħol u rispett sħiħ għan-negozjar kollettiv u l-irwol tat-trejdjunjins inkluż id-dritt tagħhom ta" azzjoni kollettiva; jenfasizza li t-tneħħija tal-ostakoli għall-mobilità fis-suq tax-xogħol Ewropew tippermetti aktar protezzjoni għall-ħaddiema Ewropej; jinnota li l-Unjoni Ewropea trid tagħmel sforz sabiex tispjega liċ-ċittadini l-benefiċċji ta' strateġija li b'mod effettiv tgħaqqad it-tkabbir, l-integrazzjoni, is-solidarjetà u l-mobilità lavorattiva;

23.  Jinnota li xi Stati Membri introduċew il-kunċett ta" paga minima; jissuġerixxi li Stati Membri oħra jista" jkun li jibbenefikaw minn studju tal-esperjenza tagħhom; jistieden lill-Istati Membri biex iħarsu l-prekondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni soċjali u ekonomika għal kulħadd, u b'mod partikulari, biex jipprevedu regolamenti fuq kwistjonijiet bħall-pagi minimi jew arrangamenti oħra legali u b'mod ġenerali vinkolanti jew permezz ta" ftehimiet kollettivi skont it-tradizzjonijiet nazzjonali li jippermetti lill-ħaddiema full-time ikollhom għajxien diċenti bid-dħul li jkollhom;

24.  Jemmen li l-kriżi finanzjarja tipprovdi l-opportunità għar-riformi meħtieġa, b'enfażi fuq pedamenti ekonomiċi sodi, li jvarjaw minn investiment xieraq fl-edukazzjoni u l-ħiliet għall-kwalità fil-finanzji pubbliċi, u ambjent li jsostni l-innovazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi; jikkunsidra li t-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni Ewropea jiddependu dejjem aktar fuq l-eċċellenza u l-innovazzjoni bħala l-muturi ewlenin tal-kompetittività Ewropea;

25.  Jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha biex jieħdu azzjoni malajr biex jippromwovu t-tkabbir u l-impjiegi u biex isaħħu d-domanda u l-kunfidenza tal-konsumatur; jikkunsidra li inizjattiva ta" tkabbir intelliġenti li tiffoka fuq l-objettivi tal-Istrateġija ta" Liżbona bħall-investimenti fit-"triangolu tal-għarfien" (li jinkludi l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni), fit-teknoloġiji ħodor,l- effiċjenza fl-enerġija, l-infrastrutturi sostenibbli u t-teknoloġiji tal-komunikazzjoni huma meħtieġa f'dan il-kuntest; jenfasizza l-effetti ta" sinerġija ta" inizjattiva bħal din fir-rigward tal-kompetittività futura, tas-suq tax-xogħol u tal-protezzjoni tal-ambjent u r-riżorsi;

26.  Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom ikomplu r-riforma tas-swieq tax-xogħol biex jinħolqu iktar impjiegi u sistemi edukattivi li jgħinu biex jogħlew il-livelli tal-ħiliet, iqis li l-Istati membri għandhom ikomplu bl-isforzi tagħhom biex jinkoraġġixxu t-tkabbir tal-produttività permezz ta" iktar investiment fl-edukazzjoni; jenfasizza wkoll li l-iffaċċjar tal-isfidi tal-innovazzjoni u t-tixrid tagħha kif ukoll l-iżgurar tal-impjegabbiltà u l-flessibiltà tal-forza tax-xogħol jirrikjedi titjib tal-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll it-tagħlim tul il-ħajja; isemmi, madankollu, li l-investiment attwali fil-kapital uman fl-Ewropa għadu b'mod ċar insuffiċjenti għal ekonomija msejsa fuq l-għarfien;

27.  Jenfasizza li l-kriżi attwali m'għandhiex tintuża bħala skuża għall-ittardjar ta" riorjentazzjoni ferm meħtieġa tal-infiq lejn investimenti "ħodor", iżda għandha pjuttost tinftiehem iktar bħala inċentiv addizzjonali biex jitkompla l-isforz għall-konverżjoni ekoloġika tal-industrija li hija meħtieġa ħafna; huwa konvint li r-raġuni ekonomika għall-iffaċċjar tal-bidla fil-klima hija ċara, u kull pass ta" dewmien żejjed għall-azzjoni meħtieġa finalment ser iwassal għal spejjeż ikbar;

28.  Jistieden lill-Istati Membri biex jirrevedu l-baġits tagħhom u biex jinvestu fi proġetti ta" tkabbir intelliġenti, biex b'hekk jagħmlu użu sħiħ mill-Patt tal-Istabiltà u Tkabbir revedut;

29.  Jenfasizza li l-ekonomiji tal-Istati Membri huma interdipendenti ħafna; għaldaqstant jisħaq dwar il-ħtieġa għall-koordinazzjoni iktar effettiva u għat-titjib tal-governanza, li f'dawn iż-żminijiet ta" kriżi isiru iktar urġenti; jindika li l-argument favur aktar kooperazzjoni huwa aktar b'saħħtu fiz-zona tal-euro; jirreferi għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu fil-qafas tar-riżoluzzjoni ta" EMU@10 f'dan il-kuntest; jistenna gwida ċara u soda mill-Kummissjoni lejn approċċ ikkoordinat aħjar fost l-Istati Membri kollha;

30.  Jemmen li jekk tiġi abbandunata l-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u jiġu sospiżi l-investimenti ambjentali, dan ikun żball devastanti b'impatt kemm immedjat u kemm interġenerazzjonali;

L-ambitu ta' azzjoni tal-Ewropa

31.  Jenfasizza l-bżonn li tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-pjanijiet ta" rkupru Ewropej u nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni sabiex timoniterja u tagħmel proposti dwar l-impatt soċjali tal-kriżi finanzjarja, speċjalment dwar l-esklużjoni soċjali, il-faqar u l-pensjonijiet, sal-Kunsill tar-Rebbiegħ 2009;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-iskema prinċipali ta" finanzjament tal-Fond Soċjali Ewropew tkun iffokata b'mod ewlieni fuq it-taħriġ mill-ġdid u ż-żieda fl-impjegabilità kif ukoll fuq attivitajiet tal-inklużjoni soċjali sabiex jingħelbu l-agħar effetti soċjali tal-kriżi; ifakkar li l-attenzjoni għanda tingħata lil dawk li huma l-aktar imbiegħda mis-suq tal-impjiegi;

33.  Jindika li l-Unjoni Ewropea għandha bżonn ta" "Green New Deal", għall-Ewropa, li jindirizza l-kriżi ekonomika, ambjentali usoċjali: il-ħolqien tax-xogħol fis-settur tal-manifattura u dak relatat mal-industrija jeħtieġ ikun kumplimentat b'investiment kbir fis-servizzi soċjali, partikolarment fl-edukazzjoni u s-saħħa, billi jinħolqu kundizzjonijiet aħjar fit-tagħlim ta" wliedna u tal-istudenti tagħna, billi jiżdied l-għadd ta" għalliema u jittejbu l-kundizzjonijiet fiżiċi għat-tagħlim. Dan kollu jkun investiment li jħalli l-frott fil-ġejjieni;

34.  Jenfasizza li l-investiment ta' tali Green New Deal għandu jkollu wkoll l-għan ta" żieda fl-effiċjenza u s-sostituzzjoni ta" riżorsi apparti ż-żejt (materjali kritiċi), li aktarx ser isiru skarsi fuq medda medja sa qasira ta" żmien u ser ixekklu l-iżvilupp ta" ċerti setturi, pereżempju l-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-industrija tad-divertiment; jinnota li skont studji riċenti, jistgħu jsiru żidiet kbar fl-effiċjenza ta" materjali tali, li jnaqqsu il-ħela, l-ispejjeż u d-dipendenza fuq ir-riżorsi;

35.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fil-qasam tal-enerġija, l-Ewropa bħalissa tiddependi mill-karburanti fossili bħala s-sors primarju tagħha tal-enerġija; iqis li filwaqt li d-dipendenza mill-karburanti fossili trid titnaqqas, huwa wkoll essenzjali li tinkiseb is-sigurtà enerġetika għall-Ewropa; jemmen li dan ifisser li jiġu diversifikati s-sorsi tagħha ta" karburanti fossili, filwaqt li tipprova żżomm l-enerġija f'livelli ta" prezzijiet li jintlaħqu; iqis li s-setturi tal-enerġija fl-Istati Membri iridu jinfetħu u trid tinkiseb kompetizzjoni vera; iqis li l-effiċjenza enerġetika għandha tittejjeb permezz tar-riċerka u l-iżvilupp u tal-mainstreaming tal-aħjar prattiki; iqis li, bil-prezz għoli taż-żejt u l-gass fuq medda twila ta' żmien, l-Ewropa trid tkun kapaċi tnaqqas l-esponiment tagħha f'dan il-qasam; iqis ukoll li l-Unjoni Ewropea għandha tikkunsidra li tgħaddi għal suq intern tal-enerġija, biex tqassam l-enerġija tagħha b'mod iktar effiċjenti bejn l-Istati Membri, u taħdem kontra d-dipendenza tagħha fuq enerġija minn pajjiżi terzi; tqis li s-sehem ta" enerġija li tiġġedded irid jiżdied sabiex tonqos id-dipendenza fuq il-karburanti fossili; iqis li r-riċerka u l-iżvilupp f'dan il-qasam għandhom ikunu intensifikati u għandhom jiġu ppreferuti soluzzjonijiet lokali differenti sabiex isir l-aħjar użu tas-sorsi tal-enerġija li tiġġedded li huma disponibbli;

36.  Jinnota li l-Unjoni Ewropea għadha lura meta mqabbla mal-pass tal-innovazzjonijiet fl-ekonomija Amerikana; jindika li l-innovazzjoni tista' tiżgura rkupru rapidu tal-ekonomiji Ewropej billi tipprovdi vantaġġ kumparattiv fuq is-swieq globali. jindika li fi żminijiet ta' tnaqqis ekonomiku, hija prattika komuni li jitnaqqas l-infiq fuq l-R&D, iżda li dan l-approċċ huwa żbaljat, peress li huwa eżattament l-oppost li jeħtieġ li jsir; jemmen li żieda fl-investiment fl-R&D u fl-edukazzjoni ttejjeb il-produttività u għaldaqstant it-tkabbir; jitlob li jkun hemm investimenti fir-riċerka u x-xjenza bil-ħsieb li tinkiseb il-mira ta' 3% tal-PGD; jenfasizza li l-baġit tal-UE għandu jagħti lok għal sehem akbar ta' infiq għar-riċerka; l-Istati Membri għandhom iżidu, jew għallinqas jiksbu l-miri tal-investimenti tagħhom ta" R&D u għandhom jipprovdu appoġġ lill-investimenti tas-settur privat fl-R&D, permezz ta' miżuri fiskali, garanziji għas-self u għenieqed (clusters) kif ukoll ċentri ta' eċċellenza reġjonali, u kwalunkwe strument ieħor li jista" jikkontribwixxi għal dan il-għan; iqis li l-edukazzjoni għall-adulti u t-tagħlim tul il-ħajja kollha għandhom ikunu prijoritajiet fil-livelli kollha tal-politika, għax iżidu l-produttività, filwaqt li jipprovdu l-ħiliet meħtieġa għad-dħul fis-suq tax-xogħol u għall-impjegabilità kontinwa fid-dinja tal-impjiegi, li hi kompetittiva ħafna;

37.  Jindika li sa mill-bidu tas-seklu 21, l-għodda tat-teknoloġija u t-telekomunikazzjoni fetħu l-bibien għall-forzi tal-globalizzazzjoni fuq skala akbar milli qatt immaġinajna, "wittew" komunikazzjonijiet u swieq tax-xogħol u kkontribwixxew għal perjodu ta' innovazzjoni mingħajr preċedenti, li għamlu l-ekonomiji aktar produttivi u kkonettjaw iċ-ċittadini globali; jemmen, għalhekk, li permezz tal-massimizzar tas-setgħa u tal-impatt tat-teknoloġija fuq l-ekonomija, ftuħ ulterjuri tas-suq intern fis-setturi tat-telekomunikazzjonijiet, l-enerġija, ir-riċerka u l-industrija b'mod partikulari, l-Unjoni Ewropea tista" toħroġ aktar b'saħħitha mit-taqlib ekonomiku attwali, issaħħaħ il-kwalità tal-ħarsien tas-saħħa bi prezz li jintlaħaq minn kulħadd, tavvanza l-iżvilupp u t-tħaddim enerġetiku li ma jkunx ta' ħsara għall-klima, ittejjeb l-edukazzjoni fi ħdan l-Istati Membri u tippromwovi l-Unjoni Ewropea bħala l-mexxejja dinjija fil-qasam tat-teknoloġija u tal-innovazzjoni teknoloġika applikata; isemmi li l-ekonomija bbażata fuq l-għarfien teħtieġ l-iżvilupp ta" servizzi ta" kwalità għolja u strateġija broadband li kapaċi tħaffef l-aġġornament u l-estensjoni tan-netwerks; huwa tal-opinjoni li l-proposta tal-Kummissjoni fil-Pjan ta" Rkupru Ewropew bl-għan li tinkiseb kopertura sħiħa tan-netwerks ta" komunikazzjoni broadband sal-2010 hija pass "il quddiem neċessarju li se jgħin lill-Unjoni Ewropea żżomm il-kompetittività tagħha;

38.  Jistaqsi biex tingħata aktar attenzjoni għall-White Paper tal-Kummissjoni tal-21 ta' Novembru 2001 dwar iż-Żgħażagħ (COM(2001)0681) u dwar il-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ tal-Kunsill Ewropew adottat fit-22 u t-23 ta' Marzu 2005 bħala wieħed mill-istrumenti li jagħti kontribut għall-għanijiet ta' Liżbona; iqis li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra u tinkorpora l-impatt taż-żgħażagħ u r-riżultati tad-djalogu tal-istrutturi mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ meta jkunu qegħdin jitħejjew proposti leġiżlattivi u l-Istati Membri għandhom jiffukaw fuq iż-żgħażagħ meta jimplimentaw il-programmi ta' riforma nazzjonali ta' Liżbona u meta jqisu ż-żgħażagħ fl-oqsma tal-politika rilevanti; iqis li ż-żieda fil-mobilità tal-istudenti u l-kwalità tas-sistemi edukattivi differenti għandhom ikunu ta' prijorità fil-kuntest tad-definizzjoni mill-ġdid tal-għanijiet importanti tal-Proċess ta' Bolonja wara l-2010 u għandhom jittieħdu azzjonijiet fl-oqsma ta' politika differenti kollha; jiġbed l-attenzjoni li diversi aspetti tal-mobilità jmorru lil hinn mill-ambitu tal-edukazzjoni għolja u għandhom x'jaqsmu mal-ambitu tal-affarijiet soċjali, il-finanzi u l-politiki dwar l-immigrazzjoni u l-viżi biex jiġi żviluppat Qasam Ewropew għall-Edukazzjoni Għolja reali;

39.  Iqis li l-"Ewropizzazzjoni" tal-istruttura tas-superviżjoni finanzjarja, ir-regoli effikaċi tal-kompetizzjoni, ir-regolamentazzjoni xierqa u t-trasparenza mtejba tas-swieq finanzjarji huma essenzjali għal żmien intermedju biex tiġi evitata ripetizzjoni tal-kriżi attwali; huwa tal-fehma li qafas superviżorju integrat, komprensiv (li jkopri s-setturi kollha finanzjarji) u koerenti li jibda bi strateġija bbilanċjata fir-regolamentazzjoni tal-firxa traskonfinali tar-riskju finanzjarju fuq il-bażi ta" leġiżlazzjoni armonizzata, għandu jnaqqas l-ispejjeż ta" konformità fil-każ ta" attivitajiet pluriġurisdizzjonali; jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposti għar-reviżjoni tal-istruttura superviżorja eżistenti skont dawn il-prinċipji; jistieden lill-Istati Membri biex, minkejja l-miżuri stipulati f'dan il-paragrafu, jerġgħu lura fi żmien intermedju għall-finanzjament pubbliku bbilanċjat, u għalhekk jistieden lill-Istati Membri biex jiċċaraw kif se jirnexxilhom jilħqu dak l-objettiv;

40.  Jappoġġja d-deċiżjoni tal-membri Ewropej tal-G20 fl-aħħar ta" Frar 2009 f'Berlin, biex jittieħdu 'azzjonijiet definittivi kontra r-rifuġji fiskali u l-ġurisdizzjonijiet nonkoperattivi', billi jkun hemm qbil dwar kaxxa ta' għodod ta' sanzjonijiet mill-aktar fis possibbli, li trid tiġi approvata fil-laqgħa għolja ta' Londra; jirrakkomanda li l-UE tadotta, fil-livell tagħha stess, qafas leġiżlattiv adegwat b'inċentivi xierqa għall-parteċipanti tas-suq sabiex joqogħdu lura milli jinnegozjaw ma" dawn il-ġurisdizzjonijiet; jenfasizza kif l-approċċi konverġenti globalment huma essenzjali biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni;

41.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Unjoni Ewropea biex jemendaw il-baġit tal-UE bil-ħsieb li jippermettu l-użu ta" riżorsi finanzjarji mhux utilizzati għall-appoġġ tal-għanijiet tal-politiki tal-Unjoni Ewropea;

42.  Huwa mħasseb bid-differenzi reġjonali li kull ma jmorru qegħdin jiżdiedu fir-rigward tal-effetti tal-kriżi finanzjarja, li huma riflessi fost l-oħrajn fid-differenza li qiegħda tikber fil-kapaċità tal-kreditu bejn l-Istati Membri, li ġġib magħha spejjeż ogħla għas-self lil dawk bi klassifikazzjoni baxxa; jitlob għall-iżvilupp ta" strumenti finanzjarji innovattivi ġodda biex itaffu dawn l-effetti u jiġbdu kapital ġdid;

43.  Jenfasizza li l-kriżi qed ikollha konsegwenzi ekonomiċi u soċjali estremament negattivi f'ħafna mill-Istati Membri l-ġodda, u sostanzjalment qed tnaqqas il-konverġenza tagħhom mal-UE-15; barra minn hekk, jistenna riperkussjonijiet li jaffettwaw l-euro u l-ekonomiji taż-żona tal-euro; għalhekk, jitlob miżuri ta' solidarjetà Ewropej sodi, sabiex tiġi protetta ż-żona tal-euro u sabiex tissaħħaħ il-konsistenza interna tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari bil-għan ta" appoġġ iktar b'saħħtu għall-ekonomiji tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, speċjalment bl-adattament tal-fondi strutturali u l-Fond għall-Globalizzazzjoni għal dawn il-pajjiżi, kif ukoll permezz ta" appoġġ speċjali mill-BEI fir-rigward ta" strumenti finanzjarji innovattivi ġodda; jinnota l-importanza li l-Ewropa tkun magħquda fiż-żminijiet ta" kriżi ekonomika meta r-reċessjoni ekonomika qed thedded ukoll il-valuri komuni Ewropej; għalhekk, jitlob azzjonijiet iktar attenti u bir-reqqa min-naħa tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Istati Membri l-ġodda;

44.  Jinnota li l-istrumenti ta' finanzjament tal-UE għandhom jintużaw biex jappoġġjaw l-infiq pubbliku; jiġbed l-attenzjoni li, sabiex tikkontribwixxi għall-irkupru ekonomiku tal-Unjoni Ewropea, ir-rata ta' implimentazzjoni u ta" dawn l-istrumenti ta' finanzjament jeħtieġ li titħaffef; iqis li l-Politika ta" Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea hija strument eċċellenti ta" solidarjetà territorjali, b'mod speċjali l-komponenti transkonfinali tagħha; jinsab sodisfatt ħafna bil-"Liżbonizzazzjoni" reċenti tal-politika ta" koeżjoni; iqis li jekk il-fondi reġjonali jkunu ffukati aktar lejn l-imprenditorija, ir-riċerka, l-innovazzjoni, l-impjiegi u l-ħiliet ġodda, għadd konsiderevoli ta" fondi għandhom isiru disponibbli fil-livell lokali biex itejbu l-potenzjal għan-negozju u jgħinu lil dawk li huma l-aktar vulnerabbli;

45.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-programmi Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew (TENs-T) u Netwerks tal-Enerġija Trans-Ewropew (TENs-E) għandhom jikkontribwixxu bis-sħiħ ukoll kemm għall-Pjan ta" Rkupru kif ukoll għall-għanijiet tal-Istrateġija ta" Liżbona; iqis li l-isforzi pożittivi tal-koorodinaturi kif ukoll it-twaqqif tal-Aġenzija Eżekuttiva Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew , flimkien mal-leġiżlazzjoni implimentattiva biex tittejjeb l-effiċjenza tal-ko-modalità, wasslu biex jitlesta għadd ġmielu ta" proġetti TEN-T fl-Unjoni Ewropea kollha biex tingħata spinta lit-tkabbir sostenibbli u biex ikun hemm mobilità aħjar;

46.  Jinnota l-irwol essenzjali tal-EIB rigward il-Pjan ta" Rkupru tal-Ewropa; jilqa" ż-żieda tal-kapital lill-EIB mill-Istati Membri biex jinħareġ aktar self lill-SMEs; jinsisti li dan is-self ikun aktar aċċessibli għal SMEs mill-Istati Membri kollha, b'mod trasparenti u ekwu; jitlob li l-irwol tal-EIB għandu jkompli jissaħħaħ fejn jidħlu strumenti finanzjari innovattivi ġodda;

47.  Iqis li, fir-rigward tal-governanza ekonomika, il-kriżi ekonomika attwali tirrikjedi intervent governattiv sod, koordinat u f'waqtu mill-Istati Membri kollha, kif ukoll miżuri regolatorji li jsaħħu s-swieq finanzjarji u jġeddu l-fiduċja; iqis li l-miżuri leġiżlattivi ġodda għandhom jinbnew fuq il-prinċipji tat-trasparenza u r-responsabilità u li jeħtieġ li jiġi implimentat monitoraġġ effikaċi sabiex jitħarsu d-drittijiet tal-konsumatur; iqis li r-regolamentazzjoni ġdida għandha tinkludi rekwiżiti kontra l-lieva finanzjarja żejda kif ukoll għal riservi kapitali akbar fil-banek; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, f'dan ir-rigward għall-problemi attwali marbuta mar-regoli tal-valutazzjoni u mal-evalwazzjoni tar-riskju; iqis li jeħtieġ li l-kontrolli jkunu aġġornati sabiex ilaħħqu mal-innovazzjonijiet finanzjarji u li l-Ewropa għandha ttejjeb il-kapaċitajiet tal-korpi regolatorji tagħha f'dan ir-rigward; iqis li aktar regolamentazzjoni mhux bilfors li tkun regolamentazzjoni aħjar; iqis li l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-azzjonijiet regolatorji tagħhom; iqis li l-istandards ta' stabilizzazzjoni u r-regolamentazzjoni tas-superviżjoni finanzjarja fiz-zona tal-ewro għandhom jiġu salvagwardati;

48.  Ifakkar li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom sehem fir-responsabilità għall-kriżi finanzjarja; jilqa" l-appell tal-Kunsill Ewropew biex titħaffef il-proposta tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2008 dwar Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (COM(2008)0704) sabiex ir-regoli dwar l-aġenziji tal-klassifikazzjoni jsiru aktar stretti;

49.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva biex teżenta lil dawk magħrufa bħala mikroentitajiet mill-kamp ta" applikazzjoni tar-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta' ċertu tipi ta' kumpanniji(6);

50.  Hu tal-fehma li huwa urġenti ħafna li titjieb ir-regolamentazzjoni globali tas-settur finanzjarju, li għandha tmur iktar lil hinn mis-settur klassiku bankarju, u li jittieħdu miżuri kuraġġużi biex ikunu stabbiliti regoli obbligatorji dwar is-superviżjoni prudenzjali, it-trasparenza u l-prattiki tajbin, kif ukoll biex ikunu applikati sanzjonijiet għan-nazzjonijiet u t-territorji kollha li ma jikkoperawx; jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposti xierqa u jħeġġeġ lill-Kunsill biex jipprepara l-qasam politiku fin-negozjati internazzjonali għall-aċċettazzjoni mgħaġġla ta' strateġija bħal din; jinnota li l-istabilità finanzjarja globali hija waħdi mill-beni pubbliċi, u li r-responsabilità għas-salvagwardja tagħha hija f'idejn il-mexxejja politiċi;

51.  Iħeġġeġ il-Kunsill tal-ECOFIN biex ilesti, sa Marzu 2009, ir-reviżjoni tad-Direttiva 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud(7) sabiex tippermetti t-tnaqqis tal-livelli tal-VAT fuq servizzi li jistrieħu fuq ħidma intensiva u għadd kbir ta' ħaddiema, kif ukoll miżuri oħra xierqa biex tiġi stimulata d-domanda domestika; jitlob azzjoni koordinata u solidarjetà mill-Istati Membri f'dan ir-rigward billi jitħallew għażliet differenzjati ta' tnaqqis settorjali tal-VAT, li għalihom hemm provvediment fid-Direttiva dwar il-VAT, u li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu jimplimentawhomx jew le, skont il-prijoritajiet rispettivi tagħhom; iqis li l-inċentivi fiskali selettivi għandhom jistimulaw id-domanda domestika kif ukoll l-ekonomija:

52.  Jilqa' bil-ferħ il-fatt li l-Kummissjoni talbet li jkun hemm Grupp ta' Livell Għoli għat-Tnaqqis tal-Burokrazija u jitlob li l-proposti miftiehma minn dan il-Grupp jiġu implimentati minnufih; jenfasizza li l-Istrateġija ta' Liżbona għandha taħseb biex tnaqqas il-piżijiet regolatorji fuq il-kumpaniji, filwaqt li tiżdied il-produttività u magħha r-rati ta' tkabbir fl-oqsma kollha; hu tal-fehma li l-Unjoni Ewropea għandha teżamina l-alternattivi għar-regolamentazzjoni, tikkonsulta mal-partijiet interessati dwar ir-regolamenti ġodda u tiffoka fuq il-proporzjon bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji tar-regolamentazzjoni;

L-Istrateġija ta' Liżbona – evalwazzjoni, il-passi li jmiss u t-triq 'il quddiem

53.  Jilqa" l-progress li sar permezz tal-Istrateġija ta" Liżbona tul dawn l-aħħar snin, iżda jinnota li għadd ta" inizjattivi importanti legiżlattivi għadhom pendenti u għandha tkun prijorità li jiġu adottati; jisħaq fuq is-sitwazzjoni żbilanċjata fejn jidħlu l-kwalità u l-kwantità ta" inizjattivi skont il-linji ta" gwida Ewropej differenti; jitlob għal strateġija aktar ibbilanċjata fl-interess ta" programm ta" riforma reali dwar taħlita tal-politiki tal-UE li joffri għajnuna f'oqsma differenti; jappoġġja t-tisħiħ tad-dimensjoni esterna tal-aġenda Ewropea ta" riforma li tipprovdi standards għoljin, qafas regolatorju xieraq u metodi ta" ħidma b'koperazzjoni sabiex ikun hemm kollaborazzjoni ma" parteċipanti ekonomiċi internazzjonali oħra u sabiex jintlaqgħu l-isfidi globali; f'dan il-kuntest, jilqa' l-ħidma li saret minn diversi Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni sabiex ikunu żviluppati indikaturi kwalitattivi ġodda; iħeġġeġ lill-Kunsill jitlob lill-Kummissjoni biex dawn l-indikaturi jintużaw fl-evalwazzjonijiet li jmiss tal-PNR u biex jiġu inkorporati fil-monitoraġġ tal-Kummissjoni, u b'hekk tinħoloq stampa aktar sħiħa u xierqa tas-suċċessi tal-Istrateġija ta" Liżbona-Gotenborg;

54.  Jenfasizza li biex titjieb l-eżekuzzjoni fl-Istrateġija ta" Liżbona, tinħtieġ influwenza effettiva min-naħa tal-Kunsill fil-qafas tas-sorveljanza multilaterali;

55.  Jiġbed l-attenzjoni li l-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni, li f'dawn l-aħħar disa" snin kien is-sies tal-Istrateġija ta" Liżbona, wera l-limitazzjonijiet tiegħu quddiem l-isfidi interni u esterni ġodda li qiegħda tħabbat wiċċha magħhom l-Unjoni Ewropea; iħeġġeġ għalhekk li l-perjodu ta" wara l-Istrateġija ta' Liżbona għandu jkun ibbażat fuq politika aktar proattiva u aktar globali, jiġifieri dwar l-aġġornament ta" politiki komuni diġà eżistenti (għan-negozju, għas-suq intern, għall-unjoni ekonomika u monetarja, eċċ.) u dwar politiki esterni komuni ġodda (l-enerġija, il-klima, l-iżvilupp, l-immigrazzjoni, eċċ.);

56.  Jiddispjaċih li, għalkemm fadal sena biss miż-żmien li fih kellha titwettaq l-Istrateġija ta" Liżbona, ma ntlaħqux l-għanijiet definiti b'mod ċar filwaqt li l-progress fl-oqsma tal-programmi kien insuffiċjenti; huwa tal-fehma li l-isforzi tal-Istati Membri naqsu milli jimplimentaw miżuri biex iqarrbu l-għanijiet tal-Istrateġija ta" Liżbona; hu tal-fehma li l-Istrateġija ta" Liżbona għandha tidher bħala linja ta' gwida importanti għal politiki li jagħtu xejra lill-ġejjieni, u li jkunu mmirati lejn Unjoni Ewropea li tkun b'saħħitha, kompetittiva u li tkattar it-tkabbir; iqis, għalhekk, li l-Istrateġija jistħoqqilha li tittieħed b'iktar serjetà mill-Istati Membri u m'għandhiex tidher biss bħala sett ta" għanijiet fil-bogħod, iżda bħala pjan ta" azzjoni biex l-Unjoni Ewropea tkompli tiżviluppa;

57.   jipproponi li aktar riflessjoni dwar l-"Aġenda Liżbona Plus" (li għandha tibda fis-sena 2010) għandha tkun ibbażata fuq l-istruttura ġenerali tal-Istrateġija ta" Liżbona (il-kompetittività u l-politiki ambjentali tal-industriji Ewropej, aktar opportunità ta" xogħol ta" kwalità aħjar, l-inklużjoni soċjali, is-sostenibilità), imma jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi ppreżentata strateġija aktar omoġenja u ta' appoġġ reċiproku li tkun tista' tkabbar b'mod deċiżiv il-kapaċità tal-Unjoni Ewropea ta' governanza ta' Liżbona; jitlob lill-Kummissjoni għal evalwazzjoni bir-reqqa tal-Istrateġija ta" Liżbona fid-disa' snin li għaddew, biex tiġi ppreżentata qabel tmiem l-2009, u tal-kisbiet tal-għanijiet tagħha mill-Istati Membri, kif ukoll tal-impenn tagħhom biex jintlaħqu dawn l-għanijiet;

58.   jitlob lill-Kummissjoni biex tistudja bir-reqqa l-utilità ta' strateġija għal wara Liżbona, b'miri u għanijiet ġodda, u b'mod speċjali biex ikun evalwat jekk l-Istati Membri humiex lesti jimplimentaw il-programm il-ġdid, u l-vijabilità tiegħu; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Linji Gwida għall-Politika Integrata għat-Tkabbir u l-Iżvilupp ikunu ffukati mill-ġdid fuq l-isfond tat-tnaqqis ekonomiku u jħeġġeġ lill-Kunsill biex jaqbel dwar miżuri b'effett għal żmien qasir biex titħares ir-rata tal-impjiegi tas-sena 2008, biex jinvesti fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u biex jiżgura li jkun hemm dħul biżżejjed, l-aktar fejn jidħlu l-aktar gruppi dgħajfa tas-soċjetà; jistenna li l-Kummissjoni tniedi inizjattivi u tippreżenta proposti rigward dawn l-għanijiet fiż-żmien stipulat sal-Kunsill ta" Liżbona tar-Rebbiegħa li jmiss fl-2010;;

59.  Jenfasizza li l-"Liżbonizzazzjoni" tal-infiq pubbliku fl-Istati Membri kollha u tal-baġit tal-UE għandha ssir realtà, billi din tintegra l-Istrateġija ta' Liżbona nnifisha b'mod sistematiku u ttejjeb radikalment l-effikaċja tat-tfittxija biex jinkisbu l-għanijiet tat-tkabbir u tal-ħolqien tal-impjiegi;

60.  Jinnota li l-għodod meħtieġa mill-Unjoni Ewropea biex jitrawmu l-għanijiet tal-Istrateġija ta' Liżbona huma essenzjalment is-simplifikazzjoni tal-politiki relatati kollha, l-istrumenti finanzjarji u l-fondi kollha, kif ukoll il-baġit tal-UE b'mod li jkun hemm aċċellerazzjoni u approfondiment tal-isforzi għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi; iqis li, għaż-żmien fil-qrib, l-istimoli fiskali iktar b'saħħithom huma meħtieġa għall-irkupru bil-ħeffa mill-kriżi ekonomika, sakemm ikunu orjentati mill-ġdid l-ispejjeż privati u l-imġiba f'konsistenza mal-għanijiet imfassla mill-Istrateġija Liżbona-Goteborg u l-pakkett tal-klima u l-energija; iwissi f'dan il-kuntest kontra t-tnaqqis bla distinzjoni fit-taxxi; hu tal-fehma li l-istimoli fiskali għandhom ikunu mmirati lejn l-għanijiet soċjali u ambjentali; iqis li mezzi possibbli huma t-tnaqqis fil-livelli tat-taxxa fuq il-valur miżjud għal servizzi b'xogħol intensiv u servizzi mogħtija lokalment, filwaqt li jitqies ukoll li l-finanzjament jista' jingħata għal inizjattivi "ħodor", inter alia, fis-settur tal-enerġija, kif ukoll fis-setturi tal-karozzi u tal-kostruzzjoni, l-aktar minħabba li dawn is-setturi għaddejjin minn kollass fid-domanda għall-prodotti tagħhom; iqis li l-klijenti jistgħu jiġu megħjuna, pereżempju, jixtru karozzi li jagħmlu anqas ħsara lill-ambjent, kif ukoll djar li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, permezz ta' eżenzjonijiet mit-taxxi;

61.  Jiddispjaċih li l-viżibilità tal-Istrateġija ta' Liżbona fil-politiki nazzjonali ta' ħafna Stati Membri għadha dgħajfa; huwa tal-fehma li l-mobilizzazzjoni tal-parteċipanti ekonomiċi kollha hija essenzjali sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effikaċi tagħha; hu tal-fehma, b'mod partikolari, li l-involviment aktar mill-qrib tal-imsieħba soċjali, tal-parlamenti nazzjonali u tal-awtoritajiet reġjonali u lokali kif ukoll tas-soċjetà ċivili jaf itejjeb ir-riżultati tal-Istrateġija ta' Liżbona u jsaħħaħ ukoll id-dibattitu pubbliku dwar riformi xierqa; hu tal-fehma li l-mobilizzazzjoni tal-partijiet kollha interessati tista" tkun garantita permezz tal-implimentazzjoni xierqa tal-prinċipju ta" governanza f'livelli differenti;

62.  Jiddispjaċih għal darb'oħra li għadu ma ġiex miftiehem pjan ċar u kodiċi ta' prattika bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u mal-Kumitat tar-Reġjuni, li jiggarantixxi l-koperazzjoni xierqa u l-involviment sħiħ tal-istituzzjonijiet rilevanti kollha tal-UE involuti fit-tkomplija tat-trattament xieraq tas-segwitu tal-Istrateġija ta' Liżbona; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jippreżentaw minnufih proposti għall-koperazzjoni mill-qrib tal-istituzzjonijiet rilevanti tal-UE, minħabba r-reviżjoni immedjata tal-linji ta' gwida integrati, kif ukoll tar-riflessjoni u t-tħejjija tal-aġenda Liżbona II li jmiss;

o
o   o

63.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

(1) ĠU C 282 E, 6.11.2008, p.422.
(2) Testi adottati, P6_TA(2008)0058.
(3) Testi adottati, P6_TA(2008)0543.
(4) Testi adottati, P6_TA(2008)0057.
(5) ĠU L 200, 8.8.2000, p.35.
(6) ĠU L 222, 14.8.1978, p.11.
(7) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.


Il-ġlieda kontra l-bidla fil-klima
PDF 235kWORD 69k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 dwar Strateġija tal-UE favur ftehim komprensiv dwar il-bidla fil-klima f'Kopenħagen u l-finanzjament xieraq tal-politika dwar il-bidla fil-klima
P6_TA(2009)0121B6-0134/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 175 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-pakkett dwar il-klima u l-enerġija adottat mill-Parlament fis-17 ta' Diċembru 2008, b'mod partikolari l-pożizzjoni tiegħu dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tas-sistema għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra tal-Komunità(1) u dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet b'effett serra sabiex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta" serra sal-2020(2),

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2008 u l-11 u t-12 ta' Diċembru 2008,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2009 dwar "L-2050: il-Ġejjieni jibda llum - Rakkomandazzjonijiet għal politika integrata futura tal-UE dwar il-bidla fil-Klima"(3),

–   wara li kkunsidra l-14-il Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCCC) (COP14) u r-Raba' Konferenza tal-Partijiet li serviet ta' laqgħa tal-partijiet tal-Protokoll ta' Kyoto (COP/MOP 4), li saru bejn l-1 u t-12 ta' Diċembru 2008 f'Poznań (Il-Polonja),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Jannar 2009, bl-isem "Lejn ftehim komprensiv dwar it-tibdil fil-klima f'Kopenħagen" (COM(2009)0039),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2008, bl-isem "Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku" (COM(2008)0800),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta" Novembru 2007, bl-isem "Pjan strateġiku Ewropew għat-teknoloġija ta" l-enerġija (SET-Plan) - Lejn ġejjieni ta' emissjonijiet baxxi tal-karbonju' (COM(2007)0723),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi n-negozjati dwar ftehima internazzjonali komprensiva dwar il-bidla fil-klima konsistenti mal-objettiv li jiġu limitati ż-żidiet fit-temperaturi globali għal inqas minn 2ºC mistennija li jkunu konklużi f'Kopenħagen f'Diċembru 2009,

B.   billi studji reċenti juru li hemm il-potenzjal sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet globali ta' gass b'effett serra b'40% sal-2030 u dan bi spiża ta' anqas minn punt perċentwali tal-PDG globali, filwaqt li enerġija mir-riħ, enerġija solari u enerġija oħra sostenibbli li tiġġedded jistgħu jipprovdu kważi terz tal-bżonnijiet globali tal-enerġija; billi effiċenzja fl-użu tal- enerġija tista' tnaqqas l-emissjonijiet ta' gass b'effett serra b'aktar minn kwart u d-deforestazzjoni tkun tista' kważi titrażżan,

C.   billi numru li qed jikber ta' xjentisti qed jirrikonoxxu li biex tiġi evitata bidla perikoluża fil-klima se tkun meħtieġa stabilizzazzjoni tal-livell ta' gassijiet b'effett ta' serra fl-atmosfera għal livel ekwivalenti għal 350 ppmv CO2, livell inqas b'mod sinifikanti minn dak li kien preċedentament irrakkomandat,

D.   billi l-Unjoni Ewropea se tilħaq qbil dwar il-pożizzjoni tagħha għan-negozjati waqt il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tal-2009,

E.   billi l-UE ħabirket biex ikollha rwol ewlieni fil-ġlieda kontra t-tisħin globali u tappoġġja b'mod sħiħ il-proċess ta' negozjati tal-UNFCCC,

F.   billi reċentament l-UE adottat l-pakkett dwar il-klima u l-enerġija imsemmi hawn fuq li jikkonsisti f'miżuri leġiżlattivi biex sal-2020 jiġi implimentat tnaqqis unilaterali ta' 20% fl-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra meta mqabbel mal-livelli tal-1990, bl-impenn li dan jiżdied għal tnaqqis ta' 30% jekk jintlaħaq ftehim internazzjonali ambizzjuż biżżejjed f'Kopenħagen,

G.   billi l-emissjonijiet qed jiżdiedu b'mod mgħaġġel fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, li ma jistgħux inaqqsuhom mingħajr appoġġ tekniku u finanzjarju sinifikanti,

H.   billi d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti huma responsabbli għal 20% tal-emissjonijiet globali ta" diossidu tal-karbonju (CO2) u joħolqu wkoll theddida kbira fil-kuntest tal-bidla fil-klima minħabba li jipperikolaw il-funzjoni importanti tal-foresti fl-assorbiment tal-karbonju; billi d-deforestazzjoni sseħħ bir-rata allarmanti ta" 13-il miljun ettaru kull sena, il-parti l-kbira fir-reġjuni tropikali u fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw,

I.   billi l-iskema tal-iskambju tal-emissjonijiet tal-UE (EU ETS) tista' tkun mudell għall-iżvilupp tal-iskambju tal-emissjonijiet f'pajjiżi u reġjuni oħra żviluppati,

J.   billi nofs l-isforzi ta" mitigazzjoni jistgħu jintlaħqu permezz ta" miżuri li ma jswewx ħafna flus u vantaġġużi għal kulħadd, jiġifieri billi titjieb l-effiċjenza tal-enerġija,

K.   billi l-irkant fl-iskambju tal-emissjonijiet għandu l-potenzjal li fil-ġejjieni jiġġenera ammont konsiderevoli ta' dħul li jkun jista' jintuża biex jiġu ffinanzjati miżuri ta' mitigazzjoni u adattament fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw,

L.   billi l-iffaċilitar ta" finanzjament għal proġetti ta" kwalità għolja fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, speċjalment fir-rigward tal-intrapriżi ż-żgħar u ta" daqs medju (SMEs), jiddependi fuq fluss komprensiv, trasparenti u kontinwu ta" informazzjoni fir-rigward tad-disponibilità tal-fondi u tal-mezzi biex wieħed japplika għalihom; billi din għandha tkun responsabilità tal-komunità internazzjoni, filwaqt li l-UE jkollha rwol ewlieni u tagħti eżempju tajjeb,

M.   billi, skont stimi riċenti, l-investimenti ġodda meħtieġa għat-tnaqqis globali tal-emisjonijiet jammontaw għal EUR 175,000 miljun sal-2020, li minnhom iktar minn nofshom għandhom jiġu investiti f'pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw,

N.   billi l-Kummissjoni stmat li biex id-deforestazzjoni tonqos bin-nofs sal-2020 se tiswa bejn 15 u 25 elf miljun euro kull sena sa dik is-sena u sabiex id-deforestazzjoni tieqaf għal kollox se jkunu meħtieġa ammonti saħansitra ikbar,

O.   billi studji varji minn organizzazzjonijiet internazzjonali stmaw li l-ispiża ta' adattament għall-bidla fil-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw titla' għal għexur ta" biljuni ta" euro kull sena,

1.  Jenfasizza li l-UE għandha żżomm irwol ta' tmexxija fil-politika internazzjonali dwar il-klima; jenfasizza l-importanza li l-UE titkellem b'vuċi waħda sabiex iżżomm il-kredibilità f'dan l-irwol;

2.  Jitlob li l-UE taħdem b'mod attiv biex tintlaħaq ftehima f'Kopenħagen li tqis l-aktar rapporti xjentifiċi riċenti dwar il-bidla fil-klima, timpenja lill-partijiet biex jilħqu livelli ta' stabilizzazzjoni u miri relatati mat-temperaturi li jkollhom probabilità qawwija li jevitaw bidla perikoluża fil-klima, u tippermetti reviżjonijiet regolari biex jiġi żgurat li l-miri ikunu f'konformità mal-aktar xjenza riċenti; jilqa' b'sodisfazzjon il-proposti tal-Kummissjoni f'dan il-qasam;

3.  Ifakkart li sabiex tiġi llimitata l-medja taż-żieda fit-temperatura globali għal mhux iktar minn 2ºC iżjed mil-livelli pre-industrijali, jeħtieġ mhux biss li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom b'mod sinifikanti, iżda wkoll li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħaq dan l-objettiv;

4.  Jinnota li t-tnaqqis tal-emissjonijiet fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw għal livelli li huma inqas minn dawk tas-soltu se jkun strumentali biex tiġi llimitata l-medja taż-żieda fit-temperatura globali għal inqas sew minn 2ºC u dan jirrikjedi appoġġ wiesa" mill-pajjiżi industrijalizzati;

5.  Jenfasizza li, sabiex tkun tista" sseħħ l-azzjoni ta" mitigazzjoni neċessarja fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, hemm bżonn ta" riżorsi finanzjarji ferm ikbar;

6.  Jenfasizza r-responsabilità tal-pajjiżi industrijalizzati biex jipprovdu appoġġ tekniku u finanzjarju suffiċjenti, sostenibbli u prevedibbli lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jagħtuhom inċentiv biex jimpenjaw ruħhom biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom ta' gassijiet b'effett ta' serra, jadattaw għall-konsegwenzi tal-bidla fil-klima u jnaqqsu l-emissjonijiet mid-deforestazzjoni u mid-degradazzjoni tal-foresti, kif ukoll biex iżidu l-bini ta" kapaċità tagħhom sabiex jikkonformaw mal-obbligi skont il-ftehima internazzjonali futura dwar il-bidla fil-klima; jenfasizza li l-maġġoranza ta" dawn il-fondi għandhom ikunu ġodda u addizzjonali għall-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA);

7.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu hawn fuq imsemmija tal-4 ta' Frar 2009 u b'mod partikolari f'dawk il-partijiet iddedikati lid-dimensjoni internazzjonali u lill-kwistjonijiet tal-finanzjament u dawk baġitarji; inkluża l-importanza li, għall-Unjoni Ewropea u pajjiżi industrializzati oħra, titwaqqaf mira ta' tnaqqis fuq medda twila ta' żmien ta' mill-anqas 80% sal-2050 meta mqabbla mal-1990;

8.  Barra minn hekk ifakkar ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu li uħud mill-prinċipji adottati fil-pakkett tal-klima u l-enerġija jiġu użati bħala mudell għall-ftehim internazzjonali, b'mod partikulari l-pjan lineari li jorbot l-impenji tal-pajjiżi industrijalizzati, id-differenzi fuq il-bażi ta' emissjonijiet ivverifikati, u r-reġim ta' konformità imsaħħaħ b'fattur tat-tnaqqis annwali;

9.  Jenfasizza li fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali, l-objettiv tal-UE għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima jista" jiġi kkombinat ma" opportunitajiet ekonomiċi ġodda ewlenin biex jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda, biex jinħolqu impjiegi u biex tiżdied is-sigurtà tal-enerġija; jenfasizza li l-ftehima f'Kopenħagen tista" tipprovdi l-istimulu neċessarju għal dan il-"Green Deal" il-ġdid li jagħti impetus lit-tkabbir ekonomiku, jippromwovi t-teknoloġiji favur l-ambjent u jiżgura impjiegi ġodda fl-UE u fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

10.  Jistieden lill-Kunsill Ewropew biex jimmira għal ftehima internazzjonali mal-pajjiżi industrijalizzati biex jinkiseb tnaqqis kollettiv tal-gassijiet b'effett ta" serra fil-parti l-għolja tal-firxa ta" bejn 25 u 40 % kif irrakkomandata mir-Raba" Rapport ta" Evalwazzjoni tal-Panel Internazzjonali dwar il-Bidla fil-Klima (IPCC 4AR) u sabiex dan it-tnaqqis ikun domestiku;

11.  Huwa mħasseb dwar in-nuqqas preċiżjoni fir-rigward tal-livell tar-responsabilità finanzjarja tal-UE fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq tat-28 ta" Jannar 2009; jistieden lill-Kunsill Ewropew, meta jkun ser jadotta l-mandat għan-negozjati għall-Konferenza ta' Kopenħagen, biex jidħol għal impenji tanġibbli rigward il-finanzjament, li jkunu konsistenti mal-isforzi globali meħtieġa biex il-medja taż-żieda fil-klima tiġi limitata għal iqas sew minn 2ºC, meta jadotta mandat għan-negozjati għall-konferenza ta' Kopenħagen;

12.  Jemmen li dawn l-impenji dwar l-iffinanzjar għandhom jinkludu, kif stipulat mill-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2008, impenn min-naħa tal-Istati Membri li jużaw parti kbira mid-dħul mill-irkant, iġġenerat mill-EU ETS, biex jiffinanzjaw azzjonijiet biex tiġi mmitigata l-bidla fil-klima u jkun hemm adattament għaliha f'pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw li jkunu rratifikaw il-ftehima internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, iżda jenfasizza li minħabba li inqas minn 50% tal-emissjonijiet tal-UE huma koperti mill-iskema tal-emissjonijiet jeħtieġ li jiġu inklużi setturi oħrajn tal-ekonomija fl-Istati Membri, fir-rigward tal-isforz biex jiġu ffinanzjati dawn l-azzjonijiet importanti;

13.  Jinsisti li dawn l-impenji għandhom jipprovdu finanzjament prevedibbli għal mekkaniżmi mwaqqfa fil-kuntest tal-UNFCCC li huma addizzjonali għall-ODA u indipendenti mill-proċeduri baġitarji annwali fl-Istati Membri;

14.  Jilqa' b'sodisfazzjon iż-żewġ alternattivi għall-iffinanzjar innovattiv deskritti fil-komunikazzjoni fuq imsemmija tal-Kummissjoni tat-28 ta' Jannar 2009, sakemm dawn jiġu mfassla b'mod li jiggarantixxu livelli ta' ffinanzjar prevedibbli biżżejjed; barra minn hekk jaqbel mas-suġġeriment li dan ikun magħqud mal-iffinanzjar minn irkant għat-trasport tal-avjazzjoni u dak marittimu skont is-sistemi ta' limiti u ta' skambju;

15.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-idea tal-Kummissjoni li parti mill-finanzi għandha tingħata fil-forma ta" self minħabbi li ċerti attivitajiet jistgħu joħolqu sitwazzjoni favorevoli għal kulħadd fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

16.  Jenfasizza li miri li jorbtu jippermettu lill-investituri jevalwaw aħjar ir-riskji u l-opportunitajiet assoċjati mal-bidla fil-klima u jinvolvu lill-investituri fi proġetti li jilħqu miri kemm ta' mitigazzjoni kif ukoll ta' adattament; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jkun hemm ċarezza rigward l-irwol tal-kapital privat fl-investimenti meħtieġa biex jintlaħqu l-miri;

17.  Madankollu, jqis li hu importanti ħafna li jiġi adottat pjan ta' azzjoni komprensiv dwar il-finanzjament futur tal-politika dwar il-klima, li jkun ikopri l-oqsma u s-sorsi kollha rilevanti tal-finanzjament; iqis il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq tat-28 ta" Jannar 2009, bħala punt ta' tluq tajjeb għal din il-ħidma, iżda jenfasizza li trid tissaħħaħ b'miżuri definiti b'mod ċar; jistieden lill-Kunsill Ewropew biex jagħti mandat lill-Kummissjoni biex tiżviluppa b'urġenza pjan ta' azzjoni bħal dan bi tħejjija għan-negozjati ta' Kopenħagen;

18.  Jemmen li parti kbira mill-kontribuzzjoni kollettiva għall-isforzi ta" mitigazzjoni u l-bżonnijiet ta' adattament tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw għandha tkun dedikata għal proġetti li jirsistu biex iwaqqfu d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti, u għal proġetti ta" riforestazzjoni u afforestazzjoni f'dawnil-pajjiżi;

19.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-Mekkaniżmu għall-Iżvilupp Nadif (CDM) tal-Protokoll ta" Kyoto bħala mod possibbli biex il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jieħdu sehem fis-suq tal-karbonju. jenfasizza li l-użu ta' kumpensi biex jintlaħqu l-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-pajjiżi industrijalizzati ma jistax ikun parti mir-responsabilità tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw biex jiġu mmitigati l-emissjonijiet tagħhom ta' gassijiet b'effett ta' serra fi ftehima internazzjonali dwar il-bidla fil-klima; għaldaqstant jinsisti li kriterji stretti ta' kwalità tal-proġetti għandhom ikunu parti minn mekkaniżmi futuri ta' kumpensi biex jiġi evitat li l-pajjiżi industrijalizzati jieħdu l-alternattivi ta' tnaqqis li ma jiswewx ħafna flus mill-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, u biex jiggarantixxu standard għoli ta" dawn il-proġetti, bi tnaqqis affidabbli, verifikabbli u reali fl-emissjonijiet li jipprovdu wkoll għal żvilupp sostenibbli f'dawn il-pajjiżi;

20.  Iqis li l-kontribuzzjoni kollettiva tal-UE għall-isforzi ta' mitigazzjoni u l-bżonnijiet ta' adattament tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw m'għandhiex tkun anqas minn EUR 30,000 miljun fis-sena sal-2020, ċifra li tista" tiżdied mal-għarfien ġdid dwar il-gravità tal-bidla fil-klima u l-iskala tal-ispejjeż tagħha;

21.  Jenfasiżża li l-flussi finanzjarji kbar għall-isforzi ta" mitigazzjoni u l-bżonnijiet ta' adattament tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw huma biss parti mis-soluzzjoni; jinsisti li l-fondi għandhom jintnefqu b'mod sostenibbli, filwaqt li tiġi evitata l-burokrazija, b'mod partikulari għall-SMEs, u l-korruzzjoni; jenfasizza li l-finanzjament irid ikun prevedibbli, ikkoordinat u trasparenti, u jibni l-kapaċità fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw kemm fil-livell ċentrali kif ukoll f'dak lokali, filwaqt li tingħata prijorità lill-persuni li jaffaċċjaw problemi bil-bidla fil-klima u mhux biss il-gvernijiet; f'dan il-kuntest jenfasizza l-importanza ta" informazzjoni kontinwa u aċċessibbli dwar il-finanzjament disponibbli; jistieden lill-Kunsill u lill-Presidenza Svediża li jmiss biex jippromwovu b'mod attiv dawn il-prinċipji waqt in-negozjati UNFCCC COP15 f'Kopenħagen f'Diċembru 2009;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tabbanduna r-reżistenza preċedenti tagħha biex tiġi inkluża l-foresterija fl-iskemi ta" skambju ta" emissjonijiet; jemmen li se jkun meħtieġ finanzjament ibbażat fuq is-suq kif ukoll finanzjament li ma jkunx ibbażat fuq is-suq sabiex jiġu ffinanzjati l-mekkaniżmi futuri għat-"Tnaqqis tal-Emissjonijiet mid-Deforestazzjoni u d-Degradazzjoni" (REDD) skont ftehima post-2012. F'dan il-kuntest jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex ikunu minn ta" quddiem fl-iżvilupp ta" swieq tal-karbonju pilota għar-REDD; barra minn hekk jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jelaboraw dwar kif il-fondi għall-forestrija li ma jkunux ibbażati fuq is-suq u dawk ibbażati fuq is-suq jistgħu jikkomplementaw lil xulxin;

23.  Jemmen li bit-tmexxija tal-UE fl-għoti ta' appoġġ tekniku u finanzjarju lill-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, iċ-ċansijiet li jkun hemm suċċess fin-negozjati ta' Kopenħagen se jitjiebu b'mod konsiderevoli; jemmen li t-tmexxija tal-UE hija meħtieġa fil-qasam tal-finanzi billi jingħataw ċifri konkreti għan-negozjati fi stadju bikri kemm biex jiġi mmobilizzat biżżejjed appoġġ pubbliku domestiku, biex jiġu mħeġġa pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jadottaw miri ta" tnaqqis vinkolanti u biex jiġu mħeġġa pajjiżi membri oħra tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) biex jikkontribwixxu b'mod simili;

24.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-UE b'mod ġenerali tinsab fit-triq it-tajba biex tilħaq l-objettiv ta' Kyoto iżda jinnota li ċerti Stati Membri huma "l bogħod mill-objettiv ta" Kyoto tagħhom, u li dan jista" jdgħajjef il-kredibilità tal-UE fil-proċess ta" Kopenħagen; għalhekk, jinsisti li dawk l-Istati Membri li għadhom ma qabdux it-triq biex jilħqu l-objettiv ta' Kyoto għandhom jintensifikaw l-isforzi tagħhom;

25.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-KunsillEwropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lis-Segretarjat tal-UNFCCC b'talba lil dan tal-aħħar biex jgħaddieha lill-partijiet kontraenti kollha li mhumiex Stati Membri tal-UE.

(1) Testi Adottati, P6_TA(2008)0610.
(2) Testi Adottati, P6_TA(2008)0611.
(3) Testi adottati, P6_TA(2009)0042.


Linji gwida għall-politika tal-impjiegi
PDF 296kWORD 64k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-implimentazzjoni tal-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri 2008-2010
P6_TA(2009)0122B6-0133/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2008 dwar il-Linji Gwida għall-Impjiegi 2008-2010(1),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2008 dwar Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku (COM(2008)0800),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/618/EC tat-15 ta" Lulju 2008 dwar il-linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri(2),

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri tat-28 ta' Jannar 2009 (COM(2008)0869),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta' Diċembru 2008, li stipulaw il-qafas ta' azzjoni tal-UE biex tiġi evitata r-riċessjoni u jiġu sostnuti l-attività ekonomika u l-impjiegi,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta" Ottubru 2008 dwar il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, inkluż il-faqar fost it-tfal, fl-UE(3),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

A.   billi hemm interrelazzjoni qawwija bejn it-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi, il-ġlieda kontra l-faqar u l-inklużjoni soċjali,

B.   billi l-kriżi ekonomika attwali tippreżenta l-isfidi mingħajr preċedent ta' żidiet fil-qgħad u esklużjoni soċjali, u billi s-sitwazzjoni ekonomika tal-Unjoni Ewropea hija prevista li se tkompli sejra għall-agħar, waqt li tiġġenera rata mnaqqsa jew saħansitra negattiva ta' żieda fl-impjiegi u aktar qgħad fl-Unjoni fl-2009,

C.   billi l-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi u l-Linji Gwida għall-Impjiegi huma l-istrumenti ewlenin fil-qafas tal-Istrateġija ta' Liżbona li għandhom l-għan li jindirizzaw l-isfidi tas-suq tax-xogħol,

D.   billi l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom responsabilità komuni biex jindirizzaw l-isfidi, l-opportunitajiet u l-inċertezzi taċ-ċittadini f'dik li hija globalizzazzjoni,

E.   billi l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali tirrikjedi li l-Unjoni tirreaġixxi b'mod deċiżiv u koordinat biex tipprevjeni t-telf tal-impjiegi, tappoġġja dħul adegwat għaċ-ċittadini u tevita r-riċessjoni, u biex tbiddel l-isfidi ekonomiċi u dawk tal-impjiegi attwali f'opportunitajiet,

F.   billi għaldaqstant huwa urġenti li jiżdiedu l-isforzi fil-livelli kollha tat-tmexxija, bl-involviment tas-sħab soċjali u parteċipanti rilevanti oħra, li jsir investiment fin-nies u li jiġu mmodernizzati s-swieq Ewropej tax-xogħol, b'mod partikolari billi jiġu applikati strateġiji ta' flessigurtà, b'konsultazzjoni mas-sħab soċjali, skont l-użanza u l-prattika nazzjonali;

Ġenerali: l-irkupru ekonomiku u l-gwida għall-politiki tal-impjiegi

1.  Jemmen li, quddiem riċessjoni serja madwar id-dinja kollha u tbassir ta' żieda fil-qgħad ta' mill-inqas 3.5 miljun fl-UE sal-aħħar tal-2009, l-għanijiet ewlenin tal-politika tal-impjiegi għall-Unjoni u għall-Istati Membri tagħha għandhom ikunu: li jiġu salvati l-akbar numru ta' impjiegi vijabbli possibbli min-nuqqas fid-domanda fil-futur qarib; li jiġi megħjun il-ħolqien tal-impjiegi; u li jiġu appoġġjati kemm il-poter tal-akkwist tal-ħaddiema qegħda u kif ukoll l-abilità tagħhom li jerġgħu jsibu impjieg malajr. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti sinjal ċar lill-Istati Membri li l-Linji Gwida għall-Impjiegi għandhom jiġu implimentati f'dan l-ispirtu, u biex tittratta l-impjiegi bħala kwistjoni prijoritarja billi tressaq proposti fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tal-2009 għal Inizjattiva Ewropea għall-Impjiegi, b'azzjoni koordinata mill-Istati Membri biex jissalvagwardjaw ix-xogħol u joħolqu impjiegi ġodda;

2.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku u l-enfażi tagħha fuq ir-rabta bejn l-istimolu fiskali fuq perjodu qasir ta' żmien u l-Istrateġija ta' Liżbona u l-Linji Gwida Integrati fuq perjodu twil ta' żmien; jenfasizza f'dan ir-rigward li hu importanti li jiġi żgurat li kwalunkwe miżuri maħsuba għal perjodu qasir ta' żmien li jittieħdu mill-Istati Membri biex l-ekonomija tirkupra jikkontribwixxu biex jintlaħqu objettivi miftehma b'mod komuni;

3.  Jinnota li fil-kriżi attwali dilemma ewlenija hi li l-istrumenti Ewropej tal-politika ekonomika għadhom mhumiex żviluppati biżżejjed biex jirnexxielhom jilqgħu għall-isfidi li ġejjin; jitlob, għaldaqstant, li jkun hemm analiżi u aġġornament tal-għodod essenzjali tal-politika, b'mod partikolari l-Linji Gwida Integrati, il-Patt ta' Stabilità u Tkabbir, kif ukoll l-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli, biex jiġu integrati fil-qafas ta' Patt Ġdid għal Tkabbir Għaqli fl-Unjoni Ewropea;

4.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Linji Gwida Integrati jiġu ffukati mill-ġdid fl-isfond tad-deterjorazzjoni ekonomika u jħeġġeġ lill-Kunsill biex jaqbel dwar miżuri maħsuba għal perjodu ta' żmien qasir biex tiġi ssalvagwardjata r-rata tal-impjiegi tal-2008 u biex isir investiment fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, u biex jistieden lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali, skont il-prattika nazzjonali, biex jiżguraw dħul suffiċjenti b'attenzjoni partikolari għall-aktar gruppi vulnerabbli fis-soċjetà; jistenna li l-Kummissjoni tniedi inizjattivi u tippreżenta proposti fir-rigward ta' dawn l-għanijiet qabel il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa li ġej;

5.  Ifakkar li investiment koordinat mill-Istati Membri fil-ħames għanijiet ewlenin ta' Liżbona – ir-riċerka, l-edukazzjoni, il-politika attivi tas-suq tax-xogħol, il-kura tat-tfal u l-inċentivi għall-investiment privat – irid ikun element ċentrali fil-politika tal-impjieg u li l-infrastruttura għal servizzi ta' kura tat-tfal għandha titqies bħala waħda mill-prekundizzjonijiet biex tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, b'mod partikulari dik tan-nisa; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jintegraw dawn il-prinċipji komuni f'konsultazzjoni mas-sħab soċjali fir-rigward tal-programmi nazzjonali tagħhom ta' riforma;

Il-Linji Gwida tal-Impjiegi 2008-2010: ħtieġa urġenti ta' implimentazzjoni rigoruża

6.  Iqis li fl-implimentazzjoni tal-linji gwida, l-Istati Membri għandhom:

   iqisu r-rekwiżiti relatati mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' nies li jaħdmu, il-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, u livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, u
   jimmiraw li jiġġieldu d-diskriminazzjoni minħabba s-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali;

7.  Iqis li l-Istati Membri għandhom jiżguraw interazzjoni msaħħa bejn il-linji gwida u l-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni dwar il-Ħarsien Soċjali u l-Proċess ta' Inklużjoni Soċjali;

8.  Iqis li l-Istati Membri, f'koperazzjoni mal-imsieħba soċjali u skont it-tradizzjoni nazzjonali ta' kull Stat Membru, għandhom jeżaminaw u jirrappurtaw fil-Pjan ta' Riforma Nazzjonali tagħhom dwar kif tista' tittejjeb il-konformità u l-implimentazzjoni tal-prinċipji u r-regoli tal-leġiżlazzjoni soċjali Ewropea, il-ftehimiet bejn l-imsieħba soċjali u l-prinċipji fundamentali ta' trattament ugwali u ta' non-diskriminazzjoni;

9.  Itenni l-importanza li jintuża l-kunċett tal-flessigurtà fil-linja gwida 21 biex jinbena pont bejn l-impjiegi, u jenfasizza li dan jirrikjedi livell għoli ta' ħarsien fl-iskemi tas-sigurtà soċjali kif ukoll politiki tas-suq tax-xogħol attivi;

10.  Jilqa' b'sodisfazzjon f'dan ir-rigward id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li hu essenzjali li jissaħħu l-iskemi ta' attivazzjoni, b'mod partikolari għall-ħaddiema li m'għandhomx kwalifiki; jitjiebu s-sussidji tal-impjiegi u l-korsijiet ta' taħriġ qosra għal gruppi vulnerabbli u dawk l-aktar f'riskju li jkunu bla xogħol għal żmien twil; jiġi pprovdut taħriġ (mill-ġdid) u ħiliet ġodda meħtieġa f'setturi affettwati b'mod inqas negattiv; jiġi żgurat ħarsien soċjali adegwat li jipprovdi sigurtà fid-dħul, kif ukoll isir impenn kruċjali rigward id-djalogu soċjali u l-involviment tas-sħab soċjali;

11.  Jenfasizza l-importanza ta' azzjonijiet immirati għal gruppi vulnerabbli fi żminijiet ta' qgħad għoli, u b'mod partikolari azzjonijiet immirati għal gruppi ta' persuni li ilhom ħafna żmien qiegħda, persuni b'diżabilitajiet u gruppi immigranti;

12.  Jemmen li, minħabba s-severità tal-kriżi ekonomika, il-Kummissjoni trid tkun lesta tieħu miżuri mhux tas-soltu, inkluż it-twessigħ tal-aċċess għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, li jrid ikun jista' jappoġġja ħaddiema f'firxa usa' ta' sitwazzjonijiet, inklużi ħaddiema temporanji li tilfu l-impjieg tagħhom, u l-ftuħ temporanju tal-Fond Soċjali Ewropew biex jiġu appoġġjati miżuri ta' preservazzjoni tal-impjiegi permezz ta' skemi ta' taħriġ;

13.  Jemmen li l-kriżi ekonomika teħtieġ li jissaħħu l-miżuri tal-UE biex jiġi indirizzat ir-ristrutturar, b'mod partikolari t-tisħiħ tad-drittijiet tal-informazzjoni u tal-konsultazzjoni;

14.  Jemmem li r-riforma li jmiss tal-Fondi Strutturali tal-UE għandha tfittex li tiffoka l-għanijiet tal-Fondi iktar qrib il-ħolqien ta' impjigi sostenibbli u ta' kwalità għolja;

15.  Jenfasizza, madankollu, l-importanza tal-edukazzjoni mhux biss biex tiżdied l-impjegabilità tal-ħaddiema iżda wkoll biex titjieb il-mobilità tagħhom, li hija importanti għall-funzjonament tas-suq intern; jenfasizza, għaldaqstant, l-importanza tal-validazzjoni ta' ħiliet miksuba kemm formalment u kif ukoll informalment;

16.  Jenfasizza l-importanza tal-linja gwida 23 u ta' investimenti sostanzjali fit-tagħlim tul il-ħajja sabiex titnaqqas ir-rata tal-qgħad, kif ukoll biex jintlaħaq l-għan li jinħolqu impjieġi aħjar fl-Ewropa; jenfasizza f'dan il-kuntest il-ħtieġa li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess ugwali għal programmi ta' tagħlim tul il-ħajja, u l-opportunità li jieħdu sehem fihom, b'attenzjoni speċjali għal gruppi vulnerabbli; jenfasizza li l-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw azzjonijiet bħal dawn immedjatament;

17.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li dawk bl-iktar livelli baxxi ta' edukazzjoni inizjali, l-anzjani, in-nies fiz-zoni rurali u l-persuni b'diżabilità huma l-inqas li x'aktarx jipparteċipaw fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u fit-tagħlim tul il-ħajja fil-pajjiżi kollha;

18.  Jenfasizza li t-titjib fil-mod kif jiġi pprovdut it-tagħlim għall-adulti huwa essenzjali biex tiżdied il-parteċipazzjoni, u li l-miżuri biex jiġi promoss mod effettiv kif jingħata dan it-tagħlim jinkludu d-disponibilità ta' postijiet għat-tagħlim u faċilitajiet għall-kura tat-tfal lokalment, servizzi ta" tagħlim miftuħa u tagħlim mill-bogħod għal dawk f'zoni remoti, informazzjoni u gwida, programmi adattati u arranġamenti ta" tagħlim flessibbli;

19.  Ifakkar fil-fatt li r-rati ta' qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa għadhom għoljin wisq; ifakkar ukoll li l-esperjenza minn kriżijiet ekonomiċi preċedenti turi li ż-żgħażagħ li jkunu mingħajr xogħol malli jħallu l-edukazzjoni ikollhom b'mod sostanzjali inqas ħila li jidħlu fis-suq tax-xogħol; jenfasizza, għaldaqstant, l-importanza li l-Istati Membri kollha jilħqu l-għan tal-linja gwida 18, li kull persuna żagħżugħa li tkun telqet mill-iskola għandha tiġi offruta, fi żmien erba' xhur, impjieg, apprendistat, aktar taħriġ jew miżura ta' impjegabilità;

20.  Jitlob li tittieħed azzjoni deċiżiva biex tiġi miġġielda l-problema tal-parteċipazzjoni baxxa tan-nisa fis-suq tax-xogħol; ifakkar li r-rati ta' nisa li jaħdmu huma ġeneralment aktar baxxi, u li huwa iktar komuni għan-nisa milli għall-irġiel li jkollhom impjieg part-time; jenfasizza, għaldaqstant, l-importanza ta' politika li permezz tagħha l-irġiel u n-nisa jkollhom responsabilità ugwali; biex jintlaħaq dan, jistieden lill-Istati Membri biex jissodisfaw b'mod urġenti l-obbligi tagħhom skont il-miri ta' Barċellona;

21.  Jinnota bi tħassib li l-impjieg part-time, li fih il-maġġoranza tal-ħaddiema huma nisa, qed jirriżulta li qed jiġi affettwat b'mod partikolari mill-kriżi ekonomika;

22.  Jikkunsidra li fi żminijiet ta' qgħad għoli, hemm riskju ovvju li l-koeżjoni reġjonali u soċjali tbati, u għaldaqstant jenfasizza l-importanza tal-linja gwida 17 dwar l-implimentazzjoni tal-koeżjoni soċjali u territorjali biex jiġi evitat li jkun hemm nuqqasijiet f'dan il-qasam; jitlob għalhekk lill-Istati Membri biex jippromwovu integrazzjoni soċjali attiva għal kulħadd sabiex jiġu miġġielda l-faqar u l-esklużjoni soċjali billi jiġu żgurati dħul deċenti u servizzi soċjali ta' kwalità flimkien mal-aċċess għas-suq tax-xogħol permezz ta' opportunitajiet ta' reklutaġġ u ta' taħriġ professjonali inizjali u kontinwu;

23.  Jenfasizza l-importanza, speċjalment fil-kriżi ekonomika, ta' investimenti fis-settur tas-servizzi soċjali; iqis li dan huwa s-settur li qed jipprovdi firxa wiesgħa ta' servizzi importanti fil-komunità, kif ukoll li jimpjega proporzjon kbir tal-popolazzjoni; jenfasizza li s-settur tas-servizzi soċjali għaldaqstant jeħtieġ li jiġi sostnut biex jiġi evitat li jkun hemm tnaqqis fil-kwalità tas-servizzi fil-komunità u żieda fir-rati tal-qgħad;

24.  Jinnota b'dispjaċir li huwa possibbli li waqt dan iż-żmien ta' kriżi ekonomika jista' jkun hemm xi pressjonijiet fuq il-pagi f'xi kumpaniji bħala alternattiva volontarja għal sensji selettivi; jenfasizza, madankollu, li hu importanti li l-kriżi ma titħalliex tagħmel pressjoni sabiex il-pagi jonqsu b'mod ġenerali; iqis li hu importanti li:

   - kull Stat Membru, skont it-tradizzjonijiet u l-prattiki nazzjonali, jistabbilixxi politika li jneħħi mis-suq il-kompetizzjoni fuq il-bażi tal-pagi baxxi ħafna,
   - l-ftehimiet innegozjati b'mod kollettiv ikollhom kopertura wiesgħa,
   - il-ġerarkija tal-ftehimiet kollettivi tiġi osservata,
   - il-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, kif stipulati fil-ftehimiet kollettivi u/jew fil-liġi tax-xogħol, jiġu osservati u implimentati fil-prattika;

Il-ħtieġa ta' azzjoni koordinata b'reazzjoni għall-kriżi ekonomika

25.  Jenfasizza l-importanza ta' investimenti proattivi u koordinati fl-Istati Membri kollha, inkluż fl-infrastruttura produttiva, l-edukazzjoni u l-bidla fil-klima, biex jintlaħaq l-għan li jiżdiedu l-livelli tan-nies li qed jaħdmu, jingħata kontribut għall-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u tiġi żgurata l-koeżjoni soċjali; jenfasizza f'dan il-kuntest l-importanza ta' appoġġ mill-UE għall-iżvilupp ta' industrija moderna u sostenibbli;

26.  Jenfasizza li hu importanti li mhux biss jinħolqu aktar impjiegi iżda wkoll li tinżamm u titjieb il-kwalità tal-impjiegi li huma disponibbli llum;

27.  Jistieden lill-Istati Membri biex ikomplu jippromwovu s-sjieda u jtejbu l-involviment tal-parteċipanti kollha kkonċernati, inklużi s-sħab soċjali u partijiet interessati oħra, fejn ikun xieraq, biex jiġu implimentati l-Linji Gwida għall-Impjiegi b'mod effettiv;

o
o   o

28.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

(1) Testi adottati, P6_TA(2008)0207.
(2) ĠU L 198, 26.7.2008, p. 47.
(3) Testi adottati, P6_TA(2008)0467.


Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku
PDF 493kWORD 176k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 dwar Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku (2008/2334(INI))
P6_TA(2009)0123A6-0063/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Marzu 2009 għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa dwar It-tmexxija lejn l-irkupru tal-Ewropa (COM(2009)0114),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta" Novembru 2008 dwar Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku (COM(2008)0800),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta" Ottubru 2008 bit-titolu "Minn kriżi finanzjarja għal irkupru: Qafas Ewropew għall-azzjoni" (COM(2008)0706),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat- 28 ta' Jannar 2009 għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-aġġornament tal-2009 dwar il-linji gwida wiesgħin għall-politika ekonomika tal-Istati Membri u tal-Komunità u dwar l-implimentazzjoni tal-politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (COM(2009)0034),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta" Diċembru 2008 dwar Qafas Komunitarju temporanju għal miżuri ta' għajnuna mill-Istat biex isostnu l-appoġġ għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali(1),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta" Diċembru 2008 dwar ir-Rapport ta" Implimentazzjoni għall-Programm ta" Liżbona tal-Komunità 2008-2010 (COM(2008)0881),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta" Diċembru 2008 dwar il-Politika ta" Koeżjoni: ninvestu fl-ekonomija reali (COM(2008)0876),

–   wara li kkunsidra d-dokument ta" ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-16 ta" Diċembru 2008 dwar ir-Reviżjoni tas-Suq Uniku: sena wara (SEC(2008)3064),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta" Diċembru 2008 dwar id-dimensjoni esterna tal-Istrateġija ta" Liżbona għall-Iżvilupp u l-Impjiegi: Rapport dwar l-aċċess għas-suq u d-definizzjoni għal qafas favur kooperazzjoni regolatorja internazzjonali aktar effettiva (COM(2008)0874),

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta" Diċembru 2008 għal Regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta" Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (COM(2008)0867),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta" Diċembru 2007 dwar il-linji gwida integrati għat-tkabbir u għall-impjiegi (2008-2010) li jinkludu rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-linji gwida ġenerali għal-linji ta' politika ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Komunità (skont l-Artikolu 99 tat-Trattat KE) kif ukoll proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal-linji ta' politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (skont l-Artikolu 128 tat-Trattat KE) (COM(2007)0803),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta" Mejju 2008 dwar l-EMU@10: suċċessi u sfidi wara 10 snin mill-Unjoni Ekonomika u Monetarja (COM(2008)0238) (Komunikazzjoni dwar l-EMU@10),

–   wara li kkunsidra l-Pjanijiet ta' Azzjoni u l-Programmi ta" Riforma Nazzjonali aġġornati tal-Istati Membri għall-perjodu 2008-2010,

–   wara li kkunsidra l-kompożizzjoni tal-Grupp ta" Esperti ta" Livell Għoli dwar is-sorveljanza finanzjarja tal-UE, ippresedut mis-Sur Jacques de Larosière, urapport tiegħu lill-Kummissjoni tal-25 ta' Frar 2009 fil-prospettiva tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tal-2009,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-11 u tat-12 ta" Diċembru 2008 f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwistjonijiet ekonomiċi u finanzjarji,

–   wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Kapijiet ta" Stat u ta" Gvern tal-Eurogrupp, li saret fit-12 ta" Ottubru 2008, bil-ħsieb li jkun adottat pjan ta" salvataġġ koordinat għall-ġlieda kontra l-kriżi ekonomika,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-13 u tal-14 ta" Marzu 2008 f'dak li għandu x'jaqsam mat-tnedija taċ-ċiklu l-ġdid tal-Istrateġija ta" Liżbona mġedda għat-Tkabbir u l-Impjiegi (2008-2010),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ecofin tas-7 ta" Ottubru 2008 fir-rigward tar-rispons immedjat għat-taqlib finanzjarju,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ecofin tal-4 ta" Novembru 2008 fir-rigward tal-inizjattivi internazzjonali bħala rispons għall-kriżi finanzjarja u l-preparamenti għas-sammit internazzjonali dwar il-kriżi,

–   wara li kkunsidra l-kontribut tal-Kunsill Ecofin tat-2 ta" Diċembru 2008 għall-proċedimenti tal-Kunsill Ewropew tal-11 u tat-12 ta" Diċembru 2008,

–   wara li kkunsidra l-Memorandum ta" Ftehim tal-1 ta" Ġunju 2008 dwar Koperazzjoni Bejn l-Awtoritajiet ta' Sorveljanza Finanzjarja, il-Banek Ċentrali u l-Ministeri għall-Finanzi tal-Unjoni Ewropea dwar l-Istabilità Finanzjarja Transkonfinali,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta" Ottubru 2008 dwar ir-riżultat tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li saret fi Brussell fil-15 u fis-16 ta' Ottubru 2008(2),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta" Frar 2008 dwar il-Linji Gwida Integrati għat-Tkabbir u l-Impjiegi (Taqsima: linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi ta' l-Istati Membri u l-Komunità): It-tnedija taċ-ċiklu l-ġdid (2008-2010)(3),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Novembru 2008 dwar l-EMU@10: L-ewwel għaxar snin tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-isfidi għall-ġejjieni(4), (riżoluzzjoni dwar l-EMU@10),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta" Settembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Hedge funds u l-ekwita' privata(5),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta" Ottubru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-proċess Lamfalussy: l-istruttura futura ta' sorveljanza(6),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0063/2009),

A.   billi l-ekonomija internazzjonali u s-swieq globali kellhom il-ħila jġibu tkabbir bla preċedenti u storikament uniku fl-aħħar 25 sena, b'kapaċità ta" produzzjoni li wasslet għal prosperità għal aktar persuni minn qatt qabel, kapaċità li teħtieġ riaġġustament f'perjodu ta" tnaqqis ekonomiku segwit minn domanda li qed tonqos,

B.   billi l-kriżi finanzjarja u ekonomika qed tiggrava jum wara jum, li qed iġġib l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi ġirien tagħha, fin-nuqqas ta' azzjoni pubblika ferm aktar b'saħħitha u effettiva li ntweriet s'issa, dejjem eqreb lejn kriżi soċjali profonda u politika li qed tisfida s-solidarjetà Ewropea,

C.   billi l-isfidi ewlenin biex jiġi miġġieled it-tnaqqis tal-ekonomija internazzjonali u Ewropea issa huma n-nuqqas ta' kunfidenza fis-swieq finanzjarji u kapitali, kif ukoll il-qgħad li qed jiżdied,

D.   billi d-dimensjoni bla preċedenti tal-kriżi finanzjarja attwali u l-intensità tat-tnaqqis li segwa teħtieġ reviżjoni meqjusa mill-qiegħ, fil-livell tal-UE u fil-livell internazzjonali, tal-qafas regolatorju u tal-governanza tas-swieq finanzjarji, kemm biex jiġi evitat li problemi fil-futur fl-ekonomija internazzjonali joħolqu problemi tal-istess tip fis-swieq finanzjarji u kemm biex l-ekonomija tal-UE ssir aktar reżiljenti għall-bidliet,

E.   billi l-falliment ta' istituzzjonijiet finanzjarji kruċjali jdgħajjef is-swieq ta' kreditu, ixekkel il-flussi tal-kapital, l-investimenti u l-kummerċ, u jimbutta lill-prezzijiet u l-valuri 'l isfel, biex b'hekk jitnawru l-istabilità u l-assi kapitali li hemm bżonn biex l-istituzzjonijiet finanzjarji jsellfu u biex il-kumpaniji jiżgura l-finanzjament tagħhom stess,

F.   billi ntwera li l-kawżi u r-raġunijiet li wasslu għall-kriżi finanzjarja attwali kienu l-politiki monetarji laxki u żieda infurzata politikament fl-għoti tal-kreditu għad-djar, kif ukoll l-iżbilanċi makroekonomiċi prinċipalment bejn l-Istati Uniti u l-ekonomiji emerġenti bħaċ-Ċina fil-passat; jisħaq fuq il-ħtieġa ta" aktar żvilupp fil-kompetittività tal-UE u l-investimenti fl-infrastruttura u r-riċerka, kif ukoll f'kumpaniji ġodda u swieq ġodda,

G.   billi l-prijoritajiet ewlenin għal min ifassal il-politika tal-UE fl-iżgurar tal-irkupru ekonomiku għandhom ikunu li jerġa' jiġi stabbilit l-iffunzjonar tas-swieq finanzjarji u kapitali u li jiġu ssalvagwardjati l-impjiegi, biex b'hekk ikun possibbli li l-ekonomija tal-UE tiġi mgħejjuna biex tirritorna għat-tkabbir, l-investimenti u impjiegi ġodda,

H.   billi r-reċessjoni attwali għandha tintuża bħala opportunità biex issir promozzjoni ta' investimenti "ħodor" u biex jinħolqu impjiegi "ħodor" bi qbil mal-ksib tal-għanijiet fit-tul ta' Liżbona-Göteborg u l-pakkett tal-klima u l-enerġija,

I.   billi l-iżgurar tal-irkupru ekonomiku jirrikjedi azzjoni kkoordinata fil-qafas tal-leġiżlazzjoni tal-UE f'dak li għandu x'jaqsam mal-kompetizzjoni u mal-għajnuna Statali, kif ukoll l-istabilità għas-swieq finanzjarji u tax-xogħol, biex b'hekk ma titgħawwiġx il-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji u ma jinħoloqx żbilanċ bejn l-Istati Membri, fl-interess tal-iżgurar tal-istabilità u l-kompetittività tal-ekonomija tal-UE,

J.   billi l-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja fuq l-ekonomija reali rriżultaw f'ċirkustanzi ekonomiċi eċċezzjonali li jeħtieġu miżuri f'waqthom, immirati, temporanji u proporzjonali u deċiżjonijiet fl-interess li jinstabu soluzzjonijiet għal sitwazzjoni globali bla preċedenti fil-qasam tal-ekonomija u tal-impjiegi u billi l-intervent pubbliku, minkejja li ma jistax ikun evitat, jgħawweġ dak li huma l-irwoli xierqa tas-settur privat u dak pubbliku fi żminijiet aktar normali,

K.   billi n-nuqqasijiet tal-qafas regolatorju finanzjarju attwali diġà kienu indirizzati mill-Parlament fil-pożizzjonijiet tiegħu relatati mal-proposti leġiżlattivi u fir-riżoluzzjonijiet tiegħu,

L.   billi l-aktar data riċenti li ngħatat mill-Komunità dwar il-prospetti tal-2009 tindika deterjorazzjoni mgħaġġla tal-kundizzjonijiet ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea u billi l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri issa għandhom ir-responsabilità aħħarija biex jiggarantixxu l-istabilità makroekonomika, it-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi,

M.   billi l-kriżi finanzjarja kixfet id-dilemma bejn, minn banda, il-bżonn li tiġi affrontata l-kompetenza regolatorja għall-politika ekonomika fil-livell tal-UE, u mill-banda l-oħra, il-fatt li l-pjanijiet biex titqanqal l-ekonomija huma l-kompetenza tal-awtoritajiet tal-Istati Membri,

N.   billi l-azzjonijiet fuq perjodu ta' żmien qasir mibdija minn Stati Membri individwali jeħtieġu koordinament tal-UE komprensiv biex jiġi garantit effett multiplikatur konġunt min-naħa waħda u biex ikunu evitati effetti kollaterali, swieq mgħawġa u rduppjar ħali tal-isforzi min-naħa l-oħra,

O.   billi l-azzjonijiet fuq perjodu ta' żmien qasir għandhom jaqblu u jappoġġjaw lill-għanijiet fuq perjodu ta" żmien twil li l-Unjoni Ewropea ssir l-aktar ekonomija tal-għarfien kompetittiva, li ma jiddgħajfux il-fiduċja u l-kunfidenza fil-futur u li tiġi żgurata l-istabilità makroekonomika,

P.   billi l-kapaċitajiet differenti tal-Istati Membri li jinvolvu ruħhom fi programmi ta" rkupru għandhom ikunu rikonoxxuti; billi approċċ imdaqqas kumplimentari tal-UE b'attenzjoni qawwija fuq taħlita ta' miżuri politiki ta" appoġġ reċiproku fl-oqsma tal-politiki ekonomiċi, ambjentali, tal-impjiegi u soċjali għandu jkun żviluppat,

Q.   billi s-sħubija fiz-zona euro ġiet pruvata li ssaħħaħ l-istabilità ekonomika fl-Istati Membri relevanti; billi, apparti minn intervent governattiv responsabbli biex jiġi miġġieled it-tnaqqis ekonomiku, f'dan it-tip ta' żmien ta' riċessjoni ekonomika, iċ-ċittadini qed jistennew rispons b'saħħtu mid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-koeżjoni soċjali u reġjonali, waqt li jiġu ppreżervati r-regoli u l-prinċipji li jiggarantixxu munita b'saħħitha u stabbli,

R.   billi hija tal-ogħla importanza li terġa" tinkiseb il-fiduċja li tippermetti li s-swieq finanzjarji jaħdmu b'mod ordnat u b'hekk jitrażżnu l-effetti negattivi tal-kriżi finanzjarja fuq l-ekonomija reali,

S.   billi l-Istati Membri li daħlu fl-UE reċentement u li mhumiex fiz-zona euro ġew affettwati ħażin ħafna minħabba l-ispekulazzjoni kontra l-muniti tagħhom, il-ħarba tal-kapital u l-iffriżar tas-swieq internazzjonali tal-kreditu,

Konsiderazzjonijiet ġenerali

1.  Jilqa" l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tniedi pjan Ewropew ta" rkupru ekonomiku (Pjan ta" Rkupru) bħala reazzjoni għat-tnaqqis ekonomiku serju li attwalment għaddej; jinnota li d-dimensjoni Komunitarja ta' dik il-proposta tammonta għal 15 % tal-baġit għall-programm ta' rkupru li għad hemm bżonn li jiġi implimentat b'mod urġenti;

2.  Jisħaq fuq il-fatt li l-ogħla prijorità tal-Pjan ta' Rkupru trid tkun it-tqanqil tal-ekonomija u tal-kompetittività tal-Unjoni Ewropea sabiex jiġu salvagwardjati l-opportunitajiet u s-sigurtà taċ-ċittadini u sabiex jiġi evitat aktar qgħad; jikkunsidra li l-Pjan ta' Rkupru jrid jaqleb id-deklin ekonomiku billi jippermetti li s-swieq finanzjarji jerġgħu jibdew jiffunzjonaw kif suppost, jiffaċilita l-investimenti u jtejjeb l-opportunitajiet għat-tkabbir u l-impjiegi waqt li jsaħħaħ l-ekonomija tal-UE u s-suq tax-xogħol u jtejjeb il-kundizzjonijiet ta' qafas għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi;

3.  3 Jistenna mill-Kummissjoni gwida ċara u qawwija lejn approċċ ikkoordinat imtejjeb fost l-Istati Membri kollha fil-ġestjoni ta' din il-kriżi ekonomika profonda sabiex jitħarsu kemm jista' jkun possibbli x-xogħlijiet u l-impjiegi fl-Ewropa;

4.  Jinsisti li kull għajnuna finanzjarja għandha tkun f'waqtha, immirata, u temporanja; iwissi dwar il-possibilità ta' effetti ta" żieda fl-interessi minħabba self mill-gvern (crowding out effect) u d-dissoluzzjoni tal-politika tal-UE dwar il-kompetizzjoni; iħeġġeġ biex, malli jkun prattikabbli, nerġgħu lura għas-swieq ġusti u kompetittivi kif definiti fit-Trattat; jinnota bi tħassib iż-żieda mġħaġġla tad-dejn pubbliku u d-defisits tal-baġit; barra minn hekk, jitlob li jkun hemm ritorn għal finanzji statali sodi mill-iktar fis kif previst fil-Patt għall-Istabbiltà u t-Tkabbir rivedut, biex jiġi evitat piż żejjed fuq il-ġenerazzjonijiet futuri;

5.  Jenfasizza li l-eċċezzjonijiet u d-devjazzjonijiet temporanji mill-politika Ewropea tal-kompetizzjoni għandhom jitneħħew, u għandu jerġa' jkun hemm normalità, f'perspettivi ta' żmien definiti b'mod ċar;

6.  Jenfasizza li l-Pjan ta' Rkupru jrid jaqdi l-iskop li jipprovdi ftehim internazzjonali ġust u ekwitabbli biex tkun is-suċċessur tal-Protokoll ta' Kjoto fl-2012 u li ftegima ta' dan it-tip, inter alia, trid tagħti l-opportunità li pajjiżi ifqar jaħarbu mill-faqar mingħajr ma jalimentaw it-tisħin globali billi tgħinnhom jiffinanzjaw investimenti massivi fl-adattament għall-bidla fil-klima u lejn enerġija li tiġġedded u effiċjenza fl-enerġija;

7.  Jinnota bi tħassib iż-żieda rapida tad-dejn pubbliku u d-defisits tal-baġit; jinsab imħasseb dwar il-fatt li d-dejn pubbliku jista" jsir piż eċċessiv għall-ġenerazzjonijiet futuri;

8.  Waqt li jaċċetta li l-bżonn li jkun hemm aġġustament għal ambjent globalment kompetittiv u li l-Unjoni Ewropea terġa' tibda tikber huma objettivi komuni importanti ħafna, jistieden lill-Unjoni Ewropea biex tintensifika l-isforzi tagħhom biex tinvesti fil-kapaċitajiet, fit-taħriġ u fil-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli, fis-salvagwarda tal-impjiegi u fit-twaqqif ta' qgħad massiv waqt li tiżgura politiki fiskali kostruttivi, li għandhom jgħinu biex jiġu stabbiliti d-daqs u l-komponenti tal-Pjan ta' Rkupru; jistenna ftehim fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2009 fuq linji gwida ċari u miżuri konkreti lejn is-salvagwardja tal-impjiegi u l-ħolqien ta' opportuntajiet ta' xogħol;

9.  Jirrakkomanda, bħala rekwiżit essenzjali għall-effettività, li l-koordinament tal-pjanijiet ta" rkupru nazzjonali jippermetti li kull programm jitfassal skont il-ħtiġijiet speċifiċi ta" kull pajjiż, għalkemm b'mod li jikkunsidra l-interess komuni, l-istrateġiji komuni definiti f'termini tal-ġlieda kontra l-bida fil-klima u l-assigurazzjoni tal-aqwa effett multiplikatur, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-impjiegi;

10.  Jirrakkomanda inizjattivi orizzontali ġodda fil-livell tal-UE, peress li kapaċitajiet nazzjonali differenti u marġni ta" manuvra baġitarja jistgħu jiġġeneraw riżultati assimetriċi ħafna tul l-Unjoni Ewropea; madankollu, ifakkar fir-responsabbiltà ta" kull Stat Membru li jeżerċita dixxiplina fiskali, investimenti u riformi strutturali;

11.  Jagħti parir qawwi kontra r-riskju li s-soluzzjonijiet implimentati jsiru s-somma tal-politiki nazzjonali kollha, b'konflitti u spejjeż potenzjali, b'mod li jiddgħajfu s-suq uniku, l-unjoni ekonomika u monetarja u l-irwol tal-Unjoni Ewropea bħala attur globali;

12.  Jappoġġja l-impenn tal-Kummissjoni għall-Patt għall-Istabbiltà u t-Tkabbir rivedut, u jinnota r-rieda tagħha li tuża l-flessibilità bħala mod biex tmexxi politiki antiċikliki biex tiġi indirizzata r-riċessjoni ekonomika mbassra mill-patt sabiex l-Istati Membri jitħallew jirrispondu b'mod xieraq għall-kriżi ekonomika, speċfikament biex jevalwaw jekk id-deċiżjonijiet ta' investiment fuq perjodu ta' żmien qasir humiex kumpatibbli mal-objettivi baġitarji fuq perjodu ta' żmien medju u jekk jistgħux iwasslu għat-tkabbir sostenibbli u l-objettivi tal-Istrateġija ta' Liżbona fuq perjodu ta' żmien twil;

13.  Jenfasizza li huwa importanti ferm li l-Istati Membri jkompju jsegwu l-Patt għall-Istabilità u t-Tkabbir rivedut, bil-ħsieb li, minn naħa, jiġu affrontati b'mod effettiv iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali attwali u, min-naħa l-oħra, jiġi garantit impenn sod biex id-dixxiplina baġitarja terġa' lura fit-triq it-tajba malli l-ekonomija tirkupra, filwaqt li tissaħħaħ il-kontraċikliċità tal-Patt għall-Istabbiltà u t-Tkabbir rivedut;

Swieq finanzjarji: minn kontroll tal-kriżi għal swieq sodi fil-futur
Ritorn għall-fiduċja fis-settur finanzjarju

14.  Jilqa" l-miżuri fuq perjodu ta" żmien qasir adottati biex terġa' tingħata l-fiduċja fis-sistema finanzjarja; ifakkar li dawn il-miżuri ta" emerġenza m'humiex biżżejjed biex jindirizzaw uħud mill-problemi fundamentali fis-sors tal-kriżi, speċifikament l-iżbilanċi globali, it-teħid ta" riskji estremi, l-leveraging u l-ippremjar tal-ippjanar mhux fit-tul; ifakkar fil-bżonn li l-iskemi ta' remunerazzjoni jiġu riveduti bħala għejjun possibbli ta' instabilità finanzjarja;

15.  Jitlob li jkun hemm azzjoni kkoordinata bejn l-Istati Membri li tippermetti garanziji bankarji nazzjonali ġenerali u espliċiti li jkopru r-responsabilitajiet, imma li jeskludu l-kapital azzjonarju, biex titnaqqas l-inċertezza fis-swieq tal-kreditu u jiġi faċilitat il-funzjonament tagħhom;

16.  Jistieden lill-Istati Membri, u b'mod partikolari lil dawk li huma parti miz-zona tal-Euro, biex jeżaminaw il-possibilità ta' self kbir Ewropew, garantit b'mod konġunt mill-Istati Membri;

17.  Itenni li s-salvagwardjar tat-tfaddil ta" individwi u kumpaniji, inklużi intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), u tal-provvista ta" kreditu għalihom huwa l-ġustifikazzjoni ewlenija għall-intervent pubbliku eċċezzjonali attwali fis-sistema finanzjarja; ifakkar lill-gvernijiet tal-Istati Membri bir-responsabilità għall-użu ta" fondi pubbliċi fil-pjanijiet ta" rkupru u l-fatt li jridu jagħtu rendikont lill-parlamenti tagħhom dwar dan l-użu u jirrakkomanda bil-qawwi li sensiela ta" miżuri ta' sorveljanza xierqa u, jekk ikun hemm bżonn, sanzjonijiet ikunu introdotti u kkoordinati fil-livell tal-UE biex jiġi żgurat li jinkisbu l-objettivi ta' dan it-tip;

18.  Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li t-tnaqqis fuq ir-rati ta' mgħax ċentrali jgħaddi fuq min jissellef;

19.  Ifakkar fil-ħtieġa li r-regolaturi u l-awtoritajiet relevanti tal-Istati Membri jiskrutinaw fil-fond l-attivitajiet tal-banek u l-bankiera tul l-aħħar xhur, u li jistabbilixxu ukoll jekk setgħax kien hemm imġiba li għandha tiġi mmaqdra u saħansitra imġiba kriminali li kkontribwiet għall-kollass bankarju u biex jiżguraw li l-intervent pubbliku u d-deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja, f'dak li għandu x'jaqsam mar-rati tal-imgħax, kienu kapaċi jreġġgħu lura t-trażżin tal-kreditu;

20.  Jikkunsidra li sorveljanza stretta tal-pakketti ta" miżuri ta' salvataġġ għall-istituzzjonijiet finanzjarji trid tkun implimentata biex jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs għal kulħadd, inklużi: il-livell ta" solvenza, il-benefiċċji mistennija, il-likwidità fis-suq interbankarju, l-evoluzzjoni tar-riżorsi umani u l-fiduċja tal-klijenti, kemm jekk huma klijenti privati u kemm jekk huma imprendituri;

21.  Jikkunsidra li l-kundizzjonalità għandha tintrabat mal-pjanijiet ta' salvataġġ tas-settur bankarju f'dak li għandu x'jaqsam ma' inċentivi monetarji, provvista ta' kreditu, kundizzjonijiet ta' self, ristrutturar tas-settur u protezzjoni tat-termini tal-politika soċjali;

22.  Jemmen li għandu jitħeġġeġ l-iżvilupp tal-mikrokreditu, li huwa rikonoxxut bħala għodda effiċjenti li tħalli effett multiplikatur qawwi, speċjalment billi dan isir rekwiżit għall-banek kummerċjali li jkunu bbenefikaw minn appoġġ pubbliku;

23.  Jinsisti li għandha tingħata kunsiderazzjoni ewlenija għall-irkupru ta' livelli normali ta" estensjoni tal-kreditu mill-banek meta jkunu qed jikkunsidraw xi ambjent regolatorju ġdid, speċjalment fl-interess tal-qawmien mill-ġdid tal-proċess ta" titolizzazzjoni bħala element essenzjali għall-irkupru tal-iffinanzjar ta' xiri ta' djar, karozzi u karti ta' kreditu;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproduċi analiżi ċara tal-impatt tal-pakkett ta" salvataġġ fuq il-kompetittività tas-settur finanzjarju u fuq l-iffunzjonar is-suq interbankarju; jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi gruppi interdixxiplinarji, li jinkludu esperti tad-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni, l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, u s-Suq Intern u s-Servizzi, it-tliet kumitati ta' superviżjoni tal-Livell 3, u tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali, biex jiġbru flimkien l-għerf u l-għarfien espert u jiżguraw li fl-Istati Membri kollha jittieħdu deċiżjonijiet imparzjali ta" kwalità għolja u f'waqthom;

Strutturi regolatorji u superviżorji aktar effettivi

25.  Jikkunsidra li għalkemm il-Bank Ċentrali Ewropew m'għandu l-ebda mandat superviżorju uffiċjali, hemm il-bżonn li jissaħħaħ l-irwol tiegħu f'dak li jirrigward l-immonitorjar tal-istabilità finanzjarja fiż-żona euro, speċifikament f'dak li għandu x'jaqsam mas-sorveljanza tas-settur bankarju tal-UE kollha; jirrakkomanda, għalhekk, li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun involut f'sorveljanza makroprudenzjali mifruxa mal-UE tal-istituzzjonijiet finanzjarji sistematikament importanti fuq il-bażi tal-Artikolu 105(6) tat-Trattat;

26.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta" strumenti u politiki ċari tal-UE li permezz tagħhom jistgħu jiġu indirizzati, bir-reqqa u b'mod f'waqtu, l-impatti assimetriċi tal-kriżi finanzjarja fost l-Istati Membri ġewwa u barra ż-żona euro;

27.  Itenni t-talba tiegħu biex il-Kummissjoni tanalizza l-effetti tal-imġiba tal-banek li ċaqilqu l-assi tagħhom mill-Istati li aderew reċentement wara l-adozzjoni ta" pjanijiet ta" salvataġġ mill-Istati Membri l-oħra u biex teżamina b'attenzjoni l-azzjoni spekulattiva (short-selling) f'dak li għandu x'jaqsam mal-muniti tal-Istati li aderew reċentement; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkomunika r-riżultati ta" dawk l-analiżi lill-Grupp de Larosière u lill-kumitat responsabbli tal-Parlament;

28.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex b'mod urġenti jaffrontaw il-problema tal-garanziji bankarji, sabiex jiġi żgurat li skemi mfassla b'mod simili jwaqqfu lill-banek madwar l-UE milli jfallu, u b'hekk jippermettu l-qawmien mill-ġdid tas-self interbankarju, qawmien li huwa kundizzjoni meħtieġa għat-tmiem tal-kriżi bankarja u li jippermetti li jingħata kreditu ġdid lill-ekonomija reali, li jiżdied l-investiment u l-konsum u b'hekk tinstab it-triq "il barra mill-kriżi ekonomika;

29.  Iħeġġeġ bil-qawwi lill-Grupp de Larosière biex jadotta r-rakkomandazzjonijiet imressqa fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Parlament, li għandhom x'jaqsmu mas-sorveljanza tas-suq finanzjarju; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tadotta l-kontributi tiegħu biex tinħoloq struttura stabbli u effiċjenti ta' regolament u sorveljanza, li tista" tipprevjeni jew trażżan l-impatti negattivi ta" kriżijiet fil-futur; jistieden lill-Kunsill biex jikkunsidra kif jixraq il-pożizzjoni li jista" jesprimi l-Parlament dwar dawk il-konklużjonijiet qabel ma japprovahom;

30.  Jirrikonoxxi r-rakkomandazzjonijiet tal-grupp de Larosière u jisħaq li ħafna minnhom ġew mitluba mill-Parlament fis-snin riċenti; jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tuża s-setgħa tagħha ta' inizjattiva u tieħu azzjoni biex tindirizza l-aktar problemi urġenti fir-rigward tal-kriżi finanzjarja, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tibda l-proċess kemm jista 'jkun malajr; jistieden lill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tal-2009 biex jagħti impetu politiku qawwi u biex jistabbilixxi pjan direzzjonali għall-inizjattivi kollha legali sabiex tiġi żgurata l-adozzjoni f'waqtha tagħhom flimkien mal-Parlament;

31.  Jafferma mill-ġdid li aktar trasparenza u mmaniġġjar tar-riskju aħjar kif ukoll sorveljanza kkoordinata jipprovdu l-biċċa l-kbira mis-soluzzjonijiet għal prevenzjoni ta' kriżijiet ulterjuri u li r-riforma regolatorja trid tkun tinkludi kollox, u tapplika għall-atturi u t-tranżazzjonijiet kollha fis-swieq finanzjarji; jindika l-fatt li n-natura globali tas-swieq finanzjarji tirrikjedi koordinazzjoni internazzjonali tar-riformi; jenfasizza li l-inizjattivi regolatorji jridu jkunu mmirati lejn il-ħolqien tat-transparenza, is-sostenibilità, l-istabilità u r-responsabilità tal-atturi finanzjarji fis-suq; ifakkar lill-Kummissjoni fl-obbligu tagħha biex tirrispondi għat-talbiet tal-Parlament dwar hedge funds u ekwità privata;

32.  Jikkunsidra li l-aġenziji għall-klassifikazzjoni tal-kreditu (credit rating) għandhom jipprovdu l-informazzjoni fejn hemm nuqqas u jiżvelaw l-inċertezzi, kif ukoll il-kunflitti ta" interess; jinsisti fuq il-ħtieġa li ssir reviżjoni u li jkun hemm titjib fil-politiki tal-kontabilità sabiex jiġu evitati l-effetti proċikliċi;

33.  Jipproponi li jiġi evalwat b'attenzjoni jekk, minħabba l-passi li jittieħdu fil-futur lejn ir-regolament sod tas-settur finanzjarju, speċifikament is-sorveljanza makroprudenzjali tal-qafas regolatorju, l-irkupru ekonomiku u l-innovazzjoni fil-qasam tal-prodotti finanzjarji humiex se jsiru diffiċli jew impossibbli, u s-swieq finanzjarji tal-UE humiex se jsiru anqas attraenti, b'diverżjoni tal-flussi finanzjarji u tal-intrapriżi lejn swieq terzi; ifakkar fl-aħjar interess tagħha li tibqa' s-suq finanzjarju ewlieni fid-dinja;

L-ekonomija reali: il-kriżi bħala opportunità biex jinkiseb tkabbir sostenibbli
Salvagwardja tal-impjiegi u spinta lid-domanda

34.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jużaw r-riżorsi kollha disponibbli għalihom biex jappoġġjaw lill-intrapriżi tal-UE, b'mod partikulari lill-SMEs, biex jippromwovu l-ħolqien tal-impjiegi u jsaħħu l-fiduċja tal-investituri, ta' min iħaddem, tal-ħaddiema u tal-konsumatur tal-UE;

35.  Jirrakkomanda b'mod qawwi li l-aċċess għal kreditu suffiċjenti, għall-but ta' kulħadd u sikur b'mod raġonevoli jiġi garantit urġentement fl-Unjoni Ewropea kollha għall-intrapriżi ta' daws żgħir u medju, għaċ-ċittadini u għal dawk is-setturi fejn hemm il-periklu li minħabba l-kriżi mhux se jkollhom futur sostenibbli, b'mod partikulari minħabba n-nuqqas ta" kreditu; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura skambji tal-aħjar prattiki f'dan ir-rigward;

36.  Jinsisti li, fis-sitwazzjoni attwali fejn l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju qed jaffrontaw problemi kbar ta" likwidità u ta" aċċess ristrett għall-kreditu, l-awtoritajiet pubbliċi u l-klijenti privati għandhom jirrispettaw perjodu massimu ta" 30 jum għall-ħlasijiet lil intrapriżi ta' daqs żgħir u medju; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tieħu din il-kwistjoni f'idejha meta tkun qed tirrevedi d-Direttiva dwar Ħlasijiet Tard(7);

37.  Jitlob li jkun hemm infurzar sħiħ u implimentazzjoni aċċelerata, kemm fil-livell tal-UE u kemm fil-livell nazzjonali, tar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament f'dak li għandu x'jaqsam mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem "Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir" - "Att dwar in-Negozji ż-Żgħar" għall-Ewropa (COM(2008)0394);

38.  Jitlob li titnieda b'mod effettiv inizjattiva komprensiva Ewropea għall-impjiegi, billi jiġi żgurat li intrapriża tkun tista' titwaqqaf bla ħlas fi żmien tlitt ijiem fi kwalunkwe post fl-Unjoni Ewropea, u li l-formalitajiet biex jiġu impjegati l-ewwel ħaddiema jkunu jistgħu jsiru minn punt ta' aċċess wieħed minn naħa, u min-naħa l-oħra, billi jissaħħu l-iskemi ta' attivazzjoni, b'mod partikulari għal dawk bi ftit kapaċitajiet, permezz ta' pariri personalizzati, taħriġ jew taħriġ mill-ġdid intensivi, u titjib fil-kapaċitajiet tal-ħaddiema, l-apprentistati, l-impjieg issussidjat u għotjiet biex dawk li jaħdmu għal rashom u n-negozji jkunu jistgħu jibdew joperaw; barra minn hekk, jappoġġja l-allokazzjoni tal-pagamenti tal-Fond Soċjali Ewropew mill-Kummissjoni għall-promozzjoni tal-iżvilupp u t-tqabbil tal-kapaċitajiet;

39.  Jirrakkomanda b'mod qawwi li l-inizjattiva Ewropea dwar l-impjiegi tkun tinkludi intervent bikri fil-waqt meta fil-fatt jintilfu l-impjiegi, jekk xejn sabiex jitnaqqas ir-riskju li n-nies jiġu esklużi mis-suq tax-xogħol; jikkunsidra li interventi ta' dan it-tip se jirrikjedu investiment sinifikanti fit-taħriġ, inkluża żieda f'dawk li jagħtu t-taħriġ, waqt li tingħata attenzjoni għall-mod kif il-programmi ta' taħriġ u ta' rijintegrazzjoni fil-qasam tax-xogħol jistgħu jiġu kkoordinati aħjar, u m'għandhomx jintużaw biss miżuri fuq perjodu ta' żmien qasir iżda wkoll għandu jsir kull sforz biex kwalifiki ta' livell għoli jsiru possibbli sabiex jiżdiedu l-livelli ta' kwalifiki globali fl-UE u biex jingħata rispons għall-bżonnijiet li qed jinbidlu tal-ekonomija attwali;

40.  Jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni u jistieden lill-Istati Membri biex jadattaw dispożizzjonijiet ġodda tar-regolamenti tal-Fond Soċjali Ewropew, tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni u tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, inklużi s-simplifikazzjoni tal-proċeduri u t-twessigħ tal-ispejjeż eliġibbli biex jinqdew b'mod aktar effiċjenti l-għanijiet tal-impjiegi u tal-inklużjoni soċjali, waqt li jitkompla l-appoġġ għall-impjiegi f'setturi fundamentali tal-ekonomija u jiġi żgurat li, meta tkun qed tingħata assistenza ta' dan it-tip, it-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u territorjali tibqa' prijorità sabiex jiġi evitat żvilupp assimetriku fl-Unjoni Ewropea; jittama li jitħaffef ir-rilaxx tal-fondi mmirati lejn l-appoġġ għall-impjiegi u li l-programmi Ewropej ta' appoġġ jiġu orjentati biex jgħinu lill-iktar gruppi vulnerabbli fis-soċjetà, inklużi programmi li jiggarantixxu kundizzjonijiet tal-għajxien deċenti u aċċess għal servizzi pubbliċi ta' kwalità ogħlja ta' interess ġenerali;

41.  Jistieden lill-Istati Membri biex jinvestu fl-ekonomija soċjali, li tista' tikkontribwixxi għat-tkabbir peress li għandha potenzjali konsiderevoli fil-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità għolja u fit-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u territorjali;

42.  Jenfasizza l-importanza li jiġu implimentati l-prinċipji komuni tal-flessigurtà filwaqt li tkun garantita protezzjoni soċjali xierqa għal kulħadd, b'mod partikulari sistemi ta' sigurtà soċjali li jipprovdu portezzjoni xierqa waqt li jiġu rispettati t-tradizzjonijiet nazzjonali;

43.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tkompli timmonitorja b'mod regolari l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol tal-UE u l-impatt tal-kriżi fuq dak is-suq, u biex tieħu l-miżuri xierqa biex tpoġġi l-ekonomiji tal-Unjoni Ewropea fit-triq lejn l-iżvilupp sostenibbli;

44.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkunu garantiti standards ta" għajxien xierqa għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni u jitlob li jittieħdu miżuri ta" emerġenza xierqa; jitlob li l-politiki soċjali jiġu adattati biex ilaħħqu mar-reċessjoni, b'mod li jiġu appoġġjati suq tax-xogħol attiv u politiki soċjali inklussivi waqt li tingħata attenzjoni speċjali għall-aktar membri vulnerabbli tas-soċjetà;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni biex b'mod urġenti tevalwa r-riskji ta" reċessjoni li jaffettwaw lis-setturi industrijali fl-Ewropa kollha sabiex jekk ikun hemm bżonn tintervjeni b'mod attiv fil-livell tal-UE; madankollu, jinsisti li jista" jkun li wħud mill-problemi tal-industriji tal-UE mhumiex kkawżati biss minħabba l-kriżi finanzjarja; għalhekk, huwa tal-opinjoni li l-miżuri ta' għajnuna Statali għandhom jiġu mmirati b'attenzjoni biex ma jmorrux aktar lil hinn milli jwittu l-effetti tal-kriżi finanzjarja, u magħhom għandu jkun hemm l-aktar kundizzjonijiet stretti ta" ristrutturar, investiment fl-innovazzjoni u sostenibbiltà;

46.  Iwissi kontra l-fatt li r-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE qed jiġu llaxkati b'mod mhux xieraq, billi dan jista" jdgħajjef lis-suq intern; jinsab imħasseb dwar ir-rispons fil-livell nazzjonali għall-kriżi ekonomika li jista" jwassal għal protezzjoniżmu u tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, li, fuq perjodu ta" żmien twil, jistgħu jfixklu serjament il-prosperità ekonomika taċ-ċittadini tal-Unjoni;

47.  Jitlob evalwazzjoni tal-miżuri inklużi fil-pjanijiet nazzjonali ta" rkupru fir-rigward tal-impatt immedjat tagħhom fuq il-kapaċità għall-infiq;

48.  Jistieden lill-Kunsill biex japprova l-proposta li jagħti lill-Istati Membri kollha l-għażla li japplikaw rata tal-VAT aktar baxxa għal prodotti u servizzi li huma effiċjenti fl-użu tal- enerġija, servizzi intensivi fix-xogħol u dawk ipprovduti lokalment, meta wieħed iqis l-effett potenzjali tagħhom fuq l-impjiegi u fuq it-tqanqil tad-domanda;

49.  Jenfasizza l-valur miżjud tal-Programm tan-Netwerks tat-Trasport Trans-Ewropej (TEN-T) għall-kisba tal-Istrateġija ta' Liżbona, tal-objettivi tal-Unjoni Ewropea relatati mal-bidla fil-klima u għal koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali ikbar, filwaqt li jiġi pprovdut appoġġ f'waqtu sabiex tiġi sostnuta d-domanda komplessiva fl-Unjoni Ewropea; jenfasizza l-importanza tat-30 proġett prijoritarju TEN-T - partikolarment dawk tal-kurituri transkonfinali - għall-ixprunar mill-ġdid tal-ekonomija u biex tkun tista' tiżdied it-talba għal komodalità mtejba u li tagħmel inqas ħsara lil-ambjent; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw metodi ġodda ta' finanzjament għall-infrastruttura tat-trasport u biex iżidu b'mod sostanzjali l-baġit għall-proġetti TEN-T fil-perspettivi finanzjarji futuri u fil-Pjan ta' Rkupru;

50.  Jitlob lill-Istati Membri biex jikkunsidraw il-possibbiltà li jnaqqsu t-taxxa fuq il-ħaddiema li jaqilgħu l-inqas biex tiżdied il-kapaċità għall-infiq u titqanqal id-domanda għall-prodotti li jinbiegħu bl-imnut;

Aktar koeżjoni u inqas diverġenza ekonomika

51.  Jisħaq fuq l-importanza tal-objettivi ta' koeżjoni territorjali fil-qafas tal-arranġamenti ta" stimolu proposti, meta wieħed jikkunsidra l-impatt assimetriku ċar tal-kriżi fit-territorju Ewropew kollu;

52.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tindirizza b'mod xieraq, partikolarment fid-dawl tal-kriżi attwali, l-impatt ta" politiki orizzontali fuq prestazzjonijiet reġjonali diverġenti fiz-zona euro, kif indikat fil-Komunikazzjoni tagħha dwar EMU@10;

53.  Jitlob li jiġu żviluppati l-mekkaniżmi xierqa biex jiġi garantit li l-konverġenza aċċellerata tar-reġjuni inqas dinamiċi tiġi strutturata fuq objettivi strateġiċi bħal ekonomija li tagħmel inqas ħsara għall-ambjent u parteċipazzjoni xierqa fl-Istrateġija ta' Liżbona billi jkunu appoġġjati l-innovazzjoni, l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju u l-inizjattivi ta' livell mikro;

54.  Jilqa" l-proposti kollha tal-Kummissjoni li jissimplifikaw u jaċċelleraw l-aċċess għall-istrumenti ta" koeżjoni disponibbli u jħaffu l-implimentazzjoni tal-proġetti, speċjalment billi tingħata parti sew mill-fondi fil-bidu tal-perjodu ta' ffinanzjar (front-loading), billi tingħata żieda temporanja fir-rati ta" appoġġ komunitarju, billi tittejjeb l-assistenza teknika u billi jitħaffew il-proċeduri ta" pagament;

Riformi strutturali u investimenti intelliġenti u sostenibbli

55.  Jitlob li l-istrumenti u l-politiki ta" rkupru jiġu rfinati kemm fil-livell tal-Unjoni Ewropea u kemm fil-livell tal-Istati Membri, b'mod li tista" tingħata spinta lid-domanda u l-fiduċja fl-Unjoni Ewropea kollha, bi qbil ma" sett komuni ta" prijoritajiet fi ħdan l-Istrateġija ta" Liżbona, bħal: l-investiment fl-edukazzjoni, l-infrastruttura, ir-riċerka u l-iżvilupp, il-ħiliet u t-tagħlim għal tul il-ħajja, l-effiċjenza fl-enerġija u t-teknoloġiji li ma jagħmlux ħsara għall-ambjent, in-networks tal-broadband, it-trasport urban, l-industriji u s-servizzi kreattivi, is-servizzi tas-saħħa, u s-servizzi għal tfal u anzjani;

56.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex jiġu antiċipati mill-2010 għall-2009 EUR 500 miljun f'investimenti fl-infrastruttura tat-trasport; jenfasizza madankollu l-bżonn li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jinkludu t-trasport urban u l-proġetti prijoritarji TEN-T fost dawk għall-fond addizzjonali ta' EUR 5 biljuni, li għandu jitqassam skont il-Pjan ta' Rkupru; iqis li dawk il-proġetti TEN-T li jinsabu fi stadju avvanzat ta' implimentazzjoni għandhom b'mod partikolari jibbenefikaw minn disponibilità ikbar ta' approprjazzjonijiet;

57.  Jenfasizza li fiċ-ċirkustanzi ferm diffiċli ta" bħalissa, hemm bżonn tal-aċċess għall-fondi tal-EU għal dawk l-Istati Membri li daħlu fl-Unjoni Ewropea reċentement u li għadhom mhumiex membri taż-żona euro; dawk il-fondi jkunu l-istimolu baġitarju meħtieġ għal dawk il-pajjiżi li m'għandhom il-marġini fejn jimmanuvraw li għandhom l-Istati Membri fiż-żona euro, jew li għandhom wisq defisits baġitarji jew fil-kontijiet kurrenti;

58.  Jenfasizza li l-kriżi għandha konsegwenzi ekonomiċi u soċjali negattivi għall-aħħar f'ħafna mill-Istati Membri, li jistgħu jwasslu għal riskju sostanzjali ta' tnaqqis fit-tkabbir u fl-istabilità u ta' żieda fil-faqar; barra minn hekk, jistenna li jkun hemm riperkussjonijiet li jaffettwaw l-euro u l-ekonomiji fiz-zona tal-euro; għalhekk, jitlob li jkun hemm strateġija koordinata fil-Komunità kollha għall-iskopijiet ta' solidarjetà Komunitarja u, f'dan ir-rigward, biex ir-responsabilità tinqasam fuq kulħadd; jistieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi u tissikka l-istrumenti kollha għall-istabbilizzazzjoni tal-Istati Membri li ġew affettwati, inkluża l-istabbilizzazzjoni tar-rati tal-kambju sabiex ikunu jistgħu jiġu implimentati malajr u b'mod effikaċi d-dispożizzjonijiet ta' sikurezza u l-pakketti ta' rispons;

59.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-miżuri possibbli għat-titjib tas-sigurtà tal-enerġija permezz tal-iżvilupp aċċelerat ta" network intern għat-trażmissjoni tal-gass fl-Unjoni Ewropea li jiżgura s-sigurtà tal-provvista;

60.  Jemmen li politika ta" investiment pubbliku li tkun b'saħħitha, li jkollha l-għan li toħloq "ekonomija b'livell baxx ta" emissjonijiet tal-karbonju", hija ta" importanza assoluta biex tiġi affrontata r-reċessjoni ekonomika;

61.  F'dan ir-rigward, jistieden lill-Istati Membri biex iwettqu riformi fis-sistemi fiskali tagħhom biex jiġi żgurat li ċerti setturi bħall-agrikoltura, it-trasport u l-enerġija, li l-aktar li jħallu effetti fuq l-ambjent, irendu b'mod sostenibbli;

62.  Jappoġġja b'mod qawwi t-tnedija ta" sett ta" politiki urbani li jikkombinaw l-effiċjenza fl-enerġija fit-trasport u fil-bini fliemkien mal-ħolqien tax-xogħlijiet;

63.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm sforz kkoordinat bla preċedenti biex isiru investimenti kbar fl-oqsma tal-enerġija, tal-ambjent u tal-infrastruttura sabiex ikun appoġġjat l-iżvilupp sostenibbli, jingħata kontribut għall-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità għolja u tkun żgurata l-koeżjoni soċjali; jikkunsidra, għalhekk, li hemm ċans akbar li l-poplu jaċċetta l-isforzi rikjesti minnu jekk, minn naħa, il-perċezzjoni ta' dawn l-isforzi hi li huma ġusti u, min-naħa l-oħra, li jiggarantixxu l-impjiegi u l-integrazzjoni soċjali;

64.  Jitlob inizjattivi tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, u aċċess għal kapital ta" riskju, kreditu u faċilitajiet ta" mikrokreditu biex tingħata spinta lit-tkabbir u konverġenza fl-Unjoni Ewropea kollha;

65.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jitnaqqas il-piż burokratiku fuq il-proġetti ta" investiment kofinanzjati minn kumpaniji privati; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri biex iħaffu u jiffaċilitaw l-investimenti;

66.  Jinsisti li, meta jiġu affrontati l-problemi gravi li jirriżultaw mill-kriżi ekonomika, m'għandniex nabbandunaw l-istrateġija fuq perjodu ta' żmien twil u l-possibilità li jinkisbu xi objettivi li ilhom pendenti, b'mod speċjali:

   - l-intensifikazzjoni tal-eliminazzjoni tax-xkiel għal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi, kif previst fid-Direttiva dwar is-Servizzi(8), li l-implimentazzjoni tagħha ġiet posposta minħabba l-potenzjal enormi ta' ħolqien ta' impjiegi fis-settur tas-servizzi;
   - it-tisħiħ tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali(9);
   - it-tlestija tas-suq intern għall-enerġija;
   - it-tisħiħ b'mod urġeni tal-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp, inkluż billi ikun meħtieġ investiment sostanzjali fir-riċerka u l-iżvilupp u fl-innovazzjoni bħala kundizzjoni minn qabel għal kwalunkwe appoġġ għall-industrija, minħabba li l-objettiv ta' Liżbona - pjuttost modest - ta' 3% tal-GDP s'issa ma ntlaħaqx, prinċipalment minħabba li s-settur privat ma rnexxilux jilħaq il-parti tiegħu ta' 2%, u minħabba li, minkejja l-għan iddikkjarat li ssir l-iktar ekonomija ta' għarfien dinamika fid-dinja, id-differenza fl-investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u reġjuni oħra qed tikber;
   - il-finalizzazzjoni b'mod urġenti tas-sistema tal-privattivi tal-UE;
   - it-tneħħija ta" kull ostaklu li jkun fadal għall-moviment liberu tal-ħaddiema;
   - it-tlestija tan-netwerks ta' prijorità TEN-T;

Strumenti ekonomiċi Ewropej: azzjoni konġunta tal-Unjoni Ewropea
Koordinazzjoni ekonomika

67.  Jitlob koerenza mtejba bejn il-pjan ta" rkupru preżenti fil-livell tal-Istati Membri, l-objettivi u l-prijoritajiet ta" Liżbona, il-linjigwida ta" politika integrati u l-Programmi ta" Riforma Nazzjonali, kif ukoll l-użu tal-faċilitajiet ta" flessibilità mogħtija mill-Patt għall-Istabilità u t-Tkabbir rivedut;

68.  Jinnota li, bħala ċentru tad-dilemma fil-kriżi attwali, l-istrumenti ta' politika ekonomika Ewropea għad mhumiex żviluppati biżżejjed biex jilqgħu b'suċċess għall-isfidi li ġejjin; għalhekk, jeħtieġ li jsiru reviżjoni u aġġornament tal-għodod ta' politika essenzjali li jwasslu għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tal-2010, b'mod partikulari l-linji gwida tal-politika integrata;

69.  Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi gwida dwar il-Programmi Nazzjonali ta" Riforma fid-dawl tat-tbassir ta' tkabbir tagħha;

70.  Jitlob li jkunu żviluppati kriterji u standards dettaljati u xierqa għal immonitorjar mill-qrib u analiżi mill-ġdid regolari tal-effettività tal-pjanijiet ta" rkupru mill-Kummissjoni, speċjalment fir-rigward tar-realtà tal-investimenti mħabbra, bil-ħsieb għadu mhux possibbli li jiġu evalwati kompletament l-estent tal-kriżi u r-rimedji rikjesti;

71.  Jistieden lill-partijiet relevanti kollha - lill-Parlament, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-imsieħba soċjali fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali - biex jaħdmu flimkien fuq il-bażi tas-suġġerimenti li ġejjin matul il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa f'Marzu 2009:

   - l-iżvilupp ta" tisħiħ reċiproku tal-istabilità u ta' politiki makroekonomiċi orjentati lejn it-tkabbir billi l-politika dwar l-istabilità u l-investiment issir kwistjoni komuni u ta" appoġġ reċiproku;
   - it-twaqqif ta" qafas li jorbot għall-Istati Membri li fi ħdanu jkunu jistgħu jikkonsultaw lil xulxin u lill-Kummissjoni qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet ewlenin dwar il-politika ekonomika, b'mod li jkun ibbażat fuq fehim komuni ta' problemi, prijoritajiet u l-miżuri ta" rimedju li huma meħtieġa u xierqa;
   - l-adozzjoni ta" pjanijiet ta" rkupru nazzjonali ambizzjużi u mfassla speċifikament, programmi ta' stabilità u ta' konverġenza aġġornati u reviżjoni tal-baġits nazzjonali bħala reazzjoni għall-aħħar tbassir ekonomiku, kif ukoll impenn għall-implimentazzjoni urġenti tagħhom;
   - il-formulazzjoni ta" strateġija koerenti tal-UE ta" miżuri fuq perjodu ta" żmien kemm qasir u kemm twil, ibbażati fuq prijoritajiet u objettivi komuni;
   - it-tisħiħ tal-governanza ekonomika taż-żona euro bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet stipulati fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-18 ta' Novembru 2008 dwar EMU@10;

72.  Jitlob li jkun hemm eżami urġenti min-naħa tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tal-Bank Ewropew tal-Investiment tal-benefiċċji li joħorġu mill-fattibilità ta' fond ta' dejn Ewropew sovran, li l-ispiża ta' manutenzjoni tad-djun tiegħu tkun inqas mit-total ekwivalenti tad-djun nazzjonali;

Bank Ewropew għall-Investiment

73.  Jikkunsidra li l-involviment tal-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB) huwa kruċjali u li sehem kbir tas-self imsemmi fil-Pjan ta" Rkupru huwa fi ħdan il-kompetenza tiegħu; jilqa" l-ftehim tal-Istati Membri dwar żieda ta" kapital għall-EIB; ifakkar li xi interventi tal-EIB jeħtieġu wkoll appoġġ mill-baġit tal-UE, iżda li dan mhux previst bħalissa fil-Pjan ta" Rkupru; jikkunsidra li dan jista" jsir jew billi jintużaw flimkien għotjiet u self jew billi jintużaw strumenti fejn ir-riskju jinqasam b'mod konġunt bħal pereżempju l-Faċilità ta' Finanzjament għall-Qsim tar-Riskji u s-Sistema ta" Garanzija tas-Self għall-proġetti tan-Network Trans-Europew tat-Trasport; f'dan il-każ tal-aħħar, l-EIB jista' jintalab jikkontribwixxi bir-riżervi tiegħu stess, kontribut li jimmultiplika l-effett ta' ingranaġġ; jagħmel enfasi fuq l-irwol tal-EIB fir-rifinanzjament tal-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju, tal- banek kummerċjali, filwaqt li jiġu inklużi l-istrutturi eżistenti ta' sħubija bejn is-settur pubbliku u dak privat; ifakkar f'dan ir-rigward li hemm bżonn li jiġu żviluppati kriterji ta' ffinanzjar li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;

Baġit tal-UE

74.  Ifakkar li l-Pjan għall-Irkupru Ekonomiku u l-miżuri sussegwenti proposti fit-28 ta' Jannar 2009 mill-Kummissjoni jinkludu kontribut Komunitarju li hu stmat li hu ta' EUR 30 000 000 000, li għandu jitqassam fost is-setturi li ġejjin: EUR 5 000 000 000 għall-interkonnessjonijiet tal-enerġija u l-internet b'veloċità għolja permezz ta' reviżjoni tal-qafas finanzjarju plurijennali tal-2007-2013 u miżuri relatati mal-"Kontroll tas-Saħħa" tal-Politika Agrikola Komuni; pagamenti minn qabel taħt il-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni; diversi inizjattivi fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni bħall-inizjattiva Ewropea ta' karozzi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent (green cars), l-inizjattiva tal-fabbriki tal-futur u l-iniżjattiva ta' bini li juża l-enerġija b'mod effiċjenti; żieda fil-prefinanzjament għall-aktar proġetti ta' trasport trans-Ewropew avvanzati, kif ukoll għall-inizjattivi li jiffavurixxu lill-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju jew il-programm Komunitarju ta' innovazzjoni, u għall-fondi li diġà ngħataw permezz ta' self u fondi eżistenti jew ġodda mill-EIB;

75.  Jenfasizza li l-kriżi attwali m'għandhiex tintuża bħala skuża biex ikun pospost ir-riorjentament tant meħtieġ tal-infiq lejn investimenti "ħodor", imma, għall-kuntrarju, għandha tintuża bħala inċentiv addizzjonali biex riorjentament bħal dan jibqa" jsir b'determinazzjoni minkejja kull diffikultà u, f'dan il-kuntest, itenni l-importanza tar-reviżjoni baġitarja ppjanata għall-2009, li m'għandhiex tkun ristretta għal viżjoni teoretika ta" kif jista" jidher il-baġit wara l-2013, imma li għandha tinkludi proposti kuraġġużi għal ċaqliqa fl-ipprogrammar fi żmien ir-reviżjoni ta" nofs it-term tal-programmi pluriennali, biex isir rispons għall-kriżi attwali, filwaqt li jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli u jitqiesu l-isfidi ppreżentati mill-bidla fil-klima;

76.  Jenfasizza li ċerti elementi proposti fil-Pjan għall-Irkupru għadhom wisq vagi fil-formulazzjoni tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex, mingħajr dewmien, tipprovdi liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja bl-informazzjoni dettaljata kollha li hemm bżonn biex tittieħed deċiżjoni; jenfasizza wkoll li bosta mill-elementi inklużi fil-Pjan għall-Irkupru jirrikjedu l-modifika tal-programmi plurijennali eżistenti; ifakkar, f'dan ir-rigward, li dawn il-modifiki għandhom jitwettqu fir-rispett sħiħ tas-setgħat tal-Parlament;

77.  Jenfasizza illi, għalhekk, hemm ir-riskju li l-implimentazzjoni tal-Pjan għall-Irkupru hekk kif propost mill-Kummissjoni sa tieħu żmien konsiderevoli u jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet kollha kkonċernati biex jadottaw malajr kemm jista' jkun id-deċiżjonijiet li hemm bżonn, minħabba s-sitwazzjoni ekonomika diffiċli ferm li attwalment tinsab fiha l-Unjoni Ewropea;

78.  Jenfasizza li l-parti l-kbira tal-miżuri Komunitarji proposti mill-Kummissjoni hi bbażata fuq eżerċizzju ta' tqassim mill-ġdid baġitarju tal-allokazzjonijiet li jkunu diġà ġew ipprogrammati, u mhux fuq il-mobilizzazzjoni ta' riżorsi baġitarji ġodda; jistieden lill-Kummissjoni biex tislet il-konklużjonijiet kollha li hemm bżonn mit-tbassi ekonomiku negattiv ferm li ppubblikat f'Jannar 2009, u biex tevalwa mill-ġdid il-proposti baġitarji tagħha fid-dawl ta' dan it-tbassir ġdid;

79.  Jilqa' l-Pjan għall-Irkupru u l-inizjattivi relatati u jfakkar li kwalunkwe nfiq ġdid mhux previst fil-Baġit tal-2009 jrid ikun iffinanzjat bi flus ġodda, biex ma jiġix kompromess il-qafas finanzjarju plurijennali tal-2007-2013 li ġie nnegozjat bejn iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja; ifakkar, f'dan il-kuntest, fil-possibilitajiet offruti mid-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, b'mod partikulari l-punti 21 sa 23 tiegħu;

80.  Jenfasizza li l-Pjan għall-Irkupru qed jipproponi azzjoni kkoordinata fuq ħafna livelli biex jissaħħu l-ekonomiji tal-Ewropa; itenni l-fatt li l-Parlament lest li jidħol f'negozjati mal-Kunsill għar-reviżjoni ta' EUR 5 000 000 000 tal-qafas finanzjarju plurijennali tal-2007-2013 li kienet proposta mill-Kummissjoni u għal kwalunkwe modifika oħra tal-istrumenti li jista' jkollha impatt baġitarju; jikkunsidra li n-negozjati għandhom ikunu ffukati fuq l-estensjoni tal-ambitu tal-proġetti appoġġjati f'din ir-reviżjoni baġitarja, bi qbil mal-prijoritajiet tal-Istati Membri;

81.  Jirrikonoxxi l-irwol predominanti tal-EIB u tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp fil-kontribut għall-finanzjament ta' investimenti u fit-tisħiħ tal-aċċess għall-finanzjament għan-negoziu, b'mod partikulari għall-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju; jirrimarka li l-kontributi mill-baġit tal-UE għall-operazzjonijiet tal-EIB għandhom il-potenzjali li joħolqu effett ta' ingranaġġ sostanzjali u jixtieq jeżamina kif il-baġit tal-UE jista' jikkontribwixxi ulterjurment biex ikun hemm effetti ta' dan it-tip, u li, fi kwalunkwe każ, għandhom ikunu akkumpanjati minn Memorandum ta' Fehim bejn il-Parlament, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-EIB dwar il-prijoritajiet għall-investiment, waqt li jiġi żgurat li dawn huma orjentati lejn proġetti li huma realment sostenibbli; juri t-tħassib tiegħu dwar it-tendenza dejjem tikber fi ħdan il-Kunsill u l-Kummissjoni li lill-EIB u lill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp jingħatawlhom bosta dmirtijiet supplimentari, mingħajr ma jkunu ngħataw minn qabel il-garanziji ekonomiċi u finanzjarji kollha li l-EIB u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp se jkunu jistgħu jwettqu dawn id-dmirijiet b'suċċess; jinnota li l-Kummissjoni qed tipproponi li żżid l-istrumenti finanzjarji li ġew implimentati mill-EIB taħt il-qafas finanzjarju plurijennali tal-2007-2013; jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi evalwazzjoni inizjali tal-attivitajiet li diġà twettqu f'dan il-kuntest u biex tipproponi soluzzjonijiet fir-rigward tad-diffikultajiet baġitarji u regolatorji fl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet bħal JASMINE, JASPERS u JEREMIE;

82.  Jistenna li l-Kummissjoni tiċċara l-intenzjonijiet tagħha fir-rigward tal-azzjonijiet futuri, b'mod partikulari fir-rigward tal-possibilità ta' kontribut mill-baġit tal-UE għat-tisħiħ ta' dawn l-istrumenti; jistieden lill-Kummissjoni biex tindika liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja sa liema punt dawn l-istrumenti ġodda li saru disponibbli għall-EIB għal inizjattivi futuru se jkunu jirrikjedu intervent mill-baġit tal-UE; jinnota barra minn hekk li ż-żieda fid-dmirijiet mogħija lill-EIB u lill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp toħloq mistoqsijiet importanti fir-rigward tal-iskrutinju demokratiku tal-proġetti li qed jiġu ffinanzjati, meta jkunu involuti fondi mill-baġit tal-UE;

83.  Jiddispjaċih li l-proposta tal-Kummissjoni biex isir investiment fi proġetti trans-Ewropej ta' interkonnessjonijiet tal-enerġija u ta' infrastruttura tal-broadband ma rnexxietx minħabba nuqqas ta' qbil fi ħdan il-Kunsill, kuntrarjament għar-rieda tal-Kunsill Ewropew, hekk kif ġiet espressa f'Diċembru 2008; jikkunsidra li l-baġit tal-UE għandu jintuża għal kontribut biex tiġi affrontata l-kriżi ekonomika permezz tal-istrumenti adegwati previsti fil-Ftehim Interistituzzjonali u jistieden lill-Kunsill biex jibda diskussjonijiet mal-Parlament malajr kemm jista' jkun; jikkunsidra li jistgħu jintużaw biss dawk il-marġini li ġew ikkonfermati u mhux fuq il-bażi tal-bżonnijiet stmati fis-snin baġitarji fil-futur; ifakkar li l-eżerċizzju ta' tqassim mill-ġdid jista' jxekkel lill-politiki eżistenti; jikkunsidra li r-reviżjoni ta' nofs it-terminu hu opportunità tal-aħħar u li ġiet tard biex ikun hemm reazzjoni għall-kriżi ekonomika; jirrimarka li l-Pjan għall-Irkupru, jekk jiġi approvat, se jkollu impatt sinifikanti fuq il-Baġit tal-2009; ifakkar lill-Kummissjoni li l-proposta tagħha hi indikattivi u dipendenti fuq l-approvazzjoni tal-leġiżlatur; jitlob dettalji ulterjuri dwar l-istadju ta' żvilupp ta' kull proġett sabiex jiġu garantiti implimentazzjoni ta' malajr, kif ukoll evalwazzjoni tal-effetti tagħhom fuq perjodu ta' żmien qasir fuq l-impjiegi u t-tkabbir tal-ekonomija sħiħa tal-UE u jitlob ċifri konkreti li għandhom x'jaqsam mal-implimentazzjoni, b'mod partikulari fir-rigward tal-ipprogrammar finanzjarju; jirrimarka li l-infiq tal-UE fuq proġetti tal-enerġija, li taħt il-qafas finanzjarju attwali tal-UE jrid jiġi limitat, għandu jkun iffukat fuq proġetti li jistgħu jinbdew malajr u li jkunu ta' għajnuna sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-UE għall-2020 dwar il-politiki dwar il-bidla fil-klima, partikolarment proġetti dwar l-ekonomija tal-enerġija u dwar l-effiċjenza tal-enerġija, kif ukoll investimenti f'networks ta' enerġija li tiġġedded;

84.  Ifakkar fid-dikjarazzjoni konġunta li kien hemm qbil dwarha fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni tal-21 ta' Novembru 2008 dwar "L-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni", li enfasizzat il-benefiċċji għall-ekonomija mill-aċċelerazzjoni tal-implimentazzjoni tal-fondi strutturali u ta' koeżjoni u dwar "l-approprjazzjonijiet ta' ħlas" bħala appoġġ għall-finanzjament ta' inizjattivi ġodda b'mod partikolari fir-rigward tal-kriżi ekonomika; jinnota li l-ammont ta' pagamenti addizzjonali bil-quddiem previsti għall-2009 fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-Fond Soċjali Ewropew, tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Fond ta' Koeżjoni huwa ta' EUR 6 300 000 000 u li modifiki oħra li jkunu proposti għall-ġestjoni finanzjarja tal-fondi jistgħu jżidu r-ritmu tal-pagamenti interim;

85.  Jitlob lill-Kummissjoni biex iżżomm l-awtorità baġitarja infurmata u biex tiċċara jekk l-antiċipazzjoni tal-pagamenti fil-qafas tal-ġestjoni finanzjarja tal-Fondi hux se tkun konformi mal-iskeda ta' pagamenti prevista għall-2009 mill-awtorità baġitarja, jiġifieri jekk il-livell ta' pagamenti miftiehem mill-Parlament u mill-Kunsill hux se jkun biżżejjed biex jiffinanzja inizjattivi attwali jew futuri;

86.  Ifakkar li kwalunkwe bidla fil-livell ta' pagamenti li l-Kummissjoni se tipproponi trid tkun inkluża f'baġit ta' emenda li għandu jiġi adottat miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja.

87.  Jisħaq fuq il-valur miżjud tal-Programm tan-Networks tat-Trasport Trans-Ewropej (TEN-T) għall-kisba tal-Istrateġija ta' Liżbona, tal-objettivi tal-Unjoni Ewropea relatati mal-bidla fil-klima u għal koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali ikbar, filwaqt li jiġi pprovdut ukoll appoġġ f'waqtu sabiex tiġi sostnuta d-domanda komplessiva fl-Unjoni Ewropea; jilqa' għalhekk il-proposta tal-Kummissjoni biex jiġu antiċipati mill-2010 għall-2009 EUR 500 000 000 f'investimenti fl-infrastruttura tat-trasport;

88.  Jitlob lill-Kummissjoni biex, meta tkun qed tippreżenta l-lista tal-proġetti speċifiċi li għalihom tkun qed issir applikazzjoni biex dawn jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-UE, u kif intalab mill-Kunsill Ewropew ta" Diċembru 2008, tikkunsidra l-ħtieġa li tiżdied il-kompetittività tal-ekonomija tal-UE b'perspettiva fuq perjodu ta" żmien twil, waqt li jiġu antiċipati l-proġetti infrastrutturali li ġa ġew deċiżi u ppjanati;

89.  Jirrakkomanda approċċ flessibbli għall-istruttura ta' nfiq tal-baġit Ewropew u l-allokazzjoni ta' approprjazzjonijiet mhux impenjati jew ta' approprjazzjonijiet li ma jiġux allokati fil-baġit b'mod annwali għal prijoritajiet identifikati f'qafas ta' koeżjoni; jitlob għal darb'oħra għat-tisħiħ urġenti tal-baġit Ewropew, u li ssir l-evalwazzjoni mill-ġdid tad-daqs u l-istruttura ta' nfiq tiegħu;

L-Unjoni Ewropea u l-governanza globali

90.  Iħeġġeġ bil-qawwi lill-Unjoni Ewropea biex tieħu rwol mexxej fil-fora internazzjonali, partikolarment fil-Forum ta' Stabilità Finanzjarja u fil-Fond Monetarju Internazzjonali, u fil-laqgħat li ġejjin tal-G20; jikkunsidra li hu importanti b'mod speċjali li tissaħħaħ is-sorveljanza multilaterali taż-żoni monetarji u tas-swieq finanzjarji; ifakkar li fi żminijiet ta" flussi ħielsa ta" kapital globali, il-konverġenza hi element essenzjali biex jiġu garantiti kundizzjonijiet ugwali għall-kulħadd u qafas regolatorju u superviżorju komprensivi;

91.  Ifakkar dwar l-importanza tas-Summit tal-G20 li jmiss li għandu jsir f'Londra fit-2 ta" April 2009, fejn huwa mistenni li l-istqarrijiet se jinbidlu f'deċiżjonijiet; ifakkar fl-importanza li jsir ftehim fuq skeda taż-żmien ċara għall-azzjoni sabiex il-proċess isir orjentat lejn ir-riżultat; jinsisti fuq il-fatt li mhux biss għandu jintlaħaq qbil dwar kunsiderazzjonijiet finanzjarji iżda li l-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-Istati Membri għandhom jirriflettu wkoll dwar kif ser jirranġaw l-iżbilanċi globali u jaqblu biex jikkoordinaw il-pjan ta" rkupru differenti li ġew adottati reċentement, filwaqt li titqies il-kwistjoni tal-qgħad; jappoġġja l-użu tar-rakkomandzzjonijiet tal-grupp de Larosière bħala bażi għall-formazzjoni tal-pożizzjoni tal-UE fuq l-arkitettura finanzjarja futura; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jisimgħu l-fehmiet tal-Parlament qabel ma jaqblu dwar pożizzjoni ta" negozjar għas-Summit;

92.  Jappoġġja bis-sħiħ id-deċiżjoni tal-membri Ewropej tal-G20 biex jieħdu azzjoni definittiva kontra refuġji mit-taxxi u ġurisdizzjonijiet mhux kooperattivi billi jsir ftehim fuq għadd ta' sanzjonijiet kemm jista' ikun malajr, biex jiġu approvati fil-laqgħa għolja ta' Londra; jirrakkomanda li l-UE għandha taddotta fil-livell tagħha stess il-qafas leġiżlattiv adegwat biex jiġi ristrett in-negozju ma' dawn il-ġurisdizzjonijiet; jenfasizza li approċċi ta' konverġenza globali huma essenzjali biex tiġi iffaċċjata din il-kwistjoni;

93.  Jirrakkomanda b'mod qawwi li l-impatt tat-tranżazzjonijiet internazzjonali fuq l-ekonomika reali fl-Unjoni Ewropea kollha, partikolarment f'dak li jikkonċerna l-kummerċ, il-bidla fil-klima u l-finanzi, jiġu evalwati b'mod xieraq; jappoġġja t-tisħiħ tad-djalogu internazzjonali mal-blokki monetarji l-aktar importanti biex jiġu evitati l-konsegwenzi tal-manipulazzjoni u l-volatilità tal-munita fl-ekonomija reali;

94.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jintensifikaw il-konsultazzjoni u jrawmu relazzjonijiet ta" kooperazzjoni mas-sħab kummerċjali tal-Unjoni Ewropea, u, b'mod speċjali, mal-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti;

95.  Jikkunsidra li l-kriżi attwali ma tridx tipprekludi r-responsabilitajiet tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-promozzjoni tal-iżvilupp internazzjonali u l-ġlieda kontra l-faqar dinji; iwissi li r-riskju li mmorru lura għal politiki protezzjonisti jrid ikun evitat; jenfasizza li l-isforz ta" rkupru dinji jista" jissaħħaħ bil-kbir permezz tal-konklużjoni f'waqtha tal-Laqgħa ta" Doha ta" negozjati dwar il-kummerċ;

o
o   o

96.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Bank Ewropew għall-Investiment, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-President tal-Eurogrupp.

(1) ĠU C 16, 22.1.2009, p. 1.
(2) Testi adottati, P6_TA(2008)0506.
(3) Testi adottati, P6_TA(2008)0058.
(4) Testi adottati, P6_TA(2008)0543.
(5) Testi adottati, P6_TA(2008)0425.
(6) Testi adottati, P6_TA(2008)0476.
(7) Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 2000 dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali (ĠU L 200, 8.8.2000, p. 35).
(8) Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).
(9) Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta" Frar 2008 li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU L 52, 27.2.2008, p. 3).


Politika ta' Koeżjoni: Investiment fl-ekonomija reali
PDF 220kWORD 57k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-Politika ta' Koeżjoni: Investiment fl-ekonomija reali (2009/2009(INI))
P6_TA(2009)0124A6-0075/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' novembru 2008 bl-isem ta' 'Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku' (COM(2008)0800),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2008 bl-isem ta' ''Il-Politika ta' Koeżjoni: ninvestu fl-ekonomija reali'' (COM(2008)0876),

–   wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni tal-14 ta' Novembru 2008 dwar Reġjuni 2020 - evalwazzjoni tal-isfidi futuri għar-reġjuni tal-UE (SEC(2008)2868),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta' Diċembru 2008,

–   wara li kkunsidra l-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta" Koeżjoni, rigward ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja (COM(2008)0803),

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1081/2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew biex jestendi t-tipi ta' spejjeż eliġibbli għal kontribut mill-FSE (COM(2008)0813),

–   wara li kkunsidra l-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-effiċjenza fl-enerġija u l-investimenti fl-enerġija rinovabbli fid-djar (COM(2008)0838),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0075/2009),

A.   billi l-ekonomija Ewropea qed tbati mill-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja globali u mill-iktar reċessjoni mifruxa u serja ta' dawn l-aħħar 60 sena,

B.   billi l-politika ta' koeżjoni tal-UE tagħti kontribut importanti lill-Pjan ta' Rkupru għall-Ekonomija Ewropea u hija l-ikbar sors ta' investiment tal-Komunità fl-ekonomija reali, li jipprovdi għajnuna mmirata sabiex ikunu indirizzati bżonnijiet u oqsma prijoritarji b'potenzjal ta' tkabbir kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat,

C.   billi l-porżjon ta' iktar minn 65% tal-allokazzjoni finanzjarja totali tal-politika ta' koeżjoni tal-UE għall-perjodu 2007-2013 li ġietippjanata għall-investiment fl-erba' oqsma prijoritarji tal-Istrateġija ta' Liżbona mġedda tal-Unjoni għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi - b' mod partikolari n-nies, in-negozju, l-infrastruttura, u l-enerġija, ir-riċerka u l-innovazzjoni - tirrapreżenta għodda importanti, u billi dan it-tip ta' investiment huwa essenzjali sabiex jiġi pprovdut rispons effettiv għall-kriżi finanzjarja attwali,

D.   billi r-reċessjoni attwali għandha tintuża bħala opportunità biex jiġu promossi l-investimenti u jinħolqu impjiegi favur l-ambjent,

E.   billi s-suċċess fil-mitigazzjoni tar-reċessjoni ekonomika jiddependi fuq ir-rieda tal-Istati Membri u tar-reġjuni li jimplimentaw bil-ħeffa l-objettivi tal-programmi tagħhom,

1.  Jilqa' bis-sħiħ l-adozzjoni tal-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku li jagħti linji ġenerali għal azzjoni koordinata mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni biex tiġi ffaċċjata l-kriżi ekonomika; jikkunsidra li l-Pjan huwa bbażat fuq il-prinċipju tas-solidarjetà u l-ġustizzja soċjali u m'għandux imur kontra l-Istrateġija ta' Liżbona, u li l-miżuri proposti fih se jikkontribwixxu għal riformi strutturali iktar fil-fond u fuq medda twila ta' żmien;

2.  Jikkunsidra li l-politika ta' koeżjoni tal-UE, peress li hija politika mmirata biex tiżgura t-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp soċjali, u biex tistimula realment l-ekonomija fuq medda ta' żmien twila, medja u qasira, tista' tikkontribwixxi b'mod importanti biex tingħeleb il-kriżi finanzjarja attwali u biex wieħed jaħdem lejn irkupru tal-Istati Membri u tar-reġjuni, inklużi dawk bi żvantaġġi permanenti;

3.  Jenfasizza l-fatt li l-Fondi Strutturali huma għodda qawwija, maħsuba biex tgħin lir-reġjuni fl-istrutturar mill-ġdid ekonomiku u soċjali tagħhom u biex b'hekk jiġu implimentati l-azzjonijiet taħt l-erba' oqsma ta' prijorità tal-Pjan sabiex tiġi msaħħa l-ekonomija, u japprova l-użu tagħhom, minflok l-invenzjoni mgħaġġla ta' għodod ekonomiċi ġodda; jinnota li dawn l-azzjonijiet jikkumplimentaw lil dawk li sar impenn għalihom fuq livell nazzjonali; jemmen li minħabba l-pressjoni sinifikanti fuq il-baġits nazzjonali, il-fondi u l-intervenzjonijiet tal-politika ta' koeżjoni tal-UE għandhom jiġu aċċellerati, sabiex tingħata spinta f'waqtha lill-ekonomija u biex jiġi provdut appoġġ, speċjalment għal persuni milquta mill-kriżi;

4.  Jappoġġja l-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni li huma paralleli u kumplimentari għall-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku, biex jiġu emendati tlieta mir-Regolamenti tal-Fondi Strutturali eżistenti 2007-2013 (Regolamenti (KE) Nru 1083/2006, Nru 1080/2006 u Nru 1081/2006); jappoġġja bis-sħiħ it-tibdil propost bil-għan li jittejbu l-fluss u l-likwidità tal-flus fl-Istati Membri, jiġi faċilitat l-użu ta' strumenti ta' inġinerija finanzjarja, jiġu estiżi l-possibilitajiet għal appoġġ għall-investiment fl-effiċjenza tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli fid-djar u tiżdied il-flessibilità tal-Fondi Strutturali biex dawn jiġu adattati għall-bżonnijiet taċ-ċirkostanzi ekonomiċi straordinarji b'perspettiva fuq medda twila ta' żmien;

5.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tissorvelja mill-qrib il-miżuri ekonomiċi meħuda mill-Istati Membri, sabiex jiġi żgurat li dawn ma jiksrux il-kompetizzjoni libera tas-swieq, u l-istandards soċjali li kienu pilastri essenzjali tal-integrazzjoni Ewropea sa mill-bidu nett, kif ukoll biex tissorvelja l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-ambjent u l-ħarsien tal-ambjent;

6.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-miżuri adottati biex l-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni tkun iktar mgħaġġla, sempliċi u flessibbli ma jnaqqsux mir-responsabilità tagħhom li jissorveljaw l-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri;

7.  Jilqa' t-twaqqif mill-Kummissjoni ta' grupp ta' esperti (''task force għas-simplifikazzjoni'') li jaħdem fuq simplifikazzjoni ulterjuri possibbli tal-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali; jistenna b'ħerqa proposti ta' simplifikazzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni previsti għall-bidu tal-2009;

8.  Jistieden lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jagħtu garanzija li l-prinċipju ta' sħubija stipulat fl-Artikolu 11 tar-Regolament ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (Regolament (KE) Nru 1083/2006) ikun applikat bis-sħiħ u li r-rekwiżit ta' involviment sħiħ tal-imsieħba jkun irrispettat;

9.  Jenfasizza l-irwol importanti ta' organizzazzjonijiet fil-livell lokali, ta' NGOs u tal-ekonomija soċjali fil-promozzjoni tal-koeżjoni u l-inklużjoni soċjali, partikolarment matul żminijiet ta' kriżi ekonomika; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li kull simplifikazzjoni tal-Fondi Strutturali tnaqqas il-piż amministrattiv fuq dawn l-organizzazzjonijiet;

10.  Huwa partikolarment imħasseb dwar l-impatt territorjali differenti li għandha l-kriżi madwar it-territorju Ewropew, u dwar l-impatt iktar qawwi li hija għandha fuq l-Istati Membri li diġà għandhom livell ta' għajxien iktar baxx mill-medja tal-UE, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw b'mod xieraq l-objettiv tal-koeżjoni territorjali fl-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' miżuri konkreti għall-ġlieda kontra l-kriżi ekonomika; jitlob b'mod partikolari lill-Kummissjoni biex tiżgura bilanċ ġeografiku adegwat meta tippreżenta lista ta' proġetti speċifiċi, mitluba mill-Kunsill Ewropew għat-tisħiħ tal-investimenti fl-infrastruttura u tal-effiċjenza tal-enerġija;

11.  Jikkunsidra li miżuri, bħall-flessibilità u l-aċċelerazzjoni tal-ħlasijiet, l-użu ta' ħlasijiet ta' somom ta' flus uniċi u ta' rati fissi għandhom jistimulaw l-implimentazzjoni tal-politika, speċjalment fis-setturi tal-infrastruttura, tal-enerġija u tal-ambjent, kif ukoll fil-proġetti ESF; jikkunsidra illi, f'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri bi gwida ċara; jiddispjaċih madankollu li ma tqisux miżuri importanti oħra, bħall-proposti għal żieda attwali u immedjata tal-likwidità fil-post, permezz ta' intervenzjoni iktar wiesgħa fis-snin li ġejjin dwar ħlasijiet interim;

12.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni biex iżżid il-ħlasijiet bil-quddiem, sabiex tħaffef l-implimentazzjoni ta' proġetti billi tipprovdi riżorsi finanzjarji fi stadju bikri tal-implimentazzjoni ta' proġett u b'hekk tnaqqas il-ħtieġa għal self mill-banek; iħeġġeġ madankollu lill-banek u lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jagħmlu użu sħiħ mill-faċilitajiet mogħtija lilhom biex iżommu u jappoġġjaw is-self lill-ekonomija u jgħaddu tnaqqis fir-rati tal-interessi prinċipali lis-selliefa;

13.  Jenfasizza b'mod qawwi l-irwol pożittiv li l-politika ta' koeżjoni jista' jkollha fit-tisħiħ tas-solidarjetà u t-trawwim mill-ġdid tal-fiduċja billi tintroduċi miżuri sabiex ikun hemm investiment pubbliku biex tingħata spinta lid-domanda interna;

14.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali sabiex jiggarantixxu l-kontribut tagħhom kif meħtieġ mir-regoli tal-kofinanzjament, sabiex il-fondi allokati mill-Fondi Strutturali jkunu jistgħu jiġu sfruttati bis-sħiħ;

15.  Jenfasizza l-importanza ta' miżuri bħala appoġġ għal persuni u negozji, iżda fuq kollox għall-impjieg, sabiex ikun hemm irkupru ekonomiku b'suċċess; jitlob biex tittieħed azzjoni deċiżiva biex tiġi appoġġjata t-talba fl-ekonomija, kif ukoll miżuri ta' għajnuna għall-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju (SMEs), għall-intrapriżi ta' ekonomija soċjali, u għall-awtoritajiet lokali u reġjonali ħalli tinżamm koeżjoni u jiġu salvagwardjati l-investiment ewlieni u l-proġetti ta' infrastruttura; jitlob lill-Istati Membri biex jagħmlu użu wiesa' tal-Fondi Strutturali biex jiżguraw il-ħolqien tal-impjiegi, jiġu l-SMEs, l-intraprenditorija u t-taħriġ professjonali;

16.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta li l-investimenti fl-effiċjenza tal-enerġija u l-użu tal-enerġiji rinnovabbli fid-djar għandhom ikunu eliġibbli għall-fondi ERDF madwar l-Unjoni kollha; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jagħmlu użu komprensiv minn din il-possibilità ġdida u biex jadattaw il-programmi operattivi tagħhom b'mod adegwat, sabiex isaħħu triqthom lejn l-iżvilupp sostenibbli u biex jinvestu f'infrastrutturi u f'innovazzjonijiet favur l-ambjent; jenfasizza, b'mod ġenerali, l-importanza tal-investiment fl-infrastruttura tal-enerġija, li saret evidenti, pereżempju, matul il-kriżi reċenti tal-gass;

17.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jesploraw is-sinerġiji bejn il-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni u sorsi oħra ta' finanzjament tal-Komunità (TEN-T, TEN-E, is-7 Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku, il-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni) kif ukoll il-finanzjament ipprovdut mill-Bank Ewropew għall-Investiment u mill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jissimplifikaw l-aċċess għall-allokazzjoni tal-fondi li joffru l-istrumenti finanzjarji JESSICA, JASMINE u JEREMIE sabiex jistimolaw l-użu iktar frekwenti tagħhom mill-SMEs u mill-benefiċjarji interessati;

18.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex telabora miżuri għat-titjib tal-fluss tal-kontanti lill-awtoritajiet responsabbli u biex iżżid l-għajnuna teknika lill-Istati Membri u l-iskambju tal-aħjar prattika bejn ir-reġjuni, sabiex tittejjeb il-kwalità tal-proġetti u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-proġetti; jenfasizza l-importanza ta' JASPERS għall-preparazzjoni tal-proġetti; jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja lill-Istati Membri fir-reviżjoni, jekk din tkun neċessarja, tal-programmi operattivi tagħhom; jenfasizza madankollu l-bżonn għal tixrid immedjat tal-informazzjoni lill-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar dawn il-modifiki;

19.  Jikkunsidra l-approvazzjoni tas-sistemi nazzjonali ta' ġestjoni u kontroll mill-Kummissjoni bħala kruċjali sabiex titħaffef l-implimentazzjoni tal-programmi u jistieden lill-Istati Membri biex jiffinalizzaw il-proċess li jinfurmaw lill-Kummissjoni malajr kemm jista' jkun;

20.  Jenfasizza l-irwol tal-edukazzjoni u t-taħriġ biex ikun żgurat l-irkupru tal-ekonomija għal perjodu ta' żmien twil u jitlob li l-miżuri skont l-ESF ikunu aġġornati, kemm f'termini ta' garanzija ta' iktar disponibilità ta' riżorsi kif ukoll fl-ilħiq ta' livell ogħla ta' flessibilità;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa kriterji u standards dettaljati adegwati għal sorveljanza mill-qrib u evalwazzjoni mill-ġdid tal-effettività tal-pjanijiet ta' rkupru fil-livelli nazzjonali u reġjonali, partikolarment fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti ta' trasparenza; jitlob li ssir evalwazzjoni fl-2010 tal-effettività tar-riformi wara l-adozzjoni tar-Regolamenti tal-Fondi Strutturali riveduti, sabiex titjieb iktar l-effiċjenza ta' dawn il-miżuri, kif ukoll li ssir analiżi tar-raġunijiet għall-problemi u d-dewmien fl-implimentazzjoni tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tqis dawm l-osservazzjonijiet meta tkun qed tfassal il-proposti tagħha għall-ġenerazzjoni li jmiss tal-programmi tal-Fondi Strutturali;

22.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

Avviż legali - Politika tal-privatezza