Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0248(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0257/2009

Testi mressqa :

A6-0257/2009

Dibattiti :

PV 05/05/2009 - 3
CRE 05/05/2009 - 3

Votazzjonijiet :

PV 06/05/2009 - 6.1
CRE 06/05/2009 - 6.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0360

Testi adottati
PDF 296kWORD 51k
L-Erbgħa, 6 ta' Mejju 2009 - Strasburgu
L-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika ***II
P6_TA(2009)0360A6-0257/2009
RETTIFIKI
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar il-pożizzjoni komuni adotatta mill-Kunsill bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet għall-protezzjoni tal-konsumatur (16497/1/2008 – C6-0068/2009 – 2007/0248(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (16497/1/2008 – C6-0068/2009),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħi fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (COM(2007)0698),

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2008)0723),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0257/2009),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, 24.9.2008, P6_TA(2008)0452.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fis-6 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika ur-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-koperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet dwar għall-protezzjoni tal-konsumatur
P6_TC2-COD(2007)0248

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/136/KE.)


ANNESS

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-servizz universali

(Premessa 3a) - Is-servizz universali

Il-Kummissjoni tieħu nota tat-test tal-premessa (3a) li kien hemm qbil dwaru mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Il-Kummissjoni f'dan il-kuntest tixtieq tafferma mill-ġdid, kif mistqarr fil-Komunikazzjoni tagħha COM (2008)0572 tal-25 ta" Settembru 2008 dwar il-firxa ta" applikazzjoni tas-servizz universali fin-netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li matul l-2009 se tippromwovi dibattitu estensiv fil-livell tal-UE li se jeżamina firxa wiesgħa ta' approċċi alternattivi u jippermetti lill-partijiet kollha interessati li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom.

Il-Kummissjoni se tagħmel sommarju tad-dibattitu f'Komunikazzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u se tressaq dawn il-proposti sal-1 ta' Mejju 2010 fir-rigward tad-Direttiva dwar is-Servizzi Universali skont kif jitqies meħtieġ.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar notifika ta" ksur tad-data

(Artikolu 2(h) u 4(3) – Direttiva ePrivatezza)

Ir-riforma tal-Qafas Regolatorju għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi tintroduċi kunċett ġdid għall-protezzjoni tad-data u r-regoli tal-privatezza tal-UE: notifika mandatorja tal-ksur ta" data personali mill-fornituri ta" servizzi u netwerks ta" komunikazzjonijiet elettroniċi. Dan huwa pass importanti biex tissaħħaħ il-protezzjoni tas-sikurezza u l-privatezza, għalkemm f'dan l-istadju tibqa" limitata għas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

Il-Kummissjoni tieħu nota tar-rieda tal-Parlament Ewropew li obbligu ta" notifika dwar il-ksur ta" data personali ma għandux ikun limitat għas-settur tat-telekomunikazzjonijiet elettroniċi iżda wkoll għandu japplika wkoll għal entitajiet bħall-fornituri ta" servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni. Approċċ bħal dan għandu jkun allinjat bis-sħiħ mal-għan tal-politika pubblika ġenerali li jsaħħaħ il-protezzjoni tad-data personali taċ-ċittadini tal-UE, u l-abilità tagħhom li jieħdu azzjoni fil-każ li data ta" dan it-tip tiġi kompromessa.

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tixtieq tafferma mill-ġdid l-opinjoni tagħha, kif mistqarr matul in-negozjati dwar ir-riforma tal-Qafas Regolartorju, li l-obbligu tal-fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku li jiġi notifikat ksur ta' data personali, jiġġustifika l-estensjoni tad-dibattitu għal rekwiżiti ta" notifika ta" ksur applikabbli fuq livell ġenerali.

Il-Kummissjoni għalhekk mingħajr dewmien se tibda x-xogħol preparatorju xieraq, inkluża konsultazzjoni mal-partijiet interessati bil-għan li tippreżenta proposti f'dan il-qasam, sal-2011, kif meħtieġ. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tikkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-potenzjal għall-applikazzjoni, b'effett immedjat, f'setturi oħra tal-prinċipji li jinsabu fir-regoli tal-ksur tad-data fid-Direttiva 2002/58/KE, indipendentement mis-settur jew it-tip ta" data kkonċernata.

Avviż legali - Politika tal-privatezza