Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0194(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0053/2009

Testi mressqa :

A6-0053/2009

Dibattiti :

PV 24/04/2009 - 3
CRE 24/04/2009 - 3

Votazzjonijiet :

PV 24/04/2009 - 7.13
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0321

Testi adottati
PDF 283kWORD 36k
Il-Ġimgħa, 24 ta' April 2009 - Strasburgu
Ħlasijiet transkonfinali fil-Komunità ***I
P6_TA(2009)0321A6-0053/2009
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-pagamenti transkonfinali fil-Komunità (COM(2008)0640 – C6-0352/2008 – 2008/0194(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lil-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0640),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0352/2008),

–   wara li kkunsidra l-impenn tar-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-25 ta' Marzu 2009, li japprova l-proposta kif emendata, skont l-Artikolu 251(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż, tat-Trattat KE,

–   having regard to Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0053/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001
P6_TC1-COD(2008)0194

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 924/2009.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza