Ftehim bejn il-KE u l-Pakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru *
196k
31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (COM(2008)0081 – C6-0080/2009 – 2008/0036(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0081),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 80(2) u 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat tal-KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0080/2009),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar it-Trasport u t-Turiżmu (A6-0188/2009),
1. Japprova l-konklużjoni tal-ftehima;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan.
L-adeżjoni tal-KE fil-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Regolament Nru 61 dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' vetturi kummerċjali ***
202k
33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea fil-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Regolament tal-Ewropa Nru 61 dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' vetturi kummerċjali fir-rigward ta' oġġetti ħerġin 'il barra quddiem il-pannell ta' wara tal-kabina (COM(2008)0675 – 7240/2009 - C6-0119/2009 – 2008/0205(AVC))
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0675 - 7240/2009),
– wara li kkunsidra t-talba għal kunsens magħmula mill-Kunsill skont l-Artikolu 4(2), tieni inċiż, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (C6-0119/2009)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 75(1) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0243/2009),
1. Jagħti l-kunsens tiegħu għall-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jkunu ffittjati ma' u/jew ikunu wżati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijet ("Ftehim Rivedut tal-1958") (ĠU L 346 17.12.1997, p. 78).
Kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ekwidi (verżjoni kkodifikata) *
200k
32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta" equidae (verżjoni kkodifikata) (COM(2008)0715 – C6-0479/2008 – 2008/0219(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0715),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0479/2008),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta" Diċembru 1994 - Metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta" testi leġiżlattivi(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0248/2009),
A. billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (verżjoni kodifikata) *
200k
33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi skema ta' skambji applikabbli għal ċerti oġġetti kummerċjali li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (verżjoni kodifikata) (COM(2008)0796 – C6-0018/2009 – 2008/0226(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0796),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 37 u 133 tat-Trattat KE, skont liema artikoli huwa kien ikkonsultat mill-Kunsill (C6-0018/2009),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar – Metodu ta' ħidma aċċelerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0249/2009),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta konċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-22 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Annessi tiegħu (14518/1/2008 – C6-0003/2009 – 2006/0008(COD))
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (14518/1/2008 – C6-0003/2009),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposti tal-Kummissjoni lill-Parlament u l-Kunsill (COM(2006)0007) u (COM(2007)0376),
– wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2008)0648),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0207/2009),
1. Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Annessi tiegħu
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 988/2009.)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura għall- implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-tas-sistemi ta" sigurtà soċjali (14516/4/2008 – C6-0006/2009 – 2006/0006(COD))
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (14516/4/2008 – C6-0006/2009),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0016),
– wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2008)0647),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0204/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta" sigurtà soċjali
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 987/2009.)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni mill-Komunità fi programm Ewropew ta" riċerka u żvilupp dwar il-metroloġija mwettaq minn diversi Stati Membri (COM(2008)0814 – C6-0468/2008 – 2008/0230(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0814),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), l-Artikolu 169 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 172 tat-Trattat tal-KE, skont liema l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0468/2008),
– wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tas-7 ta" April 2009 sabiex jadotta l-proposta kif emendata, skont l-ewwel inċiż fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE,
– wara li ikkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0221/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni Nru .../2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni mill-Komunità fi programm Ewropew ta" riċerka u żvilupp dwar il-metroloġija meħud b'impenn minn diversi Stati Membri
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 912/2009/KE.)
L-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq l-injam u prodotti tal-injam ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (COM(2008)0644 – C6-0373/2008 – 2008/0198(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2008)0644),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0373/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0115/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' April 2009bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE)Nru.../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq tal-Komunità l-injam u prodotti tal-injam
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni║,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),
Huma u jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),
Billi:
(1) Il-foresti jipprovdu varjetà wiesgħa ta' benefiċċji ambjentali, ekonomiċi u soċjali inklużi prodotti tal-foresta mill-injam u mhux mill-injam u servizzi ambjentali u habitats għall-komunitajiet lokali.
(2)L-ambjent tal-foresta huwa patrimonju prezzjuż li għandu jiġi mħares, ippreservat u, fejn dan ikun prattiku, iġġenerat mill-ġdid bil-għan aħħari li jinżammu l-bijodiversità u l-funzjonijiet tal-ekosistemi, filwaqt li titħares il-klima u jiġu salvagwardjati d-drittijiet tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali u ta" dawk li jiddependu mill-foresti.
(3)Il-foresti huma sors ekonomiku, u l-kultivazzjoni tagħhom tiġġeneraprosperità u impjiegi.Il-kultivazzjoni tal-foresti għandha wkoll effetti pożittivi fuq il-klima billi l-prodotti tagħhom jistgħu jissostitwixxu prodotti li jikkunsmaw aktar enerġija.
(4)Huwa importanti ħafna, b'mod partikolari mill-aspett tal-klima, li subkuntratturi li joperaw fis-suq Komunitarjujagħmlu l-kummerċ biss f'injam maħsud b'mod legali billi injam bħal dan jiżgura li l-funzjoni importanti tal-foresti bħala bjar tad-dijossidu tal-karbonju ma tiġix imfixkla.Barra minn hekk, l-użu ta" injam maħsud b'mod legali bħala materjal tal-bini, pereżempju fi djar tal-injam, jgħin biex id-dijossidu tal-karbonju jinqabad fuq perijodu fit-tul.
(5)Il-forestrija tikkontribwixxi għall-biċċa 'l kbira tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u hija s-sors primarju ta' dħul għal ħafna persuni f'dawn il-pajjiżi.Huwa għalhekk importanti li dan l-iżvilupp u s-sors ta" dħul ma jitrażżanx, iżda li jkun hemm emfasi fuq kif l-iżvilupp aktar sostenibbli tal-forestrija f'dawkir-reġjuni ikun promoss.
(6) Minħabba d-domanda dejjem tiżdied għall-injam u l-prodotti tal-injam mad-dinja kollha flimkien man-nuqqasijiet istituzzjonali u ta' governanza li jinsabu fis-settur tal-foresta f'għadd ta' pajjiżi li jipproduċu l-injam, il-qtugħ illegali u l-kummerċ marbut miegħu saru kwistjoni dejjem aktar ta' tħassib.
(7)Huwa evidenti li l-pressjoni fuq ir-riżorsi naturali tal-foresti u d-domanda għall-injam u l-prodotti tal-injam sikwit tkun qawwija u li l-Komunità teħtieġ li tnaqqas l-impatt tagħha fuq l-ekosistemi tal-foresti, indipendentement minn fejn jidhru l-effetti tagħhom.
(8) Il-qtugħ illegali, flimkien man-nuqqasijiet istituzzjonali u ta" governanza fis-settur tal-foresti f'numru sinifikanti ta" pajjiżi li jipproduċu l-injam, huwa problema ta' tħassib internazzjonali ewlieni. Il-qtugħ illegalihuwa ta' theddida sinifikanti għall-foresti għax jikkontribwixxi għall-proċess ta' deforestazzjoni u deġenerazzjoni tagħhom, li huwa responsabbli għal madwar 20% tal-emissjonijiet ta' CO2, jinfluwenza d-deżertifikazzjoni u l-proċess tal-formazzjoni tal-isteppi, iżid l-erożjoni tal-ħamrija u jħarrax il-fenomeni klimatiċi estremi u l-għargħar li jista' jsegwi, jhedded il-bijodiversità, jagħmel ħsara fil-habitats tal-popli indiġeni u jimmina l-ġestjoni u l-iżvilupp sostenibbli tal-foresti. Barra minn hekk, għandu wkoll implikazzjonijiet soċjali, politiċi u ekonomiċi, u sikwit ifixkel il-progress lejn l-għanijiet ta" governanza tajba, u jhedded il-komunitajiet lokali li jiddependu mill-foresti, kif ukoll id-drittijiet tal-popli indiġeni.
(9)L-għan ta" dan ir-Regolament huwa li jwaqqaf il-kummerċ tal-injam maħsud b'mod illegali u ta" prodotti magħmula minnu fl-UE u biex jikkontribwixxi għall-waqfien tad-deforestazzjoni u d-deġenerazzjoni tal-foresti u għall-emissjonijiet tal-karbonju u t-telfien fil-bijodiversità globali marbuta magħhom, filwaqt li jippromwovi t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-iżvilupp uman sostenibbli u r-rispett għall-popli indiġeni u tal-post.Dan ir-Regolament għandu jikkontribwixxi biex jiġu ssodisfati l-obbligi u l-impenji li hemm, fost l-oħrajn, fil-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika tal-1992 (CBD); il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali tal-Ispeċi fil-Periklu ta" Fawna u Flora Selvaġġi tal-1973 (CITES); il-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali (ITTA) tal-1983, l-1994 u l-2006; il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima tal-2002 (UNFCCC); il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni tal-1994; id-Dikjarazzjoni ta" Rio dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp tal-1992; id-Dikjarazzjoni ta" Johannesburg u l-Pjan ta" Implimentazzjoni kif adottati mis-Samit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fl-4 ta" Settembru 2002; il-proposti għal azzjoni tal-PanelIntergovernattiv dwar il-Foresti tal-NU, endorsjat misSessjoni Speċjali tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (Ungass) tal-1997, u tal-Forum Internazzjonali dwar il-Foresti tal-NU; l-istqarrija awtoritarja iżda mhux legalment vinkolanti tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp (UNCED) dwar il-prinċipji għall-Qbil Globali dwar il-Ġestjoni, il-Konservazzjoni u l-Iżvilupp Sostenibbli tat-Tipi Kollha ta' Foresti tal-1992; l-Aġenda 21 kif adottata mill-UNCED f'Ġunju 1992; ir-Riżoluzzjoni tal- Ungass dwar "Programm għat-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-Aġenda 21" tal-1997; id-Dikjarazzjoni tal-Millennju tal-2000; il-Karta Dinjija għan-Natura tal-1982; id-Dikjarazzjoni tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent Uman tal-1972; il-Pjan ta" Azzjoni tal-1972 għall-Ambjent Uman, ir-Riżoluzzjoni 4/2 tal-Forum tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Foresti; il-Konvenzjoni dwar il-Ħajja Selvaġġa u l-Habitats Ewropej tal-1979 u l-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni tal-2003 (UNCAC).
(10)Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm Komunitarju ta" Azzjoni Ambjentali(4)identifikat bħala attività ta" prijorità l-eżami tal-possibiltà li jittieħdu miżuri attivi biex jiġi evitat u jingħeleb il-kummerċ fl-injam maħsud b'mod illegali, kif ukoll it-tkomplija tal-parteċipazzjoni attiva tal-Komunità u tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta" riżoluzzjonijiet globali u reġjonali u ta' ftehimiet dwar kwistjonijiet marbuta mal-foresti.
(11) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Mejju 2003 bit-titolu "Infurzar tal-Liġi tal-Foresta, il-Governanza u l-Kummerċ (FLEGT): Proposta għall-Pjan ta' Azzjoni tal-UE" ipproponiet pakkett ta' miżuri biex jappoġġjaw l-isforzi internazzjonali biex tinstab soluzzjoni għall-problema tal-qtugħ illegali ta' siġar u l-kummerċ marbut miegħu(5)u biex jagħtu kontribut għall-għan aktar wiesa' tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti.
(12) Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew filwaqt li jagħrfu l-ħtieġa li l-Komunità tagħti sehemha fl-isforz globali biex tiġi indirizzata l-problema tal-qtugħ illegali u biex ikun appoġġjat il-qtugħ legali b'mod sostenibbli fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli, tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tat-tnaqqis tal-faqar, kif ukoll tal-ugwaljanza soċjali u s-sovranità nazzjonali, laqgħu din il-Komunikazzjoni.
(13) Skont l-għan ta' din il-Komunikazzjoni, jiġifieri li jiġi żgurat li jidħlu biss fil-Komunità prodotti tal-injam li ġew manifatturati skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiż produttur, il-Komunità qed tinnegozja Ftehimiet ta' Sħubija Volontarja (VPAs) ma' pajjiżi li jipproduċu l-injam (pajjiżi msieħba), li jimponu obbligu li jorbot legalment fuq l-imsieħba li jimplimentaw skema ta' liċenzjar u li jirregolaw il-kummerċ fl-injam u l-prodotti tal-injam identifikati fil-VPAs.
(14)Il-Komunità għandha tagħmel pressjoni wkoll, f'taħditiet bilaterali ma' pajjiżi ewlenin li jikkunsmaw l-injam bħall-Istati Uniti, iċ-Ċina, ir-Russja u l-Ġappun, biex isiru diskussjonijiet marbuta mal-problema tal-qtugħ illegali, biex ikun hemm konverġenza dwar obbligi xierqa u armonizzati fuq l-operaturi fis-swieq tagħhom tal-injam, u biex tinħoloq sistema indipendenti ta' twissija kif ukoll reġistru globali tal-qtugħ illegali magħmula, pereżempju, mill-Interpol u minn korp xieraq tan-Nazzjonijiet Uniti, li tibbenefika mill-aħħar teknoloġiji għall-ittraċċar bis-sattelliti.
(15)Operaturi minn pajjiżi b'foresti ta' importanza ekoloġika internazzjonali għandu jkollhom responsabilità partikulari għall-isfruttar sostenibbli tal-injam.
(16) Minħabba l-kobor u l-urġenza tal-problema, jeħtieġ li tkun appoġġjata b'mod attiv il-ġlieda kontra l-qtugħ illegali u l-kummerċ marbut miegħu, jitnaqqas l-impatt tal-Komunità fuq l-ekosistemi tal-foresti, tkun ikkomplementata u msaħħa l-inizjattiva tal-VPA u jittejbu s-sinerġiji bejn il-politika li għandha l-għan li tnaqqas il-faqar, tħares il-foresti u l-kisba ta' livell għoli ta' ħarsien tal-ambjent, inkluża l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u t-telfien tal-bijodiversità.
(17)Meta wieħed iqis il-prinċipju tal-azzjoni preventiva, il-parteċipanti kollha fil-katina tal-forniment għandhom jaqsmu r-responsabilità għat-tneħħija tar-riskju li jitqiegħed fis-suq injam maħsud illegalment u prodotti ġejjin minnu.
(18) L-isforzi magħmula mill-pajjiżi li kkonkludew VPAs FLEGT mal-Komunità u l-prinċipji inkorporati fihom, b'mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni ta' njam prodott legalment, għandhom isibu għarfien. Jeħtieġ ukoll li jitqies li skont l-iskema ta' liċenzjar tal-FLEGT l-injam u l-prodotti tal-injam biss maħsuda skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti jiġu esportati fil-Komunità. Għal dan il-għan, il-prodotti tal-injam imniżżla fl-Annessi II u III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar it-twaqqif ta' skema ta' liċenzjar tal-FLEGT għal importazzjonijiet ta' njam fil-Komunità Ewropea(6), li joriġinaw fil-pajjiżi msieħba elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 għandhom jitqiesu li huma maħsuda legalment sakemm ikunu konformi ma' dan ir-Regolament u kull dispożizzjoni ta' implimentazzjoni. Il-prinċipji stipulati fil-VPAs, b'mod partikolari rigward id-definizzjoni ta" "injam prodott b'mod legali" għandhom jinkludu u jiggarantixxu l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, iż-żamma tal-bijodiversità, il-ħarsien tal-komunitajiet lokali dipendenti mill-foresti u tal-popli indiġeni, kif ukoll is-salvagwardja tad-drittijiet ta" dawn il-komunitajiet u l-popli.
(19) Irid jitqies ukoll il-fatt li l-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali tal-Ispeċi tal-Fawna u l-Flora fil-Periklu (CITES) titlob mill-partijiet fil-Konvenzjoni biex jagħtu biss permess CITES għall-esportazzjoni meta speċi li tkun elenkata fis-CITES tkun ġiet maħsuda, fost l-oħrajn, b'konformità mal-leġiżlazzjoni domestika fil-pajjiż ta' esportazzjoni. Għal dan il-għan, il-prodotti tal-injam tal-ispeċijiet elenkati fl-Annessi A, B u C tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni tal-ispeċijiet ta' fawna u flora fin-natura billi jiġi rregolat il-kummerċ fihom(7) għandhom jitqiesu li huma legalment maħsuda sakemm ikunu konformi ma' dan ir-Regolament u kull dispożizzjoni ta' implimentazzjoni.
(20) Filwaqt li titqies il-komplessità tal-qtugħ illegali fir-rigward tal-fatturi ta' bażi u l-impatti, l-inċentivi għall-aġir illegali għandhom jitnaqqsu billi jiġi mmirat l-aġir tal-operaturi. It-tisħiħ tar-rekwiżiti u tal-obbligi kif ukoll it-titjib tal-mezzi legali biex issir prosekuzzjoni tal-operaturi għall-pussess tal-injam u l-prodotti tal-injam illegali u għat-tqegħid u disponibbilita' fis-suq Komunitarjuta' taliinjam u prodotti tal-injam huma fost l-aktar soluzzjonijiet effikaċi biex l-operaturi ma jitħajrux jagħmlu kummerċ ma' fornituri illegali.
(21) Fin-nuqqas ta' definizzjoni bi qbil internazzjonali l-leġiżlazzjoni tal-pajjiż fejn l-injam jinħasad għandha tkun il-bażi biex ewlenija jiġi ddefinit x'jikkostitwixxi qtugħ illegali. L-applikazzjoni tal-istandards ta" legalità ġġib magħha l-konsiderazzjoni ta" aktar standards internazzjonali li jinkludu, fost l-oħrajn, dawk tal-Organizzazzjoni Afrikana tal-Injam, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Injam Tropikali, il-Proċess ta" Montreal dwar il-Kriterji u l-Indikaturi għall-Konservazzjoni u l-Ġestjoni Sostenibbli ta" Foresti Temporali u Boreali, u l-Proċess Pan-Ewropew dwar il-Kriterji u l-Indikaturi għall-Ġestjoni Sostenibbli tal-Foresti.Tali applikazzjoni ta' standards ta' legalita' għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta" impenji, prinċipji u rakkomandazzjonijiet internazzjonali, inklużi dawk rigward il-mitigazzjoni tal-bidla fil-klima, it-tnaqqis tat-telfien tal-bijodiversità, it-taffija tal-faqar, it-tnaqqis tad-deżertifikazzjoni u l-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali u ta" dawk li jiddependu mill-foresti.Il-pajjiż li jaħsad l-injam għandu jipprovdi inventarju tal-qtugħ legali kollu, b'dettalji dwar l-ispeċijiet tas-siġar u l-produzzjoni massima tal-injam.
(22) Ħafna prodotti tal-injam jgħaddu minn għadd ta' proċessi qabel u wara li jitqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba. Sabiex jiġi evitat li jkun hemm piż amministrattiv impost għalxejn dawk l-operaturi biss li jqiegħdu l-injam u prodotti tal-injam fis-suq għall-ewwel darba, aktar milli l-operaturi kollha involuti fil-katina ta' distribuzzjoni, għandhom jiġu soġġetti għar-rekwiżit li jistabilixxu sistema sħiħa ta" miżuri u proċeduri (is-sistema ta" diliġenza meħtieġa) li tnaqqas ir-riskju li jitqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam maħsud b'mod illegali. Madankollu l-operaturi kollha fil-katina ta" forniment għandhom ikunu marbuta mal-projbizzjoni prinċipali li l-injam jew prodotti tal-injam minn sorsi illegali ma jkunux disponibbli fis-suq, u għandhom joqogħdu attenti sew biex dan ma jsirx.
(23)L-operaturi kollha (kummerċjanti u produtturi) fil-katini ta" forniment tal-injam u prodotti tal-injam fis-suq tal-Komunità għandhom jindikaw b'mod ċar fuq il-prodotti għall-bejgħ, is-sors jew il-fornitur minn fejn joriġina l-injam.
▌
(24) L-operaturi li jqiegħdu għall-ewwel darba njam u prodotti tal-injam fis-suq tal-Komunità għandhom jeżerċitaw id-diliġenza meħtieġa permezz ta' sistema ║ta' diliġenza meħtieġa║ biex jonqos kemm jista' jkun ir-riskju ta' tqegħid ta' njam u prodotti tal-injam maħsuda illegalment.
(25) Is-sistema ta' diliġenza meħtieġa għandha tipprovdi aċċess għall-għejun u l-fornituri tal-injam u l-prodotti tal-injam li jitqiegħdu fis-suq tal-Komunità u għal tagħrif dwar konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli.
(26)Fl-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw b'mod speċjali l-vulnerabilità partikolari u r-riżorsi limitati tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs).Huwa importanti ħafna li SMEs bħal dawn ma jitgħabbewx b'regoli kkumplikati li jfixklu l-iżvilupp tagħhom.Il-Kummissjoni għandha, għalhekk, sa fejn huwa possibbli u fuq il-bażi tal-mekkaniżmi u l-prinċipji stabbiliti fl-Att dwar in-Negozji Żgħar li għad irid jidħol fis-seħħ, toħloq sistemi simplifikati rigward l-obbligi tal-SMEs skont dan ir-Regolament, mingħajr ma tipperikola l-għanijiet u l-iskopijiet tiegħu, u toffri lill-SMEs alternattivi validi biex ikunu jistgħu joperaw skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità.
(27) ▌Biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u jsir kontribut għall-iżvilupp ta' prassi tajba huwa xieraq li jkun hemm għarfien ta' organizzazzjonijiet li żviluppaw rekwiżiti adattati u effikaċi għat-twettiq tas-sistemi tad-diliġenza meħtieġa. Lista ta' organizzazzjonijiet magħrufa bħal dawn għandha tiġi ppubblikata▌.
(28)Għall-istess għan, l-Unjoni Ewropea għandha tinkoraġġixxi l-organizzazzjonijiet imsemmija hawn fuq biex jikkoperaw mal-organizzazzjonijiet tal-ambjent u mal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem biex jappoġġjaw sistemi ta" diliġenza u l-monitoraġġ tagħhom.
(29) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaraw li l-operaturi jissodisfaw l-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament. Għal dak il-għan l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali, fosthom kontrolli tad-dwana, u jeħtieġu mill-operaturi li jieħdu miżuri ta' korrezzjoni fejn meħtieġ.
(30) L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu dokumentazzjoni tal-kontrolli u jqegħduha fil-qosor għad-disponibilità tal-pubbliku skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess tal-pubbliku għal informazzjoni ambjentali(8).
(31) Minħabba n-natura internazzjonali tal-qtugħ illegali u l-kummerċ marbut miegħu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw bejniethom u mal-organizzazzjonijiet tal-ambjent, mal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u mal-awtoritajiet amministrattivi ta' pajjiżi terzi u/jew mal-Kummissjoni.
(32) L-Istati Membri għandhom jaraw li ksur ta' dan ir-Regolament jiġi kkastigat b'penalitajiet effettivi, proporzjonati u dissważivi.
(33) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lil-Kummissjoni(9).
(34) B'mod partikolari l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta regoli fid-dettall għall-applikazzjoni tas-sistema ta' diliġenza meħtieġa u b'mod partikolari għall-evalwazzjoni tar-riskju li jitqiegħed injam u prodotti tal-injam maħsud illegalment fis-suq, li tistabbilixxi kriterji ta' għarfien ta' sistemi ta' diliġenza meħtieġa żviluppati minn organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ u li tadatta l-lista ta' njam u prodotti tal-injam li għaliha japplika dan ir-Regolament fejn il-karatteristiċi tekniċi, l-użi aħħarija jew il-proċessi ta' produzzjoni tal-injam u l-prodotti tal-injam jeħtieġu dawn l-adattamenti. Billi dawn il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh b'elementi mhux essenzjali ġodda, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
▌
(35)L-iżvilupp fil-forestrija sostenibbli huwa proċess ma jaqta" xejn u dan ir-Regolament għandu, għalhekk, jiġi evalwat, aġġornat u emendat fuq bażi regolari skont ir-riżultati ta" riċerka ġdida.Il-Kummissjoni għandha, għalhekk, tanalizza regolarment l-aħħar riċerka u żviluppi disponibbli u tippreżenta l-konklużjonijiet tal-analiżi tagħha kif ukoll l-emendi proposti minnha f'rapport lill-Parlament Ewropew.
(36)Sabiex jiġi żgurat li s-suq intern tal-prodotti tal-foresti jopera bla xkiel, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-impatt ta" dan ir-Regolament kontinwament.B'mod partikulari għandhom jitqiesu l-implikazzjonijiet tar-Regolament għall-SMEs li joperaw fis-suqKomunitarju.Il-Kummissjoni għandha, għalhekk, kif jixraq u fuq bażi regolari, twettaq studju u analiżi tal-impatt tal-effetti tar-Regolament fuq is-suq intern, b'referenza partikolari għall-SMEs, barra mill-impatti tiegħu fuq il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti.Il-Kummissjoni għandha sussegwentement tippreżenta rapport tal-analiżi tagħha, tal-konklużjonijiet tagħha u l-proposti għal miżuri lill-Parlament Ewropew.
(37) Minħabba li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li l-qafas ta' politika attwali jiġi kkomplementat u mirfud u jingħata appoġġ għall-ġlieda kontra l-qtugħ illegali u l-kummerċ marbut miegħu, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u jista' għaldaqstant, minħabba l-iskala tiegħu jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif imniżżel f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġettu għan
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu jew jagħmlu disponibbli fis-suq injam u prodotti tal-injam.
L-operaturi għandhom jiżguraw li jitqiegħdu fis-suq biss injam u prodotti tal-injam maħsuda b'mod legali.
L-operaturi li jqiegħdu injam u prodotti tal-injam fis-suq għandhom jużaw is-sistema ta' diliġenza meħtieġa.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta" dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
"injam u prodotti tal-injam' tfisser l-injam u l-prodotti tal-injam stabbiliti fl-Anness mingħajr eċċezzjoni;
(b)
"jagħmlu disponibbli fis-suq" tfisser kwalunkwe provvista ta' injam u prodotti tal-injam fis-suq Komunitarju għad-distribuzzjoni jew l-użu waqt attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk bla ħlas;
(c)
"jqiegħdu fis-suq" tfisser it-tqegħid għall-ewwel darba fis-suq tal-Komunità ta' injam jew prodotti tal-injam; l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-injam sussegwenti ma jikkostitwixxux "tqegħid fis-suq";
(d)
"operatur' tfisser kull persuna naturali jew legali li tqiegħed jew tagħmel disponibbli fis-suq injam jew prodotti tal-injam;
(e)
"maħsud legalment' tfisser maħsud skont il-leġiżlazzjoni applikabbli fil-pajjiż ta' ħsad;
(f)
"riskju" tfisser funzjoni tal-probabilità li l-injam u l-prodotti tal-injam li jkunu ġejjin minn sors illegali jiġu importati, esportati jew ikkummerċjalizzati fit-territorju Komunitarju u l-gravità ta" dik l-eventwalità;
(g)
"ġestjoni tar-riskju' tfisser l-identifikazzjoni sistematika tar-riskji u l-implimentazzjoni ta' sett ta' miżuri u proċeduri ▌biex jonqos kemm jista' jkun ir-riskju li jitqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam maħsuda illegalment;
(h)
"leġiżlazzjoni applikabbli' tfisser leġiżlazzjoni, kemm jekk nazzjonali, reġjonali jew internazzjonali, b'mod partikulari dik li tirrigwarda l-konservazzjoni tad-diversità bijoloġika, il-ġestjoni tal-foresti, id-drittijiet tal-użu tar-riżorsi u l-minimizzazzjoni tal-impatti ħżiena fuq l-ambjent; għandhom jitqiesu wkoll iż-żamma tal-proprjetà, id-drittijiet tal-popli indiġeni, il-leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol u l-benesseri tal-komunità, it-taxxi, id-dazji fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni, ir-royalties jew it-tariffi relatati mal-ħsad, it-trasportazzjoni u l-ikkummerċjalizzar;
(i)
"Ġestjoni sostenibbli tal-foresti" tfisser il-ġestjoni u l-użu tal-foresti u tal-artijiet imsaġġra, b'mod u b'rata li jiġu ppreservati d-diversità bijoloġika, il-produttività, il-kapaċità riġenerattiva, il-vitalità u l-potenzjal tagħhom li jaqdu, kemm issa u kemm fil-ġejjieni, funzjonijiet ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali, fil-livelli lokali, nazzjonali u globali, mingħajr ma ssir l-ebda ħsara lil ekosistemi oħrajn;
(j)
"pajjiż ta' ħsad' tfisser il-pajjiż fejn jinħasad l-injam jew l-injam imqiegħed fil-prodotti tal-injam;
(k)
"organizzazzjoni ta' monitoraġġ' tfisser entità ġuridika jew assoċjazzjoni fuq bażi ta' sħubija ▌li għandha l-kapaċità legali u l-kompetenza xierqa li tissorvelja u tiżgura l-applikazzjoni tas-sistemi ta' diliġenza meħtieġa mill-operaturi ċċertifikati bħala li qed jagħmlu użu minn dawn is-sistemi, u li tkun indipendenti legalment mill-operaturi li tiċċertifika;
(l)
'traċċabilità" tfisser l-abilità li jiġu traċċati u segwiti l-injam u l-prodotti tal-injam fil-fażijiet kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni.
Artikolu 3
Obbligi tal-operaturi
1. L-operaturi għandhom jiżguraw li jqiegħdu jew jagħmlu disponibbli fis-suq biss injam u prodotti tal-injam maħsuda b'mod legali.
2. L-operaturi li jqiegħdu injam u prodotti tal-injam fis-suq għandhom jistabbilixxu sistema ta' diliġenza meħtieġa li jkun fiha l-elementi msemmija fl-Artikolu 4 ║jew jagħmlu użu minn sistema ta' diliġenza meħtieġa ta' organizzazzjoni ta' monitoraġġ b'għarfien kif imsemmi fl-Artikolu 6(1).
Superviżjoni nazzjonali leġiżlattiva eżistenti u kull katina volontarja ta" mekkaniżmu ta" kustodja li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jistgħu jintużaw bħala bażi għal sistema ta' diliġenza meħtieġa.
3.Operaturi li jagħmlu injam u prodotti tal-injam disponibbli fis-suq għandhom, matul il-katina ta" forniment, ikunu jistgħu:
(i)
jidentifikaw l-operatur li jkun fornixxa l-injam u l-prodotti tal-injam, u l-operatur li jkun ġie fornut bl-injam u l-prodotti tal-injam;
(ii)
jipprovdu, meta jintalbu, informazzjoni dwar l-isem tal-ispeċi, il-pajjiż/i fejn ikun inħasad u, fejn ikun possibbli, il-konċessjoni tal-oriġini;
(iii)
jiċċekkja, fejn ikun meħtieġ, li l-operatur li jkun qiegħed l-injam u l-prodotti tal-injam fis-suq ikun issodisfa l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament.
4. Il-prodotti tal-injam elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005 li joriġinaw f'pajjiżi msieħba elenkati fl-Anness I ta' dak ir-Regolament u li jkunu f'konformità ma' dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tiegħu għandhom jitqiesu li huma maħsuda b'mod legali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
5. Il-prodotti tal-injam tal-ispeċijiet elenkati fl-Annessi A, B u C tar-Regolament (KE) Nru 338/97 u li jkunu f'konformità ma' dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tiegħu għandhom jitqiesu li huma maħsuda b'mod legali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Sistemi ta' diliġenza meħtieġa
1. Is-sistema ta' diliġenza meħtieġa msemmija fl-Artikolu 3(2) għandha:
(a)
jiżguraw li fis-suq jitqiegħdu biss l-injam u l-prodotti tal-injam maħsuda b'mod legali, permezz ta" sistema ta" traċċabilità u ta" verifika minn parti terza mill-organizzazzjoni ta' monitoraġġ;
(b)
jinkludu miżuri biex jaċċertaw:
(i)
il-pajjiż tal-oriġini, il-foresta tal-oriġini u, fejn ikun fattibbli, il-konċessjoni tal-ħsad;
(ii)
l-isem tal-ispeċi, inkluż l-isem xjentifiku;
(iii)
il-valur;
(iv)
il-volum u/jew il-piż;
(v)
li l-injam jew l-injam imqiegħed fil-prodotti tal-injam ikun inħasad b'mod legali;
(vi)
l-isem u l-indirizz tal-operatur li jkun fornixxa l-injam u l-prodotti tal-injam;
(vii)
il-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mill-ħsad;
(viii)
l-operatur li jkunu ġie fornut bl-injam jew bil-prodotti tal-injam;
(c)
tinkludi proċedura ta' ġestjoni tar-riskju li għandha tkun magħmula minn dawn li ġejjin:
(i)
identifikazzjoni sistematika tar-riskji, fost l-oħrajn, permezz tal-ġbir tad-data u tal-informazzjoni kif ukoll tal-użu tas-sorsi internazzjonali, Komunitarji u nazzjonali;
(ii)
l-implimentazzjoni tal-miżuri kollha meħtieġa għal-limitazzjoni tal-espożizzjoni għar-riskji;
(iii)
l-istipular ta" proċeduri li għandhom isiru regolarment biex issir verifika li l-miżuri msemmija fil-punti (i) u (ii) ikunu qed jaħdmu b'mod effikaċi u biex jiġu riveduti fejn ikun hemm bżonn;
(iv)
l-istipular ta" dokumentazzjoni li turi l-applikazzjoni effikaċi tal-miżuri msemmija mill-punti (i) sa (iii).
(d)
tipprovdi għal verifiki biex tiżgura applikazzjoni effettiva tas-sistemi ta' diliġenza meħtieġa.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta" dan l-Artikolubil-ħsieb li tiġi żgurata l-uniformità tal-interpretazzjoni tar-regoli u l-konformità effettiva mill-operaturi. Il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tistabbilixxi kriterji biex jiġi evalwat jekk hemmx riskju li jitqiegħed fis-suq injam maħsud b'mod illegali u prodotti tal-injam.Meta tagħmel hekk, il-Kummissjoni għandha tikkonsidra b'mod partikolari l-pożizzjoni u l-kapaċità speċjali tal-SMEs u, sa fejn huwa possibbli, toffri lil dawn l-intrapriżi alternattivi adattati u simplifikati għal sistemi ta" rrappurtar u kontrolli biex dawn is-sistemi ma jkunux ta" piż kbir.
Ibbażati fuq fatturi marbuta mat-tip ta' prodott, is-sors jew il-kumplessità tal-katina tal-forniment, ċerti kategoriji ta' injam u ta' prodotti tal-injam jew fornituri għandhom jitqiesu "ta' riskju kbir" u jkunu jeħtieġu obbligi ta' diliġenza meħtieġa addizzjonali mill-operaturi.
L-obbligi ta' diliġenza meħtieġa addizzjonali jistgħu, fost l-oħrajn, jinkludu:
–
il-ħtieġa ta" dokumenti, data jew informazzjoni addizzjonali;
–
il-ħtieġa ta" verifiki minn parti terza.
Injam u prodotti tal-injam minn dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala "riskju kbir" mill-operaturi taħt dan ir-Regolament:
–
żoni ta' kunflitt, jew pajjiżi/reġjuni koperti minn projbizzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-esportazzjoni tal-injam;
–
pajjiżi fejn ikun hemm informazzjoni konsistenti u affidabbli dwar in-nuqqasijiet sinifikattivi tal-governanza tal-foresti, livell baxx ta' infurzar tal-liġi forestali jew livell għoli ta' korruzzjoni;
–
pajjiżi li l-istatistika uffiċjali tal-Għaqda tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) turi li jkollhom tnaqqis fiż-żona tal-foresti;
–
provvisti, meta l-informazzjoni dwar xi irregolaritajiet potenzjali appoġġjati minn evidenza affidabbli, li ma tkunx ġiet konfutata bl-investigazzjoni, tkun tpoġġiet għad-dispożizzjoni minn klijenti jew partijiet esterni.
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi reġistru ta' sorsi ta' riskju kbir tal-injam u tal-prodotti tal-injam jew fornituri.
Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(2).
Il-partijiet interessati rilevanti għandhom ikunu kkonsultati qabel l-adozzjoni ta" miżuri ta" implimentazzjoni addizzjonali.
3.Stati Membri individwali ma jistgħux ma jitħallewx, fir-rigward ta" aċċess għas-suq tal-injam u prodotti tal-injam, jistipulaw rekwiżiti aktar stretti għall-ħsad u l-oriġini tal-injam minn dawk stipulati f'dan ir-Regolament, rigward is-sostenibilità, il-protezzjoni tal-ambjent, il-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-ekosistema, il-ħarsien tal-habitats ta" komunitajiet lokali, il-protezzjoni tal-komunitajiet dipendenti mill-foresti, il-ħarsien u d-drittijiet tal-popli indiġeni u tad-drittijiet tal-bniedem.
Artikolu 5
L-Ittikkettar
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sa...(10) l-injam kollu u l-prodotti tal-injam kollha li jitqiegħdu u jkunu disponibbli fis-suq għandhom ikunu ttikkettati, kif jixraq, bit-tagħrif speċifikat fl-Artikolu 3(3).
Artikolu 6
Għarfien tal-organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ
1. Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3), tagħraf lill-entità privata jew pubblika li tkun stabbiliet sistema ta" diliġenza meħtieġa li jkun fiha l-elementi msemmija fl-Artikolu 4(1) bħala organizzazzjoni ta' monitoraġġ. ▌
2.Entità pubblika li tapplika għall-għarfien previst skont il-paragrafu 1 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
ikollha personalità ġuridika;
(b)
tkun irregolata bil-liġi pubblika;
(c)
tkun ġiet stabbilita biex twettaq funzjonijiet partikolari rigward is-settur tal-foresti;
(d)
fil-parti l-kbira, tkun iffinanzjata mill-Istat, mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra rregolati mil-liġi pubblika;
(e)
iġġiegħel lill-operaturi li tiċċertifika li jużaw is-sistema ta' diliġenza meħtieġa tagħħa;
(f)
ikollha mekkaniżmu ta' monitoraġġ stabbilit biex jiżgura l-użu tas-sistema ta' diliġenza meħtieġa mill-operaturi li tkun iċċertifikat li jagħmlu użu mis-sistema ta' diliġenza meħtieġa tagħha;
(g)
tieħu miżuri dixxiplinarji xierqa kontra kwalunkwe operatur iċċertifikat li jonqos milli jkun konformi mas-sistema ta' diliġenza meħtieġa tal-organizzazzjoni ta' monitoraġġ tagħha; il-miżuri dixxiplinarji għandhom jinkludu r-rappurtar tal-kwistjoni lill-awtorità nazzjonali rilevanti kompetenti;
(h)
ma jkollhiex konflitti ta" interess mal-awtoritajiet kompetenti.
3.Entità privata li tapplika għall-għarfien previst fil-paragrafu 1 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
ikollha personalità ġuridika;
(b)
tkun irregolata bil-liġi privata;
(c)
ikollha l-kompetenza xierqa;
(d)
tkun indipendenti legalment mill-operaturi li tiċċertifika;
(e)
l-operaturi li tiċċertifika jkunu marbuta bl-artikoli ta" assoċjazzjoni tal-entità biex jużaw is-sistemi ta' diliġenza meħtieġa tagħha;
(f)
ikollha mekkaniżmu ta' monitoraġġ stabbilit biex jiżgura l-użu tas-sistemata' diliġenza meħtieġa mill-operaturi li tkun iċċertifikat li jagħmlu użu mis-sistema ta' diliġenza meħtieġa tagħha;
(g)
tieħu l-miżuri dixxiplinarji xierqa kontra kull operatur iċċertifikat li ma jikkonformax mas-sistema ta' diliġenza meħtieġa tagħha; il-miżuri dixxiplinarji għandhom jinkludu r-rappurtar tal-kwistjoni lill-awtorità nazzjonali rilevanti kompetenti.
4. L-organizzazzjoni ta' monitoraġġ għandha tibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja flimkien mal-applikazzjoni tagħha għal għarfien:
(a)
l-istatut tagħha;
(b)
l-ismijiet tal-persuni awtorizzati li jaġixxu f'isimha;
(c)
dokumentazzjoni li turi l-kompetenza xierqa tagħha;
(d)
deskrizzjoni dettaljata tas-sistema ta' diliġenza meħtieġa tagħha.
5.Skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3), il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tagħtix għarfien lil organizzazzjoni ta' monitoraġġ fi żmien tliet xhur minn meta tintbagħat applikazzjoni mill-organizzazzjoni ta' monitoraġġ jew rakkomandazzjoni mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li tkun qiegħda tirrakkomanda lill-organizzazzjoni għall-għarfien.
Id-deċiżjoni biex jingħata għarfien lill-organizzazzjoni ta' monitoraġġ għandha tkun ikkomunikata mill-Kummissjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru b'ġurisdizzjoni fuq dik l-organizzazzjoni, flimkien ma" kopja tal-applikazzjoni, fi żmien 15-il ġurnata mid-data tad-deċiżjoni.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membrigħandhom iwettqu kontrolli, inklużi verifiki fuq il-post, f'intervalli regolari, jew fuq il-bażi ta" tħassib issostanzjat minn partijiet terzi, biex jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1. Ir-rapporti ta' kontroll għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
Jekk, wara dawn il-kontrolli, l-awtoritajiet kompetenti jkunu ċerti li l-organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u 2 jew paragrafu 1 u 3, għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni u jikkomunikawlha kull evidenza rilevanti f'dan ir-rigward.
6.Skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3), il-Kummissjoni għandha tirtira l-għarfien ta' organizzazzjoni ta' monitoraġġ jekk jiġi stabbilit li r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u 2 jew il-paragrafu 1 u 3 mhumiex aktar sodisfatti.
7. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn b'kull deċiżjoni li tirrakkomanda l-għotja, iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-għarfien ta" kull organizzazzjoni ta' monitioraġġ.
8. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.
Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplementawh għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(2).
Artikolu 7
Lista ta' organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ rikonoxxutifil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C, u għandha tagħmilha disponibbli fuq il-websajt tagħha. Il-lista għandha tkun aġġornata regolarment.
Artikolu 8
Miżuri ta' monitoraġġu kontroll
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli biex jivverifikaw jekk l-operaturi humiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1), (2) u (2a) u l-Artikolu 4(1).
2.Il-kontrolli għandhom isiru skont pjan annwali u/jew fuq il-bażi ta" tħassib issostanjzjat ipprovdut minn partijiet terzi; jew f'kull każ fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tkun fil-pussess ta" informazzjoni li titfa" dubju dwar il-konformità tal-operatur mar-rekwiżiti tas-sistemi ta' diliġenza meħtieġa stabbiliti f'dan ir-Regolament.
3.Il-kontrolli jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn:
(a)
l-eżami tas-sistemi tekniċi u maniġerjali u tal-proċeduri tad-diliġenza meħtieġa u tal-evalwazzjoni tar-riskji li jużaw l-operaturi.
(b)
l-eżami ta" dokumentazzjoni u rekords li juru t-tħaddim kif suppost tas-sistemi u l-proċeduri.
(c)
kontrolli għall-għarrieda, inklużi verifiki fuq il-post.
4.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu mgħammra b'sistema ta' traċċabilità affidabbli biex jittraċċaw prodotti tal-injam ikkummerċjalizzat b'mod internazzjonali u b'sistemi ta' monitoraġġ pubbliċi biex jevalwaw ir-riżultati tal-konformità tal-operaturi mal-obbligi tagħhom u biex jgħinu lill-operaturi jidentifikaw fornituri ta' injam u prodotti tal-injam ta' riskju kbir.
5. L-operaturi għandhom joffru kull għajnuna meħtieġa biex jiffaċilitaw it-twettiq tal-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1, b'mod partikolari rigward l-aċċess għall-post u l-preżentazzjoni ta' dokumenti jew rekords.
6.Jekk,wara l-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1, l-operatur jitqies li jkun kiser ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, f'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, jibdew investigazzjoni sħiħa dwar il-ksur u, f'konformità mal-liġi nazzjonali u skont il-gravità tal-ksur, jieħdu miżuri minnufih li jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn:
a)
il-waqfien immedjat tal-attivitajiet kummerċjali; kif ukoll
b)
il-konfiska tal-injam u l-prodotti tal-injam.
7.Kull miżura li tittieħed minnufih mill-awtoritajiet kompetenti għandha tkun tali li twaqqaf it-tkomplija tal-ksur ikkonċernat u tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti li jtemmu l-investigazzjoni tagħhom.
8.Meta l-awtoritajiet kompetenti jsibu li s-sistemi tekniċi u maniġerjali, il-proċeduri ta' diliġenza meħtieġa u l-evalwazzjoni tar-riskju ma jkunux biżżejjed, għandhom jesiġu li l-operatur jieħu miżuri korrettivi.
Artikolu 9
Rekords tal-kontrolli
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu rekords tal-kontrolli msemmija fl-Artikolu 8(1), filwaqt li juru b'mod partikolari n-natura u riżultati tagħhom, inklużi xi miżuri korrettivi meħtieġa li jittieħdu. Ir-rekords tal-kontrolli kollha għandhom jinżammu sa mill-inqas 10 snin.
2. Ir-rekords msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fl-Internet id-Direttiva 2003/4/KE.
Artikolu 10
Kooperazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma' xulxin u mal-awtoritajiet amministrattivi ta' pajjiżi terzi u mal-Kummissjoni biex jiżguraw konformità ma' dan ir-Regolament.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ipartu l-informazzjoni dwar ir-riżultati tal-kontrolli msemmija fl-Artikolu 8(1) mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra u mal-Kummissjoni.
Artikolu 11
Awtoritajiet kompetenti
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti tiegħu li jkunu responsabbli għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawn l-awtoritajiet iridu jingħataw biżżejjed setgħat biex jinfurzaw dan ir-Regolament billi jimmonitorjaw l-applikazzjoni tiegħu, jinvestigaw allegazzjonijiet ta' ksur f'koperazzjoni mal-awtoritajiet tad-dwana, u jirrapportaw ir-reati lill-awtorità ta' prosekuzzjoni fil-ħin.
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummisjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti sal-31 ta' Diċembru║. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummisjoni b'xi tibdil fl-ismijiet jew l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti.
2. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-disponibilità tal-pubbliku fl-Internet il-lista tal-awtoritajiet kompetenti. Din il-lista għandha tinżamm aġġornata.
Artikolu12
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar il-Kummerċ fl-Injam.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
3.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 13
L-iżvilupp tar-rekwiżiti tas-sostenibilità
Sa...(11), il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar standard Komunitarju għall-injam u l-prodotti tal-injam kollha ġejjin minn foresti naturali bil-għan li jiksbu l-ogħla rekwiżiti ta" sostenibilità.
Artikolu 14
Grupp Konsultattiv
1.Għandu jiġi stabbilit Grupp Konsultattiv, li jkun jikkonsisti f'rappreżentanti tal-partijiet interessati inklużi, fost l-oħrajn, rappreżentanti tal-industrija bbażata fuq il-forestrija, sidien tal-foresti, NGOs u gruppi tal-konsumaturi, u li jkollu bħala chairman rappreżentant tal-Kummissjoni.
2.Rappreżentanti tal-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat jew bl-inizjattiva tagħhom stess jew permezz ta" stedina mill-Grupp Konsultattiv.
3.Il-Grupp Konsultattiv għandu jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tiegħu li jsiru pubbliċi fuq il-websajt tal-Kummissjoni.
4.Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-appoġġ tekniku u loġistiku meħtieġ għall-Grupp Konsultattiv kif ukoll tipprovdi s-Segretarjat għal-laqgħat tiegħu.
5.Il-Grupp Konsultattiv għandu jeżamina u joħrog opinjonijiet dwar kwistjonijiet relatati mal-applikazzjoni ta" dan ir-Regolament, imqajma miċ-chairman, jew bl-inizjattiva tiegħu stess jew b'talba mill-membri tal-Grupp Konsultattiv jew tal-Kumitat.
6.Il-Kummissjoni għandha twassal l-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv lill-Kumitat.
Artikolu 15
Emendi
Il-Kummissjoni tista' żżid mal-lista ta' njam u prodotti tal-injam stabbilita fl-Anness filwaqt li tqis il-karatteristiċi tekniċi, l-użu aħħari u l-proċessi ta' produzzjoni.
Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplementawh għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(2).
Artikolu 16
Penalitajiet
L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta" dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penalitajiet stipulati jistgħu jkunu kriminali jew amministrattivi, iridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u, skont il-każ, għandhom jinkludu fost l-oħrajn:
it-telf fit-taxxi u l-ħsara ekonomika magħmula mill-ksur;
(b)
il-konfiska tal-injam u tal-prodotti tal-injam;
(c)
il-projbizzjoni temporanja tal-ikkummerċjalizzar tal-injam u tal-prodotti tal-injam.
Fejn il-proċeduri legali jkunu pendenti, l-operaturi għandhom jissospendu x-xiri tal-injam u l-prodotti tal-injam minn dawk iż-żoni.
Penalitajiet finanzjarji għandhom jirrappreżentaw mill-inqas ħames darbiet il-valur tal-prodotti tal-injam miksuba bis-saħħa ta" ksur serju. Fil-każ ta" ksur serju ripetut f'perjodu ta" ħames snin, il-penalitajiet finanzjarji għandhom jiżdiedu gradwalment sa mill-inqas tmien darbiet il-valur tal-prodotti tal-injam miksuba permezz ta" ksur serju.
Bla ħsara għal dispożizzjonijiet oħra stipulati fil-liġi Komunitarja li jirrigwardaw fondi pubbliċi, l-Istati Membri m'għandhomx jagħtu għajnuna pubblika minn sistemi nazzjonali ta" għajnuna jew minn fondi Komunitarji lil operaturi ħatja ta" ksur serju ta" dan ir-Regolament, sakemm jittieħdu miżuri korrettivi u jiġu applikati penalit effettivi, proporzjonati u dissważivi.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet dwar penali lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru ... u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
Artikolu 17
Ir-Rappurtar
1. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni għall-ewwel darba sa...(12) rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament matul is-sentejn ta' qabel.
2. Fuq il-bażi ta' dawn ir-rapporti l-Kummissjoni għandha tħejji rapport li jrid jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sentejn.
3.Fit-tħejjija tar-rapport li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tikkonsidra l-progress li sar rigward il-konklużjoni u l-operazzjoni tal-Ftehimiet ta" Sħubija Volontarji FLEGT adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 2173/2005. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk jinħtiġux xi reviżjonijiet għal dan ir-Regolament fid-dawl tal-esperjenza tal-operat tal-VPAs FLEGT u l-effikaċja tagħhom fl-indirizzar tal-problema tal-injam illegali.
Artikolu 18
Emenda għad-Direttiva 2008/99/KE
Id-Direttiva 2008/99/KE(13) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-ħarsien tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali1 għandha tiġi emendata, b'effett minn...(14), kif ġej:
1.Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 3:"
(ia) jagħmlu disponibbli fis-suq injam jew prodotti tal-injam maħsud b'mod illegali.
"
2.L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-Anness A:
Regolament (KE) Nru .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam.
Artikolu 19
Reviżjoni
Sa ...(15)*, u kull ħames snin minn hemm "il quddiem, il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni tal-operat ta" dan ir-Regolament rigward l-għan u l-iskop tiegħu u tirrapporta l-konklużjonijiet tagħha u, fuq il-bażi tagħhom, il-proposti tagħha għal emendi lill-Parlament Ewropew.
Ir-reviżjoni għandha tiffoka fuq dan li-ġej:
–
analiżi dettaljata u bir-reqqa tar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tal-forestrija sostenibbli;
–
l-impatt ta" dan ir-Regolament fuq is-suq intern, b'referenza partikolari għas-sitwazzjoni tal-kompetittività u l-abilità ta" parteċipanti ġodda li jistabbilixxu lilhom infushom fis-suq;
–
is-sitwazzjoni tal-SMEs fis-suq u kif dan ir-Regolament ikun laqat l-attivatjiet tagħhom.
Artikolu 20
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi ,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
ANNESS
Injam u prodotti tal-injam kif ikklassifikati fin-Nomenklatura Maqgħuda stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87(17), li dan ir-Regolament japplika għalihom
1. Il-prodotti stabbiliti fl-Annessi II u III tar-Regolament ║(KE) 2173/2005, li għalihom tapplika l-iskema ta' liċenzjar FLEGT;
2. Polpa u karta tal-Kapitoli 47, 48 u 49 tan-Nomenklatura Magħquda (NM), għajr għal prodotti li għandhom bażi ta' bambù u rkuprati (rimi u skart);
5. Injam bħala karburant, virguni, zkuk, f'qatet ta' għesieleġ jew forom bħal dawn; injam f'biċċiet jew partiċelli; serratura u rimi tal-injam u skart, kemm jekk ikunu miġbura fi zkuk, trab tal-faħam ippressat, pritkuna jew forom bħal dawn kif ukoll jekk le tal-kodiċi NM 4401;
6. Xogħol tas-sengħa tal-mastrudaxxa u tal-karpentier fl-injam għall-bennejja, inklużi pannelli ċellulari tal-injam, pannelli mmuntati għall-art fuq ġewwa, biċċiet tal-injam imqatta'. Injam (inklużi strixxi u freġju għall-art tal-parkett, mhux immuntati) ta' forma kontinwa (mudullun, kanal, irbattut, ċanfrin, ingast-V, biż-żibeġ, iffurmat, ittundjat jew ta' dan it-tip) tul xi xifer, tarf jew wiċċ tiegħu, kemm jekk inċanat, xkatlat jew imminċottjat fit-truf kemm jekk le tal-kodiċi NM 4418;
7. Twavel mill-frak tal-injam, dawk imsejħa "oriented strand board" (OSB) u twavel tal-injam simili kemm jekk magħqudin bir-raża jew xi sustanza organika oħra li tgħaqqad kemm jekk le tal-kodiċi NM 4410;
8. Fibreboard tal-injam jew materjal ieħor tal-injam, kemm jekk magħqud bir-raża jew sustanzi oħra organiċi kemm jekk le tal-kodiċi NM 4411;
9. Injam iddensifikat, fi blokki, folji, strixxi jew forom tal-profil tal-kodiċi NM 4413 00 00;
10. Gwarniċi tal-injam għal pitturi, ritratti, mirja jew oġġetti bħal dawn tal-kodiċi NM 4414 00;
11. Kontenituri għall-ippakkjar, kaxxi, ċestuni, tankijiet u kontenituri simili tal-injam; tankijiet tal-injam għall-kejbil; pallets, pallets forma ta' kaxxa jew twavel oħrajn għat-tagħbija, tal-injam; għenuq tal-pallets tal-injam; twiebet tal-kodiċi NM 4415;
12. Bittiji, bramel, tankijiet, tnellijiet u prodotti oħra tal-buttar, u partijiet tagħhom, tal-injam, inkluż injam imqawwes tal-kodiċi NM 4416 00 00.
13.Prodotti oħra tal-injam inklużi fil-kapitoliNM 94 u 95, fosthom ġugarelli tal-injam u aċċessorji tal-isports.
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana(ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
Ħażniet minimi ta' żejt mhux raffinat u/jew ta' prodotti petroliferi *
576k
228k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tobbliga lill-Istati Membri jżommu livell minimu ta" ħażniet taż-żejt mhux raffinat u/jew ta" prodotti tal-petroleum (COM(2008)0775 – C6-0511/2008 – 2008/0220(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0775),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 100 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0511/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, r-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0214/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 1
(1) L-importanza tal-provvista tal-Komunità taż-żejt mhux raffinat u tal-prodotti taż-żejt hija kbira ħafna, b'mod partikolari għas-settur tat-trasport u għall-industrija kimika.
(1) L-importanza tal-provvista tal-Komunità taż-żejt mhux raffinat u tal-prodotti taż-żejt hija kbira ħafna, b'mod partikolari għas-settur tat-trasport u għall-industriji tal-tal-kimiċi u tal-enerġija. It-tfixkil fil-provvista taż-żejt mhux raffinat u tal-prodotti tal-petroleum jew stokks insuffiċjenti jista' jirriżulta f'telf finanzjarju kbir għall-intrapriżi u jista' jipparalizza setturi oħra tal-ekonomija u l-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tal-Unjoni.
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 1 a (ġdida)
(1a)Iż-żejt mhux raffinat għadu u se jibqa" għal bosta snin wieħed mis-sorsi ta' enerġija primarja l-aktar importanti. Fl-istess waqt, se tkompli tikber l-isfida għall-Istati Membri biex jiżguraw provvista kostanti ta' żejt mhux raffinat bi prezz raġonevoli.
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 2
(2) Il-konċentrazzjoni dejjem akbar tal-produzzjoni, it-tnaqqis tar-riżervi taż-żejt kif ukoll iż-żieda tal-konsum dinji tal-prodotti taż-żejt jikkontribwixxu għaż-żieda tar-riskji u d-diffikultajiet ta" provvista.
(2) Il-konċentrazzjoni dejjem akbar tal-produzzjoni, it-tnaqqis tar-riżervi taż-żejt kif ukoll iż-żieda kostanti tal-konsum dinji tal-prodotti taż-żejt jikkontribwixxu għaż-żieda serja tar-riskji tad-diffikultajiet ta" provvista.
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 2 a (ġdida)
(2a)Flimkien mal-miżuri biex tinħoloq klima favorevoli għall-investiment għall-iskopijiet tat-tiftix, u l-isfruttar, tar-riżervi taż-żejt fl-Unjoni Ewropea u 'l barra minnha, li hu vitali biex jiġu ggarantiti l-provvisti fit-tul, it-tisħiħ tar-riżervi taż-żejt huwa mezz ippruvat ta' kumpens għall-interruzzjonijiet qosra fil-provvista.
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 2 b (ġdida)
(2b)Il-livell ta' dipendenza tal-Istati Membri fuq l-importazzjoni taż-żejt biex jilħqu l-ħtiġijiet tagħhom tal-enerġija huwa estremament għoli.
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 4 a (ġdida)
(4a)L-Unjoni Ewropea għandha rwol globali u l-politika tagħha għat-titjib tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija għandha għalhekk tifforma parti mill-objettivi tal-politiki fir-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi kandidati u mal-pajjiżi ġirien.
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 4 b (ġdida)
(4b)Il-Kummissjoni għandha tiżgura li t-tmien Stati Membri li mhumiex membri tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE)1 jiddaħħlu fuq l-istess livell fir-rigward tad-deċiżjonijiet adottati u tal-miżuri meħuda mill-Unjoni Ewropea b'konsultazzjoni mal-AIE.
1 Il-Bulgarija, Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, ir-Rumanija u l-Islovenja.
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 5 a (ġdida)
(5a)Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta u tappoġġja kif xieraq l-interessi tat-tmien Stati Membri tal-UE li mhumiex membri tal-IEA.
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 7
(7) Il-konklużjonijiet tal-presidenza tal-Kunsill Ewropew ta" Brussell tat-8 u d-9 ta' Marzu 2007 jindikaw li huwa aktar u aktar importanti u urġenti li l-Kummissjoni tistabbilixxi politika integrata dwar l-enerġija, li tassoċja xi miżuri applikati fuq livell Ewropew u fuq il-livell tal-Istati Membri. Għalhekk huwa essenzjali li jitqarrbu l-mekkaniżmi ta" ħżin li huma implimentati fid-diversi Stati Membri.
(7) Il-konklużjonijiet tal-presidenza tal-Kunsill Ewropew ta" Brussell tat-8 u d-9 ta' Marzu 2007 jindikaw li huwa aktar u aktar importanti u urġenti li l-Kummissjoni tistabbilixxi politika integrata dwar l-enerġija, li tassoċja xi miżuri applikati fuq livell Ewropew u fuq il-livell tal-Istati Membri. Għalhekk huwa essenzjali li tkun żgurata l-kompatibilità bejn il-mekkaniżmi differenti ta" ħżin li huma implimentati fid-diversi Stati Membri.
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 7 a (ġdida)
(7a)Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta' Ottubru 2008 jenfasizzaw ir-rieda tal-Unjoni li twaqqaf mekkaniżmi ta' solidarjetà fost l-Istati Membri f'każ ta' waqfien fil-provvista tal-enerġija u jissuġġerixxu l-implimentazzjoni tal-istrumenti kollha meħtieġa għal dan l-għan. Sistema effettiva għaż-żamma ta' ħażniet taż-żejt mhux raffinat u/jew prodotti taż-żejt li tkun koordinata fil-livell Komunitarju għandha wkoll rwol importanti sabiex il-prinċipju tas-solidarjetà fir-rigward tal-enerġija jitwettaq fil-prattika.
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 8
(8) Id-disponibbiltà tal-ħażniet taż-żejt u l-protezzjoni tal-provvista tal-enerġija huma elementi essenzjali tas-sigurtà pubblika tal-Istati Membri u tal-Kommunità. L-eżistenza ta" korpi jew servizzi ċentrali ta" ħżin fil-Komunità tippermetti li wieħed joqrob lejn dawn l-objettivi. Sabiex l-Istati Membri diversi jkunu jistgħu jużaw bl-aħjar mod id-dritt nazzjonali tagħhom biex jiddefinixxu l-istatuti tal-entità ċentrali ta" ħżin tagħhom filwaqt li jimmoderaw il-piż finanzjarju għall-konsumaturi finalirappreżentat minn dawn l-attivitajiet ta" ħżin, huwa biżżejjed, f'kuntest li l-ħażniet taż-żejt ikunu jistgħu jinżammu fi kwalunkwe post fil-Komunità u minn kull korp jew servizz ċentrali stabbilit għal dan il-għan, li jimpedixxu li jkun hemm skop ta" profitt.
(8) Id-disponibbiltà tal-ħażniet taż-żejt u l-protezzjoni tal-provvista tal-enerġija huma elementi essenzjali tas-sigurtà pubblika tal-Istati Membri u tal-Kommunità. L-eżistenza ta" korpi jew servizzi ċentrali ta" ħżin fil-Komunitàtista' tikkontribwixxilejn il-ksib ta' dawnil-miri b'mod li jkun effettiv fir-rigward tal-ispiża. Sabiex l-Istati Membrigħandhom ikunu jistgħu jużaw bl-aħjar mod id-dritt nazzjonali tagħhom biex jiddefinixxu l-istatuti tal-entità ċentrali ta" ħżin tagħhomu l-kundizzjonijiet li bihom jiddelegaw il-ħżin lil Stati Membri oħra jew lil entitajiet ta' ħżin oħra, filwaqt li jimmoderaw il-piż finanzjarju għall-konsumaturi finalili jirriżulta minn dawn l-attivitajiet ta" ħżin, huwa biżżejjed, f'kuntest li l-ħażniet taż-żejt ikunu jistgħu jinżammu fi kwalunkwe post fil-Komunità u minn kull korp jew servizz ċentrali stabbilit għal dan il-għan.
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 8 a (ġdida)
(8a)Sabiex jittaffa l-piż finanzjarju għall-utenti aħħarin, l-Istati Membri għandhom jistipulaw koperazzjoni aktar mill-qrib fost l-entitajiet ċentrali taż-żamma tal-ħażniet u għat-twaqqif ta' entitajiet reġjonali għaż-żamma tal-ħażniet.
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 9
(9)Meta jiġu kkunsidrati l-objettivi tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-ħażniet taż-żejt, il-preokkupazzjonijiet ta" sigurtà li jistgħu jkollhom xi Stati Membri li jingħaqdu, u x-xewqa li tiżdied ir-rigorożità u t-trasparenza tal-mekkaniżmi ta" solidarjetà bejn l-Istati Membri, huwa meħtieġ li jiġi limitat għat-territorju nazzjonali il-qasam ta" azzjoni tal-entitajiet ċentrali li jaġixxu mingħajr intermedjarju.
imħassra
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 12
(12) Minħabba l-ħtiġijiet relatati mat-twaqqif tal-politiki ta" emerġenza, it-tqarrib tal-mekkaniżmi nazzjonali ta" ħżin u l-ħtieġa li tiġi assigurata viżibilità aħjar, b'mod partikolari fil-każ ta" kriżi, fuq il-livelli tal-ħażniet, huwa meħtieġ li l-Istati Membri u l-Komunità jkollhom mezzi għal kontroll imsaħħaħ ta" dawn il-ħażniet.
(12) Minħabba l-ħtiġijiet relatati mat-twaqqif tal-politiki ta" emerġenza, li wieħed jiżgura l-kompatibilità bjen il-mekkaniżmi nazzjonali ta" ħżin u l-ħtieġa li tiġi assigurata viżibilità aħjar, b'mod partikolari fil-każ ta" kriżi, fuq il-livelli tal-ħażniet, huwa meħtieġ li l-Istati Membri u l-Komunità jkollhom mezzi għal kontroll imsaħħaħ ta" dawn il-ħażniet.
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 12 a (ġdida)
(12a)Filwaqt li għandha tingħata flessibilità suffiċjenti lill-Istati Membri biex jagħżlu l-arranġamenti għaż-żamma tal-ħażniet li huma l-aktar xierqa għall-karatterestiċi ġeografiċi u organizzattivi tagħhom, il-mekkaniżmi kollha meħtieġa għandhom jiġu implimentati sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tingħata, fi kwalunkwe waqt, tagħrif preċiż u affidabbli.
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 12 b (ġdida)
(12b)L-irwol tal-Istati Membri fiż-żamma u l-immaniġġjar ta' ħażniet ta' żejt għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza għandu jissaħħaħ.
Emenda 17 Proposta għal direttiva Premessa 14
(14) Sabiex jingħata kontribut għat-tisħiħ tas-sigurtà tal-provvista fil-Komunità, il-ħażniet akkwistati bħala proprjetà mill-Istati Membri jew l-entitajiet ċentrali, msejħin "ħażniet speċifiċi", stabbiliti wara d-deċiżjonijiet meħuda mill-Istati Membri, għandhom jikkorrispondu għall-ħtiġijiet effettivi f'każ ta" kriżi. Minbarra hekk, huwa meħtieġ li huma jibbenefikaw minn statut ġuridiku għalihom, li jassigura d-disponibbiltà assoluta tagħhom f'każ ta" kriżi. Għal dan il-għan, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġu mingħajr ebda kundizzjoni l-ħażniet inkwistjoni meta jiffaċċjaw xi miżuri eżekuttivi mġiegħla.
(14) Sabiex jingħata kontribut għat-tisħiħ tas-sigurtà tal-provvista fil-Komunità, il-ħażniet disponibbli, b'konformità ma' din id-Direttiva, għandhom ikunu biżżejjed biex ikopru d-domanda tal-anqas għall-perjodu speċifikat. Minbarra hekk, huwa meħtieġ li huma jibbenefikaw minn statut ġuridiku għalihom, li jassigura d-disponibbiltà assoluta tagħhom f'każ ta" kriżi. Għal dan il-għan, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġu mingħajr ebda kundizzjoni l-ħażniet inkwistjoni meta jiffaċċjaw xi miżuri eżekuttivi mġiegħla.
Emenda 18 Proposta għal direttiva Premessa 15
(15) L-ammonti li għandhom ikun proprjetarji tagħhom l-entitajiet ċentrali jew l-Istati Membri għandhom ikunu stabbiliti f'dan l-istadju għal livell stabbilit b'mod indipendenti u volontarju minn kull Stat Membru kkonċernat.
(15) L-ammonti li għandhom ikun proprjetarji tagħhom l-entitajiet ċentrali jew l-Istati Membri għandhom ikunu stabbiliti f'dan l-istadju għal livell stabbilit minn qabel, b'mod indipendenti u volontarju minn kull Stat Membru kkonċernat.
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 18
(18) Il-frekwenza għall-kejl tal-ħażniet, kif ukoll iż-żmien li fih din l-informazzjoni għandha tingħata, bħal ma huwa stabbilit fid-Direttiva 2006/67/KE, jidhru li qegħdin lura meta mqabbla ma" sistemi diversi ta" ħażniet taż-żejt stabbiliti f'partijiet oħra tad-dinja. F'deċiżjoni dwar il-konsegwenzi makroekonomiċi taż-żieda fil-prezz tal-enerġija, il-Parlament Ewropew wera l-appoġġ tiegħu biex tiġi adottata frekwenza ta" informazzjoni akbar.
(18) Il-frekwenza għall-kejl tal-ħażniet, kif ukoll iż-żmien li fih din l-informazzjoni għandha tingħata, bħal ma huwa stabbilit fid-Direttiva 2006/67/KE, jidhru li qegħdin lura meta mqabbla ma" sistemi diversi ta" ħażniet taż-żejt stabbiliti f'partijiet oħra tad-dinja. F'deċiżjoni dwar il-konsegwenzi makroekonomiċi taż-żieda fil-prezz tal-enerġija, il-Parlament Ewropew wera l-appoġġ tiegħu biex tiġi adottata frekwenza ta" informazzjoni akbar. Fl-istess ħin jeħtieġ li jkun żgurat li l-informazzjoni tkun preċiża u ma tkunx teħtieġ li tiġi korretta kull ġimgħa jew kull xahar, kif għadu ta' sikwit il-każ fl-Unjoni Ewropea.
Emenda 20 Proposta għal direttiva Premessa 21
(21) L-istess objettivi jimponu wkoll li l-istabbiliment u r-rapport tal-informazzjoni statistika jsir wkoll għall-ħażniet oħra li mhumiex dawk ta" emerġenza, u li jiġi previst li din l-informazzjoni tingħata kull ġimgħa.
(21) L-istess objettivi jimponu wkoll li l-istabbiliment u r-rapport tal-informazzjoni statistika jsir wkoll għall-ħażniet oħra li mhumiex dawk ta" emerġenza, u li jiġi previst li din l-informazzjoni tingħata kull xahar. Filwaqt li tqis ir-riżultati tal-istudju ta' fattibilità li għandu jitwettaq dwar l-effettività li jsir rapport ta' kull ġimgħa dwar il-ħażniet kummerċjali taż-żejt, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tirrikjedi mill-Istati Membri li jippreżentaw dawk is-sommarji fuq bażi ta' kull ġimgħa, sakemm ikun jista' jiġi garantit li aġġustamenti minimi biss se jkunu neċessarji u li din toffri vantaġġi distinti f'termini ta' trasparenza fis-suq.
Emenda 21 Proposta għal direttiva Premessa 23
(23) Jista" jkun hemm xi diskrepanzi jew żbalji fl-informazzjoni rrapportata lill-Kummissjoni. Il-persuni impjegati jew li ngħataw mandat mis-servizzi tal-Kummissjoni għandhom ikunu jistgħu jivverifikaw ir-realtà tal-ħażniet u tad-dokumenti li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jinvokaw.
(23) Peress li jista" jkun hemm xi diskrepanzi jew żbalji fl-informazzjoni rrapportata lill-Kummissjoni, il-persuni impjegati jew li ngħataw mandat mis-servizzi tal-Kummissjoni għandhom, fil-każ ta' suspett raġunat, ikunu jistgħu, flimkien mal-awtoritajiet ta' monitoraġġ tal-Istat Membru maħtur, jivverifikaw ir-realtà tal-ħażniet u tad-dokumenti li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jinvokaw.
Emenda 22 Proposta għal direttiva Premessa 25
(25) Il-protezzjoni tal-individwi rigward it-trattament tal-informazzjoni personali mill-Istati Membri hija rregolata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta" individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta" dejta personali u dwar il-moviment liberu ta" dik id-dejta, u l-protezzjoni tal-individwi rigward it-trattament tal-informazzjoni personali mill-Kummissjoni hija koperta mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta" dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta" dak id-dejta. Dawn l-atti jeżiġu b'mod partikolari li t-trattament tal-informazzjoni personali jkun iġġustifikat minn skop leġittimu u li l-informazzjoni personali miġbura b'mod aċċidentali titħassar minnufih.
(25) Il-protezzjoni tal-individwi rigward it-trattament tal-informazzjoni personali mill-Istati Membri hija rregolata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta" individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta" dejta personali u dwar il-moviment liberu ta" dik id-dejta, u l-protezzjoni tal-individwi rigward it-trattament tal-informazzjoni personali mill-Kummissjoni hija koperta mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta" dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta" dak id-dejta. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom ikunu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Emenda 23 Proposta għal direttiva Premessa 29
(29) Minħabba n-nuqqas għall-ħażniet speċifiċi ta" livell minimu obbligatorju uniformi fuq il-livell Komunitarju, u n-numru ta" mekkaniżmi ġodda li ddaħħlu b'din id-direttiva, l-applikazzjoni ta" din id-direttiva għandha tkun evalwata relattivament ftit wara li tidħol fis-seħħ.
(29) Minħabba n-nuqqas għall-ħażniet speċifiċi ta" livell minimu obbligatorju uniformi fuq il-livell Komunitarju, u filwaqt li wieħed iqis l-istudju attwali dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji ta' miżuri biex iżidu t-trasparenza tas-suq taż-żejt, b'mod partikulari permezz tar-rappurtar ta' kull ġimgħa dwar il-ħażniet kummerċjali taż-żejt, u n-numru ta" mekkaniżmi ġodda li ddaħħlu b'din id-Direttiva, l-applikazzjoni ta" din id-Direttiva għandha tkun evalwata mhux iktar tard minn tliet snin wara li tidħol fis-seħħ.
Emenda 24 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e
(e) "deċiżjoni finali effettiva ta" tqegħid tal-ħażniet f'ċirkolazzjoni": kull deċiżjoni fis-seħħ tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija bl-għan li tassigura t-tqegħid f'ċirkolazzjoni tal-ħażniet taż-żejt jew tal-prodotti taż-żejt ta" Stat Membru;
(e) "deċiżjoni finali effettiva ta" tqegħid tal-ħażniet f'ċirkolazzjoni": kull deċiżjoni fis-seħħ tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija bl-għan li tassigura t-tqegħid f'ċirkolazzjoni tal-ħażniet taż-żejt jew tal-prodotti taż-żejt ta" pajjiż membru tal-AIE;
Emenda 25 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – subparagrafu 1 – punt 1 a (ġdid)
(la) "sitwazzjonijiet ta' emerġenza' tfisser ċirkustanzi fejn ikun hemm tfixkil sinifikanti fil-provvista ta' żejt mhux raffinat jew ta' prodotti taż-żejt;
Emenda 26 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 4
4. L-arranġamenti u l-metodi ta" kalkolu tal-obbligi ta" ħżin stabbiliti f'dan l-Artikolu jistgħu jiġu emendati b'mod konformi mal-proċedura ta" regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(2).
4. L-arranġamenti u l-metodi ta" kalkolu tal-obbligi ta" ħżin stabbiliti f'dan l-Artikolu jistgħu jiġu emendati b'mod konformi mal-proċedura ta" regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(2) u wara li ssir konsultazzjoni mal-esperti u mal-partijiet interessati.
Emenda 27 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 3
3. L-arranġamenti u l-metodi ta" kalkolu tal-livell tal-ħażniet speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu emendati b'mod konformi mal-proċedura ta" regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(2).
3. L-arranġamenti u l-metodi ta" kalkolu tal-livell tal-ħażniet speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu emendati b'mod konformi mal-proċedura ta" regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(2) u wara li ssir konsultazzjoni mal-esperti u mal-partijiet interessati.
1. L-Istati Membri għandhom dejjem jassiguraw l-aċċessibilità fiżika u d-disponibbiltà tal-ħażniet ta" sigurtà u tal-istokkijiet speċifiċi, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 9, li jkunu fit-territorju nazzjonali tagħhom. Huma għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti ta" identifikazzjoni, ta" kontabilità u ta" kontroll ta" dawn il-ħażniet b'mod li jippermettu li jkun hemm verifika ta" dawn il-ħażniet fi kwalukwe mument. Għall-ħażniet ta" sigurtà u l-ħażniet speċifiċi li jagħmlu parti mill-ħażniet miżmuma minn xi operaturi ekonomiċi jew li huma mħalltin ma" ħażniet bħal dawn, għandha ssir kontabilità separata.
1. L-Istati Membri għandhom dejjem jassiguraw l-aċċessibilità fiżika u d-disponibbiltà tal-ħażniet ta" sigurtà u tal-istokkijiet speċifiċi, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 9, li jkunu fit-territorju nazzjonali tagħhom. Huma għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti ta" identifikazzjoni, ta" kontabilità u ta" kontroll ta" dawn il-ħażniet b'mod li jippermettu li jkun hemm verifika ta" dawn il-ħażniet fi kwalukwe mument. Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu stabbiliti bi qbil minn qabel mal-Kummissjoni. Għall-ħażniet ta" sigurtà u l-ħażniet speċifiċi li jagħmlu parti mill-ħażniet miżmuma minn xi operaturi ekonomiċi jew li huma mħalltin ma" ħażniet bħal dawn, għandha ssir kontabilità separata.
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi inventarju dettaljat, aġġornat il-ħin kollu, tal-ħażniet ta" sigurtà kollha li jkunu miżmuma għalih u li ma jkunux ħażniet speċifiċi skont l-Artikolu 9. Dan l-inventarju għandu jkollu b'mod partikolari l-informazzjoni kollha li tippermetti li jiġu lokalizzati b'mod preċiż il-ħażnietinkwistjonikif ukoll li jiġu ddeterminati l-ammonti, il-propjetarju, kif ukoll in-natura eżatta tagħhom, b'referenza għall-kategoriji identifikati fil-punt 3.1 tal-paragrafu 1 tal-Anness C tar-Regolament (KE) Nru tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-** dwar l-istatistiċi tal-enerġija.
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi inventarju dettaljat, aġġornat il-ħin kollu, tal-ħażniet ta" sigurtà kollha li jkunu miżmuma għalih u li ma jkunux ħażniet speċifiċi skont l-Artikolu 9. Dan l-inventarju għandu jkollu b'mod partikolari informazzjoni dwar il-maħżen, ir-raffinerija jew il-faċilità ta' ħżin fejn ikunu jinsabu l-ħażnietikkonċernati u l-ammonti involuti, il-propjetarju, kif ukoll in-natura eżatta tagħhom, b'referenza għall-kategoriji identifikati fil-punt 3.1 tal-paragrafu 1 tal-Anness C tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta" Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija*.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti lill-Kummissjoni kopja tal-inventarju tal-ħażniet li jeżistu fl-aħħar jum ta" kull sena kalendarja, fi żmien tletin jum wara s-sena kalendarja li għaliha tgħodd l-informazzjoni.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti lill-Kummissjoni kopja tal-inventarju tal-ħażniet li jeżistu fl-aħħar jum ta" kull sena kalendarja, fi żmien ħamsa u erbgħin jum wara s-sena kalendarja li għaliha tgħodd l-informazzjoni.
Emenda 31 Proposta għal direttiva Artikolu 6 - paragrafu 1 - subparagrafu 3 a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tiggarantixxi l-kunfidenzjalità tad-data individwali li tinsab fl-inventarju.
Emenda 32 Proposta għal direttiva Artikolu 7 - paragrafu 3 - subparagrafu 2 a (ġdid)
F'każ li ftehima tiddelega dawn l-obbligi lill-Istat Membru fejn jinsabu dawn il-ħażniet jew lill-entità ċentrali taż-żamma tal-ħażniet imwaqqfa minn dak l-Istat Membru, din il-ftehima għandha tinkludi dispożizzjonijiet li jistipulaw
(a) ir-responsabilità tal-Istat Mebru jew l-entità ċentrali taż-żamma tal-ħażniet li jiżguraw informazzjoni preċiża dwar il-livell tal-ħażna fi kwalunkwe waqt;
(b) il-qafas taż-żmien biex jitwasslu dawn il-ħażniet miksuba, kostitwiti, miżmuma jew immaniġġjati fit-territorju tiegħu lill-Istat Membru li ddelega dawn il-ħidmiet;
(c) sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, f'każ li l-Istat membru jew l-entità ċentrali taż-żamma tal-ħażniet ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehima.
Emenda 33 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 4 – punt b
(b) li tippubblika għallinqas sitt xhur qabel il-kundizzjonijiet li bihom toffri dawn is-servizzi lill-operaturi ekonomiċi.
(b) li tippubblika għallinqas tliet xhur qabel il-kundizzjonijiet li bihom toffri dawn is-servizzi lill-operaturi ekonomiċi.
Emenda 34 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b
(b) lil entità ċentrali ta" ħżin waħda jew aktar minn waħda li tista" żżomm ħażniet bħal dawn, jew
(b) lil entità ċentrali ta" ħżin waħda jew aktar minn waħda li tista" żżomm ħażniet bħal dawn, bil-kundizzjoni li tiġi konkluża ftehima bejn l-Istati Membri kkonċernati u l-Istati Membri li ma jżommux ħażniet, jew
1. Kull Stat Membru jista" jinkariga ruħu b'mod irrevokabbli li jżomm livell minimu, iddeterminat f'numru ta" jiem ta" konsum, ta" ħażniet taż-żejt filwaqt li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta" dan l-Artikolu (iktar "il quddiem "ħażniet speċifiċi").
1. Kull Stat Membru jista" jinkariga ruħu li jżomm livell minimu, iddeterminat f'numru ta" jiem ta" konsum, ta" ħażniet taż-żejt filwaqt li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta" dan l-Artikolu (iktar "il quddiem "ħażniet speċifiċi").
3. Il-ħażniet speċifiċi jaqgħu biss taħt il-kategoriji ta" prodotti li ġejjin, bħal ma huma definiti fil-punt 4 tal-Anness B, tar-Regolament (KE) Nru * tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-* dwar l-istatistiċi tal-enerġija:
3. Il-ħażniet speċifiċi jistgħu jaqgħu biss taħt il-kategoriji ta" prodotti li ġejjin, li għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, b'mod partikolari dwar l-istandards tal-kombustibbli u l-protezzjoni tal-ambjent,kif definiti fit-Taqsima 4 tal-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008:
5. Kull Stat Membru li ddeċieda li jżomm xi ħażniet speċifiċi għandu jagħti avviż lill-Kummissjoni, li huwa ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jispeċifika l-livell ta" ħażniet speċifiċi li jinkariga ruħu b'mod irrevokabbli li jżomm, għal kull waħda mill-kategoriji u b'mod permanenti. Il-livell minimu obbligatorju nnotifikat huwa uniku u japplika b'mod identiku għall-kategoriji kollha ta" ħażniet speċifiċi użati mill-Istat Membru.
5. Kull Stat Membru li ddeċieda li jżomm xi ħażniet speċifiċi għandu jagħti avviż lill-Kummissjoni, li huwa ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jispeċifika l-livell ta" ħażniet speċifiċi li jinkariga ruħu li jżomm, għal kull waħda mill-kategoriji u l-perjodu li jkun impenja ruħu għalih b'mod permanenti. Il-livell minimu obbligatorju nnotifikat huwa uniku u japplika b'mod identiku għall-kategoriji kollha ta" ħażniet speċifiċi użati mill-Istat Membru.
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi inventarju dettaljat u aġġornat il-ħin kollu tal-ħażniet speċifiċi kollha miżmuma fit-territorju nazzjonali tiegħu. Dan l-inventarju għandu jkollu b'mod partikolari l-informazzjoni kollha li tippermetti li jiġu lokalizzati b'mod preċiż il-ħażniet inkwistjoni.
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi inventarju dettaljat u aġġornat kontinwamentfuq il-bażi ta" kull xahar tal-ħażniet speċifiċi kollha miżmuma fit-territorju nazzjonali tiegħu. Dan l-inventarju għandu jkollu b'mod partikolari informazzjoni dwar il-maħżen, ir-raffinerija jew il-faċilità ta" ħżin fejn ikunu jinsabu l-ħażniet ikkonċernati.
L-Istat Membru għandu jagħti lill-Kummissjoni kopja tal-inventarju fi żmien tmint ijiem wara kull talba tas-servizzi tal-Kummissjoni, li ssir fi żmien għaxar snin mid-data relatata mal-informazzjoni mitluba.
L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni kopja tal-inventarju fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol wara li ssir talba mill-Kummissjoni. Talba bħal din tista" ssir fi żmien tliet snin mid-data relatata mal-informazzjoni mitluba.
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 1 a (ġdid)
Kwalunkwe ftehima bejn Stati Membri u entità ċentrali għaż-żamma ta' ħażniet għandha tinkludi ċerti dispożizzjonijiet, li jistipulaw:
(a) ir-responsabilità tal-Istat Mebru jew l-entità ċentrali taż-żamma tal-ħażniet li jiżguraw informazzjoni preċiża dwar il-livell tal-ħażna fi kwalunkwe waqt;
(b) il-qafas taż-żmien biex jitwasslu dawn il-ħażniet miksuba, kostitwiti, miżmuma jew immaniġġjati fit-territorju tiegħu lill-Istat Membru li ddelega dawn il-ħidmiet;
(c) sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, f'każ li l-Istat membru jew l-entità ċentrali taż-żamma tal-ħażniet ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehima.
Emenda 41 Proposta għal direttiva Artikolu 15
1. L-Istati Membri għandhom jirraportaw lill-Kummissjoni informazzjoni statistika kull ġimgħa dwar il-livell tal-ħażniet kummerċjali miżmuma fit-territorju nazzjonali tagħhom. Rigward dan, huma għandhom jassiguraw li tiġi protetta n-natura sensittiva tal-informazzjoni u għalhekk ma jsemmux l-ismijiet tal-proprjetarji tal-ħażniet inkwistjoni.
1. L-Istati Membri għandhom jirraportaw lill-Kummissjoni informazzjoni statistika kull xahar dwar il-livell tal-ħażniet kummerċjali miżmuma fit-territorju nazzjonali tagħhom. Rigward dan, huma għandhom jassiguraw li tiġi protetta n-natura sensittiva tal-informazzjoni u għalhekk ma jsemmux l-ismijiet tal-proprjetarji tal-ħażniet inkwistjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni statistika kull ġimgħa dwar il-ħażniet kummerċjali fil-Komunità fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun ġiet irrapportata lilha mill-Istati Membri, billi tuża livelli aggregati.
2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni statistika kull xahar dwar il-ħażniet kummerċjali fil-Komunità fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun ġiet irrapportata lilha mill-Istati Membri, billi tuża livelli aggregati.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta, b'mod konformi mal-proċedura ta" regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(2), l-arranġamenti ta" applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta, b'mod konformi mal-proċedura ta" regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(2), l-arranġamenti ta" applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2.
(3a)Wara r-reviżjoni tagħha skont l-Artikolu 23, il-Kummissjoni tista" teżiġi li Stat Membru jibgħat sommarju statistiku kull ġimgħa (għall-kuntrarju ta" kull xahar) dwar il-livelli tal-ħażniet kummerjali taż-żejt, jekk eżami bir-reqqa tal-fattibilità u l-effettività tal-informazzjoni statistika ta" kull ġimgħa juri li dawn joffru vantaġġi ċari f'termini ta" trasparenza tas-suq u li ma hija neċessarja l-ebda korrezzjoni sussegwenti fuq bażi ta' rutina għall-informazzjoni miksuba għal sommarji ta" dan it-tip.
Emenda 42 Proposta għal direttiva Artikolu 19 – paragrafu 1
1. Is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu f'kull ħin jiddeċiedu li jwettqu azzjonijiet ta" kontroll fuq il-ħażniet ta" sigurtà u l-ħażniet speċifiċi fl-Istati Membri. Is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jistaqsu għal parir mill-grupp ta" koordinazzjoni waqt it-tħejjija ta" dawn il-kontrolli.
1. Is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jekk ikun hemm bażi ġustifikata ta" suspett jiddeċiedu li jwettqu azzjonijiet ta" kontroll fuq il-ħażniet ta" sigurtà u l-ħażniet speċifiċi fl-Istati Membri. Is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jistaqsu għal parir mill-grupp ta" koordinazzjoni waqt it-tħejjija ta" dawn il-kontrolli.
Emenda 43 Proposta għal direttiva Artikolu 19 – paragrafu 2
2. L-objettivi tal-azzjonijiet ta" kontroll stabbiliti fil-paragrafu 1 ma jinkludux ġbir ta" informazzjoni personali. L-informazzjoni personali li tista" tinsab jew li jiltaqgħu magħha waqt il-kontrolli ma tinġabarx u ma tiġix ikkunsidrata, u, f'każ li tinġabar aċċidentalment, tiġi mħassra minnufih.
2. L-objettivi tal-azzjonijiet ta" kontroll stabbiliti fil-paragrafu 1 ma jinkludux l-ipproċesar ta" informazzjoni personali. L-informazzjoni personali li tista" tinsab jew li jiltaqgħu magħha waqt il-kontrolli ma tinġabarx u ma tiġix ikkunsidrata, u, f'każ li tinġabar aċċidentalment, tiġi mħassra minnufih.
Emenda 44 Proposta għal direttiva Artikolu 19 – paragrafu 4
4. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, waqt l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta" kontroll stabbiliti fil-paragrafu 1, il-persuni li huma responsabbli għaż-żamma u l-ġestjoni tal-ħażniet ta" sigurtà u tal-ħażniet speċifiċi fit-territorju tagħhom jikkollaboraw mal-persuni impjegati jew li jkollhom mandat mis-servizzi tal-Kummissjoni.
4. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, waqt l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta" kontroll stabbiliti fil-paragrafu 1, il-persuni li huma responsabbli għaż-żamma u l-ġestjoni tal-ħażniet ta" sigurtà u tal-ħażniet speċifiċi fit-territorju tagħhom jikkollaboraw mal-impjegati jew aġentiawtorizzati mill-Kummissjoni.
Emenda 45 Proposta għal direttiva Artikolu 19 – paragrafu 7
7. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw iż-żamma tal-informazzjoni, karti, reġistrazzjoni ta" ċifri u dokumenti relatati mal-ħażniet ta" sigurtà u l-ħażniet speċifiċi għal perjodu ta" mhux inqas minn għaxar snin.
7. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw iż-żamma tal-informazzjoni, karti, reġistrazzjoni ta" ċifri u dokumenti relatati mal-ħażniet ta" sigurtà u l-ħażniet speċifiċi għal perjodu ta" mhux inqas minn tliet snin.
Emenda 46 Proposta għal direttiva Artikolu 21 – paragrafi 3 u 4
3. Meta jkun hemm deċiżjoni internazzjonali effettiva ta" tpoġġija fiċ-ċirkolazzjoni ta" ħażniet, kull Stat Membru kkonċernat jista" juża l-ħażniet ta" sigurtà u l-ħażniet speċifiċi tiegħu biex jissodisfa l-obbligi internazzjonali li jirriżultaw minn dik id-deċiżjoni. F'dan il-każ, l-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni, li tista" ssejjaħ il-grupp ta" koordinazzjoni jew tipproċedi b'talba għal konsultazzjoni mal-membri ta" dan il-grupp b'mezz elettroniku b'mod partikolari sabiex tevalwa l-effetti tat-tqegħid f'ċirkolazzjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha taħdem f'kooperazzjoni mill-qrib ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra li għandhom il-poter li jieħdu deċiżjoni biex jirrilaxxaw il-ħażniet u għandhom isaħħu l-koordinazzjoni multilaterali u bilaterali dwar dawn il-kwistjonijiet madwar id-dinja. Meta jkun hemm deċiżjoni internazzjonali effettiva ta" tpoġġija fiċ-ċirkolazzjoni ta" ħażniet, kull Stat Membru kkonċernat jista" juża l-ħażniet ta" sigurtà u l-ħażniet speċifiċi tiegħu biex jissodisfa l-obbligi internazzjonali li jirriżultaw minn dik id-deċiżjoni. F'dan il-każ, l-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni, li tista" ssejjaħ il-grupp ta" koordinazzjoni jew tipproċedi b'talba għal konsultazzjoni mal-membri ta" dan il-grupp b'mezz elettroniku b'mod partikolari sabiex tevalwa l-effetti tat-tqegħid f'ċirkolazzjoni.
4. Meta jkun hemm xi diffikultajiet fil-provvista taż-żejt mhux maħdum jew tal-prodotti taż-żejt tal-Komunità jew ta" xi Stat Membru, il-Kummissjoni għandha ssejjaħ, fl-iqsar żmien possibbli, fuq talba ta" xi Stat Membru jew minn jeddha, il-grupp ta" koordinazzjoni. Il-grupp ta" koordinazzjoni, li jeżamina s-sitwazzjoni Il-Kummissjoni tistabbilixxi jekk ikunx hemm interruzzjoni maġġuri ta" provvista.
4. Meta jkun hemm xi diffikultajiet fil-provvista taż-żejt mhux maħdum jew tal-prodotti taż-żejt tal-Komunità jew ta" xi Stat Membru, il-Kummissjoni għandha ssejjaħ, fl-iqsar żmien possibbli, fuq talba ta" xi Stat Membru jew minn jeddha, il-grupp ta" koordinazzjoni. Kull Stat Membru għandu jiżgura li jista' jiġi rappreżentat, permezz ta' persuna jew permezz ta' mezzi elettroniċi, f'laqgħa tal-Grupp ta' Koordinazzjoni fi żmien 24 siegħa wara s-sejħa għal-laqgħa. Il-grupp ta" koordinazzjoni, li jeżamina s-sitwazzjoni fuq il-bażi tal-impenn għall-prinċipju ta' solidarjetà fost l-Istati Membri, u l-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-evalwazzjoni mill-grupp ta' koordinazzjoni, għandhom jiddeterminaw jekk ikunx hemm interruzzjoni maġġuri ta" provvista.
Jekk jiġi stabbilit li hemm interruzzjoni maġġuri fil-provvista, il-Kummissjoni tista" tawtorizza t-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni totali jew parzjali tal-ammonti proposti għal dan l-iskop mill-Istat Membri kkonċernati.
Jekk jiġi stabbilit li hemm interruzzjoni maġġuri fil-provvista, il-Kummissjoni tista" tawtorizza t-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni totali jew parzjali tal-ammonti proposti għal dan l-iskop mill-Istat Membri kkonċernati.
Emenda 47 Proposta għal direttiva Artikolu 23
Fi tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta" din id-direttiva, il-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħha u teżamina b'mod partikolari l-oppotunità li timponi lill-Istati Membri kollha livell minimu obbligatorju ta" ħażniet speċifiċi.
Mhux iktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta" din id-direttiva, il-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħha u teżamina b'mod partikolari
(a) jekk l-informazzjoni dwar il-ħażniet hijiex preċiża u ngħatatx fil-waqt;
(b) jekk il-livell tal-ħażniet kummerċjali taż-żejt għandhomx jiġu rappurtati fuq bażi ta' kull ġimgħa jew ta' kull xahar;
(c)jekk ikunx xieraq li timponi fuq l-Istati Membri kollha livell minimu obbligatorju ta" ħażniet speċifiċi li jkopru tul ta' żmien itwal.
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentarji u amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma" din id-direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 20XX. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta" dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta" korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentarji u amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma" din id-direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta" Diċembru 20XX, bl-eċċezzjoni ta" dawk l-Istati Membri li għalihom japplika perjodu ta" tranżizzjoni għall-bini ta' riżervi taż-żejt jew tal-prodotti taż-żejt skont it-trattat ta" adeżjoni mal-Unjoni Ewropea fejn l-iskadenza biex jiġu implimentati tkun id-data meta jiskadi l-perjodu ta" tranżizzjoni. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta" dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta" korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Emenda 49 Proposta għal direttiva Anness III – paragrafu 11
Meta jiġu kkalkulati il-ħażniet tagħhom, l-Istati Membri għandhom inaqqsu b"10% l-ammonti ta" ħażniet kkalkulati skont dak imsemmi qabel. Dan it-tnaqqis japplika għall-ammonti kollha kkunsidrati f'kalkolu speċifiku.
Meta jiġu kkalkulati il-ħażniet tagħhom, l-Istati Membri għandhom inaqqsu b"5 % l-ammonti ta" ħażniet kkalkulati skont dak imsemmi qabel. Dan it-tnaqqis japplika għall-ammonti kollha kkunsidrati f'kalkolu speċifiku.
Netwerk ta' Informazzjoni ta' Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika *
505k
133k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar Netwerk ta' Informazzjoni ta' Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (CIWIN) (COM(2008)0676 – C6-0399/2008 – 2008/0200(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0676),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE u l-Artikolu 203 tat-Trattat Euratom, skont liema artikoli l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6–0399/2008),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0228/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;
5. Jitlob lill-Kummissjoni, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona, li jekk il-Kunsill ma jkun ħa ebda deċiżjoni f'dan ir-rigward, iqis il-possibilità li jintuża l-Artikolu 196 (il-Protezzjoni Ċivili) bħala bażi legali għal din il-proposta, u biex jikkunsidra mill-ġdid, jekk ikun xieraq, it-tressiq ta' proposta lill-Parlament;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal Deċiżjoni Premessa 1
(1) Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar "Prevenzjoni, Tħejjija u Tweġiba għal Attakki Terroristiċi" u l-"Programm ta" Solidarjetà tal-UE dwar il-Konsegwenzi ta" Theddidiet u Attakki Terroristiċi" adottati mill-Kunsill f'Diċembru 2004 approvaw l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi Programm Ewropew għal Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika u qablu li l-Kummissjoni tistabbilixxi s-CIWIN1
(1) Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar "Prevenzjoni, Tħejjija u Tweġiba għal Attakki Terroristiċi" u l-"Programm ta" Solidarjetà tal-UE dwar il-Konsegwenzi ta" Theddidiet u Attakki Terroristiċi" adottati mill-Kunsill f'Diċembru 2004 approvaw l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi Programm Ewropew għal Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika u qablu li l-Kummissjoni tistabbilixxi s-CIWIN1 .
___________ 14894/04.
_____________ Dokument tal-Kunsill 15232/04.
Emenda 2 Proposta għal Deċiżjoni Premessa 4
(4) Diversi inċidenti li kienu jinvolvu infrastruttura kritika fl-Ewropa, bħal, pereżempju, l-interruzzjoni Ewropea tal-2006 urew il-ħtieġa ta" skambju aħjar u aktar effiċjenti ta" informazzjoni biex ikun limitat l-inċident, ma jitħalliex isir jew ikun limitat l-effett tiegħu.
(4) Diversi inċidenti li kienu jinvolvu infrastruttura kritika fl-Ewropa, bħal, pereżempju, l-interruzzjoni Ewropea tal-2006 wrew il-ħtieġa ta" skambju aħjar u aktar effiċjenti ta" informazzjoni u għarfien akbar tal-prattiki ta' Stati Membri differenti sabiex ikun hemm tħejjija minn qabel u biex inċidenti bħal dawn ikuu evitati fil-ġejjieni.
Emenda 3 Proposta għal Deċiżjoni Premessa 5
(5) Jixraq li tkun stabbilita sistema ta" informazzjoni li biha l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni u twissijiet fil-qasam tal-Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika (CIP), isaħħu d-djalogu tagħhom dwar is-CIP, u jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-integrazzjoni u l-koordinazzjoni aħjar ta" programmi ta" riċerka tas-CIP li jinsabu mxerrdin u frammentati f'livell nazzjonali.
(5) Għalhekk jixraq li tkun stabbilita sistema ta" informazzjoni li biha l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni fil-qasam tas-CIP, isaħħu d-djalogu tagħhom dwar is-CIP, u jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-integrazzjoni u l-koordinazzjoni aħjar ta" programmi ta" riċerka tas-CIP li jinsabu mxerrdin u frammentati f'livell nazzjonali. Or. en
Emenda 4 Proposta għal Deċiżjoni Premessa 6
(6) Is-CIWIN għandu jikkontribwixxi għat-titjib tas-CIP fl-UE billi jipprovdi sistema ta" informazzjoni li tkun tista" tiffaċilita l-kooperazzjoni tal-Istati Membri;u joffri alternattiva effiċjenti u ta" malajr għal metodi li jieħdu ħafna żmien għal tiftix ta" informazzjoni dwar infrastrutturi kritiċi fil-Komunità.
(6) Is-CIWIN għandu jikkontribwixxi għat-titjib tas-CIP fl-UE billi jipprovdi sistema ta" informazzjoni li tkun tista" tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tal-Istati Membri, u joffri alternattiva effiċjenti u ta" malajr għal metodi li jieħdu ħafna żmien għal tiftix ta" informazzjoni dwar infrastrutturi kritiċi fil-Komunità. Huwa għandu b'mod partikolari, jistimula l-iżvilupp ta" miżuri adatti li jkollhom l-għan li jiffaċilitaw l-skambju u t-tixrid ta' informazzjoni, tal-aħjar prattika u esperjenzi bejn l-Istati Membri
Emenda 5 Proposta għal Deċiżjoni Premessa 6 a (ġdida)
(6a)L-ewwel evalwazzjoni tas-CIWIN għandha tinkludi wkoll analiżi dettaljata tal-bżonn li tiżdied funzjonalità ġdida għas-CIWIN, jiġifieri l-faċilità teknika ta' sistema ta' twissija rapida (RAS). Din il-funzjonalità għandha tgħin biex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jħabbru twissijiet dwar riskji u theddidiet immedjati għal infrastruttura kritika, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti kollha rigward sigurtà.
Emenda 6 Proposta għal Deċiżjoni Premessa 7
(7)Is-CIWIN għandu, b'mod partikolari, jistimula l-iżvilupp ta" miżuri adatti li jkollhom l-għan li jiffaċilitaw skambju tal-aħjar prattika, kif ukoll ikun mezz ta" trażmissjoni ta" theddidiet u twissijiet immedjati b'mod garantit.
imħassar
Emenda 7 Proposta għal Deċiżjoni Premessa 8
(8) Is-CIWIN għandu jevita x-xogħol doppju u jqis il-karatteristiċi speċifiċi, tagħrif espert, arranġamenti u oqsma ta" kompetenza ta" kull waħda mis-sistemi eżistenti ta" twissija rapida settorjali (RAS).
(8) Matul l-iżvilupp u l-evalwazzjoni tas-sistema l-ġdida ta' informazzjoni l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li s-CIWIN jevita x-xogħol doppju u jqis il-karatteristiċi speċifiċi, tagħrif espert, arranġamenti u oqsma ta" kompetenza ta" kull waħda mis-sistemi eżistenti ta" twissija rapida settorjali (RAS).
Emenda 8 Proposta għal Deċiżjoni Premessa 10
(10)L-interdipendenza dwar l-Infrastruttura Kritika fi Stati Membri u livelli varji ta" CIP fi Stati Membri jissuġġerixxu li l-ħolqien ta" għodda Komunitarja orizzontali u transettorjali għall-iskambju ta" informazzjoni u twissijiet fuq CIP għandha żżid is-sigurtà taċ-ċittadini.
(10)L-interdipendenza dwar l-Infrastruttura Kritika fi Stati Membri u livelli varji ta" Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika (CIP) fi Stati Membri jissuġġerixxu li l-ħolqien ta" għodda Komunitarja orizzontali u transettorjali għall-iskambju ta" informazzjoni fuq CIP għandha żżid is-sigurtà taċ-ċittadini.
Emenda 9 Proposta għal Deċiżjoni Premessa 10 a (ġdida)
(10a)L-adozzjoni ta' miżuri fil-qasam tal-protezzjoni ċivili hija elenkata fost l-attivitajiet Komunitarji fil-punt (u) tal-Artikolu 3(1) tat-Trattat KE. Għalhekk, il-ħolqien tas-CIWIN huwa meħtieġ sabiex jippermetti lill-Komunità tikseb l-objettiv stipulat mit-Trattat.
Emenda 11 Proposta għal Deċiżjoni Premessa 17
(17) Din id-Deċiżjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta ta" Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
(17 ) Din id-Deċiżjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali, u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
Emenda 12 Proposta għal Deċiżjoni Artikolu 1
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi sistema sigura ta" informazzjoni, komunikazzjoni u twissija – Netwerk ta" Informazzjoni ta" Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (CIWIN) – bil-għan li tassisti lill-Istati Membri biex jiskambjaw informazzjoni dwar theddidiet, vulnerabbiltajiet u miżuri u strateġiji adatti biex itaffu riskji relatati mas-CIP.
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi sistema sigura ta" informazzjoni u ta' komunikazzjoni – Netwerk ta" Informazzjoni ta" Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (CIWIN) – bil-għan li tassisti lill-Istati Membri biex jiskambjaw informazzjoni dwar vulnerabbiltajiet u miżuri u strateġiji adatti biex itaffu riskji relatati mas-CIP.
Emenda 13 Proposta għal Deċiżjoni Artikolu 2 – subparagrafu 2
"Infrastruttura kritika" għandha tfisser dawk l-assi, sistemi jew partijiet minnhom li jkunu jinsabu fi Stati Membri li jkunu essenzjali għaż-żamma ta" funzjonijiet vitali li jappartienu lis-soċjetà, lis-saħħa, is-sikurezza, il-benesseri ekonomiku jew soċjali ta" poplu, u li l-isfrattu jew il-qerda tagħhom iħallu impatt sinifikattiv fi Stat Membru bħala riżultat tan-nuqqas taż-żamma ta" dawk il-funzjonijiet.
"Infrastruttura kritika" għandha tfisser dawk l-assi, sistemi jew partijiet minnhom li jkunu jinsabu fi Stati Membri li jkunu essenzjali għaż-żamma ta" funzjonijiet vitali li jappartienu lis-soċjetà, lis-saħħa, is-sikurezza, il-katina ta' forniment, il-benesseri ekonomiku jew soċjali ta" poplu, u li l-isfrattu jew il-qerda tagħhom iħallu impatt sinifikattiv fi Stat Membru bħala riżultat tan-nuqqas taż-żamma ta" dawk il-funzjonijiet.
Emenda 14 Proposta għal Deċiżjoni Artikolu 2 – subparagrafu 3
"Stati Membri Partiÿipanti" għandha tfisser l-Istati Membri li jkunu ffirmaw Memorandum ta" ftehim mal-Kummissjoni.
imħassar
Emenda 15 Proposta għal Deċiżjoni Artikolu 3
Artikolu 3
imħassar
Parteċipazzjoni
Il-partiċipazzjoni fis-CIWIN u l-użu tiegħu jkunu miftuħin għall-Istati Membri kollha. Il-partiċipazzjoni fis-CIWIN tkun bil-kondizzjoni li jkun iffirmat Memorandum ta" ftehim li jkollu rekwiżiti tekniċi u ta" sigurtà applikabbli għas-CIWIN, u informazzjoni dwar is-siti li għandhom ikunu konnessi mas-CIWIN.
Emenda 16 Proposta għal Deċiżjoni Artikolu 4 – Titolu
Funzjonalitajiet
Funzjonalità u struttura
Emenda 17 Proposta għal Deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 1
(1) Is-CIWIN għandu jkun magħmul miż-żewġ funzjonalitajiet li ġejjin: (a) forum elettroniku għas-CIP relatat ma" skambju ta" informazzjoni;
(1) Is-CIWIN għandu jitfassal bħala forum elettroniku għas-CIP relatat ma" skambju ta" informazzjoni;
(b) funzjonalità ta" twissija rapida li biha Stati Membri partiċipanti u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jħabbru twissijiet dwar riskji u theddidiet immedjati għal infrastruttura kritika.
Emenda 18 Proposta għal Deċiżjoni Artikolu 4 - paragrafu 1 a (ġdid)
(1a)Il-pjattaforma teknika għas-CIWIN għandha tkun preżenti tal-anqas f'post sikur wieħed f'kull Stat Membru.
Siti fissi għandhom ikunu inklużi fis-sistema fuq bażi permanenti. Waqt li l-kontenut tagħhom jista" jkun aġġustat, is-siti jistgħu ma jitneħħewx, ma jingħatalhomx isem mill-ġdid jew ma jżdidux siti ġodda. L-Anness I għandu lista ta" siti fissi.
Siti fissi għandhom ikunu inklużi fis-sistema fuq bażi permanenti. Waqt li l-kontenut tagħhom jista" jkun aġġustat, is-siti ma jistgħux jitneħħew u jingħatalhom isem ġdid. L-Anness I għandu lista ta" siti fissi. Dan ma jeskludix l-inklużjoni ta' zoni ġodda jekk l-operat tas-sistema juri li dan ikun meħtieġ.
Emenda 20 Proposta għal Deċiżjoni Artikolu 5 – paragrafu 1
(1) L-Istati Membri partiċipanti għandhom jaħtru Eżekuttiv tas-CIWIN u jinnotifikaw dwaru lill-Kummissjoni. L-Eżekuttiv tas-CIWIN għandu jkun il-firmatarju tal-Memorandum ta" ftehim, u jkun responsabbli biex jagħti jew jiċħad drittijiet ta" aċċess għas-CIWIN fl-Istati Membri rilevanti.
(1) L-Istati Membri għandhom jaħtru Eżekuttiv tas-CIWIN u jinnotifikaw dwaru lill-Kummissjoni. L-Eżekuttiv tas-CIWIN għandu jkun il-firmatarju tal-Memorandum ta" ftehim, u jkun responsabbli biex jagħti jew jiċħad drittijiet ta" aċċess għas-CIWIN fl-Istati Membri rilevanti.
(Din l-emenda tapplika għat-test kollu.)
Emenda 21 Proposta għal Deċiżjoni Artikolu 5 – paragrafu 2
(2) L-Istati Membri partiċipanti għandhom jagħtu aċċess għas-CIWIN skont il-linji gwida adottati mill-Kummissjoni.
(2) L-Istati Membri għandhom jagħtu aċċess għas-CIWIN skont il-linji gwida tal-utent adottati mill-Kummissjoni.
Emenda 22 Proposta għal Deċiżjoni Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b
(b) biex tistabbilixxi linji gwida dwar il-kondizzjonijiet ta" użu tas-sistema, inklużi l-kunfidenzjalità, trażmissjoni, ħażna, mili u tħassir ta" informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi wkoll il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-għoti ta" aċċess sħiħ jew selettiv għas-CIWIN.
(b) biex tistabbilixxi linji gwida tal-utent dwar il-kondizzjonijiet ta" użu tas-sistema, inklużi l-kunfidenzjalità, trażmissjoni, ħażna, mili u tħassir ta" informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi wkoll il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-għoti ta" aċċess sħiħ jew selettiv għas-CIWIN.
Emenda 23 Proposta għal Deċiżjoni Artikolu 6 - paragrafu 3 a (ġdid)
(3a)Il-Kummissjoni għandha timmoniterja l-funzjonament tas-sistema CIWIN.
Emenda 24 Proposta għal Deċiżjoni Artikolu 7 – paragrafu 2
(2) Id-drittijiet ta" utenti għal aċċess għal dokumenti għandu jkun abbażi ta" "ħtieġa ta" tagħrif" u għandhom dejjem jirrispettaw l-istruzzjonijiet speċifiċi tal-awtur dwar il-protezzjoni u d-distribuzzjoni ta" dokument.
(2) Id-drittijiet ta" utenti għal aċċess għal dokumenti għandhom ikunu abbażi ta" "ħtieġa ta" tagħrif". L-utenti għandhom dejjem jirrispettaw l-istruzzjonijiet speċifiċi tal-awtur dwar il-protezzjoni u d-distribuzzjoni ta" dokument.
(2a)Fl-Istati Membri, l-iskambju ta' tagħrif sensittiv uplowdjat fis-CIWIN bejn utenti awtorizzati u partijiet terzi għandu jkun suġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel tal-proprjetarju ta' dak it-tagħrif u għandu jseħħ skont il-liġi Komunitarja u nazzjonali rilevanti.
Emenda 26 Proposta għal Deċiżjoni Artikolu 7a (ġdid)
Għal kull tagħrif jew dokumenti uplowdjati fis-sistema se tkun possibbli traduzzjoni awtomatika. Il-Kummissjoni għandha, f'kollaborazzjoni mal-punti ta' kuntatt CIP, tiżviluppa lista ta' kliem prinċipali għal kull settur li jista' jintuża meta jsiru uplowd jew riċerka ta' tagħrif fis-CIWIN.
Emenda 27 Proposta għal Deċiżjoni Artikolu 8
Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u taġġorna regolarment linja gwida għall-Utenti li jkollhom id-dettalji kollha dwar il-funzjonalitajietu rwoli tas-CIWIN.
Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u taġġorna regolarment linji gwida għall-utenti li jkollhom id-dettalji kollha dwar il-funzjonalità u rwoli tas-CIWIN.
Emenda 28 Proposta għal Deċiżjoni Artikolu 8 – subparagrafu 1 a (ġdid)
Dawn il-Linji gwida tal-Utent għandhom ikunu stabbiliti f'konformità mal-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta" Ġunju 1999 u jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta" implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni1.
_________________ 1 ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
Emenda 29 Proposta għal Deċiżjoni Artikolu 10 – subparagrafu 1
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi u tevalwa l-operazzjoni tas-CIWIN kull tliet snin, u għandha tibgħat b'mod regolari rapporti lill-Istati Membri.
Il-Kummissjoni, permezz ta' indikaturi speċjali żviluppati għall-monitoraġġ tal-progress, għandha tirrevedi u tevalwa l-operazzjoni tas-CIWIN kull tliet snin, u għandha tibgħat b'mod regolari rapporti lill-Istati Membri kollha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew.
Emenda 30 Proposta għal Deċiżjoni Artikolu 10 – subparagrafu 2
L-ewwel rapport, li għandu jiġi ppreżentat fi żmien tlett snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni għandu, b'mod partikolari, jidentifika dawk l-elementi tan-network tal-Komunità li għandu jiġi mtejjeb jew irranġat. Għandu ukoll jinkludi kull proposta li l-Kummissjoni tikkunsidra neċessarja għall-emenda jew l-adattament ta' din id-Deċiżjoni.
L-ewwel rapport, li għandu jiġi ppreżentat fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni għandu, b'mod partikolari, jiddentifika dawk l-elementi tan-network tal-Komunità li għandhom jiġu mtejba jew adattati, u għandu b'mod partikolari, jevalwa l-possibilità li s-CIWIN jitjieb biex jinkludi l-funzjonalità ta' sistema ta' twissija rapida (RAS). Għandu wkoll jinkludi kull proposta li l-Kummissjoni tikkunsidra neċessarja għall-emenda jew l-adattament ta' din id-Deċiżjoni.
Emenda 31 Proposta għal Deċiżjoni Artikolu 11
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2009.
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 32 Proposta għal Deċiżjoni Anness II – punt 3
(3)Siti ta" Twissija, li jistgħu jinħolqu fil-każ li tkun attivata twissija fir-RAS, u jikkostitwixxi l-kanal tal komunikazzjoni matul attivitajiet relatati mas-CIP;
imħassar
Network Ewropew għall-Protezzjoni ta' Figuri Pubbliċi *
196k
32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar l-inizjattiva tar-Renju tal-Olanda dwar l-adozzjoni ta" deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2002/956/JHA li tistabbilixxi Network Ewropew għall-Protezzjoni ta' Figuri Pubbliċi (16437/2008 – C6-0029/2009 – 2009/0801(CNS))
– wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Renju tal-Olanda (16437/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 30(1)(a) u (c) u l-Artikolu 34(2)(c) tat-Trattat tal-UE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat tal-UE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0029/2009),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0193/2009),
1. Japprova l-inizjattiva tar-Renju tal-Olanda;
2. Jistieden lill-Kunsill sabiex javżah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-inizjattiva tar-Renju tal-Olanda;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-Gvern tar-Renju tal-Olanda.
Programmi ta" ristrutturazzjoni fis-settur tal-qoton *
278k
39k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 637/2008 fir-rigward tal-programmi ta" ristrutturazzjoni [programmi nazzjonali ta' ristrutturar] għas-settur tal-qoton (COM(2009)0037 – C6-0063/2009 – 2009/0008(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0037),
– wara li kkunsidra l-Att ta" Adeżjoni tal-1979, u b'mod partikolari l-paragrafu 6 tal-Protokoll Nru 4 anness miegħu dwar il-qoton,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37(2), subparagrafu 3 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0063/2009),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0200/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 1 a (ġdida)
(1a)Ir-riforma li daħlet fis-seħħ fl-1 ta" Jannar 2006 wasslet għal tnaqqis drastiku fil-produzzjoni tal-qoton fi Spanja, li pperikolat bil-kbir anke s-sopravivenza ta' dan is-settur, fattur li esiġa r-ristrutturazzjoni immedjata tal-industrija tal-ħalġ.
L-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Alpina fil-qasam tat-Trasport (Protokoll dwar it-Trasport) *
196k
32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll dwar l-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Alpina fil-qasam tat-Trasport (Protokoll dwar it-Trasport) (COM(2008)0895 – C6-0073/2009 – 2008/0262(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0895),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0073/2009),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0219/2009),
1. Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri bil-pożizzjoni tal-Parlament.
Abbozz ta' Baġit ta' emenda 2/2009
204k
35k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 2/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III - Kummissjoni (6953/2009 – C6-0077/2009 – 2009/2010(BUD))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, kif adottat b'mod definittiv fit-18 ta' Diċembru 2008(2),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3),
– wara li kkunsidra l-Abbozz preliminari ta' Baġit ta' emenda Nru 2/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, li l-Kummissjoni ppreżentat fit-2 ta' Frar 2009 (COM(2009)0032),
– wara li kkunsidra l-Abbozz ta' Baġit ta' emenda Nru 2/2009, li l-Kunsill stabbilixxa fis-26 ta' Frar 2009 (6953/2009 – C6-0077/2009),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0192/2009),
A. billi l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 2 għall-baġit ġenerali tal-2009 jkopri l-punti li ġejjin: l-organigrammi tal-Impriża konġunta għar-Riċerka ATM tas-Sema Waħdani Ewropew (SESAR), taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), il-bdil għall-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (ERA), u l-bdil tar-rimarki tal-baġit għall-"Monitoraġġ globali għall-ambjent u s-sigurtà" (GMES) Azzjoni ta' Tħejjija,
B. billi l-għan tal-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 2/2009 huwa li jdaħħal formalment dawn l-aġġustamenti baġitarji fil-baġit tal-2009,
1. Jieħu nota tal-Abbozz preliminari ta' Baġit ta' emenda Nru 2/2009;
2. Japprova l-Abbozz ta' Baġit ta' emenda Nru 2/2009 mingħajr emenda;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 3/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III - Kummissjoni (8153/2009 – C6-0118/2009 – 2009/2017(BUD))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, kif ġie adottat b'mod aħħari fit-18 ta' Diċembru 2008(2),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3),
– wara li kkunsidra l-Abbozz preliminari ta' Baġit ta' emenda Nru 3/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, li l-Kummissjoni ppreżentat fis-6 ta' Marzu 2009 (COM(2009)0110),
– wara li kkunsidra l-Abbozz ta' Baġit ta' emenda Nru 3/2009, li l-Kunsill stabbilixxa fit-30 ta' Marzu 2009 (8153/2009 – C6-0118/2009),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0194/2009),
A. billi l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 3 għall-baġit ġenerali tal-2009 jkopri l-aġġustament mill-ġdid, b'effett retroattiv mill-1 ta' Jannar 2007, tas-sistema tar-riżorsi proprji skont id-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007,
B. billi l-għan tal-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 3/2009 huwa li jdaħħal formalment dawn l-aġġustamenti baġitarji fil-baġit tal-2009,
1. Jieħu nota tal-Abbozz preliminari ta' Baġit ta' emenda Nru 3/2009;
2. Japprova l-Abbozz ta' Baġit ta' emenda Nru 3/2009 mingħajr emenda;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
– wara li kkunsidra t-talba ta" Aldo Patriciello għall-ħarsien tal-immunità tiegħu fil-qafas ta" proċeduri legali pendenti quddiem il-Qorti Distrettwali f'Campobasso, bid-data 11 ta" Novembru 2008, ikkomunikata waqt is-seduta plenarja fl-20 ta" Novembru 2008,
– wara li sema' lil Aldo Patriciello bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, tat-8 ta' April 1965, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,
– wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986 u tal-21 ta" Ottubru 2008(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0196/2009),
A. billi Aldo Patriciello huwa Membru tal-Parlament Ewropew li l-kredenzjali tiegħu ġew ivverifikati mill-Parlament fil-15 ta" Ġunju 2006,
B. billi, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Parlament Ewropew u l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali għandhom jikkoperaw sabiex jevitaw kwalunkwe kunflitt fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll; billi konsegwentementfejn xi azzjoni tkun tressqet kontra Membru tal-Parlament Ewropew quddiem qorti nazzjonali u din il-qorti tkun infurmata li tkun inbdiet proċedura għall-ħarsien tal-privileġġi u immunitajiet ta" dak il-Membru, kif previst fl-Artikolu 6(3) tar-Regoli ta' Proċedura, dik il-qorti għandha tissospendi l-proċeduri ġudizzjarji u titlob lill-Parlament biex jagħti l-opinjoni tiegħu kemm jista' jkun malajr(2),
C. billi, skond l-Artikolu 10 tal-Protokoll, waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu jgawdu fit-territorju tal-istat tagħhom stess l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tagħhom u billi l-immunità ma tistax tintalab meta Membru jinqabad fl-att li jikkommetti reat; billi dan ma jżommx lill-Parlament milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jneħħi l-immunità ta" wieħed mill-Membri tiegħu,
D. billi, għalhekk, id-dispożizzjoni applikabbli għall-każ in kwistjoni hija l-Artikolu 68(2) tal-Kostituzzjoni Taljana, li tippermetti li jitressqu proċeduri kriminali kontra Membri tal-Parlament mingħajr ebda formalitajiet speċjali, minħabba d-dispożizzjoni tagħha li, mingħajr il-permess tal-Kamra li għaliha jappartjeni l-Membru, tfittxija ma tkunx tista" ssir fuq il-persuna jew id-domiċilju ta' Membru tal-Parlament u Membru ma jistax ikun arrestat jew b'xi mod ieħor imċaħħad mil-libertà personali tiegħu jew tagħha jew miżmum f'detenzjoni, ħlief biex jinforza kundanna finali jew fejn il-Membru jinqabad fl-att li jwettaq reat li għalih l-arrest ikun obbligatorju f'każ ta" flagrante delicto,
E. billi bħalissa, il-Protokoll ma jippermettix li l-Parlament Ewropew ikollu l-mezzi biex jieħu azzjoni li torbot sabiex jipproteġi lil Aldo Patriciello,
1. Jiddeċiedi li ma jiddefendix l-immunità u l-privileġġi ta' Aldo Patriciello;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Taljana.
Il-Każ 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195, Każ 149/85 Wybot v Faure u Oħrajn [1986] ECR 2391 u Każi Konġunti C-200/07 u C-201/07 Marra v De Gregorio u Clemente, għad mhux irrappurtati fl-ECR.
– wara li kkunsidra t-talba ta' Renato Brunetta għad-difiża tal-immunità tiegħu fir-rigward tal-proċeduri ċivili miġjuba kontrih quddiem il-Qorti Distrettwali ta' Firenze, fil-15 ta' Mejju 2008, imħabbra fis-seduta plenarja fl-4 ta' Ġunju 2008,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta' April 1965, u l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett tal-20 ta' Settembru 1976,
– wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986 u tal-21 ta" Ottubru 2008(1) tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0195/2009),
1. Jiddeċiedi li jiddefendi l-immunità u l-privileġġi ta" Renato Brunetta;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, u r-rapport tal-kumitat responsabbli, immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Taljana.
Każ 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195, Każ 149/85 Wybot v Faure u Oħrajn [1986] ECR 2391 u Każi Konġunti C-200/07 u C-201/07 Marra v De Gregorio u Clemente, li li għadhom mhumiex irrapportati fil-Ġabra.
Talba għar-revoka tal-immunità tas-Sur Antonio Di Pietro
200k
32k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar it-talba għall-konsultazzjoni dwar l-immunità u privileġġi ta' Antonio Di Pietro (2008/2146(IMM))
– wara li kkunsidra t-talba għall-konsultazzjoni dwar l-immunità parlamentari ta' Antonio Di Pietro, imressqa mill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Taljana fil-15 ta' Mejju 2008, u mħabbra fis-seduta plenarja fil-5 ta' Ġunju 2008,
– wara li sema' lil Antonio Di Pietro bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, tat-8 ta' April 1965, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,
– wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986 u tal-21 ta' Ottubru 2008(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 68(1) tal-Kostituzzjoni Taljana,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 6(1) u 7(13) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0197/2009),
1. Jiddeċiedi li ma jneħħix l-immunità ta' Antonio Di Pietro;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Taljana.
Kawża 101/63, Wagner/Fohrmann u Krier, [1964] Ġabra 195, Kawża 149/85, Wybot/Faure u oħrajn, [1986] Ġabra 2391, u KAwżi Magħquda C-200/07 u C-201/07 Marra v De Gregorio and Clemente, li għadhom mhumiex irrapportati fil-Ġabra.
Talba għat-tneħħija tal-immunità tas-Sur Hannes Swoboda
269k
32k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Hannes Swoboda (2009/2014(IMM))
– wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Hannes Swoboda mill-Qorti Kriminali Reġjonali ta" Vienna, mibgħuta fl-20 Jannar 2009 u imħabbra fil-5 ta' Diċembru 2008 fis-seduta plenarja tal-5 Frar 2009,
– wara li sema' lil Hannes Swoboda skont l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll tat-8 ta' April 1965 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew permezz ta' vot dirett universali,
– wara li kkunsidra s-sentenzi tat-12 ta' Mejju 1964 u tal-10 ta' Lulju 1986(1) tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 57 tal-Bundes-Verfassungsgesetzes Awstrijaka (Liġi Kostituzzjonali Federali),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0190/2009),
1. Jiddeċiedi li ma jneħħix l-immunità ta' Hannes Swoboda,
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Awstrija.
Każ 101/63, Wagner v Fohrmann u Krier, [1964] ECR. 419, u Każ 149/85, Wybot v Faure u oħrajn, [1986] ECR 2391.
Kontroll tal-Implimentazzjoni Baġitarja tal-Istrument għal Għajnuna qabel l-Adeżjoni
338k
89k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-Kontroll tal-Implimentazzjoni Baġitarja tal-Istrument għal Għajnuna qabel l-Adeżjoni (IPA) fl-2007 (2008/2206(INI))
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta" Qabel l-Adeżjoni (IPA)(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007 tat-12 ta' Ġunju 2007 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi strument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni (IPA)(2),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Novembru 2006 dwar Strument għal Għajnuna qabel l-Adeżjoni (IPA) Qafas Finanzjarju Indikattiv Multiannwali għall-2008-2010 (COM(2006)0672),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta" Novembru 2007 dwar Strument għal Għajnuna qabel l-Adeżjoni (IPA) Qafas Finanzjarju Indikattiv Multiannwali għall-2009-2010 (COM(2007)0689),
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-IPA għall-2007 mill-Kummissjoni tal-15 ta" Diċembru 2008 (COM(2008)0850 u SEC(2008)3026),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta" Novembru 2008 dwar l-Istrateġija għat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2008-2009 u r-Rapporti dwar il-Progress tal-Pajjiżi 2008 mehmużin magħha (COM(2008)0674 flimkien ma' SEC(2008)2692 sa SEC(2008)2699),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-22 ta' Lulju 2008 bit-titlu "Ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet – Ġlieda kontra l-frodi – Rapport Annwali 2007" (COM(2008)0475 inkluż l-anness SEC(2008)2300),
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ottubru 2008 dwar l-Istrument ta" Politika Strutturali Għal Qabel l-Adeżjoni (ISPA) 2007 (COM(2008)0671 u SEC(2008)2681),
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni 2007 tat-22 ta" Diċembru 2008 dwar il-PHARE, l-Istrument ta" Qabel l-Adeżjoni tat-Turkija, il-Programm CARDS u l-Faċilità ta" Tranżizzjoni (COM(2008)0880 u SEC(2008)3075),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2007 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(3),
– wara li kkunsidra r-rapport speċjali Nru 5/2007 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-ġestjoni mill-Kummissjoni tal-programm CARDS, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni(4),
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2007 dwar l-Attività tad-Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni għat-Tkabbir(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-tkabbir u, b'mod partikulari, ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Lulju 2008 dwar id-dokument ta' strateġija dwar it-tkabbir 2007 tal-Kummissjoni(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' April 2008 dwar ir-Rapport ta' Progress 2007 dwar il-Kroazja(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' April 2008 dwar ir-Rapport ta' Progress 2007 dwar l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja(8),
– ? wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Mejju 2008 dwar ir-Rapport ta' Progress 2007 dwar it-Turkija(9),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Jannar 2009 dwar ir-relazzjonijiet Kummerċjali u Ekonomiċi mal-Balkani tal-Punent(10),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Diċembru 2008 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa fil-Pajjiżi tal-Balkani(11),
– wara li kkunsidra ż-żjara tad-delegazzjoni investigattiva tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju tiegħu fil-Kosovo(12) mit-22 sal-25 ta' Ġunju 2008, u r-rapport relevanti dwar il-missjoni(13),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(14), u b'mod partikulari l-Artikolu 53 tiegħu, u wara li kkunsidra r-regoli implimentattivi tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport dwar il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat tal-Affarijiet Barranin (A6-0181/2009),
A. billi l-IPA huwa l-istrument finanzjarju l-ġdid li jieħu post l-istrumenti u l-programmi għall-pajjiżi kandidati u dawk potenzjali, fosthom il-Phare, is-SAPARD, l-ISPA, l-assistenza finanzjarja għat-Turkija qabel l-adeżjoni, u l-programm CARDS, kif ukoll għandu l-għan li jorganizza l-fondi tal-UE b'mod flessibbli sabiex jitfasslu għall-kapaċità ġestjonali u għall-bżonnijiet speċifiċi ta' dawn il-pajjiżi,
B. billi l-Istrument għal Għajnuna qabel l-Adeżjoni jikkonsisti fil-ħames komponenti li ġejjin li jkopru l-prijoritajiet iddefiniti skont il-bżonnijiet tal-pajjiżi benefiċjarji, fosthom:
I. L-Assistenza għat-Tranżizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet,
II. Il-Koperazzjoni Transkonfinali (CBC),
III. L-Iżvilupp Reġjonali,
IV. L-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani,
V. L-Iżvilupp Rurali,
C. billi l-Istrument għal Għajnuna qabel l-Adeżjoni huwa fattur prinċipal għat-titjib fil-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini, l-istandards soċjali, il-koperazzjoni reġjonali u ta' bejn il-fruntieri, kif ukoll għall-promozzjoni tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi kandidati potenzjali,
D. billi l-iskop tal-kontroll parlamentari fuq l-implimentazzjoni tal-baġit fil-qasam tal-politika għat-tkabbir mhuwiex biss li jiġi żgurat li l-fondi tal-UE ntużaw skont id-dispożizzjonijiet regolatorji u l-politiki tal-UE, iżda huwa wkoll li jevalwa kemm jekk dawn ġewx allokati b'mod effikaċi għal dawk il-prijoritajiet identifikati fir-rapporti ta' strateġija u progress għall-pajjiżi benefiċjarji kif ukoll jekk ikunux laħqu r-riżultati mixtieqa bl-iskop tal-interessi komuni tal-UE,
E. billi huwa importanti ħafna li l-implimentazzjoni tal-IPA tiġi eżaminata bir-reqqa u fi stadju bikri sabiex jiġu evitati l-problemi li jkunu ġew identifikati tard fl-implimentazzjoni tal-istrumenti preċedenti għall-għajnuna ta" qabel l-adeżjoni, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li l-irregolaritajiet li ma jkunux ġew ikkunsidrati fiż-żmien stipulat se jimmultiplikaw u li se jkun diffiċli ħafna li dawn jiġu indirizzati iktar tard minħabba li jieħdu l-forma ta' prattiki ħżiena permanenti,
F. billi l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u r-riformi settorjali (tal-ġudikatura, tal-pulizija u tas-settur tal-amministrazzjoni pubblika) għandhom piż mhux biss fuq il-governanza tajba u l-istat tad-dritt iżda wkoll fuq l-ambjent ġenerali tan-negozju,
G. billi l-IPA, b'mod partikulari permezz tal-analiżi tad-Dokumenti tal-Ippjanar Indikattiv Pluriennali (MIPDs), joffri flessibilità konsiderevoli li tippermetti l-adattament għall-evoluzzjoni tal-ħtiġijiet u tal-kapaċità ta' ġestjoni tal-pajjiżi benefiċjarji,
H. billi, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1085/2006 (ir-Regolament tal-IPA), il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sal-31 ta' Diċembru 2010, rapport ta' evalwazzjoni ta" nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni tal-IPA, u jekk ikun il-każ, flimkien ma' proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat dan ir-Regolament,
I. billi, bħala segwitu għat-talba tal-Parlament, il-Kummissjoni ntrabtet li sa mill-2009 tagħmel reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-pakkett ta' strumenti ta' għajnuna esterna li jinkludi l-Istrument għal Għajnuna ta" Qabel l-Adeżjoni,
J. billi l-Parlament għandu, minn issa "l quddiem, jikkomunika mal-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi li jibbenefikaw mill-IPA,
Rimarki Ġenerali
1. Jilqa" b'sodisfazzjon id-djalogu strutturat stabbilit mal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-IPA u jfakkar il-pożizzjoni tiegħu f'dan ir-rigward, speċjalment il-bżonn li jingħata aċċess ekwu lill-pajjiżi benefiċjarji kollha għall-firxa sħiħa ta" għodod ta" politika disponibbli taħt l-istrument, biex tingħata prijorità xierqa lill-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata u biex tingħata dejjem aktar attenzjoni lill-bini tal-kapaċità istituzzjonali, b'mod partikulari fil-livell parlamentari, lill-iżvilupp tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, lill-miżuri għall-promozzjoni tal-prinċipju ta" tolleranza u nondiskriminazzjoni, lill-iżvilupp uman u lill-kooperazzjoni reġjonali fl-oqsma ta" politika prinċipali;
2. Jinnota b'sodisfazzjoni ir-rata għolja ta" implimentazzjoni tal-impenji tal-IPA fl-2007; jiddispjaċih, madankollu, li l-ewwel programmi tal-IPA ġew adottati biss fl-aħħar tal-2007 filwaqt li l-implimentazzjoni propja bdiet biss fl-2008, minħabba l-adozzjoni tard tal-istrument il-ġdid minn naħa u d-dewmien tal-pajjiżi benefiċjarji biex iwaqqfu l-istrutturi u s-sistemi ta" mmaniġġjar neċessarji min-naħa l-oħra; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli għaddejja bl-implimentazzjoni tal-proġetti u tissorvelja l-allokazzjoni tal-fondi u r-riżultati miksuba sabiex jiġi żgurat li l-IPA ikollu impatt viżibbli fil-pajjiżi kkonċernati;
3. Jinnota li, minħabba l-adozzjoni tard tar-Regolament dwar l-IPA u tar-Regolament (KE) Nru 718/2007 (Regolament għall-implimentazzjoni tal-IPA), u sussegwentement tal-ewwel Qafas Finanzjarju Indikattiv Pluriennali u l-MIPDs, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar tal-programmi u l-proġetti 2007 tal-IPA kienu limitati u għadhom ma tawx riżultati; jenfasizza li t-tranżizzjoni bla xkiel mill-istrumenti preċedenti ta' qabel l-adeżjoni għall-IPA teħtieġ kontinwità fl-ipprogrammar, l-implimentazzjoni xierqa tal-proġetti u l-ħlas tal-pagamenti;
4. Iqis li kien hemm koerenza sodisfaċenti bejn il-Programmi nazzjonali tal-IPA 2007 u l-politika ta' qabel l-adeżjoni tal-UE, minħabba li ħafna mill-objettivi stabbiliti fil-Programmi kienu konformi mal-prijoritajiet identifikati fir-rapporti tal-Kummissjoni dwar l-Progress rispettivi;
5. Jinnota li l-pajjiżi kandidati primarjament jiffokaw fuq l-implimentazzjoni tal-istandards Ewropej, jiġifieri l-istandards statistiċi, ambjentali u fiskali, u dan huwa konsistenti mal-politika tal-UE għat-tkabbir; madankollu, jinnota li l-importanza tal-kriterji politiċi, jiġifieri l-governanza demokratika, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-libertà tar-reliġjon, id-drittijiet tan-nisa u tal-minoranzi, u l-istat tad-dritt m'għandhiex tiddgħajjef minħabba li jekk dawn ma jiġux issodisfati jistgħu jinħolqu komplikazzjonijiet u dewmien fin-negozjati; iqis li għandu jkun hemm bilanċ aħjar bejn il-proġetti maħsuba biex jintlaħqu l-kriterji politiċi u l-proġetti maħsuba għall-implimentazzjoni tal-acquis;
6. Ifakkar lill-Kummissjoni li l-leġittimità u l-kapaċità tal-Unjoni li tippromwovi r-riformi jistgħu jikbru sew jekk l-IPA jiddirezzjona l-għajnuna tiegħu lejn oqsma ta" benefiċċju dirett għaċ-ċittadini tal-pajjiżi kandidati u tal-pajjiżi kandidati potenzjali, b'mod partikulari fid-dawl tal-ħtiġijiet u l-isfidi ġġenerati mill-kriżi finanzjarja globali;
7. Għalhekk, huwa tal-opinjoni li l-IPA għandu jappoġġja l-isforzi mwettqa mill-pajjiżi benefiċjarji biex jilħqu r-rekwiżiti stipulati fil-pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni tal-viża, sabiex iċ-ċittadini tal-Balkani tal-Punent finalment ikunu jistgħu jgawdu l-libertà tal-moviment u jipparteċipaw b'mod sħiħ fil-programmi u l-iskemi tal-UE; jilqa" b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li żżid aktar l-allokazzjoni tal-fondi tal-IPA lejn il-programmi Tempus, Erasmus Mundus u Youth in Action;
8. Jinnota l-fatt li l-Kummissjoni kienet f'pożizzjoni li tagħti akkreditazzjoni għall-ġestjoni diċentralizzata lill-Kroazja għall-Komponenti I sa IV u lit-Turkija għall-Komponenti I u II lejn l-aħħar tal-2008; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli taħdem b'mod intensiv mal-pajjiżi kandidati u dawk potenzjali sabiex fil-futur qrib dawn il-pajjiżi jkunu kapaċi jimmaniġġjaw il-fondi b'mod deċentralizzat u b'hekk jiksbu aċċess totali għall-komponenti kollha tal-IPA; madankollu, jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-setgħat ġestjonali jingħataw bil-kundizzjoni u skont l-effikaċja tagħhom;
9. Jenfasizza li l-użu tal-Istrument għal Għajnuna qabel l-Adeżjoni huwa responsabililtà komuni bejn il-Kummissjoni u l-gvernijiet nazzjonali tal-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali; jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-koperazzjoni u l-komunikazzjoni bejn id-delegazzjonijiet tagħha u l-awtoritajiet rispettivi, biex tistabbilixxi kontroll permanenti fuq il-proċeduri tal-implimentazzjoni tal-proġetti u biex taħdem għal miżuri komuni għat-titjib tal-kapaċità amministrattiva tal-pajjiżi benefiċjarji;
10. Jenfasizza l-bżonn ta' ġestjoni u kontroll trasparenti u effettiv tal-Istrument għal Għajnuna qabel l-Adeżjoni, filwaqt li jitqiesu l-partikularitajiet tal-verifiki interni u s-sistemi ta' kontroll ta' kull pajjiż kif ukoll l-aħjar prattiki fil-proċeduri ta' qabel l-adeżjoni tal-pajjiżi li qabel kienu pajjiżi kandidati;
11. Jistenna li kull sena l-Kummissjoni tgħaddi rapport lill-Parlament u lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit dwar il-pagamenti u l-implimentazzjoni tal-fondi tal-Istrument għal Għajnuna qabel l-Adeżjoni, kif ukoll dwar il-fondi li fadal mill-Istrument għall-Politika Strutturali għal Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument għal Assistenza Qabel l-Adeżjoni għall-Iżvilupp Rurali u l-Programm Speċjali ta' Adeżjoni għall-Iżvilupp Agrikolu u Rurali, filwaqt li jingħataw dettalji għal kull pajjiż reċipjent u eżempji tal-aħjar prattika, u tirraporta dwar il-problemi kollha jew l-irregolaritajiet li wieħed iltaqa' magħhom;
12. Jinnota li l-kwistjonijiet orizzontali, bħal ma huma l-evalwazzjoni tal-impatt ambjentali, il-governanza tajba, l-involviment tas-soċjetà ċivili, l-opportunitajiet ugwali u n-nuqqas ta' diskriminazzjoni mhumiex preżenti u viżibbli biżżejjed fil-proġetti tal-IPA għall-2007; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa, b'mod partikulari, programmi reġjonali jew orizzontali li jgawdi minnhom kulħadd, speċjalment fir-rigward tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, id-djalogu interkulturali u l-ugwaljanza bejn is-sessi;
13. Jinnota li ġew allokati fondi limitati għal żoni ġeografiċi kbar jew żoni ta' politika komprensiva u li dawn il-fondi huma maqsuma f'ħafna proġetti żgħar aktar milli kkonċentrati fuq anqas proġetti li jkunu aktar viżibbli; jinnota li l-programmi nazzjonali annwali għandhom jilħqu bilanċ bejn il-provvediment ta" reazzjoni adegwata għall-prijoritajiet prinċipali identifikati fir-rapporti ta' progress u l-evitar tal-frammentazzjoni żejda tal-fondi;
Osservazzjonijiet dwar il-politika u l-ispeċifiċitajiet tal-pajjiżi
14. Jenfasizza l-bżonn, bħala kwistjoni ta' importanza u urġenza kbira, li l-IPA jintuża biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata fil-pajjiżi benefiċjarji kollha, b'attenzjoni speċjali fuq il-ħasil tal-flus, il-migrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin; jinnota li, minkejja li r-rapporti ta' progress kollha tal-2008 identifikaw il-korruzzjoni bħala problema serja u bħala prijorità ewlenija, mhux il-programmi tal-IPA għall-2007 kollha jqisu l-korruzzjoni b'mod suffiċjenti; jissuġġerixxi li għandhom jiġu allokati fondi għal dan il-għan, bħal fil-każijiet tal-Kroazja(15) u l-Montenegro(16) u jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa strateġija aktar koerenti f'dan il-kuntest, li tibni fuq dak li ħareġ fl-aħħar rawnds tat-tkabbir;
15. Jinnota li fil-pajjiżi benefiċjarji, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (CSOs) għandhom jinvolvu ruħhom b'mod aktar attiv fl-iżvilupp u t-tnedija tal-proġetti; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-programmi IPA tal-ġejjieni għandhom jindirizzaw id-dipendenza sistematika tad-donaturi min-naħa tas-CSOs, sabiex tiġi evitata l-eżistenza ta' CSOs "fuq talba", u għandhom jindirizzaw ukoll l-iżvilupp ta' wħud mis-CSOs skont il-linji tal-konflitt etniku u politiku, b'mod speċjali fil-Bożnja u l-Ħerzegovina, u fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u fil-Kosovo(17); jistenna li l-Faċilità tas-Soċjetà Ċivili l-ġdida tindirizza ħafna mill-problemi fir-rigward tad-diversità, il-kumplessità, u l-frammentazzjoni tal-programmi tal-UE;
16. Jinsisti li appoġġ kostanti għall-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili f'pajjiżi kandidati jew pajjiżi kandidati potenzjali huwa bżonjuż sabiex jinħoloq ambjent kompetittiv fosthom u biex tiġi żgurata s-sostenibilità fil-ħidma tagħhom lejn il-kisba tar-riżultati fl-implimentazzjoni tal-Istrument għal Għajnuna qabel l-Adeżjoni u aktar parteċipazzjoni fil-proġetti ta' ġestjoni;
17. Jinnota li l-proġetti u l-attivitajiet iffinanzjati mill-IPA fir-realtà ma tantx huma ta" suċċess f'termini ta" viżibilità tal-UE u ma ġġenerawx leġittimità "minn isfel għal fuq" biex ikomplu jitjiebu r-relazzjonijiet mal-UE;
18. Iqis li l-edukazzjoni u l-impjieg taż-żgħażagħ huma prekundizzjonijiet għall-istabilità u l-iżvilupp fit-tul li għadhom ma ġewx indirizzati b'mod adegwat; jisħaq fuq il-ħtieġa tal-ġlieda kontra l-qgħad, b'mod speċjali l-qgħad fit-tul fost is-żgħażagħ, bħala kwistjoni ta' importanza kbira li tmiss is-setturi kollha; f'dan ir-rigward jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha teżamina l-possibilità li tagħmel aktar użu mill-flessibilità mogħtija fl-IPA sabiex tippermetti aktar finanzjament, fejn ikun xieraq, tal-miżuri relatati mal-komponenti III-V permezz tal-ewwel żewġ komponenti;
19. Jinnota li l-appoġġ finanzjarju reġjonali mill-IPA huwa relattivament żgħir (madwar 10% tal-IPA totali), meta wieħed iqis b'mod partikulari li dan ikopri ħdax-il qasam ta' intervent f'sitt pajjiżi, mill-edukazzjoni u ż-żgħażagħ sas-sikurezza nukleari;
20. Huwa mħasseb minħabba li l-allokazzjonijiet totali tal-IPA 2007 għall-Komponent II kienu biss EUR 38 800 000 minn IPA totali ta' EUR 497 200 000 (jiġifieri anqas minn 8 %); jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li dan jikkontradixxi d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-koperazzjoni transkonfinali tgħin ir-rikonċiljazzjoni u r-relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien u dan huwa relevanti b'mod partikulari f'reġjun bi storja reċenti ta' kunflitti; jiddispjaċih li kienet diffiċli li tiġi stabbilita koperazzjoni effetiva, fil-prattika, minħabba diversi raġunijiet, fosthom in-nuqqas ta' qbil fl-istrutturi u l-proċeduri bejn xi msieħba, kif ukoll diffikultajiet politiċi; jistieden lill-pajjiżi benefiċjarji u lill-Kummissjoni sabiex, skont dan il-komponent, jippromwovu l-koperazzoni eżistenti u jiżviluppaw koperazzjoni ġdida, b'konformità mal-objettivi li jitrawmu relazzjonijiet tajba bejn il-viċinat u tiġi promossa l-integrazzjoni ekonomika, b'mod speċjali fl-oqsma tal-ambjent, tal-wirt naturali u kulturali u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata;
21. Huwa mħasseb ukoll minħabba li l-ebda programm tal-IPA 2007 ppreżentat mill-pajjiżi benefiċjarji ma jindirizza direttament id-drittijiet tan-nisa jew l-ugwaljanza bejn is-sessi, minkejja li l-kwistjonijiet dwar is-sessi ġew identifikati bħala sfida ewlenija kemm fir-rapporti ta" progress kif ukoll fl-MIPDs; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tipprovdi fondi qabel l-adeżjoni għat-tisħiħ tad-drittijiet tan-nisa fil-Pajjiżi tal-Balkani, b'mod partikulari permezz tal-NGOs u tal-organizzazzjonijiet favur in-nisa; jerġa' jistieden lill-Kummissjoni biex talloka l-fondi tal-IPA kif jixraq, sabiex jiġi mħeġġeġ l-ibbaġitjar skont is-sessi fil-politika ta' qabel l-adeżjoni u biex tħeġġeġ lill-pajjiżi benefiċjarji jressqu proposti għal proġetti relevanti;
22. Jenfasizza l-bżonn li jiġu involuti dejjem aktar l-organizzazzjonijiet nongovernattivi fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta" proġetti ffinanzjati mill-IPA sabiex ikun żgurat li l-għajnuna tal-IPA tirrifletti l-bżonnijiet u l-aspettattivi reali, biex ikun hemm viżibilità akbar tal-proġetti tal-IPA u biex jiġi promoss l-iżvilupp ta" soċjetà ċivili mimlija ħajja u proattiva fil-pajjiżi benefiċjarji;
23. Jistieden lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni speċjali ta" nofs it-terminu sa tmiem l-2010 dwar l-implimentazzjoni tal-IPA;
o o o
24. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, kif ukoll lill-gvernijiet, lill-parlamenti u lill-istituzzjonijiet ta" verifika nazzjonali tal-pajjiżi li jibbenefikaw mill-IPA.
Proġett 2007/019-247: It-Titjib tal-Koperazzjoni bejn l-Aġenziji kontra l-korruzzjoni, proġett ta' EUR 2 500 000 għat-tisħiħ tal-korp ta' koordinazzjoni fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja inkarigat mill-istrateġija ta' kontra l-korruzzjoni u tat-tqajjim tal-kuxjenza dwar kwistjonijiet tal-korruzzjoni.
Proġett 2007/19300: Il-ġlieda kontra l-krimini organizzat u l-korruzzjoni. Dan il-proġett jimmia biex jiġġieled kontra l-krimini organizzat u l-korruzzjoni billi jtejjeb il-prestazzjoni u l-koperazzjoni tal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi varji involuti. Hu marbut ma Strateġija tal-Gvern Kontra l-Korruzzjoni usa mal-Pjan ta' Azzjoni. EUR 3 000 000 ġew impenjati għal dan il-proġett.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar l-infurzar effettiv tas-sentenzi fl-Unjoni Ewropea: it-trasparenza tal-assi tad-debituri (2008/2233(INI))
– wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tas-6 ta' Marzu 2008 dwar l-infurzar effettiv tas-sentenzi fl-Unjoni Ewropea:it-trasparenza tal-assi tad-debituri (COM(2008)0128),
– wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar it-titjib fl-effiċjenza fl-infurzar tas-sentenzi fl-Unjoni Ewropea: is-sekwestru tal-kontijiet bankarji (COM(2006)0618) u r-riżoluzzjoni tial-Parlament tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar dan(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Ġustizzja elettronika (e-Justice)(2),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-3 ta' Diċembru 2008,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tat-22 ta' Settembru 2008,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0252/2009),
A. billi, skont il-prinċipji tas- sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, l-adozzjoni ta" strument Komunitarju fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarja fis-suġġetti ċivili li għandhom effetti transkonfinali tista" titqies biss f'każ li jintwera li fil-livell nazzjonali jkun impossibbli li jitneħħa l-ostaklu li jimpedixxi t-tisjis jew il-funzjonament tas-Suq Intern,
B. billi l-ħlas tard u l-ħlasijiet mhux onorati jipperikolaw l-interessi tan-negozji u tal-konsumaturi, l-aktar meta l-kreditur u l-awtoritajiet tal-infurzar ma jkollhom ebda tagħrif dwar fejn ikun jinsab id-debitur jew dwar l-assi tiegħu jew tagħha; billi dan huwa aggravat aktar minħabba l-klima ekonomika attwali, li fiha l-likwidità hija ferm importanti għas-sopravivenza tan-negozji,
C. billi l-problemi tal-irkupru transkonfinali tad-djun jistgħu jkunu xkiel serju għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-ordnijiet għal ħlas fl-UE u jistgħu jxekklu l-aċċess għall-ġustizzja; billi, barra minn hekk, jekk id-deċiżjonijiet tal-qorti ma jkunux jistgħu jiġu infurzati, il-ġustizzja tiddgħajjef flimkien mal-istandards tal-moralità kummerċjali,
D. billi, b'mod ġenerali, l-irkupru tad-dejn huwa problema kbira ferm, ħaġa li hija aggravata meta t-talbiet huma ta' natura transkonfinali, l-aktar għan-negozji żgħar li ma jkollhomx għad-dispożizzjoni tagħhom avukati speċjalizzati jew dipartimenti ddedikati għall-ġbir tal-ħlasijiet, u li spiss jispiċċaw f'pożizzjoni xejn sabiħa li fiha jkollhom jiddedikaw ħaddiema, riżorsi finanzjarji limitati u, fuq kollox, ħin għal din il-problema minflok għal attivitajiet aktar produttivi,
E. billi hemm indikazzjonijiet li d-Direttiva dwar Ħlasijiet Tardivi(3) mhijiex irrispettata jew magħrufa biżżejjed; billi kieku dik id-Direttiva kellha tiġi aġġornata u implimentata kif imiss jista" jkollha impatt konsiderevoli fit-tnaqqis ta" pagamenti tardivi jew nuqqas ta" pagament,
F. billi hemm diverġenzi enormi skont is-sistemi differenti tal-liġijiet nazzjonali tal-kuntratti u tal-insolvenza dwar kif il-kredituri jistgħu jiggarantixxu l-ħlas tad-dejn tagħhom fl-istadju tal-kuntratt, b'mod partikulari bl-użu ta" klawżoli ta" riżerva tat-titlu jew ta" mekkaniżmi simili oħra li kultant dak li jkun isib mezz kif jaħrab minnhom minħabba dawn id-diverġenzi,
G. billi l-adozzjoni ta" liġi Komunitarja dwar l-eżekuzzjoni b'mod effikaċi tas-sentenzi ġudizzjarji għandha tapplika għad-debituri kollha, mingħajr ebda distinzjoni minn qabel bejn id-debituri bona fide u dawk li mhumiex,
H. billi l-evażjoni, id-dewmien fil-ħlas u n-nuqqas ta" ħlas tad-djun spiss huwa aggravat min-nuqqas ta" attenzjoni mill-partijiet fl-innegozjar prekuntrattwali u kuntrattwali tagħhom; billi jeħtieġ ikun hemm aktar enfasi fuq l-għarfien kummerċjali u possibbilment l-użu ta" klawżoli fakultattivi ta" "stil Ewropew" skont il-Qafas Komuni ta" Referenza (QKR) li jiżguraw li l-partijiet iqisu sewwa dawn il-kwistjonijiet fil-bidu tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom,
I. billi l-Parlament ġie mgħarraf li jista" jkun hemm problema serja f'każijiet transkonfinali li jkunu jinvolvu debituri li jirrifjutaw li jobdu ordnijiet, jiġifieri persuni li jkunu jistgħu jħallsu djunhom jew li jkunu jistgħu jħallsu l-passiv tagħhom imma li ma jagħmlux hekk jew persuni li fir-rigward tagħhom ikun hemm ir-riskju li mhux se jħallsu dak li għandhom jagħtu anke jekk tkun inqatgħet is-sentenza kontrihom; billi jidher li dawn il-persuni spiss ikollhom assi sostanzjali f'diversi entitajiet, organi ta' rappreżentanza (nominees) u fondi fiduċjarji (trusts) u billi ma jistax jinkiseb infurzar effettiv mingħajr l-informazzjoni meħtieġa; billi spiss jinħtieġ li din l-informazzjoni tinkiseb mingħajr ma jiġi mwissi d-debitur li jinsisti li ma jobdix – li spiss ikun f'qagħda li jkun jista' jċaqlaq dawn l-assi lejn xi ġurisdizzjoni oħra f'qasir żmien,
J. billi wkoll il-Parlament ġie mgħarraf li ċerti Stati sovrani ma jonorawx id-deċiżjonijiet jew is-sentenzi ta' arbitraġġ mogħtija mill-qrati ta' Stat ieħor, bir-riżultat li nibtu "fondi opportunistiċi" (vulture funds) li jakkwistaw dan id-dejn sovran b'rati sostanzjalment imnaqqsa u mbaghad ifittxu li jagħmlu l-profitt permezz tal-infurzar; billi jista jkun diskutibilment aħjar u aktar ġust li l-kredituri oriġinali jingħataw il-mezzi biex jiksbu rimedju huma stess,
K. billi huwa argumentat li hemm ftit Stati li m'għandhom l-ebda assi ta" xejn lil hinn mill-fruntieri tagħhom u li, jekk il-kreditur ma jkollux prospetti li se jakkwista l-infurzar fl-Istat Membru tiegħu jew tagħha (biss) jew fl-Istat ikkonċernat, mela l-unika riparazzjoni effettiva sseħħ permezz ta" qrati barra l-pajjiż, b'mod partikulari fi Stati Membri oħra tal-UE,
L. billi skont ir-Regolament I ta' Brussell(4) kull Stat Membru għandu l-miżuri proviżorji tiegħu proprji msawra u rregolati mil-liġi nazzjonali tiegħu u l-ordnijiet ex parte mhumiex is-suġġett ta" rikonoxximent u infurzar reċiproku skont dak ir-Regolament; billi l-ordnijiet inter partes jiġu esegwiti mit-tribunal kompetenti permezz tal-miżura ta' kumpens l-aktar approssimattiva li dan it-tribunal ikun jista' jagħti,
M. billi l-miżuri proviżorji jinkludu: (i) ordnijiet għall-iżvelar ta' informazzjoni dwar assi li jistgħu jsiru s-suġġett ta' miżuri ta' esekuzzjoni ta' sentenza u (ii) ordnijiet li jħarsu l-assi sakemm ikun hemm infurzar, u (iii) jistgħu jkunu wkoll f'forma ta' ordni proviżorju ta' pagament, li jippermetti li l-kreditur jitħallas immedjat sakemm tiġi solvuta t-tilwima kkonċernata,
N. billi l-għoti ta" miżuri proviżorji għandu jkun suġġett għall-kundizzjonijiet simili għal dawk applikati mill-Qorti tal-Ġustizzja, jiġifieri l-kreditur ikollu jipperswadi l-qorti li għandu talba ġustifikabbli fuq il-merti (dritt li jista' jiġi infurzat fis-sura ta' ordni tal-qorti jew sturmenti awtentiċi jew evidenza tat-talba li toħloq każ prima facie – fumus boni juris), u juri urġenza (riskju ġenwin li l-infurzar tat-talba jista' jiġi sfrattat jekk il-miżura ma tingħatax (periculum in mora)), u billi l-għoti ta' miżuri bħal dawn jista' jsir suġġett għat-tressiq ta' sigurtà,
O. billi f'każijiet ta" skala żgħira, l-aktar meta l-ispejjeż legali jkunu għolja ferm, id-dewmien tal-ġustizzja jissarraf f'inġustizzja u billi, f'każijiet ta" skala akbar, jista' jkun in-nuqqas ta' informazzjoni dwar l-assi li jkun l-akbar ostakolu; billi, għaldaqstant, ir-rikors għal ordnijiet ta' miżuri proviżorji jista' jkun li verament jipprovdi soluzzjoni sempliċi u intelliġenti fiż-żewġ tipi ta' każijiet,
P. billi, barra dan, kwalunkwe azzjoni Komunitarja maħsuba biex informazzjoni ssir disponibbli jeħtieġ li titqies ukoll fil-kuntest ta' dawn it-tipi ta' każijiet, li fihom in-nuqqas ta' informazzjoni tikkawża inġustizzja serja; billi, jekk ma jkunx hemm informazzjoni disponibbli għall-kreditur dwar l-assi ta' debitur (u a fortiori debitur li jinsisti li jonqos li jonora l-obbligi tiegħu) li jistgħu jiġu ssekwestrati biex tkun infurzata sentenza, il-kreditur ma jkunx jista' jinfurzaha,
Q. billi, fil-prattika, din il-problema mhix limitata biss għall-każijiet fejn diġà tkun ingħatat sentenza li, madankollu, ma tkunx ġiet onorata: din il-problema tista' tqum ukoll qabel il-persuni jressqu t-talbiet tagħhom,
R. billi, madankollu, huwa assolutament meħtieġ li kwalunkwe miżuri li jiġu proposti jkunu proporzjonati; billi, barra minn hekk, m'għandhomx sempliċement jirrepetu dak li diġà jista' jinkiseb permezz tal-miżuri nazzjonali eżistenti u għandhom ikunu limitati għal talbiet transkonfinali, u għandha tkun evitata l-armonizzazzjoni li mhix xierqa u li mhix meħtieġa,
S. billi intwera xi tħassib li uħud mill-ideat dwar l-eżekuzzjoni b'mod effikaċi ta" sentenzi fl-Unjoni Ewropea permezz tat-trasparenza tal-assi tad-debituri, jistgħu jiksru d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-privatezza (ħarsien tad-data), idgħajfu s-salvagwardji proċedurali u jmorru kontra t-tradizzjonijiet kostituzzjonali ta' ħafna Stati Membri,
T. billi kull proposta mressqa għandha tkun effettiva f'sens ta' nefqa u integrata f'oqsma oħra tal-politika Komunitarja sabiex jiġi evitat li jkun hemm duplikazzjoni bla bżonn tal-isforzi,
1. Jilqa" b'sodisfazzjon il-Green Paper tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq tas-6 ta" Marzu 2008, għax tikkontribwixxi għall-Istrateġija ta" Liżbona;
2. Jiddikjara li n-nuqqas ta" ċarezza tal-informazzjoni meħtieġa biex wieħed jisforza lid-debitur li jwettaq l-obbligi tiegħu jmur kontra l-prinċipji komuni ta" rieda tajba u ta" responsabilità tal-flus; isostni li n-nuqqas ta" għarfien dwar il-liġijiet nazzjonali fir-rigward tal-mezzi tal-infurzar jew tan-nuqqas ta" effikaċità tagħhom fih innifsu jimpedixxi r-realizzazzjoni ta' suq intern magħqud u jwassal għal spejjeż mhux ġustifikati;
3. Jinnota li ħlas li jsir tard, l-ebda ħlas u l-problema tal-irkuprar tad-dejn jagħmlu ħsara lill-interessi tal-intrapriżi u tal-konsumaturi kredituri, inaqqsu l-fiduċja fis-suq intern u jdgħajfu l-azzjoni ġuridika;
4. Jappoġġja strateġija integrata u effikaċji bbażata fuq il-prinċipji ta' "leġiżlar aħjar" u jqis li l-objettiv tal-irkupru tad-dejn għandu jintlaħaq filwaqt li jkunu żgurati n-nuqqas ta" diskriminazzjoni, il-protezzjoni ta' data sensittiva u l-garanziji ġudizzjarji permezz tar-rikors għal miżuri proporzjonati li jiżguraw it-trasparenza meħtieġa u jnaqqsu b'mod konsiderevoli l-ispejjeż tal-ipproċessar tal-informazzjoni u tal-ġestjoni;
5. Jinsisti li, minbarra l-informazzjoni disponibbli pubblikament, il-kreditur għandu jkollu aċċess għad-data meħtieġa, taħt is-superviżjoni jew bl-assistenza tal-awtorità kompetenti, biex ikun jista' jibda l-proċedura tal-infurzar u jikseb ir-rimbors tal-kreditu tiegħu, skont modalitajiet sempliċi biex jiġu implimentati fis-suq intern kollu;
6. Jaqbel mal-Kummissjoni li l-irkupru transkonfinali tad-dejn permezz tal-infurzar tas-sentenzi ġudizzjarji hija problema mill-akbar tas-suq intern, imma jqis li s-soluzzjonijiet imressqa għad-diskussjoni mill-Kummissjoni jeħtieġu aktar xogħol sabiex jindirizzaw b'mod adegwat il-problema l-aktar diffiċli, dik tad-debituri li jirrifjutaw li jobdu ordnijiet;
Il-proposta sabiex jitfassal manwal ta' liġijiet u prattiki nazzjonali tal-infurzar
7. Josserva li dan il-manwal jista" jkun li jkun diffiċli u jieħu fit-tul u jiswa" ħafna flus biex jiġi prodott u aġġornat, li, għall-individwi li jkunu qed ifittxu rimedju, jista" jkun aktar faċli li jkun hemm reġim wieħed applikabbli, u li fil-maġġoranza tal-każijiet il-kredituri jkollhom jieħdu parir mingħand avukati fil-ġuriżdizzjoni barranija rilevanti;iqis, madankollu, li verżjoni simplifikata tista" tkun utli fin-nuqqas ta" reġim transkonfinali funzjonabbli;
8. Jemmen bis-sħiħ li l-pubblikazzjoni ta" direttorji nazzjonali ta' avukati barranin li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tas-suq intern skont id-Direttivi 77/249/KEE(5) u 98/5/KE(6) ikunu utli;jinnota li dawn id-direttorji nazzjonali jistgħu jkunu marbuta ma" website tal-Kummissjoni u jistgħu jkunu kumlementari għall-manwal;
Żieda fl-informazzjoni disponibbli fir-reġistri pubbliċi u t-titjib fl-aċċess għalihom
9. Jinsab kontra l-għoti ta' aċċess mhux ġustifikat, indiskriminat u arbitrarju għal kull xorta ta" data miżmuma dwar popolazzjoni, sigurtà soċjali u reġistri tat-taxxa, u huwa favur qafas adegwat u proporzjonat maħsub biex jiġi żgurat l-infurzar effikaċi tas-sentenzi fl-Unjoni Ewropea;
10. Jargumenta li aċċess xieraq għar-reġistri tal-popolazzjoni (fejn ikunu jeżistu) jista' jkun utli biex jinstabu individwi privati b'xortihom ħażina li jonqsu li jħallsu l-pagamenti tal-manteniment jew ta' self privati, u biex jiġu evitati l-abbużi;
11. Iqis li, filwaqt li l-aċċess imtejjeb għas-sigurtà soċjali u għar-reġistri tat-taxxa kien innovazzjoni ta" suċċess f'ċerti ġurisdizzjonijiet, jeħtieġ ukoll li tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u dwar il-kunfidenzjalità; jirrimarka li din hija materja sensittiva għall-pubbliku; jinnota, barra dan, li jista' jkun hemm tassew problemi legali bl-użu ta' informazzjoni għal skop li jkun differenti minn dak li għalih tkun inġabret;
12. Josserva, barra minn hekk, li d-dikjarazzjonijiet tat-taxxa u r-rekords tas-sigurtà soċjali huma kunfidenzjali f'ħafna Stati Membri u li l-idea ta' reġistru, bir-riskji kollha li jista" jġib miegħu fejn jistgħu jintilfu xi rekords, mhix sejra tintlaqa" tajjeb f'dawk il-pajjiżi u tkun titqies bħala abbuż tas-setgħa eżekuttiva;
13. Isostni li, li kieku l-proposta kienet sproporzjonata għall-għan imfittex, hija tista' tkun miftuħa għall-abbuż u tista' tikkostitwixxi ksur tad-dritt għall-privatezza;
L-iskambju ta" informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar
14. Iqis li ta' min tkun studjata aktar l-idea ta' koperazzjoni mtejba bejn il-korpi tal-infurzar pubbliku, iżda jirrimarka li korpi bħal dawn ma jeżistux fl-Istati Membri kollha;
Id-dikjarazzjoni tad-debitur
15. Huwa tal-fehma li jista' jkun utli li dikjarazzjoni tad-debitur tkun tagħmel parti mill-proċedura tal-infurzar ta' sentenza, fejn hija tista' tiġi ssostanzjata minn sanzjonijiet skont il-liġi nazzjonali;
16. Iqis li m'hemm l-ebda ħtieġa ta' azzjoni Komunitarja f'dan il-qasam, sakemm ma jiġix ippruvat li l-istrumenti eżistenti tal-Istati Membri mhumiex effiċjenti;
Miżuri oħra
17. Jissuġġerixxi li tista" tiġi kkunsidrata l-idea li tiġi introdotta forma ta' miżura Komunitarja proviżorja apparti dawk tal-qrati nazzjonali; iqis li din tista' tieħu s-sura ta' proċedura sempliċi u flessibbli li tkun tista" titħaddem madwar l-UE kollha, u b'hekk jiġi evitat dewmien u spejjeż bla bżonn; huwa tal-fehma li din tkun effettiva u ġusta wkoll għal dawk il-partijiet li mhumiex implikati;
18. Jipproponi li din il-miżura tista" tapplika għat-talbiet ta' arbitraġġ ukoll u tista' wkoll titqies fil-kuntest tar-reviżjoni li ġejja dalwaqt tar-Regolament I ta' Brussell;
19. Jistieden lill-Kummissjoni biex tittratta din il-kwistjoni bħala prijorità u biex twettaq (a) valutazzjoni dettaljata tal-problema, (b) studju tal-fattibilità ta' strumenti Komunitarji possibbli u (c) evalwazzjoni tal-impatt ta' rimedji possibbli tal-liġi Komunitarja ristretti għall-aspetti transkonfinali; iqis li l-istħarriġ tal-Kummissjoni għandu jidentifika wkoll u jiġġustifika kif jixraq il-bażi legali xierqa għal kwalunkwe strument Komunitarju li jiġi propost, li għandu jkun ristretta għal każijiet transkonfinali u jkun kumplementari għall-applikazzjoni ta" rimedji purament nazzjonali f'dan il-qasam u mhux ixekkluha;
20. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tqis bir-reqqa l-miżuri prekuntrattwali u kuntrattwali li jista" jkollhom rabta mal-iżvilupp tal-Qafas Komuni ta" Referenza u kull strument fakultattiv li joriġina minnu, biex jiġi żgurat li l-partijiet li għandhom sehem f'kuntratti transkonfinali Ewropej jikkunsidraw kwistjonijiet ta" pagamenti tardivi u nuqqas ta" pagament fl-att tal-kuntratt;
21. Jistenna bil-ħerqa l-eżami tad-Direttiva dwar Ħlasijiet Tardivi u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tipproċedi dwar dan malajr kemm jista" jkun, minħabba l-klima ekonomika ta" bħalissa;
22. Jissuġġerixxi li jsir studju dwar il-metodi legali nazzjonali diverġenti għar- riżerva tat-titlu u mekkaniżmi oħra simili, bil-għan li jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku tagħhom;
23. Jissuġġerixxi li parti li tkun akkwistat drittijiet tal-proprjetà rikonoxxuti f'deċiżjoni ġudizzjarja għandha tkun tista' tinforza dawk id-drittijiet bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk tal-parti li tkun tat l-informazzjoni;
o o o
24. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-parlamenti tal-Istati Membri.
Id-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta" Ġunju 2000 dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali (ĠU L 200, 8.8.2000, p. 35).
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u l-għarfien tal-infurzar tas-sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1).
Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE tat-22 ta' Marzu 1977 biex taġevola lill-avukati biex jeżerċitaw b'mod effettiv il-libertà li jipprovdu servizzi (ĠU L 78, 26.3.1977, p.17).
Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 biex tiġi ffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta' avukat fuq bażi permanenti fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih il-kwalifika tkun inkisbet (ĠU L 77, 14.3.1998, p. 36).
Rapport annwali dwar il-Ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonjiet għall-2008
251k
82k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul is-sena 2008 (2008/2301(INI))
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet,
– wara li kkunsidra r-riżultati tal-missjonijiet ta' ġbir tal-fatti magħmula mill-Kumitat fl-2008 li saru fir-Rumanija, fil-Bulgarija u fi Franza u r-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet korrispondenti approvati mill-Kumitat,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 21 u 194 tat-Trattat KE, li jikkonferixxu fuq iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE d-dritt li jressqu petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 45 u 192(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A6-0232/2009),
A. filwaqt li jagħraf l-importanza tal-proċess tal-petizzjonijiet u l-attributi speċifiċi tiegħu, li jippermettu lill-kumitat responsabbli jfittex soluzzjonijiet u spjegazzjonijiet għaċ-ċittadini tal-UE li jressqu petizzjoni quddiem il-Parlament,
B. wara li kkunsidra l-għadd dejjem jikber ta' ċittadini tal-UE li jressqu petizzjonijiet quddiem il-Parlament, flimkien mal-isforzi mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet biex ikompli jħaffef il-proċeduri tiegħu sabiex jiġi pprovdut servizz aħjar liċ-ċittadini li qed ifittxu l-assistenza tiegħu,
C. billi diversi rakkomandazzjonijiet minn dawk li ġew adottati fir-Rapport Annwali tal-2007 għadhom iridu jiġu implimentati mill-awtoritajiet tal-Parlament, bħat-talba għal titjib urġenti tar-riżorsi amministrattivi, inklużi riżorsi fl-għarfien espert lingwistiku u legali, tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet sabiex tiżdied il-kapaċità tal-Parlament biex imexxi investigazzjonijiet indipendenti tal-petizzjonijiet indirizzati lilu, u, pereżempju li jikkopera aktar mill-qrib ma' SOLVIT fil-qasam tal-petizzjonijiet u l-ilmenti rigward is-suq intern, kif ukoll il-ħolqien ta' portal komuni tal-UE għaċ-ċittadini Ewropej,
D. filwaqt li huwa konxju mill-fatt li, minkejja l-progress konsiderevoli fl-iżvilupp tal-istrutturi u l-politiki tal-Unjoni waqt dan il-perjodu, iċ-ċittadini jibqgħu konxji b'mod dirett ta' ħafna nuqqasijiet fl-applikazzjoni tal-politiki u l-programmi tal-Unjoni peress li jaffettwawhom b'mod dirett u billi dawn spiss huma s-suġġett tal-petizzjonijiet li jaslu,
E. billi l-istituzzjoni tal-"Inizjattivi taċ-Ċittadini" skont it-Trattat ta" Liżbona se tirriżulta f'parteċipazzjoni pubblika akbar fl-attivitajiet u fil-ħidma tal-Unjoni Ewropea,
F. billi, konsegwentement, il-Parlament għandu responsabilità li jiżgura applikazzjoni aħjar tal-liġi Komunitarja mill-Istati Membri individwali fl-interessi taċ-ċittadini u r-reisidenti tal-UE, u b'hekk li jaħdem id f'id mal-Istati Membri biex jintlaħaq dan l-objettiv,
G. billi, madankollu, ħafna Stati Membri jibqgħu jsibuha bi tqila li jikkoperaw b'mod attiv mal-kumitat responsabbli, b'mod partikulari billi jonqsu milli jattendu laqgħat tal-kumitat, u peress li dan juri nuqqas ta' koperazzjoni leali mal-istituzzjoni,
H. billi n-nuqqas ta" koperazzjoni attiva u f'waqtha mal-ħidma tal-kumitat responsabbli fl-interess tal-applikazzjoni korretta tal-liġi Komunitarja tqajjem dubji dwar ix-xewqa u l-intenzjoni tal-Istat Membru kkonċernat li japplika korrettament il-politiki u l-objettivi tal-UE u għalhekk jesponi lill-awtoritajiet għal miżuri fis-sura ta" sanzjonijiet u pieni li huma disponibbli skont it-termini tat-Trattati kif ukoll għall-kritika pubblika,
I. filwaqt li jagħraf, madankollu, li ħafna Stati Membri juru livell tajjeb ta" koperazzjoni u ħidma mal-Parlament fi sforz biex iwieġbu għall-preokkupazzjonijiet taċ-ċittadini kif inhuma espressi permezz tal-proċess tal-petizzjonijiet,
J. filwaqt li jagħraf il-kontribut kostruttiv li jsir lill-proċess tal-petizzjonijiet mis-servizzi tal-Kummissjoni, li b'mod regolari jipprovdu, fuq it-talba tal-kumitat responsabbli, evalwazzjonijiet preliminari ta" ħafna petizzjonijiet li jaslu,
K. billi koperazzjoni bħal din tista" u għandha tkompli tissaħħaħ aktar, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-proċeduri skont l-Artikoli 226 u 228 tat-Trattat KE f'każijiet li jkunu ġġustifikati kif jixraq,
L. billi l-Parlament iqis li hu leġittimu li jagħmel użu mis-setgħat tiegħu skont l-Artikolu 230 tat-Trattat KE, jekk dan ikun meħtieġ sabiex jintemm ksur serju tal-liġi Komunitarja li jkun ġie żvelat fil-kors tal-eżami ta" petizzjoni u meta tippersisti differenza sinifikanti fl-interpretazzjoni, minkejja sforzi biex din tiġi riżolta, bejn il-Parlament u l-Kummissjoni, rigward l-azzjoni meħtieġa skont il-liġi Komunitarja għall-ħarsien tad-drittijiet taċ-ċittadini fil-każ konċernat,
M. billi l-proċedura ta" ksur ma tipprovdix rimedju għall-petizzjonanti anke meta Stat Membru jkun obbligat mill-Qorti tal-Ġustizzja li jimmodifika l-leġiżlazzjoni tiegħu sabiex iġibha konformi mal-atti leġiżlattivi tal-UE,
N. billi l-inabilità li jkun ipprovdut rimedju mhux ġudizzjarju direttament liċ-ċittadini tal-UE li kienu jew li saru vittmi tan-nuqqas ta" applikazzjoni xierqa tal-liġi tal-UE tikkostitwixxi inġustizzja bażika li jeħtieġ li tingħata aktar attenzjoni mill-istituzzjonijiet tal-UE, u b'mod partikulari mill-Parlament,
O. billi, skont l-Artikolu 230 tat-Trattat KE, il-Parlament għandu d-dritt li jressaq azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja bl-istess kundizzjonijiet bħall-Kunsill u l-Kummissjoni u billi, skont l-Artikolu 201 tat-Trattat KE, il-Parlament għandu s-setgħa li jeżerċita kontroll fuq l-attivitajiet tal-Kummissjoni u b'hekk għandu disponibbli kemm l-istrumenti legali kif ukoll dawk politiċi biex jirreaġixxi b'mod iktar effettiv għat-tħassib leġittimu taċ-ċittadini,
P. billi l-Parlament għandu jeżamina mill-ġdid il-proċeduri tiegħu stess sabiex jiffaċilita l-azzjonijiet, partikolarment skont l-Artikolu 121 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja meta d-drittijiet tal-petizzjonanti jkunu f'riskju,
Q. billi għandu jitfakkar li skont l-Artikolu 6 tat-Trattat UE, l-Unjoni hija msejsa fuq il-prinċipji tal-libertà, tad-demokrazija, tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u tal-istat tad-dritt, prinċipji li huma wkoll element bażiku tal-kriterji ta" Kopenħagen għall-adeżjoni fl-UE, u billi l-Artikolu 7 tat-Trattat UE jistipula proċeduri speċifiċi li jistgħu jinbdew f'każ ta" ksur serju u konsistenti tal-prinċipji msemmija, jew riskju ċar ta" dan,
R. filwaqt li huwa konxju mill-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet imressqa f'seduti plenarji fl-2008 u adottati mill-maġġoranza l-kbira tal-Membri, skont l-Artikolu 192(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament fuq il-bażi tal-petizzjonijiet li waslu rigward l-impatt tal-pipeline tal-gass tan-Nord Stream taħt il-Baħar Baltiku u rigward kumpaniji tad-direttorju qarrieqa,
S. billi ż-żieda fit-tħassib dwar is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija rriżultat fi proġetti għal pipelines għall-gass naturali u għall-gass naturali likwefatt li, speċjalment meta jsiru bl-għaġla mingħajr evalwazzjoni xierqa tar-riskji u tal-alternattivi, iqajmu t-tħassib tal-petizzjonanti dwar in-nuqqas ta" kunsiderazzjoni li tingħata lir-riskji potenzjalment serji għall-ambjent u għas-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem partikolarment fir-rigward ta' proġetti fil-Baħar Baltiku, Wales u l-Irlanda,
T. billi huwa evidenti mill-eżami tal-petizzjonijiet li l-listi tal-proġetti msemmija fl-Annessi tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta" ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent(1), kif emendata, ma jkoprux numru ta" stallazzjonijiet u attivitajiet importanti li tfaċċaw wara l-aħħar emendi għal dawk l-Annessi, bħall-impjanti ta" rigassifikazzjoni u l-impjanti tal-bijodiżil,
U. billi l-bosta petizzjonijiet imressqa dwar in-netwerk Natura 2000 komplew juru li l-waqfien tat-telf tal-bijodiversità hu sfida kbira għall-Unjoni u li d-Direttiva dwar il-Ħabitats(2) u d-Direttiva dwar l-Għasafar(3) jikkostitwixxu għodda bażika u indispensabbli sabiex ikun onorat l-impenn tal-UE li ttemm it-telf tal-bijodiversità sal-2010,
V. billi l-eżami tal-petizzjonijiet wera wkoll li n-nuqqas ta" sorsi biżżejjed ta' ilma ħelu spiss huwa aggravat minn fatturi oħra bħad-domanda li qed tiżdied għall-ilma minħabba l-urbanizzazzjoni eċċessiva u l-proġetti għall-ħin ħieles, il-manutenzjoni inadegwata tal-infrastruttura u tal-prevenzjoni tat-tnixxijiet, l-użu intensiv tal-ilma mill-agrikoltura industrijali u politika tal-prezzijiet li ma tinkoraġġixxix l-użu sostenibbli tal-ilma,
W filwaqt li huwa konxju mir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet wara ż-żjarat f'Fos-sur-Mer, Franza, f'Ċipru u fir-Rumanija,
X. filwaqt li jżomm f'moħħu t-tħassib li ġie espress mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fir-rigward ta" ċerti proġetti ta" infrastruttura fil-Muntanji Rila fil-Bulgarija, li kienu osservati waqt żjara għall-ġbir tal-fatti fl-2008,
Y. billi minkejja li Ann Abraham, l-Ombudsman Parlamentari u tas-Servizz tas-Saħħa tar-Renju Unit, indirizzat il-Kumitat għall-Petizzjonijiet f'Diċembru tal-2008 u ppreżentatlu r-riżultati tal-investigazzjoni tagħha, investigazzjoni li damet sejra erba' snin, ir-reazzjoni sussegwenti mill-Gvern tar-Renju Unit f'Jannar tal-2009, li kienet tinkludi ħlasijiet ex gratia lil kull min intlaqat b'mod sproporzjonat, ma tistax titqies bħala rimedju xieraq għall-ħafna vittmi tal-falliment,
Z. filwaqt li jagħraf il-koperazzjoni pożittiva u kostruttiva mal-Ombudsman Ewropew fl-2008, l-appoġġ ipprovdut mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet għar-rakkomandazzjonijiet miġbura fir-Rapport Annwali tiegħu tal-2007 u fir-Rapporti Speċjali tiegħu dwar l-ilmenti 1487/2005/ u 3453/2005 rigward l-użu tal-lingwi fl-applikazzjoni tal-proċedura ta" ksur mill-Kunsill u mill-Kummissjoni rispettivament, u filwaqt li jilqa" b'sodisfazzjon il-modifiki għall-Istatut tiegħu approvati mill-Parlament,
AA. billi fl-2008 il-Kumitat għall-Petizzjonijiet irċieva 1 886 petizzjoni, li minnhom 1 065 kienu ddikjarati ammissibbli u 821 kienu ddikjarati inammissibbli; billi l-għadd ta' petizzjonijiet li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 191(1) tar-Regoli ta' Proċedura żdied b'mod sinifikanti mill-bidu tal-2007,
1. Jilqa" b'sodisfazzjon l-involviment u l-kontribut tal-petizzjonanti f'kull laqgħa tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, li jippermetti djalogu dirett u miftuħ mar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u jkompli jagħmel kuraġġ liċ-ċittadini individwali u lill-assoċjazzjonijiet komunitarji tal-UE biex iressqu kwistjonijiet li jikkonċernaw il-qasam ta' attività tal-Unjoni Ewropea u li jaffettwawhom b'mod dirett, filwaqt li jemmen li dan il-proċess jippermetti lill-Parlament bħala istituzzjoni li jkollu rwol sinifikanti fil-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja fl-Istati Membri u li jiddefendi aħjar u jippromwovi d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini kollha tal-UE kif definiti fit-Trattat tal-UE;
2. Iħeġġeġ lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali, bħala rappreżentanti taċ-ċittadini tal-UE, biex jibqgħu għassa fir-rigward tal-mod li bih l-Istati Membri japplikaw it-Trattati u l-atti leġiżlattivi tal-UE, b'mod partikulari fir-rigward ta" kwistjonijiet relatati mal-ambjent, mad-drittijiet soċjali u tal-impjieg, mal-moviment ħieles tal-persuni, oġġetti u servizzi, mas-servizzi finanzjarji, mad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini inkluż id-dritt tagħhom għal proprjetà li tkun akkwistata b'mod leġittimu, mal-għarfien tal-kwalifiki tagħhom u ma" kull sura ta' diskriminazzjoni, u jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE sabiex jikkomunikaw b'mod effettiv maċ-ċittadini sabiex dawn ikunu konxji tad-drittijiet tagħhom u tad-dmirijiet tal-istituzzjonijiet nazzjonali u lokali;
3. Jenfasizza li, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-Parlament ma jistax iqis bħala ammissibbli petizzjonijiet li jappellaw kontra deċiżjonijiet ta" awtoritajiet kompetenti jew ta" korpi ġudizzjarji tal-Istati Membri u li informazzjoni f'dak ir-rigward trid tiġi kkomunikata b'mod ċar u li jiftiehem lill-petizzjonanti; jenfasizza, barra minn hekk, li l-ilmenti jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 191(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament qabel ma jkunu jistgħu jiġu ddikjarati ammissibbli;
4. Jitlob li dawk ir-rakkomandazzjonijiet li ġew adottati fir-Rapport Annwali tal-2007 li għadhom iridu jiġu implimentati, jiġu implimentati f'perjodu ta" żmien raġonevoli;
5. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri kollha u lill-istituzzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali tagħhom, flimkien mar-Rappreżentanti Permanenti tagħhom, biex jikkoperaw bis-sħiħ mal-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew meta jkunu qed jiġu investigati allegazzjonijiet jew proposti li jkunu jinsabu fil-petizzjonijiet, fuq bażi leali u kostruttiva, bil-għan li jinstabu soluzzjonijiet għall-kwistjonijiet li jitqajmu permezz tal-proċess tal-petizzjonijiet;
6. Jitlob li l-korpi responsabbli fil-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-Kunsill imexxu eżami mill-ġdid sħiħ tal-proċeduri possibbli biex tkun żgurata azzjoni ta" rimedju għaċ-ċittadini tal-UE u li tkun innegozjata ftehima interistituzzjonali ġdida li tkun tinkorpora setgħat imsaħħa għall-kumitati ta" inkjesta, sabiex ikomplu jiġu msaħħa d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE;
7. Jemmen li eżami mill-ġdid bħal dan jikkumplementa kull implimentazzjoni eventwali li tista' ssir tat-Trattat ta' Liżbona billi jipprovdi salvagwardji bbażati fuq id-drittijiet u l-obbligi ddikjarati taċ-ċittadini tal-UE u tal-istituzzjonijiet tal-UE;
8. Ifakkar li, kif il-Parlament enfasizza fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' April 2004 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea(4), ir-rispett lejn il-valuri, u l-promozzjoni tal-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni u d-difiża tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali huma responsabilità partikolari għall-Parlament bħala r-rappreżentant elett direttament taċ-ċittadini Ewropej, u jfakkar ukoll li l-Parlament fisser il-fehma f'dik ir-riżoluzzjoni li "l-injorar tal-ħtieġa possibbli għal penali joħloq l-impressjoni li l-Unjoni mhix imħejjija jew mhijiex f'pożizzjoni li tuża l-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tiddefendi l-valuri tagħha";
9. Jistieden lill-Kummissjoni, għal darba oħra, biex tiżgura li jingħata aktar għarfien lill-proċess tal-petizzjonijiet u li titqiegħed aktar enfasi fuqu, b'mod partikulari fir-rigward tal-applikazzjoni tal-proċeduri ta" ksur u r-rekwiżit li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet ikun mgħarraf b'mod dirett u b'mod uffiċjali meta jittieħdu deċiżjonijiet biex jingħata bidu għal proċeduri skont l-Artikolu 226 u/jew l-Artikolu 228 li huma relatati mal-kwistjonijiet li jitqajmu f'petizzjonijiet individwali;
10. Ifakkar li l-Parlament ikkunsidra li l-allegazzjonijiet ta" ksur serju tal-liġi Komunitarja li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet qies li kellhom bażi soda fid-dawl tal-eżami tal-petizzjonijiet iżda li l-Istat Membru kkonċernat jirrifjuta li jammetti, u li x'aktarx se joħolqu preċedent fil-livell nazzjonali, finalment għandhom jiġu eżaminati mill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tkun żgurata l-konsistenza u l-koerenza tal-liġi Komunitarja u r-realtà tas-suq intern(5);
11. Jirrikonoxxi li l-proċeduri ta" ksur, anki meta jirnexxu, jistgħu ma jirriżultawx f'rimedju immedjat għat-tħassib speċifiku mqajjem minn petizzjonanti individwali, u li dan spiss idgħajjef il-kunfidenza pubblika fil-ħila tal-istituzzjonijiet tal-UE li jilħqu l-aspettattivi tagħhom;
12. Huwa tal-fehma li, peress li hemm indikazzjonijiet ċari li l-objettiv li jintemm it-telf tal-bijodiversità fl-UE sal-2010 ma jistax jintlaħaq, trid tittieħed azzjoni urġenti sabiex l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħabitats u tad-Direttiva dwar l-Għasafar tkun aktar effettiva, u jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel l-almu tagħha biex tiżgura li dawk id-direttivi jiġu applikati mill-Istati Membri b'mod li huwa konsistenti ma' dan l-objettiv;
13. Jitlob lill-Kummissjoni biex, b'koperazzjoni mal-Parlament, tippromwovi mal-Istati Membri l-importanza li wieħed jaħseb fit-tul – speċjalment fil-qasam tal-approvazzjonijiet tal-ippjanar – bħala għajnuna biex jiġi evitat ksur potenzjali tad-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja li ġew adottati iżda li għadhom mhumiex fis-seħħ;
14. Jagħraf li, xi drabi, ikun impossibbli li jinstabu soluzzjonijiet għall-ilmenti li jkunu tqajmu mill-petizzjonanti, minħabba nuqqasijiet fil-leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli nnifsha;
15. Huwa preokkupat dwar l-għadd kbir ta" petizzjonijiet li jirċievi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet li jitolbu d-drittijiet tal-vot għal residenti 'mhux' ċittadini tal-Latvja fl-elezzjonijiet lokali; ifakkar li l-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kumitat tan-NU dwar il-Qerda tad-Diskriminazzjoni Razzjali, l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza kif ukoll l-Assemblea Parlamentari tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa rrakkomandaw li min mhuwiex ċittadin għandu jitħalla jipparteċipa fl-elezzjonijiet lokali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex timmonitorja mill-qrib u tinkoraġġixxi r-regolarizzazzjoni tal-istatus ta' persuni li 'mhumiex' ċittadini fil-Latvja, li ħafna minnhom twieldu fil-Latvja;
16. Jinnota li ħafna mill-petizzjonijiet li jirċievi l-Parlament minn individwi u assoċjazzjonijiet jikkonċernaw kwistjonijiet li ma jikkostitwixxux ksur tal-liġi Komunitarja u li għalhekk għandha tinstabilhom soluzzjoni billi jintużaw il-proċeduri legali kollha ta' rimedju li jkunu disponibbli fl-Istati Membri konċernati; jinnota wkoll li, ladarba jkunu ttieħdu l-miżuri kollha f'livell nazzjonali, il-korp ta' appell xieraq huwa l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;
17. Jinnota li l-"petizzjoni sede waħda" ffirmata minn 1 500 000 ruħ, li l-għan tagħha huwa li l-Parlament jiltaqa' f'sede waħda biss, għadha ma ġietx indirizzata bis-sħiħ; jirrakkomanda li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jittratta din il-kwistjoni bħala prijorità fil-mandat parlamentari li jmiss;
18. Għalhekk jistieden lill-kumitati leġiżlattivi responsabbli biex iżommu f'moħħhom proposti jew suġġerimenti li jistgħu jsiru minn żmien għal żmien mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fir-rigward tal-applikazzjoni ta" leġiżlazzjoni speċifika tal-UE min-naħa tal-Istati Membri, bil-għan li possibilment issir reviżjoni jew li ssir aktar investigazzjoni;
19. Ifakkar fit-talba tal-Parlament lill-Kummissjoni sabiex iżżid il-monitoraġġ tagħha tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv(6) fir-rigward tal-kumpaniji tad-direttorji kummerċjali qarrieqa kif ukoll biex tagħti rapport lill-Parlament dwar il-fattibilità u l-konsegwenzi possibbli tal-estensjoni tal-qasam ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiki kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern(7), speċifikament billi l-kelma 'konsumatur' tinbidel bil-kliem 'mira tal-prattika';
20. Japprova t-talba tal-Ombudsman lill-Kunsill li jżid l-għażliet tal-lingwa tal-websajts tal-Presidenzi tiegħu sabiex jinkludu l-lingwi l-aktar mitkellma tal-Unjoni Ewropea, bil-għan li jkun żgurat li ċ-ċittadini jkollhom aċċess dirett għall-attivitajiet tal-Presidenzi tal-Kunsill; jirreferi f'dan ir-rigward għall-Presidenza Franċiża tal-Kunsill, li ppubblikat il-websajt uffiċjali tagħha b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman;
21. Japprova s-sejħa tal-Ombudsman lill-Kummissjoni, b'referenza għall-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol(8), biex l-ilmenti taċ-ċittadini jiġu ttrattati b'konformità mal-prinċipji tal-amministrazzjoni tajba fil-qasam tal-poteri ta" diskrezzjoni tal-Kummissjoni rigward il-bidu ta' proċeduri ta" ksur;
22. Jilqa' b'sodisfazzjon il-koperazzjoni kostruttiva bejn l-Ombudsman u l-UE fi ħdan il-qafas istituzzjonali xieraq; japprova t-talbiet ripetuti tal-Ombudsman għall-adozzjoni ta' Kodiċi ta' Imġiba Amministrattiva Tajba, komuni għall-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE, kif approvat mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Settembru 2001 dwar ir-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew lill-Parlament Ewropew wara l-istħarriġ fuq inizjattiva proprja dwar l-eżistenza u l-aċċessibilità pubblika, fl-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji differenti, ta' Kodiċi ta' Imġiba Amministrattiva Tajba(9); huwa tal-fehma li l-Ombudsman, il-Kummissjoni u l-Parlament għandhom jiżviluppaw portal komuni tal-UE sabiex ikunu ttrattati l-ilmenti li jitressqu quddiem l-istituzzjonijiet tal-UE;
23. Iħeġġeġ l-implimentazzjoni mill-firmatarji kollha tar-Riżoluzzjoni 550 (1984) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-kwistjoni ta' Ċipru, li twassal sabiex il-proprjetà tintradd b'mod sħiħ lis-sidien leġittimi tagħha f'Varosha; jissuġġerixxi li, f'każ li ma jkunx hemm riżultati ċari sa tmiem l-2009, il-kumitat responsabbli jista' jikkunsidra li jressaq il-kwistjoni tal-petizzjonanti ta' Famagusta quddiem il-plenarja;
24. Jistieden lill-awtoritajiet Rumeni biex jadottaw miżuri għall-ħarsien tal-wirt arkitettoniku u storiku tar-Rumanija, skont l-Artikolu 151 tat-Trattat KE, kif mitlub mid-Dikjarazzjoni tal-Parlament tal-11 ta' Ottubru 2007 dwar il-ħtieġa ta' miżuri biex jitħares il-Katidral Kattoliku Ruman ta' San Ġużepp f'Bukarest ir-Rumanija, monument storiku u arkitettoniku mhedded(10); b'referenza għall-problemi rigward ir-radd tal-proprjetà kkonfiskata fi żmien ir-reġim Komunista, jiġbed l-attenzjoni li, skont l-Artikolu 295 tat-Trattat KE, is-sjieda tal-proprjetà hija kwistjoni ta' kompetenza nazzjonali;
25. Jitlob lill-awtoritajiet Franċiżi jħejju evalwazzjoni epidemjoloġika sabiex ikun iddeterminat l-impatt fuq iz-zona qrib Fos-Berre, fil-viċinanzi tal-impjant ta' inċinerazzjoni li qed jinbena f'Fos-sur-Mer; jirrikonoxxi li d-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE tat-22 ta' April 1999 dwar il-valuri ta' limitu tad-diossidu tal-kubrit, tad-diossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f'partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali(11) ma tipprojbixxix il-kostruzzjoni ta' inċineratur f'zona diġà affettwata mit-tniġġis tal-arja, iżda jiġbed l-attenzjoni li, skont id-Direttiva 1999/30/KE u d-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE tas-27 ta' Settembru 1996 dwar l-istima u l-immaniġġjar tal-kwalità tal-arja ċirkostanti(12), għandhom jittieħdu miżuri sabiex tkun żgurata l-konformità mal-istandards Ewropej dwar it-tniġġis tal-arja;
26. Ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet miġbura fir-Rapport Annwali tal-2007 tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet bil-għan li jkunu analizzati mill-ġdid il-proċeduri amministrattivi għat-trattament tal-petizzjonijiet, bħal, pereżempju, it-trasferiment tar-reġistrazzjoni tal-petizzjonijiet lis-segretarjat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, il-koperazzjoni mill-qrib ma' SOLVIT, it-titjib ulterjuri tal-bażi ta' data tal-petizzjonijiet, l-iżvilupp ta' portal tal-UE għaċ-ċittadini Ewropej, eċċ; jilqa' b'sodisfazzjon l-abbozzar minn Membri ta' Kodiċi ta' Prattika Tajba għat-trattament tal-petizzjonijiet, li jidħol fis-seħħ fil-bidu tal-mandat parlamentari li jmiss;
27. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-kumitati għall-petizzjonijiet tagħhom u lill-ombudsmen tagħhom jew lil entitajiet simili kompetenti.
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta" Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
Riżoluzzjoni tal-Parlament tad-9 ta' Marzu 2005 dwar id-dibattiti tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet matul is-sena parlamentari 2003-2004 (ĠU C 320 E, 15.12.2005, p.161).
Approċċ integrat għat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fil-qafas tal-ħidma tal-kumitati u d-delegazzjonijiet
274k
51k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar l-appoġġ integrat għat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fil-qafas tal-ħidma tal-kumitati u d-delegazzjonijiet (2008/2245(INI))
– wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3(2), 13 u 141(4) tat-Trattat tal-KE,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, il-Karta Soċjali Ewropea riveduta u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem,
– wara li kkunsidra l-ħidma tad-Direttorat Ġenerali għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Affarijiet Legali tal-Kunsill tal-Ewropa, u b'mod partikolari tal-Kumitat ta" tmexxija tiegħu għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel,
–wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x'jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kundizzjonijiet tax-xogħol(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta" Marzu 2003 dwar approċċ integrat għall-ugwaljanza tan-nisa u l-irġiel (integrazzjoni sistematika) fil-Parlament Ewropew(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta'Jannar 2007 dwar l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fix-xogħol tal-Kumitati(3),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0198/2009),
A. billi t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa huwa prinċipju fundamentali tad-dritt Komunitarju u li skont l-Artikolu 2 tat-Trattat, dan jagħmel parti mill-missjonijiet tal-Komunità,
B. billi l-Artikolu 3(2) tat-Trattat jistabbilixxi l-prinċipju tal-approċċ integrat għat-trattament indaqs filwaqt li jistipula, li fl-azzjonijiet kollha tagħha, il-Komunità tfittex li telimina l-inugwaljanzi u tippromwovi t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa,
C. billi l-perċentwal ta" Membri nisa fil-Parlament żdied b'mod kostanti minn 17,5% fl-1979 għal 31,8% fl-2009,
D. billi hemm numru żgħir ta" Membri li għandhom karigi għolja fl-organi tal-Parlament (Presidenza jew membri tal-kumitati jew ta" delegazzjonijiet, pereżempju),
E. billi fid-Direttorati Ġenerali tal-politiki interni u tal-politiki esterni tal-Parlament, in-nisa għandhom rappreżentanza għolja u jiffurmaw rispettivament is-66,5% u s-66% tal-persunal, filwaqt li jinnota l-progress konsiderevoli miksub dan l-aħħar fid-Direttorat Ġenerali tal-politiki interni, li wassal għall-għoti tal-"prempju għall-ugwaljanza 2007 – l-aħjar prassi" kemm għall-ħolqien ta" ambjent ta" xogħol favur l-ugwaljanza u għall-approċċ integrat tal-ugwaljanza kif ukoll għaż-żieda konsiderevoli tan-numru ta" nisa li jokkupaw karigi għolja ta" tmexxija ( in-numru ta" nisa li huma kapijiet ta" unità pereżempju, żdied minn 5% għal 30% wara l-2005),
F. billi l-maġġoranza tal-Kumitati parlamentari b'mod ġenerali tagħti ċerta importanza għall-approċċ integrat għat-trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel (pereżempju fil-qafas tal-ħidmiet leġiżlattivi tagħhom, tar-relazzjonijiet uffiċjali mal-kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jew l-iżvilupp ta" pjan ta" Azzjoni għall-Ugwaljanza) filwaqt li minoranza tal-Kumitati dan jinteressahom rarament jew qatt,
G. Jenfasizza l-fatt li l-użu ta" netwerk inkarigat mill-approċċ integrat tal-ugwaljanza fil-kumitati u li jkun magħmul minn Membri u minn membri tal-persunal tas-segretarjat, sa issa għadu ma ħalliex riżultati,
H. Jenfasizza l-fatt li l-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u d-Diversità ppropona l-ħolqien ta' netwerk simili ta' delegazzjonijiet interparlamentari bil-għan li l-kwistjonijiet dwar l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa jkunu integrati fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni Ewropea,
1. Jenfasizza li t-talba għat-trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel għandha tissarraf f'approċċ prattiku li ma jpoġġix lin-nisa kontra l-irġiel;
2. Jenfasizza li l-approċċ integrat għat-trattament ugwali jikkostitwixxi żvilupp pożittiv għan-nisa kif ukoll għall-irġiel;
3. Jenfasizza li l-approċċ integrat għat-trattament ugwali jipprevedi r-riorganizzazzjoni, it-titjib, l-iżvilupp u l-evalwazzjoni tal-politiki biex fil-livelli u l-istadji kollha, l-atturi li normalment ikunu marbuta mad-deċiżjonijiet politiċi jinkludu l-perspettiva tat-trattament ugwali fil-politiki kollha;
4. Ifakkar fil-ħtieġa li tiġi adottata u applikata strateġija adegwata b'miri konkreti għal approċċ integrat għat-trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel fil-politiki tal-Komunità rigward il-kumitati u d-delegazzjonijiet parlamentari;
5. Jenfasizza l-importanza tal-mandat tal-Grupp ta" Livell Għoli dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u d-Diversità u jistiednu biex ikompli jħeġġeġ u jippromwovi dan il-proċess fil-Parlament kollu, kif ukoll fir-relazzjonijiet u l-kollaborazzjoni mal-Kummissjoni, mal-Kunsill u mal-istituzzjonijiet l-oħra;
6. Jifraħ lill-kumitati parlamentari li fil-ħidma tagħhom l-approċċ integrat tat-trattament ugwali għamluh operattiv, u jitlob lill-kumitati l-oħra u lid-delegazzjonijiet biex jagħmlu l-istess;
7. Jitlob li r-rikors għal netwerk inkarigat mill-approċċ integrat tal-ugwaljanza jkun imsaħħaħ f'dak li jirrigwarda d-delegazzjonijiet interparlamentari u l-missjonijiet ta' osservazzjoni tal-elezzjonijiet;
8. Iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali biex jagħti prijorità lit-taħriġ għall-approċċ integrat għat-trattament ugwali tal-uffiċjali fil-livelli kollha tal-kumitati u d-delegazzjonijiet parlamentari; itenni t-talba tiegħu biex jingħata taħriġ dwar it-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa lill-Membri kollha tal-Parlament, u dan sa mill-bidu tal-leġiżlatura li jmiss;
9. Jissokta jħeġġeġ in-netwerking tal-uffiċjali tas-Segretarjati tal-kumitati tal-Parlament u tad-delegazzjonijiet interparlamentari tad-Direttorati Ġenerali tal-politiki interni u l-politiki esterni mħarrġa b'mod speċjali dwar l-approċċ integrat tal-ugwaljanza tal-ġeneri sabiex ikun hemm skambju regolari ta" prattiki tajba;
10. Jenfasizza l-ħtieġa li, fil-kumitati u d-delegazzjonijiet tal-Parlament, jkun hemm disponibbli l-għodod adegwati għall-għarfien tajjeb tal-approċċ integrat għat-trattament ugwali, bħalma huma indikaturi, data u statistika maqsuma skont il-ġeneru, kif ukoll it-taqsim tar-riżorsi tal-baġit mill-aspett tat-trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel;
11. Jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-approċċ integrat għat-trattament ugwali għandu jikkunsidra l-ispeċifiċità ta" kull kumitat jew delegazzjoni tal-Parlament; jitlob li l-kumitati u d-delegazzjonjiet jipparteċipaw b'mod attiv fl-evalwazzjonijiet li regolarment jitwettqu taħt il-patroċinju tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, fuq il-bażi tal-kwestjonarju li jitressaq lill-Presidenti u lill-Viċi Presidenti responsabbli tal-approċċ integrat għat-trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel, filwaqt li jiġu inklużi n-nuqqasijiet f'dan il-kuntest fil-ħidma tal-kumitati u d-delegazzjonijiet kif ukoll il-progress tal-istabbiliment tal-approċċ integrat għat-trattament ugwali f'kull Kumitat;
12. Jenfasizza l-importanza għall-kumitati u d-delegazzjonijiet tal-Parlament li l-irwol u r-responsabbiltajiet tagħhom fil-qasam tal-approċċ integrat għat-trattament ugwali bejn ġeneri jkunu speċifikati tajjeb;
13. Jenfasizza l-importanza ta" kollaborazzjoni effikaċi u koordinata bejn il-Grupp ta" Livell Għoli dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u d-Diversità u n-netwerk inkarigat mill-approċċ integrat tal-ugwaljanza fil-kumitati parlamentari u d-delegazzjonijiet interparlamentari kif ukoll mal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi;
14. Jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex isegwi l-implimentazzjoni tal-istrateġija integrata li għandha l-għan li tikkonċilja l-ħajja familjali mal-ħajja professjonali u li tiffaċilita l-iżvilupp tal-karriera tal-uffiċjali nisa;
15. Jistieden lill-gruppi politiċi biex jikkunsidraw l-objettiv ta" parteċipazzjoni bilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa meta jinħatru l-persuni f'karigi għoljin u ta' responsabilità;
16. Jistieden lill-Bureau tal-Parlament biex jenfasizza, fil-kuntatti tiegħu mal-Parlamenti tal-Istati Membri, l-esperjenza pożittiva tal-Grupp ta" Livell Għoli dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u d-Diversità;
17. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill tal-Ewropa.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (14539/2/2008 – C6-0024/2009 – 2007/0195(COD))
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (14539/2/2008 - C6-0024/2009),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2007)0528),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra r-Regola 62 tar-Regoli tiegħu ta" Proċedura,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0216/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/72/KE.)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (14541/1/2008 – C6-0020/2009 – 2007/0197(COD))
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (14541/1/2008 – C6-0020/2009),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0530),
– wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2008)0908),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0235/2009),
1. Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 713/2009.)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (14546/2/2008 – C6-0022/2009 – 2007/0198(COD))
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (14546/2/2008 – C6-0022/2009),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0531),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0213/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 714/2009.)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (14540/2/2008 – C6-0021/2009 – 2007/0196(COD))
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (14540/2/2008 – C6-0021/2009),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0529),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0238/2009),
1. Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/73/KE.)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (14548/2/2008 – C6-0023/2009 – 2007/0199(COD))
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (14548/2/2008 – C6-0023/2009),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2007)0532),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0237/2009),
1. Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;
2. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 715/2009.)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjonijiet ta" interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA) (COM(2008)0583 – C6-0337/2008 – 2008/0185(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2008)0583),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251 (2) u l-Artikolu 156 tat-Trattat KE, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0337/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0136/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Eewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill soluzzjonijiet ta" interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 922/2009/KE.)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi, li temenda d-Direttiva 2006/42/KE tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju (COM(2008)0535 – C6-0307/2008 – 2008/0172(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0535),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0307/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0137/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni anness hawnhekk;
3. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/42/KE fir-rigward ta' makkinarju għall-applikazzoni tal-pestiċidi
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/127/KE.)
ANNESS
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni
dwar l-istandardizzazzjoni tal-makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi
Biex tappoġġja r-rekwiżiti essenzjali inklużi fit-Taqsima 2.4 tal-Anness I, il-Kummissjoni ħatret lis-CEN sabiex tiżviluppa standards armonizzati għal kull kategorija ta" makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi bbażat fuq l-aħjar tekniki disponibbli biex jiġi evitat l-esponiment mhux intenzjonat tal-ambjent għall-pestiċidi. B'mod partikulari, il-mandat se jirrikjedi l-istandards biex jingħataw kriterji u speċifikazzjonijiet tekniċi għat-twaħħil ta" lqugħ mekkaniku, "tunnel spraying" u sistemi ta" assistenza bl-arja (pnewmatika) għall-isprej, biex jiġi evitat li jkun hemm tniġġis tas-sors tal-ilma waqt il-mili u t-tbattil, u speċifikazzjonijiet preċiżi għall-istruzzjonijiet tal-manifattur biex jiġi evitat li jkun hemm tixrid tal-pestiċidi, filwaqt li jitqiesu l-parametri rilevanti kollha bħaż-żnienen, il-pressjoni, l-għoli tal-"boom", il-qawwa tar-riħ, it-temperatura tal-arja, l-umdità, u l-veloċità tal-moviment tal-makkinarju.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (COM(2008)0779 – C6-0411/2008 – 2008/0221(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lil-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0779),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6–0411/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0218/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva /.../KE dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),
Billi:
(1) Il-mobilità sostenibbli hija sfida mill-akbar li qed tħabbat wiċċha magħha l-Komunità fid-dawl tat-tibdil fil-klima u l-ħtieġa li tiġi sostnuta l-kompetitività Ewropea kif misħuq fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Lulju 2008 dwar it Trasport aktar Ekoloġiku(4).
(2) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2006 intitolata "Pjan ta" Azzjoni dwar l-Effiċjenza Enerġetika – Inwettqu l-potenzjal" [traduzzjoni mhux uffiċjali](5) saħqet dwar il-potenzjal li l-konsum totali tal-enerġija jitnaqqas b"20 % sal-2020 permezz ta" lista ta" azzjonijiet immirati inkluż it-tikkettar tat-tajers.
(3) It-tajers, l-aktar minħabba r-reżistenza tagħhom għat-tagħmir, jgħoddu għal 20 % sa 30 % tal-konsum tal-fjuwils tal-vetturi. Tnaqqis tar-reżistenza għat-tidwir tat-tajers jaf għalhekk jikkontribwixxi b'mos sinifkanti għall-effiċjenza enerġetika tat-trasport tat-triq u b'hekk għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.
(4) It-tajers huma karatterizzati minn għadd ta" parametri marbutin ma" xulxin. It-titjib ta" parametru wieħed bħar-reżistenza għat-tidwir jista' jkollu impatt avvers fuq parametri oħra, bħall-qbid fuq l-imxarrab, filwaqt li jekk jittejjeb il-qbid fuq l-imxarrab, jista' jkun hemm effett avvers fuq il-ħoss estern tat-tidwir. Il-manifatturi tat-tajers għandhom jiġu mħeġġa jtejbu l-parametri kollha, bla ma jnaqqsu l-istandards tas-sikurezza li diġà nkisbu.
(5) It-tajers li jwasslu għal użu effiċjenti tal-fjuwil iġibu l-infiq effettiv għaliex l-iffrankar fuq il-fjuwil jagħmel tajjeb bil-kbir għall-prezz tax-xiri ogħla tat-tajers li jkun ġej minn spejjeż tal-produzzjoni ogħla.
(6) ║Ir-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'... dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur](6) jistipula rekwiżiti minimi dwar ir-reżistenza għat-tidwir tat-tajers. L-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li t-telf tal-enerġija jitnaqqas b'mod sinifikanti lil hinn mir-rekwiżiti minimi li jirriżultaw minn reżistenza għat-tidwir tat-tajers li tkun║. Sabiex jitnaqqas l-impatt ambjentali tat-trasport fit-triq, huwa għalhekk xieraq li jiġu stipulati dispożizzjonijiet li jħeġġu lill-utenti aħħarin jixtru aktar tajers li jwasslu għall-użu effiċjenti tal-fjuwil billi jipprovdulhom informazzjoni armonizzata dwar dan il-parametru.
(7)Sabiex jiżdiedu l-fehim u l-kuxjenza dwar ir-reżistenza għat-tidwir, jekk jintuża kalkolatur tal-iffrankar ta' fjuwil, bħal dak li diġà jintuża għat-tajers C3, dan iservi bħala għodda sinifikanti biex jintwera l-iffrankar potenzjali ta' fjuwil, ta" flus u tas-CO2.
(8) L-istorbju tat-traffiku jaf jagħti ħafna fastidju u għandu effett ta' ħsara għas-saħħa. ║Ir-Regolament (KE) Nru …/2009 [dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur] jistipula rekwiżiti minimi dwar l-istorbju estern tat-tidwir tat-tajers. L-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li l-istorbju estern tat-tidwir tat-tajers jitnaqqas b'mod sinifikanti lil hinn mir-rekwiżiti minimi. Sabiex jitnaqqas l-istorbju tat-traffiku, huwa għalhekk xieraq li jiġu stipulati dispożizzjonijiet li jħeġġu lill-utenti aħħarin jixtru tajers bi storbju estern tat-tidwir baxx billi jipprovdulhom informazzjoni armonizzata dwar dan il-parametru.
(9) L-għoti ta" informazzjoni armonizzata dwar l-istorbju estern tat-tidwir tat-tajer jista" wkoll jiffaċilita l-implimentazzjoni ta" miżuri kontra l-istorbju tat-traffikuj u jikkontribiwixxi għal kuxjenza akbar dwar l-effett tat-tajers fuq l-istorbju tat-traffiku fi ħdan id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali(7).
( 10) ║Ir-Regolament (KE) Nru …/2009 [dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur] jistipula rekwiżiti minimi dwar il-qbid tat-tajers fuq l-imxarrab. L-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li l-qbid fuq l-imxarrab jittejjeb lil hinn mir-rekwiżiti minimi, u għalhekk jitnaqqsu d-distanzi tal-ibbrejkjar fuq l-imxarrab. Sabiex titjieb is-sikurezza tat-toroq, huwa għalhekk xieraq li jiġu stipulati dispożizzjonijiet li jħeġġu lill-utenti aħħarin jixtru tajers bi prestazzjoni għolja għall-qbid fuq l-imxarrab billi jipprovdulhom informazzjoni armonizzata dwar dan il-parametru.
(11) Parametri oħra tat-tajers, bħall-aquaplaning jew iż-żamma fid-dawriet, jaffettaw ukoll is-sikuerzza fit-toroq. Madankollu, f'dan l-istadju, għad mhemmx disponibbli metodi arrmonizzati tat-ttestjar fir-rigward ta" dawn il-parametri. Huwa għalhekk xieraq li jiġi pprovdut għall-possibbiltà, fi stadju aktar tard u jekk meħtieg, għall-iffisar ta" dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni armonizzata lill-utenti aħħarin dwar dawn il-parametri tat-tajers.
(12)It-tajers tas-silġ u t-tajers Nordiċi tax-xitwa għandhom parametri speċifiċi li ma jistgħux jitqabblu b'mod sħiħ mat-tajers normali. Sabiex jiġi żgurat li l-utenti aħħarin jagħmlu deċiżjonijiet ġusti u infurmati, il-parametri ta' dawn it-tajers għandhom jintwerew b'mod li jpoġġihom fuq l-istess livell mat-tajers normali.
(13) L-għoti ta" informazzjoni dwar il-parametri tat-tajers fil-forma ta" tikketta standard x'aktarx jasal biex jinfluwenza d-deċiżjonijiet tax-xiri tal-utenti aħħarin favur tajers aktar sikuri, inqas storbjużi u ji jwasslu għal iffrabkar tal-fjuwil. Dan imbagħad jaf iħeġġeġ lill-manifatuuri tat-tajers jottimizzaw dawk il-parametri tat-tajers, li jwittu t-triq għal konsum u produzzjoni aktar sotenibbli.
(14)Il-manifatturi, il-fornituri u d-distributuri tat-tajers għandhom jitħeġġu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta" dan ir-Regolament sa qabel l-2012 sabiex jitħaffef ir-rikonoxximent tal-iskema u t-twettiq tal-benefiċċji tagħha.
(15) Il-fatt li hemm bosta regoli diversi dwar it-tikettar tat-tajers minn Stat Membru għal-ieħor joħloq ostkali għall-kummerċ intra-Komunitarju u jkabbar il-piż amministrattiv u l-ispejjeż tal-ittestjar għall-manifatturi tat-tajers.
(16) It-tajers ta" sostituzzjoni jgħoddu għal 78 % tas-suq tat-tajers. Huwa għalhek ġustifikat li l-utent aħħari jiġi infurmat dwar il-parametri tat-tajers ta" sostituzzjoni kif ukoll tat-tajers armati fuq vetturi ġodda.
(17) Il-bżonn ta" aktar informazzjoni dwar l-effiċjenzafl-użu tal-fjuwil mit-tajers u parametri oħra hija rilevanti għall-konsumaturi, inkluż għall-maniġers tal-flotot u l-impriżi tat-trasport, li ma jistgħux faċilment iqabblu l-marki differenti tat-tajers fin-nuqqas ta" skema armonizzata ta" ttestjar u tikettar . Huwa għalhekk xieraq li jiġu inklużi it-tajers C1, C2 u C3 fl-ambitu ta' dan ir-Regolament.
(18) It-tikketta dwar l-enerġija li tikklassifika l-prodotti bi skala minn "A sa G", kif applikata għall-apparat tad-dar skond id-Direttiva tal-Kunsill 1992/75/KE tat-22 ta' Settembru 1992 dwar l-indikazzjoni permezz ta" tikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum ta" l-enerġija u riżorsi oħra skond l-apparat tad-dar(8), hija magħrufa sew mill-konsumaturi u rnexxiet fil-promozzjoni ta" apparat aktar effiċjenti. L-istess disinn għandu jintuża għat-tiklettar tal-effiċjenza tat-tajers għall konsum tal-fjuwil.
(19) Dak li jkun hemm muri fuq it-tikketta ta" fuq it-tajers fil-ħanut, kif ukoll fil-letteratura promozzjonali teknika, għandu jiżgura li sew il-bejjiegħa sew l-utenti potenzjali u aħħarin jiriċevu informazzjoni armonizzata dwar l-effiċjenza tat-tajers għall-użu tal-fjuwil, il-prestazzjoni tal-qbid fuq l-imxarrab u l-istorbju estern tat-tidwir.
(20) Xi utenti aħħarin jagħżlu t-tajers qabel ma jaslu fil-punt tal-bejgħ jew jixtru t-tajers billi jordnawhom bil-posta. Sabiex jiġi żgurat li dawn l-utenti aħħarin ukoll ikunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata abbażi tal-informazzjoni armonizzata dwar l-effiċjenza tat-tajers għall-użu tal-fjuwil, il-prestazzjoni tal-qbid fuq l-imxarrab u l-istorbju estern tat-tidwir, it-tikketi għandhom jintwerew fil-letteratura promozzjoni teknika kollha, inkluż fejn letteratura bħal din tkun disponibblif uq l-Internet.
(21)Ix-xerrejja potenzjali għandhom jingħataw informazzjoni supplimentari standardizzata li tispjega kull element tat-tikketta - l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, il-qbid fuq l-imxarrab u l-emissjoni tal-istorbju - u r-rilevanza tagħhom, u li tinkludi kalkolatur tal-iffrakar tal-fjuwil li juri l-medja tal-iffrankar tal-fjuwil, tas-CO2 u tal-ispejjeż. Din l-informazzjoni għandha tingħata fuq il-websajt tal-EU dwar it-tikkettar tat-tajers u fuq fuljetti spjegattivi u posters fil-postijiet kollha tal-bejgħ. L-indirizz tal-websajt għandu jkun indikat b'mod ċar fuq it-tikketta u fuq kull letteratura teknika promozzjonali.
(22) L-informazzjoni trid tingħata skond il-metodi armonizzati tat-testjar stipulati fi ║Ir-Regolament (KE) Nru …/2009 [dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur...] sabiex l-utenti aħħarin ikunu jistgħu jqabblu tajers differenti u jillimitaw l-ispejjeż tal-ittestjar għall-manifatturi.
(23) Sabiex jindirizzaw l-isfida tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 tat-trasport bit-triq, xieraq li l-Istati Membri jimplimentaw inċentivi favur tajers li jwasslu għall-effiċjenza tal-fjuwil,▌. Dawn l-inċentivi għandhom ikunu konformi mal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat▌. Sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern, għandhom jiġu stabbiliti kategoriji għall-effiċjenza minima tal-fjuwil.
(24) Il-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar mill-manifatturi, il-fornituri u d-distributuri hija essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dawn id-dispożizzjonijiet u jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali fi ħdan il-Komunità. L-Istati Membri għandhom għalhekk jidentifikaw miżuri effettivi, fosthom is-sorveljanza tas-suq u kontrolli ex-post regolari u sanzjonijiet effettivi, biżżejjed biex jiżguraw l-infurzar tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.
(25)L-Istati Membri għandhom jirsistu, meta jkunu qed jimplimentaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta" dan ir-Regolamenta, biex joqogħdu lura minn kull miżura li timponi obbligi inġustifikati, burokratiċi, u mhux prattiki fuq l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju (SMEs), u, meta jkun fattibbli, għandhom iqisu l-ħtiġijiet speċjali u l-limiti finanzjarji u amministrattivi tal-SMEs.
(26)Biex l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tiġi evalwata sew, għandha ssir reviżjoni biex jiġi aċċertat jekk hemmx bżonn ta' bidliet. Din ir-reviżjoni għandha tiffoka b'mod partikulari fuq il-fehim tal-konsumatur tat-tikketta, inkluż tal-parametru tal-istorbju u l-adattament għall-bidla teknoloġika.
(27) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni.(9).
(28) B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tintroduċi rekwiżti fir-rigward tal-klassifikar tal-qbid fuq l-imxarrab għall-klassijiet tat-tajers C2 u C3, tintroduċi rekwiżiti fir-rigward ta' parametri essenzjali tat-tajers għajr l-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-qbid fuq l-imxarrab u l-istorbju estern tat-tidwir, u tadattat l-Annessi għall-progress tekniku. Ladarba dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' danir-Regolament, interalia billi jissuplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għan u suġġett
L-għan ta" dan ir-Regolament huwa li titkabbar l-effiċjenza ekonomika u ambjentali u s-sikurezza tat-trasport tat-triq permezz tal-promozzjoni ta" tajers sikuri u kwieti li jwasslu għal użu effiċjenti tal-fjuwil.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għall-għoti ta" informazzjoni armonizzata dwar il-parametri tat-tajers permezz tat-tikkettar, li tippermetti li l-konsumatur jagħmel għażla informata meta jkun qed jixtri t-tajers.
Artikolu 2
Ambitu
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għat-tajers C1, C2, u C3.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, dan ir-Regolament ma tapplikax għal:
(a)
tajers ittredjati mill-ġdid;
(b)
tajers off-road professjonali;
(c)
tyres ddisinjati biss biex jiġu armati fuq vetturi reġistrati għall-ewwel darba qabel l-1 ta' Ottubru 1990;
(d)
Spare tyres tat-tip T għal użu temporarju;
(e)
tajers li l-kategorija tal-veloċità tagħhom hija ta' anqas minn 80 km fis-siegħa;
(f)
tajers li d-dijametru nominali tar-rimm tagħhom ma jkunx aktar minn 254 mm jew ikun 635 mm jew aktar;
(g)
tajers mgħammra b'mezzi addizzjonali sabiex itejbu l-proprjetajiet tal-ġbid, bħal tajers bl-iskontri.
Artikolu 3
Id-Definizzjonijiet
Għall-fini ta' dan ir-Regolament:
(1)
"Tajers C1, C2 u C3" tfisser klassijiet ta" tajers iddefiniti fl-Artikolu 8 ta" Ir-Regolament (KE) Nru …/2009 [dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur];
(2)
"Spare tyre tip T għal użu temporarju" jfisser spare tyre għal użu temporarju disinjat għall-użu bi pressjoni tal-infiħ ogħla minn dik stabbilta għal tajers standard u rinforzati;
(3)
"tajer għas-silġ' tfisser tajer, li d-disinn tal-wiċċ imfellel tiegħu, il-kompożizzjoni jew l-istruttura tiegħu jkunu primarjament iddisinjati biex, f'kundizzjonijiet ta' silġ, ikollhom prestazzjoni aħjar minn dik ta' tajer normali f'dak li għandu x'jaqsam mal-kapaċità tiegħu biex vettura tibda jew tibqa' tiċċaqlaq;
(
4) "punt tal-bejgħ" tfisser post fejn it-tajers huma murija▌ jew offruti għall-bejgħ, inkluż showrooms tal-karozzi fir-rigward ta' tajers murija li mhumiex armati fuq il-vetturi;
(
5) "letteratura promozzjonali teknika" tfisser manwali tekniċi, brochures, fuljetti u katalgi jew stampati jew f'forma elettronika, jew ippublikati fuq l-internet, bl-esklużjoni ta' riklamar fuq il-midja, użati fil-marketing tat-tajers jew tal-vetturi mmirat lejn l-utenti aħħarin jew id-distributuri , li jiddeskrivu l-parametri speċifiċi ta' tajer▌;
(
6) "dokumentazzjoni teknika" tfisser informazzjoni dwar it-tajers, inkluż il-manifattur u l-marka tat-tajer; deskrizzjoni tat-tip tat-tajer jew il-grupp tat-tajers iddeterminat għad-dikjarazzjoni tal-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab u l-valur imkejjal tal-istorbju estern tat-tidwir; rapport tat-testijiet u preċiżjoni tat-testijiet;
(7)
"kalkolatur tal-iffrankar tal-fjuwil' tfisser għodda pprovduta fuq il-websajts dedikati għat-tikkettar tat-tajrs biex jintwera kemm qed jiġi ffrankat bħala medja fi fjuwil, CO2 u spejjeż, għall-klassijiet C1, C2 u C3 tat-tajers;
(8)
"Websajt tal-UE dwar it-tikkettar tat-tajers" tfisser sors ċentrali onlajn ta' informazzjoni spjegattiva u supplimentari amministrat mill-Kummissjoni, dwar kull element individwali tat-tikketta tat-tajer u li tinkludi kalkolatur tal-iffrankar tal-fjuwil;
(
9) "manifattur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, jew li għandha prodtt iddisinjat juew immanifatturat u li tikkumerċjalizza dak il-prodott taħt isimha jew il-mark kummerċjali tagħha;
(
10) "importatur" tfisser kull persuna naturali jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li tagħmel prodott minn pajjiż terz disponibbli fis-suq Komunitarju;
(
11) "fornitur" tfisser il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità jew l-importatur;
(
12) "distributur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-forniment, barra mill-manifattur jew l-importatur, li tagħmel tajer disponibbli fis-suq;
(
13) "tqegħid fis-suq" tfisser kwalunkwe forniment ta' prodott għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq Komunitarju waqt attività kummerċjali, sew jekk bi ħlas sew mingħajr ħlas;
(
14) "utent aħħari" tfisser konsumatur, inkluż maniġer ta" flotta jew kumpanija tat-trasport at-triq li qed tixtri jew mistennija tixtri tajer;
(
15) "parametru essenzjali" tfisser parametru ta" tajer bħar-reżistenza għat-tidwir, il-qbid fuq l-imxarrab jew l-istorbju estern tat-tidwir li jkollu impatt sinifikanti fuq l-ambjent, is-sikurezza fit-triq jew is-saħħa waqt l-użu.
Artikolu 4
Responsabbiltajiet tal-Kummissjoni
1.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tamministra, sa mhux aktar tard minn Settembru 2010, "il-websajt tal-UE għat-tikkettar tat-tajers" bħala sors ċentrali ta' informazzjoni fissiera għal kull element tat-tikketta.
2.Il-websajt għandha tinkludi:
(a)
spjegazzjoni tal-pittogrammi stampati fuq it-tikketta;
(b)
kalkolatriċi tal-iffrankar tal-fjuwil li juri l-iffrankar potenzjali tal-fjuwil, tal-flus u tas-CO2 meta jiġu armati tajers b'reżistenza baxxa għat-tidwir għall-klassijiet C1, C2 u C3 tat-tajers;
(c)
stqarrija li taċċentwa l-fatt li l-iffrankar attwali tal-fjuwil u s-sikurezza fit-toroq jiddependu bil-kbir mill-imġiba tas-sewwieqa, partikolarment dan li ġej:
–
(i) l-ekosewqan, li jista' jnaqqas il-konsum tal-fjuwil;
–
(ii) il-pressjoni tat-tajers trid tiġi ċċekkjata regolarment għal karatteristiċi ogħla tal-qbid fuq l-imxarrab u l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil;
–
(iii) id-distanzi tal-waqfien għandhom dejjem jiġu osservati b'mod strett.
Artikolu 5
Responsabbiltajiet tal-fornituri tat-tajers
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tat-tajers jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(1)
il-fornituri għandhom jiżguraw li t-tajers C1 u C2, ▌kkunsinjati lid-distributuri jew lill-utenti aħħarin, jiġu pprovduti b'tikketta li għandha tintwera bi kwalunkwe mezz jew permezz ta' sticker fuq wiċċ it-tajer li turi tikketta li tindika l-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u tal-qbid fuq l-imxarrab, u l-istorbju estern tat-tidwir kif stipulat fl-Anness I, Partijiet A, B u C rispettivament;
(2)
il-format tal-isticker u t-tikketta msemmijin fil- punt 1 għandu ukun kif preskritt fl-Anness II;
(3)
il-fornituri għandhom jiddikjaraw il-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir fuq il-letteratura teknika promozzjonali kif stipulata fl-Anness I fl-ordni speċifikat fl-Anness III. Għat-tajers C2 u C3 il-koeffiċjenti mkejjel tar-reżistenza tat-tidwir għandu jiġi ddikjarat ukoll;
(4)
il-fornituri għandhom jagħmlu disponibbli dokumentazzjoni teknika għall-awtoriatjiet tal-Istati Membri meta dawn jitolbuha, għal perjodu li jintemm ħames snin wara li l-aħħar tajer ta" tip ta" tajer partikolari kien għadu jinsab disponibbli fis-suq; id-dokumentazzjoni teknika għandha tkun dettaljata biżżejjed sabiex tippermetti lill-awtoritajiet jivverifikaw il-preċiżjoni tal-informazzjoni pprovduta fuq it-tikketta tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab u l-valur imkejjal tal-istorbju estern tat-tidwir;
(5)
il-fornituri għandhom jippreżentaw il-valuri mkejla mit-test għall-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-koeffiċjenza tar-reżistenza għat-tidwir (f'kg/t), tal-indiċi tal-qbid fuq l-imxarrab (bħala indiċi ta' prestazzjoni, G, imqabbel mat-tajer ta' referenza standard) u tal-emissjonijiet ta' storbju (f'dB(A)), f'bażi ta' dejta aċċessibbli pubblikament.
Artikolu 6
Responsabbiltajiet tad-distributuri tat-tajers
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-distributuri tat-tajers jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet lie ġejjin:
(1)
id-distributuri għandhom jiżguraw li ▌l-isticker jew it-tikketta ipprovduti mill-fornituri skond il-punt 1 tal-Artikolu 5 jew verżjoni spjegattiva aktar dettaljata tat-tikketta kif stipulat fl-Anness II, punt 3 jkunu disponibbli u muurija b'mod ċar jew fuq it-tajer jew qrib ħafna tiegħu fil-punt tal-bejgħ, rispettivament;
(2)
meta t-tajers offruti għall-bejgħ ma jkunux viżibbli għall-utent aħħari, id-distributuri għandhom jipprovdu lill-utent aħħari b' dokumentazzjoni dwar il-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir għal dawk it-tajers;
(3)
għat-tajers C1, C2, u C3 id-distributuri għandhom jipprovdu l-verżjoni spjegattiva tat-tikketta kif stipulat fl-Anness II, punt 3 jew 4, li tiddikjara l-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab u l-valur imkejjel tal-istorbju estern , kif stipulat fl-Anness I, Partijiet A, B u C rispettivament fil-kont mogħti lil-utent aħħari meta jixtri t-tajers jew miegħu. ▌
Artikolu 7
Responsabbiltajiet tal-fornituri tal-vetturi u d-distributuri tal-vetturi
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-vetturi u d-distributuri tal- tal-vetturi jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(1)
il-fornituri tal-vetturi u d-distributuri tal-vetturi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar it-tajers li huma armati fuq vetturi ġodda. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil kif stipulat fl-Anness I, il-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir kif stipulat fl-Anness I, Parti C, u għat-tajers C1 il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab kif stipulat fl-Anness I, Parti B, fl-ordni speċifikat fl-Anness III. Din l-informazzjoni għandha tkun inkluża għall-inqas mal-letteratura promozzjonali u tingħata lill-utenti aħħarin qabel ma l-vettura tinbiegħ;
(2)
meta tipi differenti ta" tajers ikunu jistgħu jiġu armati fuq vettura ġdida, mingħajr ma l-utenti aħħarin jiġu offruti għażla bejniethom, l-informazzjoni msemmija fil-punt 1 għandha ssemmi l-klassi l-aktar baxxa tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab, u l-ogħla valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir ta' dawn it-tipi ta' tajers▌;
(3)
meta l-utenti aħħarin jiġu offruti għażla bejn tipi differenti ta" tajers biex jiġu armati fuq vettura ġdida, il-punti segwenti (a) jew (b) għandhom japplikaw;
(a)
fejn l-utenti aħħarin jiġu offruti għażla bejn daqsijiet differenti ta' tajers jew rimmijiet imma mhux bejn parametri oħrajn tat-tip tat-tajer, l-informazzjoni msemmija f'punt 1 għandha ssemmi għal kull daqs ta' tajer jew rimm, il-klassi li għandha l-anqas effiċjenza tal-fjuwil, il-klassi li għandha l-anqas qbid fl-imxarrab u l-ogħla valur imkejjel ta' ħoss ta' dawrien estern ta' kull tajer f'dan id-daqs ta' tajers jew rimmijiet;
(b)
ħlief il-każijiet koperti minn punt (a), l-informazzjoni msemmija f'punt 1 għandha ssemmi l-klassi tal-effiċjenza tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fl-imxarrab, u l-valur imkejjel tal-ħoss estern tad-dawrien għal kull tip ta' tajer li jista' jintgħażel mill-utent aħħari.
▌Artikolu 8
Metodi armonizzati tal-ittestjar
L-informazzjoni pprovduta fl-Artikoli 5, 6 u 7 dwar il-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir, u l-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab tat-tajers għandha tinkiseb billi jiġu applikati l-metodi armonizzati tal-ittestjar imsemmija fl-Anness I. It-testijiet armonizzati għandhom jipprovdu lill-utenti aħħarin bi klassifika affidabbli u li tirrappreżenta b'mod komprensiv il-karatteristiċi ttestjati.
Artikolu 9
Proċedura ta" verifika
1.L-Istati Membri għandhom, skont il-proċedura stipulata fl-Anness IV, jivvalutaw il-konformità tal-klassijiet iddikjarati tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u tal-qbid fuq l-imxarrab fi ħdan it-tifsira tal-Anness I Partijiet A u B, u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir fi ħdan it-tifsira tal-Anness I, Parti C.
2.Verifiki ta' dan it-tip m'għandhom jippreġudikaw l-ebda vettura tal-UE jew approvazzjoni tat-tip ta" tajer li jinkisbu skont id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta" Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta" vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta" sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi(10) jew ir-Regolament (KE) Nru .../2009 [rigward rekwiżiti ta" approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur]. Għall-evalwazzjoni ta" konformità l-Istati Membri għandhom jirreferu, fejn applikabbli, għal dokumentazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tat-tajer u għal dokumentazzjoni supplimentari relevanti pprovduta mill-fornitur.
3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu sistema ta" ispezzjonijiet bħala rutina barra r-rutina tal-postijiet ta" bejgħ għall-iskop li tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti ta" dan ir-Regolament.
Artikolu 10
Suq intern
1. Fejn ir-rekwiżiti ta" dan ir-Regolament jiġu osservati, l-Istati Membri la għandhom jipprojbixxu u lanqas jirrestrinġu it-tqegħid fis-suq ta" tajers fuq il-bażi ta" informazzjoni dwar il-prodott koperai minn danir-Regolament.
2. Sakemm ikollhom evidenza li turi kontra, l-Istati Membri għandhom iqisu t-tikketti u l-infromazzjoni dwar il-prodott bħala li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta" dan ir-Regolament. Jistgħu jeħtieġu li l-fornituri jipprovdu dokumentazzjoni teknika b'konformità mal-punt 4 tal-Artikolu 4, sabiex tiġi vvalutata l-preċiżjoni tal-valuri ddikjarati.
Artikolu 11
Inċentivi
L-Istati Membri m'għandhomx jagħtu inċentivi fir-rigward tat-tajers taħt il-livell Klassi C fir-rigward kemm tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil jew kemm tal-qbid fuq l-imxarrab C,fi ħdan it-tifsira tal-Anness I Partijiet A u B rispettivament.
Artikolu 12
Emendi u adattament għall-progress tekniku
Il-miżuri li ġejjin, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta" dan ir-Regolament billi, fost affarijiet oħrajn, iżidu magħha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 14(2).
(1)
l-introduzzjoni ta" rekwiżiti fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-qbid fuq l-imxarrab tat-tajers C1 u C2, dejjem sakemm ikunu disponibbli metodi xierqa ta' ttestjar armonizzati;
(2)
introduzzjoni tar-rekwiżiti rigward it-tajers tas-silġ jew tajers tax-xitwa Nordiċi;
▌(3) l-addattament tal-Annessi I sa IV għall-progress tekniku.
Artikolu 13
Infurzar upieni
1. L-Istati Membri għandhom, permezz ta' skambju kontinwu ta' informazzjoni, jiżguraw koperazzjoni mill-qrib fis-sorveljanza tas-suq fl-interess tal-implimentazzjoni konsistenti ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa għal kontrolli ex post regolari sabiex jiżguraw li t-tajers li ma jkunux tikkettati kif suppost jew jiġu jikkonformaw mar-regoli jew jitneħħew mis-suq.
2.L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri li jistipulaw sanzjonijiet għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, inklużi r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont dan ir-Regolament u dispożizzjonijiet li jiżguraw li dawn jiġu implimentati.
3.Dawn il-miżuri għandhom ikunu effettivi, propozjonati u dissważivi.
4.L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk il-miżuri u kwalunkwe emendi sussegwenti tagħhom lill-Kummissjoni ▌mingħajr dewmien ▌.
Artikolu 14
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 15
Ir-reviżjoni
1.Sa mhux aktar tard minn tliet snin snin wara l-applikazzjoni ta" dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, waqt li inter alia tikkunsidra:
(a)
l-effettività tat-tikketta f'dak li għandu x;jaqsam mal-għarfien tagħha mill-konsumatur;
(b)
jekk l-iskema tat-tikkettar għandhiex tiġi estiża biex tinkludi t-tajers b'wiċċ ġdid (retreaded);
(c)
jekk għandhom jiġu introdotti parametri jew klassijiet ġodda ta' tajers;
(d)
l-informazzjoni dwar il-parametri tat-tajers provduti mill-fornituri u d-distributuri tal-vetturi lill-utenti aħħarin.
2.Il-Kummissjoni, fuq il-bażi ta' din ir-reviżjoni u wara evalwazzjoni tal-impatt u servej tal-konsumaturi, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsilli, jekk ikun xieraq, flimkien ma' proposta għall-emendar ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta" Novembru 2012.
B'danakollu, l-Artikoli 5 u 6 ma għandhomx japplikaw għal tajers prodotti qabel l-1 ta' Lulju 2012.
Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot kollu kemm hu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi,
Għall-Parlament Ewropew, Għall-Kunsill,
Il-President Il-President
Anness I
Klassifikar tal-parametri tat-tajers
Parti A: Klassijiet ta' effiċjenza tal-użu tal-fjuwil
Il-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil trid tiġi ddeterminata abbażi tal-koefiċċjent tar-reżistenza għat-tidwir (RRC) skond l-iskala A sa G speċifikata isfel u mkejla skond [ir-Regolament UNECE ║.
▌
Tajers C1
Tajers C2
Tajers C3
RRC f" kg/t
Klassi tal- effiċjenza enerġetika
RRC f" kg/t
Klassi tal- effiċjenza enerġetika
RRC f" kg/t
Klassi tal- effiċjenza enerġetika
RRC≤6,5
A
RRC≤5,5
A
RRC≤4,0
A
6,6≤RRC≤7,7
B
5,6≤RRC≤6,7
B
4,1≤RRC≤5,0
B
7,8≤RRC≤9,0
C
6,8≤RRC≤8,0
C
5,1≤RRC≤6,0
C
Vojt
D
Vojt
D
6,1≤RRC≤7,0
D
9,1≤RRC≤10,5
E
8,1≤RRC≤9,2
E
7,1≤RRC≤8,0
E
10,6≤RRC≤12,0
F
9,3≤RRC≤10,5
F
RRC≥8,1
F
RRC≥12,1
G
RRC≥10,6
G
Vojt
G
Parti B: Klassijiet tal-Qbid fuq l-Imxarrab
Il-klassiijiet tal-qbid fuq l-imxarrab tat-tajers C1 għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-indiċi tal-qbid fuq l-imxarrab skond l-iskala "A sa G" speċifikata isfel u mkejla skond [ir-Regolament UNECE dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tat-tajers rigward l-emissjonijiet ta" ħoss ta" rrolljar u l-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin(11).
G
Klassijiet tal-Qbid fuq l-Imxarrab
155≤G
A
140≤G≤154
B
125≤G≤139
C
Vojt
D
110≤G≤124
E
G≤109
F
Vojt
G
Part C: Storbju estern tat-tidwir
Il-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir għandu jiġi ddikjarat f'decibels u jitkejjel skond Regolament UNECE dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tat-tajers rigward l-emissjonijiet ta" ħoss ta" rrolljar u l-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin
Parti D: Mark ta' storbju baxx
Għat-tajers b'emissjonijiet ta' storbju baxxi ddefiniti skont il-klassifika speċifikata hawn taħt, it-tikkettar tal-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir imkejjel f'dB għandu jkun ikkumplimentat mill-"mark ta' storbju baxx':
Klassijiet ta" storbju estern tat-tidwir (dB(A))
C1
C2
C3
Marka ta' Storbju Baxx *
≤68
≤69
≤70
* Marka ta' Storbju Baxx:
Anness II
Il-format tat-tikketta
L-isticker imsemmi fil-punt 1 tal-Artikolu 5 4u fil-punt 1 tal-Artikolu 6 jikkonsistu minn żewġ partijiet:(1) tikketta stampata fil-format deskritt isfel u (2) spazju fejn jintwerew l-isem tal-fornitur u l-linja tat-tajer, il-qies tat-tajer, l-indiċi tat-tagħbija, il-klassifikazzjoni tal-veloċità u speċifikazzjonijiet tekniċi oħrajn (minn hawn "il quddiem "l-ispazju tal-marka").
1. Disinn tat-tikketta
1.1. It-tikketta stampata fuq l-isticker, imsemmija fil-punt 1 tal-Artikolu 5 4 u fil-punt 1 tal-Artikolu 6 , trid tkun skont l-illustrazzjoni hawn taħt:
1.2.Il-punt li ġej għandu jiżdied mad-disinn:
l-indirizz tal-websajt tal-UE dwar it-tikkettar tat-tajers, b'tipa kbira fil-qiegħ tat-tikketta,
1.3. Dan li ġej jiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet għat-tikketta:
1.4. It-tikketta trid tkun mill-inqas 75 mm wiesgħa u 100 mm twila. Meta t-tikketta tiġi stampata f'format akbar, il-kontenut tagħha xorta waħda jibqa" proporzjonat għal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fuq.
1.5. It-tikketta għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
a) Il-kuluri huma CMYK - cyan, maġenta, isfar, u iswed – u jingħataw skont dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.
b) In-numri mniżżla isfel jirrefru għall-ispjegi indikati fit-taqsima 1.3;
Efiiċjenza tal-użu tal-fjuwil
Pittogramma kif fornuta: wisa": 19,5 mm, tul: 18,5 mm – Kwadru għal-linja tal-pittogramma 3,5 pt, wisa": 26 mm, tul: 23 mm – Kwadru għall-klassifikazzjoni linja: 1 pt – Tmiem il-kwadru: linja: 3,5 pt, wisa": 36 mm – Kulur: X-10-00-05.
Qbid fuq l-Imxarrab
Pittogramma kif fornuta: wisa": 19 mm, tul: 19 mm – Kwadru għall-pittogramm linja: 3,5 pt, wisa": 26 mm, tul: 23 mm – Kwadru għall-klassifikazzjoni linja: 1 pt – Tmiem il-kwadru: linja: 3,5 pt, wisa": 26 mm – Kulur: X-10-00-05.
Storbju estern tat-tidwir
Pittogramma kif fornuta: wisa": 23 mm, tul: 15 mm – Kwadru għall-pittogramm linja: 3,5 pt, wisa": 26 mm, tul: 24 mm – Kwadru għall-valur: linja:: 1 pt – Tmiem il-kwadru: linja: 3,5 pt, tul: 24 mm – Kulur: X-10-00-05.
1.6. Il-klassi tat-tajer (C1, C2 jew C3) trid tiġi indikata fuq it-tikketta fil-formatt preskritt fil-punt tal-illustrazzjoni 1.3.
2. L-izpazju tal-marka
║Il-fornituri għandhom iżidu isimhom, il-linja tat-tajer, il-qies tat-tajer, l-indiċi tat-tagħbija, il-klassifikazzjoni tal-veloċità u speċifikazzjonijiet tekniċi fuq l-isticker ma" tul it-tiketta fi kwalunkwe kulur, format u disinn, dejjem sakemm id-daqs proporzjonali tal-ispazju tal-marka ma jaqbiżx proprzjon ta' 4:5 imqabbel mad-daqs tat-tikketta u l-messaġġ ippubblikat ma" tul it-tiketta ma jfixkilx il-messaġġ tat-tikketta.
3.Format tat-tikketta spjegattiva estiża
Il-verżjoni spjegattiva tat-tikketta li jirreferi għaliha l-Artikolu 6 għandha tkun konformi mal-immaġini ta" hawn taħt, u t-test għandu jkun tradott fil-lingwa relevanti fil-punt ta" bejgħ. Il-verżjoni tat-tikketta għandha tiġi pprovduta fuq il-kont jew mal-kont lill-konsumatur, sakemm dan ma jikkawżax piż mhux xieraq għad-distributur, u f'dan il-każ l-informazzjoni tingħata skond l-Anness II, punt 4.
4. Format tal-informazzjoni fuq il-fattura
Meta l-ispejjeż tal-istampar tat-tikketta spjegattiva kif definit fl-Anness II, punt 2a, ifissru piż mhux xieraq għad-distributur, l-informazzjoni tat-tikketta għandha tiġi pprovduta skont l-immaġini ta" hawn taħt:
Anness III
L-informazzjoni pprovduta fil-letteratura promozzjonali teknika
1. L-informazzjoni dwar it-tajer tingħata fl-orndi speċifikat kif ġej:
(i)
il-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil (ittra A sa G);
jekk ikun disponibbli klassifikar differenti għal tajer partikolariu skond il-qisien jew parametri oħra, għandha tġi ddikjarata l-medda bejn it-tajer bl-agħar prestazzjoni ut-tajer bl-aħjar prestazzjoni.
3. Il-fornituri jridu juru wkoll fuq il-websajt tagħhom
(–
i) link għall-websajt tal-UE dwar it-tikkettar tat-tajers;
(
ii) spjegazzjoni tal-pittogrammi stampati fuq it-tikketta, u kalkolatur tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil li hu pprovdut fil-websajt tal-EU dwar it-tikkettar tat-tajers;
(
iii) stqarrija li tisħaq dwar il-fatt li l-iffrankar attwali tal-fjuwil u s-sikurezza fit-toroq jiddependu bil-kbir mill-imġiba tas-sewwieqa, partikolarment dan li ġej:
–
l-ekosewqan jista' jnaqqas il-konsum tal-fjuwil b'mod sinifikanti;
–
il-pressjoni tat-tajers trid tiġi ċċekkjata regolarment għal karatteristiċi ogħla tal-qbid fuq l-imxarrab u l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil;
–
id-distanzi tal-waqfien għandhom jiġu osservati b'mod strett.
Anness IV
Proċedura ta" verifika
Il-konformità tal-klassijiet iddikjarati tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u tal-qbid fuq l-imxarrab, kif ukoll il-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir għandu jiġi vvalutat għal kull tip ta" tajer jew għal kull grupp ta" tajers kif iddeterminat mill-fornitur; skont il-proċedura li ġejja:
(1)
l-ewwel jiġi ttestjat tajer wieħed. Jekk il-valur imkejjel jilħaq il-klasi ddikjarata jew il-valur imkejjel tal-istorju estern tat-tidwir, ikun għadda mit-test.
(2)
jekk il-valur imkejjel ma jilħaqx il-klasi ddikjarata jew il-valur imkejjel tal-istorju estern tat-tidwir, jiġu ttestjati tliet tajers oħra. Il-valur medju tal-kejl li joħroġ mill-erba" tajers ittestjati għandu jintuża sabiex jiġi vvalutat li dan jaqbel mal-informazzjoni ddikjarata.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 717/2007 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u d-Direttiva 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (COM(2008)0580 – C6-0333/2008 – 2008/0187(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0580),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema Artikoli il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0333/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0138/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li titbiegħed mit-test b'mod sostanzjali jew li tibdlu b'test ieħor;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 717/2007 dwar roaming fuq networks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u d-Direttiva 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta" komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 544/2009.)
Rekwiżiti ta' rappurtar u dokumentazzjoni fil-każ tal-amalgazzjoni u d-diviżjoni ta' kumpaniji ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE, 78/855/KEE u 82/891/KEE u d-Direttiva 2005/56/KE fir-rigward ta' rekwiżiti ta' rappurtar u dokumentazzjoni fil-każ ta' amalgamazzjoni u diviżjonijiet (COM(2008)0576 – C6-0330/2008 – 2008/0182(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0576),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 44(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0330/2008]),
– wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tas-7 ta' April 2009 sabiex tkun adottata l-proposta kif emendata, skont l-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0247/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE, 78/855/KEE u 82/891/KEE, u d-Direttiva 2005/56/KE fir-rigward tar-rekwiżiti ta" rappurtar u dokumentazzjoni fil-każ tal-għaqda u d-diviżjoni ta" kumpaniji
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/109/KE.)
Assigurazzjoni u r-Rijassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (tfassil mill-ġdid) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-assigurazzjoni tal-ħajja dwar il-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta" l-Assigurazzjoni u r-Rijassigurazzjoni (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0119 – C6-0231/2007 – 2007/0143(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0361) u l-proposta emendata (COM(2008)0119),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 47(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0231/2007),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tat-tfassil mill-ġdid għall-atti ġuridiċi(1),
– wara li kkunsidra l-impenn magħmul mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tal-1 ta' April 2009 li tiġi adottata l-proposta kif emendata, skont l-ewwel inċiż fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0413/2008),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta" Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali,
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (tfassil mill-ġdid)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/138/KE.)
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (COM(1998)0617),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interim dwar il-kummerċ u l-aspetti relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u tal-Azzar u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra (5144/1999),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 133 u 300(2), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema Artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C5-0338/1999),
– wara li kkunsidara r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Frar 2008 dwar Strateġija tal-UE għall-Ażja Ċentrali(1),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta msemmija hawn fuq(2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi r-relazzjonijiet bejn il-Komunitajiet Ewropej u t-Turkmenistan bħalissa huma mmexxija mill-Ftehima dwar il-Kummerċ u l-Koperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Sovjetiċi Soċjalistif'Diċembru1989; billi din il-ftehima ma fihiex klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem,
B. billi l-Ftehima Interim tat-2 ta' Diċembru 1998 dwar il-Kummerċ u dwar Kwistjonijiet marbuta mal-Kummerċ, iffirmata bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u tal-Azzar u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, bħalissa qed tiġi approvata fil-Kunsill,
C. billi f'Mejju 1997 beda l-proċess lejn Ftehima ta' Sħubija u Koperazzjoni (PCA) mat-Turkmenistan, li ġiet iffirmata fl-1998; billi minn dak iż-żmien, 11-il Stat Membru rratifikaw il-PCA - Franza, l-Irlanda, ir-Renju Unit u l-Greċja għad iridu jagħmlu dan - u t-12-il Stat Membru ġdid se jirratifikawha permezz ta' protokoll wieħed; billi t-Turkmenistan irratifika l-PCA fl-2004,
D. billi l-PCA, ladarba tiġi ratifikata b'mod sħiħ, se tiġi ffirmata għal perijodu inizjali ta' 10 snin, imbagħad tiġġedded kull sena, sakemm ebda mill-partijiet ma titterminaha; billi l-partijiet jistgħu jespandu jew jemendaw il-PCA jew ikomplu jelaborawha, sabiex iqisu żviluppi ġodda,
E. billi t-Turkmenistan għandu rwol importanti fir-reġjun tal-Ażja Ċentrali, u b'hekk il-koperazzjoni mill-qrib bejnu u bejn l-Unjoni Ewropea hija mixtieqa,
F. billi s-sitwazzjoni fit-Turkmenistan tjiebet minn wara l-bidla tal-president; billi l-gvern wera r-rieda tiegħu biex iwettaq riformi ewlenin; billi għad hemm bżonn ta' progress sostanzjali f'bosta oqsma ewlenin, bħad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, id-demokrazija u l-libertajiet individwali,
G. billi l-Ftehima Kummerċjali Interim (ITA) proposta bejn il-Komunitajiet Ewropej u t-Turkmenistan tistipula r-rispett tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem bħala kundizzjoni għall-koperazzjoni,
H. billi l-ITA għalhekk ikollha l-potenzjal li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tar-riformi demokratiċi li qed iseħħu fit-Turkmenistan,
I. billi l-ITA tinkludi mekkaniżmu li jagħti ċ-ċans lil kwalunkwe parti sabiex titterminaha billi tavża lill-parti l-oħra,
1. Jinnota li wara l-bidla tal-president fit-Turkmenistan, jidher li hemm rieda li jitwettqu riformi f'oqsma ewlenin; jilqa' b'mod partikulari l-ħolqien ta' Istitut Nazzjonali għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem; jinnota l-proċess ta' reviżjoni tal-Kostituzzjoni, li għandu l-għan li jsaħħaħ id-demokrazija, il-libertajiet individwali u l-istat tad-dritt; jinnota, barra minn hekk, ir-reviżjoni tal-liġi elettorali; jilqa' l-adeżjoni tat-Turkmenistan għall-konvenzjonijiet internazzjonali bħat-Tieni Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li jimmira biex jabolixxi l-piena tal-mewt u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet Politiċi tan-Nisa; jilqa' r-riformi tas-sistema edukattiva, bil-għan li titjieb il-kwalità u tiżdied l-ugwaljanza għall-istudenti;
2. Jitlob lill-Gvern tat-Turkmenistan biex jimxi malajr lejn id-demokrazija u r-rispett tal-istat tad-dritt; jitlob, b'mod partikulari, li jsiru elezzjonijiet miftuħa u demokratiċi, li tingħata l-libertà tar-reliġjon, li jseħħ l-iżvilupp ta' soċjetà ċivili ġenwina, il-ħelsien tal-priġunieri politiċi u l-priġunieri ta' kuxjenza kollha, it-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, u l-aċċess għal osservaturi indipendenti;
3. Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea tkompli tħeġġeġ dawn l-iżviluppi; jenfasizza li l-attivitajiet tal-Gvern tat-Turkmenistan iridu jinflew bir-reqqa u b'mod regolari;
4. Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iżommuh informat, b'mod regolari u sostantiv, dwar il-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkmenistan;
5. Jiddeplora l-fatt li, f'bosta oqsma, b'mod partikulari d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, il-qagħda għadha mhix soddisfaċenti; jiġbed l-attenzjoni b'mod partikulari għall-ħtieġa li l-priġunieri politiċi kollha jinħelsu bla kundizzjonijiet; jenfasizza l-importanza tat-tneħħija tal-ostakoli għall-ivvjaġġar ħieles u għall-aċċess ħieles għall-osservaturi indipendenti, fosthom is-Salib l-Aħmar Internazzjonali; jitlob għal aktar titjib fil-libertajiet ċivili, inklużi għall-NGOs; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu implimentati riformi fil-livelli kollha u fl-oqsma kollha tal-amministrazzjoni;
6. Jisħaq fuq l-importanza tar-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali għall-ftuħ tas-soċjetà Turkmena u t-titjib tal-qagħda demokratika, ekonomika u soċjali taċ-ċittadini Turkmeni;
7. Iqis li l-ITA, filwaqt li tistipula regoli dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi, tista' tkun pass lejn relazzjonijiet sodi u sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkmenistan u lieva potenzjali għat-tisħiħ tal-proċess ta' riforma fit-Turkmenistan;
8. Jenfasizza li l-ITA mhuwiex karta bajda għat-Turkmenistan; jitlob, għalhekk, li jkun hemm monitoraġġ strett u evalwazzjonijiet regolari tal-iżviluppi fl-oqsma ewlenja fit-Turkmenistan u, jekk xieraq, li jiġi sospiż il-ftehim jekk ikun hemm provi li l-kundizzjonijiet mhux qed jiġu sodisfatti; jitlob li jsir aġġornament regolari dwar il-monitoraġġ mill-Kummissjoni u mill-Kunsill;
9. Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jinkludu klawżola ċara sospensiva dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-PCA; jenfasizza li d-Dikjarazzjoni Universali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Bniedem għandha tiġi rrispettata; jitlob lill-Kunsill sabiex jaċċetta kwalunkwe talba mill-Parlament biex jisspospendi l-ftehima;
10. Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jinkludu wkoll klawżola ta' reviżjoni fil-PCA; jitlob li jiġi kkonsultat fuq kwalunkwe reviżjoni tal-PCA;
11. Jirrimarka li l-PCA tirrekjedi l-kunsens tal-Parlament sabiex tidħol fis-seħħ; filwaqt li l-ITA sfortunatament ma tirrikjedix il-kunsens tiegħu, jitlob li l-punti msemmija f'din ir-riżoluzzjoni jitqiesu bis-sħiħ, minħabba li, jekk dan ma jsirx, il-kunsens tiegħu għall-PCA jista' jiġi mxekkel; bl-istess mod, għandu l-ħsieb jibbaża l-opinjoni tiegħu dwar l-ITA fuq it-tweġibiet mogħtija mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fl-istqarrijiet tagħhom;
12. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u l-Gvern u l-Parlament tat-Turkmenistan.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Interim dwar kummerċ u kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' kummerċ bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, fuq naħa, u it-Turkmenistan, fuq in-naħa l-oħra (5144/1999 COM(1998)0617 – C5-0338/1999 – 1998/0304(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (COM(1998)0617),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interim dwar kummerċ u kwistjonijiet bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, fuq naħa, u it-Turkmenistan, fuq in-naħa l-oħra (5144/1999),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2001 dwar is-sitwazzjoni fit-Turkmenistan(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2003 dwar it-Turkmenistan, inkluż l-Ażja Ċentrali(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Frar 2008 dwar l-Istrateġija tal-UE għall- Ażja Ċentrali(3),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 133 u 300(2), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C5-0338/1999),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0085/2006),
1. Japprova l-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri u tat-Turkmenistan.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill (Euratom) li twaqqaf qafas Komunitarju dwar is-sikurezza nukleari (COM(2008)0790 – C6-0026/2009 – 2008/0231(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0790),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat Euratom, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0026/2009),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0236/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 119(2) tat-Trattat Euratom u biex tiżgura li r-rekwiżiti legali previsti mit-Trattat Euratom għall-adozzjoni ta" din il-proposta ġew rispettati, b'mod partikulari l-konsultazzjoni mal-grupp ta" esperi bi qbil mal-Artikolu 31 tat-Trattat Euratom;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummisjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 6
(6) Filwaqt li kull Stat Membru huwa ħieles biex jiddeċiedi dwar liema taħlita ta" enerġija juża, wara perjodu ta" riflessjoni, l-interess fil-bini ta" impjanti ġodda kiber u xi Stati Membri ddeċidew li jilliċenzjaw impjanti ġodda. Barra minn hekk, aktar rekwiżiti għal estensjonijiet tal-ħajja tal-impjanti tal-enerġija nukleari huma mistennija li jiġu preżentati mill-pussessuri ta" liċenzja fis-snin li ġejjin.
(6) Kull Stat Membru huwa ħieles li jiddeċiedi dwar liema taħlita ta" enerġija juża.
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 7
(7) Għal dan il-għan, l-aħjar prattiċi għandhom jiġu żviluppati biex il-korpi regolatorji jiġu ggwidati fit-teħid ta' deċiżjonijiet tagħhom dwar l-estensjonijiet tat-tul tal-ħajja tal-installazzjonijiet nukleari.
(7) Is-sikurezza nukleari għandha x'taqsam mal-interess tal-Komunità, li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni meta jitieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-liċenzjar ta" impjanti ġodda u/jew l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-installazzjonijiet nukleari. Għal dan il-għan, l-aħjar prattiċi għandhom jiġu żviluppati biex il-korpi regolatorji u l-Istati Membri jiġu ggwidati meta jiddeċiedu jekk għandhomx jagħtu liċenzji fuq impjanti ġodda kif ukoll fid-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-estensjonijiet tat-tul tal-ħajja tal-installazzjonijiet nukleari.
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 9
(9) It-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari jeħtieġ li s-sistemi ta" ġestjoni stabbiliti u l-pussessuri tal-liċenzji jiżguraw livell għoli ta" sikurezza għall-pubbliku ġenerali.
(9) It-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari jeħtieġ li s-sistemi ta'ġestjoni stabbiliti u l-pussessuri tal-liċenzji u l-ġesturi tal-iskart jiżguraw l-ogħla livell possibbli ta" sikurezza għall-pubbliku ġenerali.
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 10
(10) Il-prinċipji fundamentali u r-rekwiżiti stabbiliti mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika(IAEA) jikkostitwixxu qafas ta" prattiċi li fuqu għandhom jiġu bbażati r-rekwiżiti nazzjonali tas-sikurezza. L-Istati Membri taw kontribut kbir għat-titjib ta' dawn il-prinċipji fundamentali u rekwiżiti.
(10) Il-prinċipji fundamentali, rekwiżiti u linji gwida stabbiliti mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika(IAEA) jikkostitwixxu sett ta' regoli u qafas ta" prattiki li fuqu għandhom jiġu bbażati r-rekwiżiti nazzjonali tas-sikurezza. L-Istati Membri taw kontribut kbir għat-titjib ta' dawn il-prinċipji fundamentali, rekwiżiti u linji gwida. Ir-regoli għandhom jirriflettu l-aħjar prattiki internazzjonali rigward rekwiżiti għas-sikurezza u għalhekk jikkostitwixxu bażi tajba għal-leġiżlazzjoni tal-Komunità. Dawn ma jistgħux jidħlu fil-liġi tal-Komunità billi ssir sempliċi referenza f'din id-Direttiva għall-IAEA Safety Standards, Serje Nru SF-1 (2006). Anness bil-Prinċipji Fundamentali ta' Sikurezza għandu għalhekk jiġi miżjud mad-Direttiva.
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 13
(13) L-għoti ta" informazzjoni lill-pubbliku, b'mod preċiż u fil-ħin, dwar kwistjonijiet importanti ta" sikurezza nukleari għandha tkun ibbażata fuq livell għoli ta' trasparenza f'materji relatati mas-sikurezza ta' installazzjonijiet nukleari.
(13) l-għoti ta" informazzjoni lill-ħaddiema tal-industrija nukleari u pubbliku, b'mod preċiż u fil-ħin, dwar kwistjonijiet importanti ta" sikurezza nukleari għandha tkun ibbażata fuq livell għoli ta" trasparenza f'materji relatati mas-sikurezza ta" installazzjonijiet nukleari.
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 13 a (ġdida)
(13a)Sabiex jiġi żgurat l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika u t-trasparenza, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri xierqa kollha sabiex jimplimentaw l-obbligazzjonijiet stipulati fil-konvenzjonijiet internazzjonali li diġà jkopru r-rekwiżiti meħtieġa fil-kuntesti nazzjonali, internazzjonali jew transkonfinali, bħalma huma l-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta' deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (il-Konvenzjoni ta' Aarhus tal-25 ta' Ġunju 1998)1.
-- ------------------------------------------------------------- 1 ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1; ĠU L 164, 16.6.2006, p.17, kif emendat bir-Regolament (KE) 1367/2006 (ĠU L 264, 25.09.2006, p. 13).
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 15
(15) Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tar-rekwiżiti ta" sikurezza għal installazzjonijiet nukleari, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu korpi regolatorji bħala awtoritajiet indipendenti. Il-korpi regolatorji għandhom jiġu pprovduti b'kompetenzi u riżorsi xierqa sabiex ikunu jistgħu jwettqu d-doveri tagħhom.
(15) Sabiex tiġi żgurata r-regolamentazzjoni effettiva ta' installazzjonijiet nukleari, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu korpi regolatorji bħala awtoritajiet li jkunu indipendenti minn interessi li jistgħu jaffettaw b'mod mhux kif suppost id-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ta' sikurezza nukleari. Il-korpi regolatorji għandhom jiġu pprovduti b'kompetenzi u riżorsi xierqa sabiex ikunu jistgħu jwettqu d-doveri tagħhom.
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 19
(19) Il-korpi regolatorji responsabbli għas-sikurezza ta" installazzjonijiet nukleari fl-Istati Membri għandhom jikkooperaw l-aktar permezz tal-Grupp ta" Livell Għoli Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart li żviluppa għaxar prinċipji għar-regolamentazzjoni tas-sikurezza nukleari. Il-Grupp ta" Livell Għoli Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart għandu jikkontribwixxi biex il-qafas Komunitarju tas-sikurezza nukleari jirnexxilu jilħaq l-għan tiegħu li jtejjeb is-sikurezza nukleari b'mod kontinwu.
(19) Il-korpi regolatorji responsabbli għas-sorveljanza ta" l-installazzjonijiet nukleari fl-Istati Membri għandhom jikkooperaw l-aktar permezz tal-Grupp ta" Livell Għoli Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart . Il-Grupp ta" Livell Għoli żviluppa għaxar prinċipji għar-regolamentazzjoni tas-sikurezza nukleari li huma importanti fil-kuntest ta' din id-Direttiva Il-Grupp ta" Livell Għoli Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart għandu jikkontribwixxi biex il-qafas Komunitarju tas-sikurezza nukleari jirnexxilu jilħaq l-għan tiegħu li jtejjeb is-sikurezza nukleari b'mod kontinwu.
Emenda 9 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1
1. Din id-Direttiva għandha l-għan li tikseb, iżżomm u ssaħħaħ kontinwament is-sikurezza nukleari fil-Komunità u li ttejjeb ir-rwol tal-korpijiet regolatorji nazzjonali.
1. Din id-Direttiva għandha l-għan li toħloq qafas Komunitarju għas-Sikurezza Nukleari fl-Unjoni Ewropea. Dan il-qafas jiddefinixxi pedamenti li fuqhom għandhom jistrieħu l-arranġamenti leġiżlattivi u regolatorji li jsiru mill-Istati Membri fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari u għandu l-għan li jikseb, iżomm u jsaħħaħ kontinwament is-sikurezza nukleari fil-Komunità u li ttejjeb ir-rwol tal-korpijiet regolatorji nazzjonali.
Emenda 11 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 2
2. Għandha tapplika għad-disinn, il-lokazzjoni, il-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, it-tħaddim u ż-żarmar ta" installazzjonijiet nukleari, li għalihom il-kunsiderazzjoni tas-sikurezza hi meħtieġa taħt il-qafasleġislattiv u regolatorju tal-Istat Membru kkonċernat.
2. Għandha tapplika għad-disinn, il-lokazzjoni, il-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, l-ikkommissjonar, it-tħaddim u ż-żarmar ta" installazzjonijiet nukleari u għax-xogħol imwettaq mis-sottokuntratturi kkummissjonat mill-operaturi, li għalihom il-kunsiderazzjoni tas-sikurezza hi meħtieġa taħt il-qafasleġiżlattiv u regolatorju tal-Istat Membru kkonċernat.
Emenda 12 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt 1
(1) "installazzjoni nukleari" tfisser impjant ta" manifattura ta" fjuwil nukleari, reattur tar-riċerka(fosthom muntaġġi subkritiċi u kritiċi), impjant tal-enerġija nukleari, faċilità għall-ħżin ta" fjuwil użat u skart radjuattiv, impjant ta" arrikkament jew faċilità ta" proċessar mill-ġdid, inklużi faċilitajiet għall-immaniġġar u t-trattament ta" sustanzi radjuattivi ġġenerati matul it-tħaddim ta" installazzjoni;
Emenda 13 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt 3
(3) "materjal radjuattiv" tfisser kwalunkwe materjal li fih radjunuklejdi li l-attività jew konċentrazzjoni tagħhom ma tistax tiġi injorata mil-lat tal-protezzjoni mir-radjazzjoni;
(3) "sustanza radjuattiva" tfisser kwalunkwe materjal li fih radjunuklejdi li l-attività jew konċentrazzjoni tagħhom ma tistax tiġi injorata mil-lat tal-protezzjoni mir-radjazzjoni;
Emenda 14 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt 8
(8) "korp regolatorju" tfisser kwalunkwe korp jew korpi, awtorizzat mill-Istat Membru li jagħti f'dak l-Istat Membru liċenzji u li jissorvelja l-lokazzjoni, id-disinn, il-kostruzzjoni, l-kummissjunar, it-tħaddim jew iż-żarmar ta" installazzjonijiet nukleari;
(8) "korp regolatorju" tfisser awtorità jew sistema ta' awtoritajiet maħtura mill-Istat Membru bħala awtorità legali li tmexxi l-proċess regolatorju, inkluż l-għoti ta' awtorizzazzjonijiet, u b'hekk ir-regolazzjoni ta' radjazzjoni, skart nukleari, skart radjuattiv u s-sikurezza tat-trasport;
Emenda 15 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt 9
(9) "liċenzja" tfisser kull awtorizzazzjoni mogħtija mill-korp regolatorju lill-applikant sabiex jagħti r-responsabbiltà għal-lokazzjoni, id-disinn, il-kostruzzjoni, l-attivazzjoni, l-operazzjoni jew iż-żarmar ta" installazzjonijiet nukleari;
(9) "liċenzja" tfisser kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija minn awtorità governattiva jew nazzjonali approvata minn dak il-gvern lill-applikant sabiex jagħti r-responsabbiltà għal-lokazzjoni, id-disinn, il-kostruzzjoni, l-attivazzjoni, l-operazzjoni jew iż-żarmar ta" installazzjonijiet nukleari;
Emenda 16 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt 10
(10) "reatturi tal-enerġija nukleari" tfisser reatturi tal-enerġija nukleari liċenzjati biex joperaw wara d-dħul fis-seħħ ta" din id-Direttiva.
(10) "reatturi ġodda tal-enerġija nukleari" tfisser reatturi tal-enerġija nukleari liċenzjati biex jinbnew wara d-dħul fis-seħħ ta" din id-Direttiva.
Emenda 17 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – titolu
Responsabbiltà u qafas għas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari
Emenda 18 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1
1.Ir-responsabbiltà ewlenija għas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari għandha tibqa" mal-pussessur tal-liċenzja taħt il-kontroll tal-korp regolatorju. Il-miżuri u l-kontrolli tas-sikurezza li għandhom jiġu implimentati f'installazzjoni nukleari għandhom jiġu deċiżi biss mill-korp regolatorju u applikati mill-pussessur tal-liċenzja.
imħassar
Il-pussessur tal-liċenzja għandu jkollu r-responsabbiltà ewlenija għas-sikurezza tul il-ħajja kollha tal-installazzjonijiet nukleari sakemm jinħeles mir-responsabbiltà tal-kontroll regolatorju. Din ir-responsabbiltà tal-possessur tal-liċenzja ma tistax tiġi delegata.
Emenda 19 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu qafas leġiżlattiv u regolatorju biex jirregolaw is-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari. Dan għandu jinkludi rekwiżiti nazzjonali tas-sikurezza, sistema ta" liċenzjar u kontroll tal-installazzjonijiet nukleari, il-projbizzjoni tat-tħaddim tagħhom mingħajr liċenzja u sistema ta" sorveljanza regolatorja li jkollha l-infurzar meħtieġ.
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu qafas leġiżlattiv u regolatorju, ibbażat fuq l-aħjar prassi tal-EU u internazzjonali disponibbli, biex jirregolaw is-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari. Dan għandu jinkludi rekwiżiti nazzjonali tas-sikurezza, sistema ta" liċenzjar u kontroll tal-installazzjonijiet nukleari, il-projbizzjoni tat-tħaddim tagħhom mingħajr liċenzja u sistema ta" sorveljanza regolatorja, permezz ta' sospensjoni, modifika jew revokar ta' liċenzji, li jkollha l-infurzar meħtieġ.
Emenda 20 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi applikata leġiżlazzjoni biex tipprovdi għar-revokazzjoni tal-liċenzja operattiva ta' installazzjoni nukleari f'każijiet ta' ksur serju tal-kundizzjonijiet tal-liċenzja.
Emenda 21 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 b (ġdid)
2b.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet kollha impenjati f'attivitajiet relatati direttament ma' installazzjonijiet nukleari jistabbilixxu politiki li jagħtu l-prijorità mistħoqqa lis-sikurezza nukleari.
Emenda 22 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 c (ġdid)
2c.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-anqas kull 10 snin il-korp regolatorju u s-sistema regolatorja nazzjonali jiġu sottomessi għal evalwazzjoni minn esperti internazzjonali sabiex l-infrastruttura regolatorja tiġi mtejba kontinwament.
L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni bir-riżultati tal-evalwazzjoni ta' esperti internazzjonali.
Emenda 23 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 d (ġdid)
2d.L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miżuri ta" sikurezza aktar stretti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva.
Emenda 24 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – titlu
Korpi regolatorji
Ħatra u responsabbiltajiet tal-korpi regolatorji
Emenda 25 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu – -1 d (ġdid)
-1.L-Istati Membri għandhom jinnominaw korp regolatorju nazzjonali li jkun responsabbli għar-regolamentazzjoni, is-sorveljanza u l-evalwazzjoni tas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari.
Emenda 26 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp regolatorju jkun effettivament indipendenti minn kull organizzazzjoni li xogħlha jkun li tippromwovi, tħaddem installazzjonijiet nukleari jew tiġġustifika l-benefiċċji tagħhom għas-soċjetà, kif ukoll ħieles minn kwalunkwe element li jista" jaffettwa s-sikurezza.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza effettiva tal-korp regolatorju. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jwettaq il-ħidmiet konferiti fuqu minn din id-Direttiva:
(a) il-korp regolatorju jkun legalment distint u funzjonalment independenti minn kull entità pubblika jew privata, b'mod partikolari minn dawk li xogħolhom hu li jippromwovu, iħaddmu installazzjonijiet nukleari jew jiġġustifikaw il-benefiċċji tagħhom għas-soċjetà, kif ukoll ħielsa minn kwalunkwe element li jista" jaffettwa s-sikurezza;
(b) li l-persunal tal-korp regolatorju u l-persuni responsabbli għall-ġestjoni tiegħu jaġixxu indipendentament minn kull interess tas-suq u m'għandhom ifittxu jew jieħdu istruzzjonijiet minn kwalunkwe gvern jew entità pubblika oħra, meta jwettqu l-ħidmiet regolatorji tagħhom.
Dan ir-rekwiżit għandu jkun bla preġudizzju għal kooperazzjoni xierqa fil-viċin, ma" awtoritajiet nazzjonali relevanti oħra.
Emenda 27 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 2
2. Il-korp regolatorju għandu jingħata l-awtorità, il-kompetenza u r-riżorsi finanzjarji u umani xierqa biex iwettaq ir-responsabbiltajiet u d-doveri tiegħu. Għandu jissorvelja u jirregola s-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari u jiżgura l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti, kundizzjonijiet u regolamenti tas-sikurezza.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp regolatorju jkollu l-awtorità, il-kompetenza u r-riżorsi finanzjarji u umani xierqa biex iwettaq ir-responsabbiltajiet u d-doveri tiegħu. Il-korp regolatorju għandu jissorvelja u jirregola s-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari u jiżgura li l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' sikurezza applikabbli u l-kundizzjonijiet tal-liċenzji jiġu osservati. .
Emenda 28 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 3
3.Il-korp regolatorju jagħti liċenżji u jimmonitorja l-applikazzjoni tagħhom dwar il-lokazzjoni, id-disinn, il-kostruzzjoni, il-kummissjunar, it-tħaddim jew iż-żarmar tal-installazzjonijiet nukleari.
imħassar
Emenda 29 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp regolatorju jagħmel evalwazzjonijiet ta' sikurezza nukleari, investigazzjonijiet u kontrolli, u, fejn ikun meħtieġ passi ta' infurzar għal installazzjonijiet nukleari tul it-tħaddim kif ukoll id-dekommissjoni tagħhom.
Emenda 30 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 3 b (ġdid)
3b.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp regolatorju jkollu s-setgħa li jordna sospensjoni ta' tħaddim ta' kwalunkwe installazzjoni nukleari f'każijiet fejn is-sikurezza ma tkunx garantita.
Emenda 31 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 4
4.Il-korpi regolatorji għandhom jiżguraw li l-pussessuri tal-liċenzja jkollhom biżżejjed persunal bi kwalifiki xierqa.
imħassar
Emenda 32 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 5
5.Mill-anqas ta" kull għaxar snin, il-korp regolatorju għandu jissottometti ruħu u s-sistema regolatorja nazzjonali għal reviżjoni minn esperti ugwali fil-qasam bl-għan li l-infrastruttura regolatorja tiġi mtejba kontinwament.
imħassar
Emenda 33 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 5 a (ġdid)
5a.Korpi regolatorji tal-Istati Membri għandhom jagħmlu skambju tal-aqwa prattiki regolatorji u jiżviluppaw fehmiet dwar rekwiżiti internazzjonali tas-sikurezza nukleari .
Emenda 34 Proposta għal direttiva Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-pubbliku dwar il-proċeduri u r-riżultati tal-attivitajiet ta" sorveljanza relatati mas-sikurezza nukleari. Għandhom jiżguraw ukoll li l-korpi regolatorji jinfurmaw lill-pubbliku b'mod effettiv dwar l-oqsma tal-kompetenza tagħhom. Għandu jiġi żgurat l-aċċess għall-informazzjoni, skont l-obbligi nazzjonali u internazzjonali rilevanti
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-pubbliku u lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri u r-riżultati tal-attivitajiet ta" sorveljanza relatati mas-sikurezza nukleari u fil-każijiet kollha ta" inċident jinfurmaw lill-pubbliku mill-aktar fis. Għandhom jiżguraw ukoll li l-korpi regolatorji jinfurmaw lill-pubbliku b'mod effettiv dwar l-oqsma tal-kompetenza tagħhom. Għandu jiġi żgurat l-aċċess għall-informazzjoni, skont l-obbligi nazzjonali u internazzjonali rilevanti
1. L-Istati Membri għandhom iħarsu l-prinċipjifindamentaqli tas-sikurezza tal-IAEA (Prinċipji Fundamentali tas-Sikurezza tal-IAEA: Prinċipji fundamentali tas-sikurezza, Standard tas-Sikurezza IAEA Nru SF-1 (2006). Għandhom josservaw l-obbligi u r-rekwiżiti inkorporati fil-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari (IAEA INFCIRC 449 tal-5 ta" Lulju 1994).
1. Għal-lokalizzazzjoni, id-disinn, il-kostruzzjoni, it-tħaddim u d-dekommissjoni ta' faċilitajiet nukleari l-Istati Membri għandhom japplikaw il-prinċipji fundamentali tas-sikurezza tal-IAEA (Prinċipji Fundamentali tas-Sikurezza tal-IAEA: Prinċipji fundamentali tas-sikurezza, Standard tas-Sikurezza IAEA Nru SF-1 (2006), li huma relevanti għall-ħolqien ta" qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari kif speċifikat fl-Anness. Għandhom japplikaw l-obbligi u r-rekwiżiti inkorporati fil-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari1.
________________________________________________________________ 1ĠU L 318, 11.12.1999, p. 20 u ĠU L 172, 6.5.2004, p. 7.
B'mod partikolari għandom jiżguraw li l-prinċipji applikabbli stipulati fil-prinċipji fundamentali tas-sikurezza tal-IAEA jiġu implimentati sabiex jassiguraw livell għoli ta" sikurezza fl-installazzjonijiet nukleari, li jinkludu inter alia arranġamenti effettivi kontra l-perikli radjoloġiċi possibbli, il-prevenzjoni u r-reazzjoni għal-aċċidenti, il-ġestjoni tal-qdim tal-impjant, il-ġestjoni fuq perjodu taż-żmien twil tal-materjali kollha radjuattivi prodotti u informazzjoni dwar il-popolazzjoni u l-awtoritajiet tal-Istati tal-madwar.
imħassar
Emenda 37 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 2
2. Fir-rigward tas-sikurezza ta" reatturi tal-enerġija nukleari ġodda, l-Istati Membri għandhom jippruvaw jiżviluppaw rekwiżiti addizzjonali tas-sikurezza, f'konformità mat-titjib kontinwu tas-sikurezza abbażi tal-livelli ta" sikurezza żviluppati mill-Assoċjazzjoni tar-Regolaturi Nukleari tal-Ewropa tal-Punent (WENRA) u b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Grupp ta" Livell Għoli Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart.
2. Għall-ħruġ ta' liċenzji għall-bini ta" reatturi tal-enerġija nukleari ġodda, l-Istati Membri għandhom jippruvaw jiżviluppaw rekwiżiti addizzjonali tas-sikurezza li jirriflettu t-titjib kontinwu tal-esperjenza ta' tħaddim tar-reatturi eżistenti, intwizzjonijiet miksuba mill-analiżi ta' sikurezza ta' impjanti mħaddma, metodoloġiji u tekonologija l-aktar avvanzati u r-riżultati ta' riċerka dwar is-sikurezza.
Emenda 38 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pajjiżi terzi kollha li jixtiequ jew jinsabu waqt proċess ta" negozjar għad-dħul fl-UE jikkonformaw mill-anqas mal-istandards maħruġa f'din id-Direttiva u l-prinċipji fl-Anness kif stabbiliti mill-IAEA.
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – titolu
Obbligi tal-pussessuri tal-liċenzja
Responsabbiltajiet tal-pussessuri tal-liċenzji
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu – -1 d (ġdid)
-1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-responsabbiltà primarja għas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari tul it-tħaddim tal-installazzjoni nukleari, tkun tad-pussessur tal-liċenzja. Din ir-responsabbiltà tal-possessur tal-liċenzja ma tistax tiġi delegata.
Emenda 41 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 1
1. Il-pussessuri tal-liċenzja għandhom jiddisinjaw, jibnu, jħaddmu u jżarmaw l-installazzjonijiet nukleari tagħhom f'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6(1) u (2).
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pussessuri tal-liċenzja jinżammu responsabbli biex jiddisinjaw, jibnu, iħaddmu u jżarmaw l-installazzjonijiet nukleari tagħhom f'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6.
Emenda 42 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 2
2. Il-pussessuri tal-liċenzja għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw sistemi tal-ġestjoni li għandhom jiġu vverifikati b'mod regolari mill-korp regolatorju.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pussessuri tal-liċenzja jistabbilixxu u jimplimentaw sistemi tal-ġestjoni li jiġu vverifikati b'mod regolari mill-korp regolatorju.
Emenda 44 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp regolatorju jevalwa b'mod regolari s-suffiċjenza u l-kwalifiki tal-persunal tal-pussessur tal-liċenzja, bħala prerekwiżit biex tkun assigurata s-sikurezza nukleari, fuq il-bażi ta" rapport ippreżentat mill-pussessur tal-liċenzja dwar l-evalwazzjoni ta" kwistjonijiet marbuta mal-impjieg bħas-saħħa u s-sikurezza u l-kultura ta" sikurezza, il-kwalifiki u t-taħriġ, l-għadd tal-impjegati u l-użu ta" sottokuntratturi.
Emenda 45 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 3 b (ġdid)
3b.Kull tliet snin l-awtoritajiet regolatorji relevanti għandhom jippreżentaw rapport dwar is-sikurezza nukleari u l-kultura ta" sikurezza lill-Kummissjoni u lill-imsieħba soċjali Ewropej. B'konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali Ewropej il-Kummissjoni Ewropea tista" tipproponi modi ta" titjib bil-għan li tiġi żgurata s-sikurezza nukleari, inkluż ħarsien għas-saħħa fl-ogħla livell possibbli fl-UE.
Emenda 46 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 1
1.Il-valutazzjonijiet, l-investigazzjonijiet, il-kontrolli u, fejn neċessarju l-azzjonijiet ta" infurzar tas-sikurezza nukleari għandhom isiru mill-korp regolatorju fl-installazzjonijiet nukleari tul il-ħajja kollha tal-installazzjonijiet, anke waqt iż-żarmar.
imħassar
Emenda 47 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 2
2.F'każ ta" ksur serju jew ripetut tar-regoli tas-sikurezza fl-installazzjoni nukleari, il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jirtira l-liċenzja operattiva.
imħassar
Emenda 48 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 3
3.Il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jordna li jitwaqqaf l-operat ta" kwalunkwe impjant nukleari fil-każ li jitqies li s-sikurezza ma tkunx garantita b'mod sħiħ
imħassar
Emenda 49 Proposta għal direttiva Artikolu 9
L-edukazzjoni xierqa u l-opportunitajiet ta" taħriġ għal taħriġ teoretiku u prattiku kontinwu fis-sikurezza nukleari għandhom jiġu magħmula disponibbli mill-Istati Membri separatament u permezz ta" kooperazzjoni trans-nazzjonali.
Bil-għan li jinbnew riżorsi umani nazzjonali adegwati u biex jiġi preservat l-għarfien nukleari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-edukazzjoni opportunitajiet ta" taħriġ għal taħriġ bażiku u kontinwu teoretiku u prattiku fis-sikurezza nukleari, inklużi programmi ta" skambju, ikunu disponibbli mill-Istati Membri u, jekk ikun meħtieġ, permezz ta" kooperazzjoni transnazzjonali.
Emenda 50 Proposta għal direttiva Artikolu 10
Artikolu 10
imħassar
Prijorità għas-sikurezza
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miżuri ta" sikurezza aktar stretti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva.
Emenda 51 Proposta għal direttiva Artikolu 11
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva sa mhux iżjed tard minn [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ], u kull tliet snin wara. Abbażi tal-ewwel rapport, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva, akkompanjat, jekk xieraq, bi proposti leġiżlattivi.
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva fl-istess żmien u bl-istess frekwenza tar-rapporti nazzjonali għal-laqgħat ta' evalwazzjoni tal-Konvenzjoni tas-Sikurezza Nukleari Abbażi ta' dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva, akkompanjat, jekk xieraq, bi proposti leġiżlattivi.
Emenda 52 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 1
○L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma" din id-Direttiva mhux iżjed tard minn [sentejn wara d-data msemmija fl-Artikolu 13]. Minnufih, għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta" dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta" korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
○L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma" din id-Direttiva mhux iżjed tard minn [sentejn wara d-data msemmija fl-Artikolu 13]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta" dawk id-dispożizzjonijiet.
Emenda 53 Proposta għal direttiva Anness (ġdid)
Anness
MIRA TA" SIKUREZZA
Il-mira ta" sikurezza fundamentali hija l-protezzjoni tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali mill-effetti ta" ħsara tar-radjazzjoni jonizzanti li jistgħu jiġu kkawżati mill-installazzjonijiet nukleari.
1.Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali, l-installazzjonijiet nukleari għandhom jitmexxew b'mod li jwassal għall-ogħla standards ta" sikurezza li jistgħu jintlaħqu b'mod raġonevoli u b'kunsiderazzjoni ta" fatturi ekonomiċi u soċjali.
B'żieda mal-miżuri marbuta mal-ħarsien tas-saħħa stipulati fl-istandards bażiċi tal-Euratom (Direttiva 96/29/Euratom), għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin:
- tnaqqis tal-probabbiltà ta" avvenimenti li jistgħu jwasslu għal telf tal-kontroll fuq il-qalba ta" reattur nukleari, il-katina ta" reazzjonijiet nukleari jew għajn radjuattiva u
- mitigazzjoni tal-konsegwenzi ta" avvenimenti bħal dawn fil-każ li jseħħu.
2.Il-mira ta" sikurezza fundamentali għandha titqies għall-installazzjonijiet nukleari kollha u għall-istadji kollha tal-ħajja tal-installazzjoni nukleari li tkun.
PRINĊIPJI TAS-SIKUREZZA
Prinċipju 1: Responsabilità għas-sikurezza
Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-responsabbiltà primarja għas-sikurezza ta" installazzjoni nukleari tkun fuq il-pussessur tal-liċenzja għandu jieħu l-passi adegwati biex jiżgura li dawn il-pussessuri tal-liċenzja kollha jwettqu r-responsabbiltà tagħhom.
1.1Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-pussessur tal-liċenzja jkun adotta miżuri biex:
- jistabbilixxi u jżomm għaddejjin il-kompetenzi meħtieġa;
- jipprovdi taħriġ u tagħrif adegwati;
- jistabbilixxi proċeduri u arranġamenti biex iżomm is-sikurezza kif għandha tkun taħt il-kundizzjonijiet kollha;
- jivverifika d-disinn xieraq u l-kwalità adegwata tal-installazzjonijiet nukleari;
- jiżgura l-kontroll sikur tal-materjal radjuattiv kollu li jintuża jew jkun prodott jew merfugħ;
- jiżgura l-kontroll sikur tal-iskart radjuattiv kollu li jiġi ġġenerat
bil-għan li titwettaq ir-responsabbiltà għas-sikurezza ta" installazzjoni nukleari.
Dawn ir-responsabbiltajiet għandhom ikunu mwettqa skont l-objettivi u r-rekwiżiti applikabbli tas-sikurezza kif stabbilit jew approvati mill-korp regolatorju, u t-twettiq tagħhom għandu jkun żgurat permezz tal-implimentazzjoni tas-sistema ta" ġestjoni.
Prinċipju 2: Tmexxija u ġestjoni għas-sikurezza
It-tmexxija u l-ġestjoni effettivi għas-sikurezza għandhom ikunu stabbiliti u sostnuti fl-organizzazzjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mas-sikurezza nukleari.
2.1It-tmexxija fi kwistjonijiet ta" sikurezza trid tintwera fil-livelli l-aktar għolja f'organizzazzjoni. Sistema ta" ġestjoni effettiva għandha tiġi implimentata u tinżamm kif għandha tkun u trid tintegra l-elementi kollha tal-ġestjoni sabiex ir-rekwiżiti għas-sikurezza jkunu stabbiliti u applikati b'mod koerenti ma" rekwiżiti oħra, inklużi dawk li għandhom x'jaqsmu mal-prestazzjoni tal-bniedem, mal-kwalità u mas-sikurezza, u sabiex is-sikurezza ma tiġix kompromessa minn rekwiżiti jew domandi oħra.
Is-sistema ta" ġestjoni trid tiżgura wkoll il-promozzjoni ta" kultura ta" sikurezza, il-valutazzjoni regolari tal-prestazzjoni tas-sikurezza u l-applikazzjoni tal-lezzjonijiet li wieħed ikun tgħallem mill-esperjenza.
2.2Kultura ta" sikurezza li tkun tirregola l-attitudnijiet u l-imġiba fir-rigward tas-sikurezza tal-organizzazzjonijiet u tal-individwi kollha kkonċernati trid tkun integrata fis-sistema ta' ġestjoni. Kultura ta" sikurezza tinkludi:
- l-impenn individwali u kollettiv lejn is-sikurezza min-naħa tat-tmexxija, tal-ġestjoni u tal-persunal fil-livelli kollha;
- il-kontabilità tal-organizzazzjonijiet u tal-individwi fil-livelli kollha għas-sikurezza;
- il-miżuri li għandhom il-għan li jinkuraġġixxu attitudni fejn wieħed jistaqsi u jitgħallem u li jiskuraġġixxu l-kompjaċenza fir-rigward tas-sikurezza.
2.3Is-sistema ta" ġestjoni għandha tagħraf il-firxa kollha kemm hi tal-interazzjonijiet tal-individwi fil-livelli kollha mat-teknoloġija u mal-organizzazzjonijiet. Sabiex ikunu evitati l-fallimenti tas-sigurtà, dawk sinifikanti mil-lat uman u dawk mil-lat ta" organizzazzjoni, għandhom jitqiesu l-fatturi umani u jridu jkunu appoġġjati kemm il-prestazzjoni tajba u kemm il-prattiki tajba.
Prinċipju 3: Valutazzjoni tas-sikurezza
Għandhom jitwettqu valutazzjonijiet komprensivi u sistematiċi tas-sikurezza qabel il-kostruzzjoni u l-ikkummissjunar ta" installazzjoni nukleari u tul il-ħajja kollha tagħha. Għandu jintuża approċċ iggradat b'kunsiderazzjoni tal-kobor tar-riskji potenzjali kkawżati mill-installazzjoni nukleari.
3.1Il-korp regolatorju għandu jirrikjedi valutazzjoni dwar is-sikurezza nukleari għall-installazzjonijiet nukleari kollha, f'konsistenza ma" approċċ iggradat. Din il-valutazzjoni tas-sikurezza għandha tinvolvi l-analiżi sistematika tal-operazzjoni normali u l-effetti tagħha, tal-modi kif jistgħu jseħħu fallimenti u tal-konsegwenzi ta" fallimenti bħal dawn. Il-valutazzjonijiet tas-sikurezza jkopru l-miżuri tas-sikurezza meħtieġa għall-kontroll tar-riskju, u l-karatteristiċi tas-sikurezza li jkunu ddisinjati u maħduma bl-inġinerija huma vvalutati biex jintwera li huma jissodisfaw il-funzjonijiet ta" sikurezza rekwiżiti minnhom. Fejn ikunu mitluba miżuri ta" kontroll jew azzjonijiet tal-operatur biex tinżamm kif għandha tkun is-sikurezza, għandha ssir valutazzjoni inizjali tas-sikurezza biex jintwera li l-arranġamenti li jkunu saru jkunu robusti u li huma ta' min jafda fuqhom. Permess għal installazzjoni nukleari għandu jingħata biss minn Stat Membru, ladarba jkun intwera għas-sodisfazzjon tal-korp regolatorju li l-miżuri tas-sigurtà proposti jkunu adegwati.
3.2Il-valutazzjoni tas-sikurezza għandha tkun irripetuta jew kollha kemm hi jew parti minnha skont ma jkun meħtieġ aktar tard fit-tmexxija tal-operazzjonijiet sabiex jitqiesu ċ-ċirkustanzi li jkunu nbidlu (bħalma huma l-applikazzjoni ta" standards ġodda jew żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi), ir-rappurtar lura tal-esperjenza tat-tħaddim, modifiki u l-effetti li jiġu mill-qdumija. Għal operazzjonijiet li jkomplu fuq perjodi twal ta" żmien, il-valutazzjonijiet huma eżaminati mill-ġdid u rripetuti skont ma jkun meħtieġ. Il-kontinwazzjoni ta" operazzjonijiet bħal dawn hija suġġetta għal dawn il-valutazzjonijiet mill-ġdid li juru li l-miżuri tas-sikurezza jkunu għadhom adegwati.
3.3Fi ħdan il-valutazzjoni tas-sikurezza meħtieġa għandhom jiġu identifikati u analizzati l-prekursuri ta" inċidenti (avvenimenti inizjattivi li setgħu jwasslu għal kundizzjonijiet ta" inċident) u għandhom jittieħdu miżuri sabiex jiġu evitati l-okkorrenzi ta" inċidenti.
3.4Sabiex tissaħħaħ aktar is-sikurezza, għandhom jitwettqu proċessi adegwati għar-rappurtar lura u l-analiżi tal-esperjenza tat-tħaddim fl-istess faċilitajiet u oħrajn, inkluż l-avvenimenti inizjattivi, il-prekursuri ta" inċidenti, il-kważi-inċidenti, l-inċidenti u l-atti mhux awtorizzati, bil-għan li jservu ta" tagħlim li jista" jitqassam u jinħadem.
Prinċipju 4: Ottimizzazzjoni tal-ħarsien
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħarsien ikun ottimizzat biex jipprovdi l-ogħla livell ta" sikurezza li jista" jintlaħaq raġonevolment mingħajr ma jillimitaw bla bżonn l-użu tagħhom.
4.1L-ottimizzazzjoni tal-ħarsien teħtieġ li jsiru ġudizzji rigward is-sinifikat relattiv ta" diversi fatturi, inklużi:
- il-probabilità li jseħħu avvenimenti prevedibbli u l-konsegwenzi rrelatati;
- il-kobor u d-distribuzzjoni tad-dożi ta" radjazzjoni li wieħed ikun irċieva;
- fatturi ekonomiċi, soċjali u ambjentali li huma konsegwenza tar-riskji ta" radjazzjoni.
- l-ottimizzazzjoni tal-ħarsien tfisser ukoll l-użu tal-prattiki tajba u tas-sens komun skont kemm jista" jkun prattikament possibbli fl-attivitajiet ta" kuljum.
Prinċipju 5: Prevenzjoni u mitigazzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru l-isforzi prattikabbli kollha biex ikunu evitati u mitigati l-inċidenti nukleari jew tar-radjazzjoni.
5.1Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-pussessuri tal-liċenzja jagħmlu l-isforzi prattikabbli kollha
- biex ikun evitat li jseħħu kundizzjonijiet anormali jew inċidenti li jistgħu jwasslu għal telf ta" kontroll;
- biex tkun evitata l-eskalazzjoni ta" kull kundizzjoni anormali jew inċidenti bħal dawn li fil-fatt iseħħu; u
- biex tiġi mmitigata kull konsegwenza ta" inċident li twassal għal effetti ta' ħsara;.
bl-implimentazzjoni tad-"difiża fil-fond".
5.2L-applikazzjoni tal-kunċett tad-difiża fil-fond għandu jiżgura li l-ebda falliment tekniku, mill-bniedem jew organizzazzjonali waħdu ma jista" jwassal għal effetti ta" ħsara, u li l-kumbinazzjoni ta" fallimenti li jistgħu jwasslu għal effetti ta' ħsara sinifikanti jkollha probabilità baxxa ħafna li sseħħ.
5.3Id-difiża fil-fond għandha tiġi implimentata permezz tal-kumbinazzjoni flimkien ta" livelli konsekuttivi u indipendenti ta" ħarsien li jkollhom ifallu kollha kemm huma qabel ma jistgħu jiġu kkawżati effetti ta" ħsara fuq il-ħaddiema jew il-pubbliku ġenerali. Il-livelli tad-difiża fil-fond għandhom jinkludu:
- l-għażla adegwata tas-siti
- id-disinn adegwat tal-installazzjoni nukleari, li jikkonstisti f'dawn li ġejjin:
il-kwalità għolja tad-disinn u l-konstruzzjoni
l-affidabilità għolja tal-komponenti u t-tagħmir
sistemi ta" kontroll, ta" limitazzjoni u ta" ħarsien u karatteristiċi ta" sorveljanza;
- organizzazzjoni adegwata li għandha
sistema effettiva ta" ġestjoni b'impenn qawwi lejn il-kultura ta" sikurezza
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru arranġamenti favur it-tħejjija u r-rispons għall-emerġenzi fir-rigward tal-inċidenti tal-installazzjonijiet nukleari f'konformità mad-Direttiva 96/29/Euratom.
Sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd *
609k
383k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (COM(2008)0721 – C6-0510/2008 – 2008/0216(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0721),
– wara li kkunsidra l-Artkolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill(C6-0510/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0253/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Recital 4
(4) Fil-preżent id-dispożizzjonijiet tal-kontroll huma mifruxa fuq numru vast ta" testi legali sovraposti u kumplessi. Jeżistu nuqqasijiet fl-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta" wħud mill-partijiet tas-sistema tal-kontroll, u dan jirriżulta f'miżuri insuffiċjenti u diverġenti bħala reazzjoni għall-infrazzjonijiet tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, biex b'hekk jiġi mhedded il-ħolqien ta" parità ta" kundizzjonijiet għas-sajjieda madwar il-Komunità. Għal din ir-raġuni r-reġim eżistenti u l-obbligazzjonijiet kollha fih għandhom jiġu konsolidati, razzjonalizzati u simplifikati, b'mod partikolari permezz tat-tnaqqis ta" piżijiet doppji tar-regolazzjoni u l-amministrazzjoni.
(4) Fil-preżent id-dispożizzjonijiet tal-kontroll huma mifruxa fuq numru vast ta" testi legali sovraposti u kumplessi. Jeżistu nuqqasijiet fl-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta" wħud mill-partijiet tas-sistema tal-kontroll, u l-Kummissjoni għadha ma pproponietx ir-regolamenti implimentattivi kollha meħtieġa għar-Regolament (KEE) Nru 2847/93. Dan irriżulta f'miżuri insuffiċjenti u diverġenti bħala reazzjoni għall-infrazzjonijiet tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, biex b'hekk jiġi mhedded il-ħolqien ta" parità ta" kundizzjonijiet għas-sajjieda madwar il-Komunità. Għal din ir-raġuni r-reġim eżistenti u l-obbligazzjonijiet kollha fih għandhom jiġu konsolidati, razzjonalizzati u simplifikati, b'mod partikolari permezz tat-tnaqqis ta" piżijiet doppji tar-regolazzjoni u l-amministrazzjoni.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 14 a (ġdida)
(14a)Il-Politika Komuni tas-Sajd tkopri l-konservazzjoni, l-immaniġġjar u l-isfruttament tar-riżorsi ħajjin tal-ilma, sabiex it-tipi kollha ta" attivitajiet li jisfruttaw dawn ir-riżorsi jitqiesu fuq bażi ekwa, kemm jekk ikunu kummerċjali kif ukoll jekk le. Ikun diskriminatorju jekk is-sajd kummerċjali jkun suġġett għal kontrolli u limiti stretti waqt li jiġi eżentat fil-biċċa l-kbira tiegħu s-sajd mhux kummerċjali.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 19
(19) L-attivitajiet u l-metodi tal-kontroll għandhom ikunu bbażati fuq il-ġestjoni tar-riskju bl-użu sistematiku u komprensiv tal-proċeduri tal-kontroverifiki.
(19) L-attivitajiet u l-metodi tal-kontroll għandhom ikunu bbażati fuq il-ġestjoni tar-riskju bl-użu sistematiku u komprensiv tal-proċeduri tal-kontroverifiki mill-Istati Membri. Jeħtieġ ukoll li l-Istati Membri jaqsmu bejniethom tagħrif rilevanti.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 24
(24) Netwerk integrat ta" sorveljanza marittima għandu jiġi stabbilit bejn is-sistemi ta" sorveljanza, monitoraġġ, identifikazzjoni u rintraċċar imħaddma għall-finijiet tas-sigurtà u s-sikurezza marittima, il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, il-kontroll tas-sajd, il-kontroll tal-fruntieri, l-infurzar ġenerali tal-liġi, u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ. In-netwerk għandu jkollu l-kapaċità li jipprovdi informazzjoni kontinwament dwar l-attivitajiet fil-qasam marittimu sabiex isostni proċess ta" teħid ta" deċiżjonijeit f'waqthom. Dan imbagħad għandujippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi impenjati fl-attivitajiet ta" sorveljanza biex jipprovdu servizzi aktar effikaċi u effiċjenti mil-lat finanzjarju. Għal dan il-għan, is-Sistemi Awtomatiċi ta" Identifikazzjoni, is-Sistemi ta" Monitoraġġ tal-Bastimenti msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta" Diċembru 2003, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati – dwar is-sistemi ta' sorveljanza tal-vapuri bażata fuq satellita u s-Sistemi ta" Rilevament ta" Bastimenti miġbura fil-qafas ta" dan ir-Regolament li għandha tiġi trażmessa u użata minn awtoritajiet pubbliċi oħra impenjati fl-attivitajiet ta" sorveljanza msemmija hawn fuq.
(24) Netwerk integrat ta" sorveljanza marittima għandu jiġi stabbilit bejn is-sistemi ta" sorveljanza, monitoraġġ, identifikazzjoni u rintraċċar imħaddma għall-finijiet tas-sigurtà u s-sikurezza marittima, il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, il-kontroll tas-sajd, il-kontroll tal-fruntieri, l-infurzar ġenerali tal-liġi, u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ, maħsuba għas-sitwazzjonijiet differenti tal-Istati Membri. In-netwerk għandu jkollu l-kapaċità li jipprovdi informazzjoni kontinwament dwar l-attivitajiet fil-qasam marittimu sabiex isostni proċess ta" teħid ta" deċiżjonijeit f'waqthom. Dan imbagħad għandujippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi impenjati fl-attivitajiet ta" sorveljanza biex jipprovdu servizzi aktar effikaċi u effiċjenti mil-lat finanzjarju. Għal dan il-għan, is-Sistemi Awtomatiċi ta" Identifikazzjoni, is-Sistemi ta" Monitoraġġ tal-Bastimenti msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta" Diċembru 2003, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati – dwar is-sistemi ta' sorveljanza tal-vapuri bażata fuq satellita u s-Sistemi ta" Rilevament ta" Bastimenti miġbura fil-qafas ta" dan ir-Regolament li għandha tiġi trażmessa u użata minn awtoritajiet pubbliċi oħra impenjati fl-attivitajiet ta" sorveljanza msemmija hawn fuq.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 29
(29) Għandhom jiġu konferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tagħlaq is-sajd meta l-kwota ta" Stat Membru jew it-TAC jiġu eżawriti. Il-Kummissjoni għandha jkollha wkoll is-setgħa li tnaqqas il-kwoti u tirrifjuta t-trasferiment ta" kwoti jew l-iskambju ta" kwoti sabiex tiżgura l-kisba tal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd mill-Istati Membri.
(29) Għandhom jiġu konferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tagħlaq is-sajd meta l-kwota ta" Stat Membru jew it-TAC jiġu eżawriti.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 34
(34) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni. Il-miżuri kollha adottati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament se jikkonformaw mal-prinċipju tal-proporzjonalità.
(34) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas-17 ta' Lulju 2006.Il-miżuri kollha adottati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament se jikkonformaw mal-prinċipju tal-proporzjonalità.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 39
(39) F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa neċessarju u xieraq, għall-kisba tal-għan bażiku li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effikaċi tal-Politika Komuni tas-Sajd, li tiġi stabbilita sistema komprensiva u uniformi tal-kontroll. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 5 tat-Trattat.
(39) F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa neċessarju u xieraq, għall-kisba tal-għan bażiku li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effikaċi tal-Politika Komuni tas-Sajd, li tiġi stabbilita sistema komprensiva u uniformi tal-kontroll, filwaqt li jitqies il-fatt li s-sajd fuq skala żgħira u s-sajd artiġġjanali huwa b'mod ċar differenti mis-sajd industrijali, ta' sussistenza u rikreattiv, u li sistema ta' regolamenti ta' kontroll għandha tirrifletti dawn id-differenzi b'mod xieraq. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 5 tat-Trattat.
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema Komunitarja għall-kontroll, il-monitoraġġ, is-sorveljanza, l-ispezzjoni, u l-infurzar (minn hawn "il quddiem "is-sistema Komunitarja tal-kontroll") tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema Komunitarja għall-kontroll, bl-għan li tiġi garantita konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 4 – punt 1
(1) "Attività tas-sajd" tfisser tiftix għall-ħut, l-isparar, il-kalar, l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd, it-teħid tal-qabdiet abbord, it-trażbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment u t-tqegħid f'gaġeġ ta" ħut u prodotti tas-sajd;
(1) (1) "Attività tas-sajd" tfisser tiftix għall-ħut, l-isparar, il-kalar, l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd, it-teħid tal-qabdiet abbord, it-trażbord, iż-żamma abbord, il-ħatt l-art, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment u t-tqegħid f'gaġeġ u t-tismin ta" ħut u ta" prodotti tas-sajd;
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 4 – punt 6 a (ġdid)
(6a) "ksur serju" tfisser dawk l-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 42(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008;
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 4 – punt 7 a (ġdid)
(7a)"Is-sajd rikreattiv" tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw riżorsi ħajjin tal-ilma għar-rikreazzjoni jew għall-isport, inklużi, inter alia, is-sajd rikreattiv, is-sajd bħala sport, turnamenti tal-isport u forom oħra ta' sajd rikreattiv;
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 4 – punt 8
(8) "Awtorizzazzjoni tas-sajd" tfisser awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa għal bastiment tas-sajd tal-Komunità flimkien mal-liċenzja tas-sajd tiegħu, li tagħtih id-dritt imexxi attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Komunità in ġenerali u/jew attivitajiet tas-sajd speċifiċi matul perjodu speċifiku, f'żona speċifika jew għal sajd partikolari taħt kundizzjonijiet speċifiċi;
(8) "Awtorizzazzjoni tas-sajd" tfisser awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa għal bastiment tas-sajd tal-Komunità flimkien mal-liċenzja tas-sajd tiegħu, li tagħtih id-dritt imexxi attivitajiet tas-sajd u/jew attivitajiet tas-sajd speċifiċi matul perjodu speċifiku, f'żona speċifika jew għal sajd partikolari taħt kundizzjonijiet speċifiċi;
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 4 – punt 17
(17) "Proċessar" tfisser il-proċess li bih ġiet ippreparata l-preżentazzjoni.Dan jinkludi t-tindif, l-iflettjar, it-tkessiħ, l-ippakkjar, it-tqegħid f'laned, l-iffriżar, l-affumikar, it-tmelliħ, it-tisjir, l-ippriservar, it-tnixxif jew il-preparazzjoni tal-ħut għas-suq bi kwalunkwe mod ieħor;
(17) "Proċessar" tfisser il-proċess li bih ġiet ippreparata l-preżentazzjoni.Dan jinkludi l-iflettjar, l-ippakkjar, it-tqegħid f'laned, l-iffriżar, l-affumikar, it-tmelliħ, it-tisjir, l-ippriservar, it-tnixxif jew il-preparazzjoni tal-ħut għas-suq bi kwalunkwe mod ieħor;
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jikkontrollaw l-attivitajiet li jsiru minn kwalunkwe persuna naturali jew legali fl-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd fit-territorju tagħhom jew fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom, b'mod partikolari s-sajd, it-trażbord, it-trasferiment ta" ħut għal ġol-gaġeġ jew l-installazzjonijiet tal-akkwakultura inkluż installazzjonijiet tat-tħaxxin, il-ħatt l-art, l-importazzjoni, it-trasport, il-kummerċjalizzazzjoni u l-ħażna tal-prodotti tas-sajd.
1. L-Istati Membri għandhom jikkontrollaw l-attivitajiet li jsiru minn kwalunkwe persuna naturali jew legali fl-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd fit-territorju tagħhom jew fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom, b'mod partikolari s-sajd, l-attivitajiet tal-akkwakultura, it-trażbord, it-trasferiment ta" ħut għal ġol-gaġeġ jew l-installazzjonijiet tal-akkwakultura inkluż installazzjonijiet tat-tħaxxin, il-ħatt l-art, l-importazzjoni, it-trasport, il-kummerċjalizzazzjoni u l-ħażna tal-prodotti tas-sajd.
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 4
4. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kontroll, l-ispezzjoni, il-monitoraġġ, is-sorveljanza u l-infurzar isiru fuq bażi indiskriminatorja f'daq li għandu x'jaqsam mas-setturi, il-bastimenti jew il-persuni magħżula għall-ispezzjoni, u fuq il-bażi tal-ġestjoni tar-riskju.
4. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kontroll, l-ispezzjoni, il-monitoraġġ, is-sorveljanza u l-infurzar isiru fuq bażi mhux diskriminatorja f'dak li għandu x'jaqsam ma"taqsimiet, bastimenti jew persuni, u fuq il-bażi tal-ġestjoni tar-riskju.
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3
3. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jissospendi temporanjament il-liċenzja ta" sajd ta" bastiment li jkun suġġett għall-immobilizzazzjoni temporanja deċiża minn dak l-Istat Membru u li kellu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu sospiża skont l-Artikolu 45 (1(d) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.
3. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jissospendi temporanjament il-liċenzja ta" sajd ta" bastiment li jkun suġġett għall-immobilizzazzjoni temporanja deċiża minn dak l-Istat Membru u li kellu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu sospiża skont l-Artikolu 45 punt 4 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 4
4. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jirtira permanentament il-liċenzja tas-sajd ta" bastiment li huwa suġġett għal miżura ta" aġġustament tal-kapaċità msemmija fl-Artikolu 11 (3) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jew li kellhu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu rtirata skont l-Artikolu 45 (1) (d) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.
4. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jirtira permanentament il-liċenzja tas-sajd ta" bastiment li huwa suġġett għal miżura ta" aġġustament tal-kapaċità msemmija fl-Artikolu 11 (3) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jew li kellhu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu rtirata skont l-Artikolu 45 punt 4 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt f
f) attivitajiet tas-sajd bl-użu ta" rkaptu tal-qiegħ fiż-żoni li mhumiex ir-responsabbiltà tal-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd;
f) attivitajiet tas-sajd bl-użu ta" rkaptu tal-qiegħ f'ilmijiet internazzjonali li mhumiex ir-responsabbiltà tal-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd; għandha titfassal lista tal-irkaptu msemmi f'din id-dispożizzjoni;
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2
2. Bastiment tas-sajd li jaqbeż l-10 metri fit-tul għandu jkollu installat abbord tagħmir li jaħdem tajjeb li jippermetti li l-pożizzjoni u l-identità ta" dak il-bastiment jinstabu awtomatikament permezz tas-Sistema ta" Monitoraġġ tal-Bastimenti bit-trażmissjoni tad-data dwar il-pożizzjoni f'intervalli regolari.Għandu jippermetti wkoll liċ-Ċentru ta" Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istat Membru tal-bandiera biex jieħu d-dettalji tal-bastiment tas-sajd.Dan il-paragrafu għandu japplika mill-1 ta" Jannar 2012 għall-bastimenti li huma aktar minn 10 metri sa mhux aktar minn 15-il metru fit-tul.
2. Bastiment tas-sajd li jaqbeż l-10 metri fit-tul għandu jkollu installat abbord tagħmir li jaħdem tajjeb li jippermetti li l-pożizzjoni u l-identità ta" dak il-bastiment jinstabu awtomatikament permezz tas-Sistema ta" Monitoraġġ tal-Bastimenti bit-trażmissjoni tad-data dwar il-pożizzjoni f'intervalli regolari.Għandu jippermetti wkoll liċ-Ċentru ta" Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istat Membru tal-bandiera biex jieħu d-dettalji tal-bastiment tas-sajd.Dan il-paragrafu għandu japplika mill-1 ta" Lulju 2013 għall-bastimenti li huma aktar minn 10 metri sa mhux aktar minn 15-il metru fit-tul.
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.L-għajnuna finanzjarja għall-installazzjoni tal-apparat tas-Sistema ta" Monitoraġġ tal-Bastimenti għandha tkun eleġibbli għall-iffinanzjar skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006. L-iffinanzjar konġunt mill-baġit Komunitarju għandu jkun bir-rata ta' 80%.
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 6 – punt a
a) joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera, jew
a) joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera, u
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2
2. Il-Kummissjoni tista" teħtieġ li Stat Membru juża Sistema ta" Rilevament tal-Bastimenti għal sajd partikolari u f'ħin partikolari.
2. Il-Kummissjoni, wara li tipprovdi ġustifikazzjoni dokumentata billi tippreżenta xhieda ta'nuqqas ta" konformità ma" miżuri ta" kontroll jew ma" rapporti xjentifiċi, tista" teħtieġ li Stat Membru juża Sistema ta" Rilevament tal-Bastimenti għal sajd partikolari u f'ħin partikolari.
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 3
3. Il-marġini ta" toleranza permess fl-istimi rreġistrati fil-ġurnal ta" abbord tal-kwantitajiet f'kilogrammi ta" ħut miżmum abbord għandu jkun ta" 10%.
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.L-għajnuna finanzjarja għall-installazzjoni tal-ġurnali elettroniċi ta' abbord għandha tkun eleġibbli għall-iffinanzjar skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006. L-iffinanzjar konġunt mill-baġit Komunitarju għandu jkun bir-rata ta' 80%.
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu l-15-il metru fit-tul imma ta" mhux aktar minn 24 metru tul totali mill-1 ta" Lulju 2011, u għal bastimenti tas-Sajd Komunitarji li jaqbżu l-10 metri tul imma mhux aktar minn 15-il metru tutl totali mill-1 ta" Jannar 2012. Il-bastimenti tal-Komunità li huma sa 15-il metru fit-tul jistgħu jiġu eżentati mill-paragrafu 1 jekk dawn:
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu l-15-il metru fit-tul imma ta" mhux aktar minn 24 metru tul totali mill-1 ta" Lulju 2011, u għal bastimenti tas-Sajd Komunitarji li jaqbżu l-10 metri tul imma mhux aktar minn 15-il metru tul totali mill-1 ta" Lulju 2013. Il-bastimenti tal-Komunità li huma sa 15-il metru fit-tul jistgħu jiġu eżentati mill-paragrafu 1 jekk dawn:
a) joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera, jew
a) joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera, u
b) qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq sar-ritorn fil-port.
b) qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq sar-ritorn fil-port.
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – test introduttorju
1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-pjanijiet multiannwali, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompenti tal-Istat Membru li l-port jew il-faċilitajiet tal-ħatt l-art tiegħu jixtiequ jużaw, tal-anqas 4 sigħat qabel il-ħin previst tal-wasla fil-port, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux taw permess għal dħul aktar bikri, dwar l-informazzjoni li ġejja:
1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-pjanijiet multiannwali, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità jew ir-rappreżentanti tagħhom li jkollhom speċijiet abbord li jkunu suġġetti għal limiti ta' qbid jew ta' sforz għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompenti tal-Istat Membru li l-port jew il-faċilitajiet tal-ħatt l-art tiegħu jixtiequ jużaw, tal-anqas 4 sigħat qabel il-ħin previst tal-wasla fil-port, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux taw permess għal dħul aktar bikri, dwar l-informazzjon li ġejja:
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt d
d) id-dati tal-vjaġġ tas-sajd u ż-żoni fejn ittieħdu l-qabdiet;
d) id-dati tal-vjaġġ tas-sajd u ż-żoni fejn ittieħdu l-qabdiet; iż-żona għandha tkun definita bl-istess livell ta" dettall skont l-Artikolu 14(1).
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt f
f) il-kwantitajiet ta" kull speċi miżmuma abbord, inkluż sajdiet li fihom ma jinqabad xejn;
f) il-kwantitajiet ta" kull speċi miżmuma abbord;
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 4
4. Il-Kummissjoni, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 111, tista" teżenta ċerti kategoriji ta" bastimenti tas-sajd mill-obbligazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għal perjodu limitat, li jista" jiġġedded, jew tipprovdi għal perjodu ta" notifika ieħor wara li tikkunsidra, fost affarijiet oħrajn, it-tip ta" prodotti tas-sajd, id-distanza bejn iż-żoni tas-sajd, il-postijiet tal-ħatt l-art u l-portijiet fejn huma reġistrati l-bastimenti konċernati.
4. Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista" jistabbilixxi, għal ċerti kategoriji ta" bastimenti tas-sajd, perjodu ta" notifika ieħor għall-obbligazzjoni stipulata fil-paragrafu 1 wara li jikkunsidra, fost affarijiet oħrajn, it-tip ta" prodotti tas-sajd, id-distanza bejn iż-żoni tas-sajd, il-postijiet tal-ħatt l-art u l-portijiet fejn huma reġistrati l-bastimenti konċernati.
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 4 a (ġdid)
4a.L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li tiegħu l-kaptan ta' bastiment tas-sajd jixtieq juża l-port jew il-faċilitajiet ta" ħatt, wara li jkun għamel talba għal dan mhux inqas minn erba" sigħat qabel il-ħin stmat tad-dħul fil-port, għandhom joħorġu l-permess fi żmien sagħtejn minn x'ħin jirċievu din it-talba.
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 3
3. Id-dikjarazzjoni tat-trażbord għandha tindika l-kwantità tal-prodotti tas-sajd għal kull speċi li ġiet trażbordata, id-data u l-post ta" kull qabda, l-ismijiet tal-bastimenti involuti u l-portijiet tat-trażbord u tad-destinazzjoni. Il-kaptani taż-żewġ bastimenti għandhom jinżammu responsabbli għall-akkuratezza tat-tali dikjarazzjonijiet.
3. Id-dikjarazzjoni tat-trażbord għandha tindika l-kwantità tal-prodotti tas-sajd għal kull speċi li ġiet trażbordata, id-data u l-post ta" kull qabda, l-ismijiet tal-bastimenti involuti u l-portijiet tat-trażbord u tad-destinazzjoni. Il-kaptani taż-żewġ bastimenti għandhom jinżammu responsabbli għall-akkuratezza tat-tali dikjarazzjonijiet. Iż-żona għandha tkun definita bl-istess livell ta" dettall skont l-Artikolu 14(1).
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 4
4.Il-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111, tista" teżenta ċerti kategoriji ta" bastimenti tas-sajd mill-obbligazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 għal perjodu limitat u li jista" jiġġedded, jew tipprovdi perjodu ta" notifika ieħor wara li tikkunsidra, fost affarijiet oħrajn, it-tip ta" prodotti tas-sajd u d-distanza bejn iż-żoni tas-sajd, il-postijiet tal-ħatt l-art u l-portijiet fejn il-bastimenti konċernati huma reġistrati.
imħassar
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 4
4.Meta jagħtu l-awtorizzazzjoni għall-ħatt l-art, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassenjaw numru uniku tal-ħatt l-art (ULN) għall-ħatt l-art u jinformaw lill-kaptan tal-bastiment dwar dan. Jekk il-ħatt l-art jiġi interrot, għandu jkun meħtieġ permess biex il-ħatt jerġa jibda.
imħassar
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 2
2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li hemm fil-pjanijiet multiannwali, il-kaptan jew ir-rappreżentant ta" bastiment tas-sajd tal-Komunità li jaqbeż 10 metri fit-tul għandu jittrażmetti b'mezzi elettroniċi d-data tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera fi żmien sagħtejn wara li jiġi kompletat il-ħatt l-art.
2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li hemm fil-pjanijiet multiannwali, il-kaptan jew ir-rappreżentant ta" bastiment tas-sajd tal-Komunità li jaqbeż 10 metri fit-tul għandu jittrażmetti b'mezzi elettroniċi d-data tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera fi żmien sitt sigħat wara li jiġi kompletat il-ħatt l-art.
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 4
4. Il-paragrafu 2 għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu l-15-il metru fit-tul imma ta" mhux aktar minn 24 metru tul totali mill-1 ta" Lulju 2011, u għal bastimenti tas-Sajd Komunitarji li jaqbżu l-10 metri tul imma mhux aktar minn 15-il metru tutl totali mill-1 ta" Jannar 2012. Il-bastimenti tal-Komunità li ma jaqbżux il-15-il metru fit-tul jistgħu jiġu eżentati mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 jekk:
4. Il-paragrafu 2 għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu l-15-il metru fit-tul imma ta" mhux aktar minn 24 metru tul totali mill-1 ta" Lulju 2011, u għal bastimenti tas-Sajd Komunitarji li jaqbżu l-10 metri tul imma mhux aktar minn 15-il metru tul totali mill-1 ta" Lulju 2013. Il-bastimenti tal-Komunità li ma jaqbżux il-15-il metru fit-tul jistgħu jiġu eżentati mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 jekk:
a) joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera, jew
a) joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera, u
b) qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq sar-ritorn fil-port.
b) qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq sar-ritorn fil-port.
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 5
5. Għall-bastiment li huma eżentati mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 2, il-kaptan, jew ir-rappreżentant tiegħu, malli jħott il-qabdiet l-art, għandu jirreġistra u jissottometti kemm jista" jkun malajr u mhux aktar tard minn 24 siegħa wara lħatt l-art, dikjarazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun sar il-ħatt l-art.
5. Għall-bastiment li huma eżentati mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 2, il-kaptan, jew ir-rappreżentant tiegħu, malli jħott il-qabdiet l-art, għandu jirreġistra u jissottometti kemm jista" jkun malajr u mhux aktar tard minn 24 siegħa wara l-ħatt l-art, dikjarazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun sar il-ħatt l-art, li imbagħad għandu jgħaddiha mingħajr dewmien lill-Istat Membru tal-bandiera.
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 1
1. Kull Stat Membru għandu jirreġistra d-data rilevanti kollha dwar l-opportunitajiet tas-sajd msemmija f'dan il-Kapitolu, espressi kemm f'termini ta" qabdiet kif ukoll tal-isforz tas-sajd, u għandu jżomm il-kopja oriġinali tad-data għal perjodu ta" tliet snin jew aktar skont ir-regoli nazzjonali.
1. Kull Stat Membru għandu jirreġistra d-data rilevanti kollha dwar l-opportunitajiet tas-sajd msemmija f'dan il-Kapitolu, espressi kemm f'termini ta" qabdiet, rimi kif ukoll tal-isforz tas-sajd, u għandu jżomm il-kopja oriġinali tad-data għal perjodu ta" tliet snin jew aktar skont ir-regoli nazzjonali. Id-data f'format elettroniku għandha tinżamm għal mhux inqas minn għaxar snin.
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 3
3. Il-qabdiet kollha ta" stokk jew grupp ta" stokkijiet suġġetti għal kwota li jsiru mill-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom jiġu jinqatgħu mill-kwota applikabbli għall-Istat Membru tal-bandiera għall-istokk jew grupp ta" stokkijiet konċernati, irrispettivament mill-post tal-ħatt l-art.
3. Il-qabdiet kollha u r-rimi ta" stokk jew grupp ta" stokkijiet suġġetti għal kwota li jsiru mill-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom jiġu jinqatgħu mill-kwota applikabbli għall-Istat Membru tal-bandiera għall-istokk jew grupp ta" stokkijiet konċernati, irrispettivament mill-post tal-ħatt l-art.
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 3
3. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir pubblika mill-Istat Membru konċernat u għandha tiġi kkomunikata immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.Għandha tiġi ppublikata immedjatament fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje Ċ). Mid-data li d-deċiżjoni ssir pubblika mill-Istat Membru konċernat, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jsir l-ebda żamma abbord, ħatt l-art, tqegħid f'gaġeġ jew trażbord tal-ħut rilevanti mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru konċernat fl-ilmijiet tagħhom u fuq it-territorju tagħhom.
3. 3. id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir pubblika mill-Istat Membru konċernat u għandha tiġi kkomunikata immedjatament lill-Kummissjoni li għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra. Għandha tiġi ppublikata immedjatament fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje Ċ). Mid-data li d-deċiżjoni ssir pubblika mill-Istat Membru konċernat, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw, permezz tad-dokumentazzjoni korrispondenti, li ma jsir l-ebda żamm abbord, ħatt l-art, tqegħid f'gaġeġ jew trażbord tal-ħut rilevanti maqbud, wara d-data tal-għeluq, mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru konċernat fl-ilmijiet tagħhom u fuq it-territorju tagħhom.
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 3
3. Dawn it-tnaqqisiet u l-allokazzjonjiet konsegwenti għandhom isiru wara li jiġu kkunsidrati bħala prijorità l-ispeċijiet u ż-żoni li għalihom ġew iffissati l-opportunitajiet tas-sajd. Dawn jistgħu jsiru matul is-sena li fiha seħħ il-preġudizzju jew fis-sena jew is-snin ta" wara.
3. Dawn it-tnaqqisiet u l-allokazzjonjiet konsegwenti għandhom isiru wara li jiġu kkunsidrati bħala prijorità l-ispeċijiet u ż-żoni li għalihom ġew iffissati l-opportunitajiet tas-sajd. Dawn jistgħu jsiru matul is-sena li fiha seħħ il-preġudizzju fis-sena ta" wara.
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 28 a (ġdid)
L-Artikolu 28a Trasferiment ta" kwoti mhux użati
1.Jekk il-kwoti kollha jew parti minnhom għal Stat Membru ma jiġux użati matul is-sena li fiha huma ġew mogħtija, dawn il-kwoti jistgħu jintużaw, dik l-istess sena, minn Stati Membri oħra. Il-Kummissjoni għandha l-ewwel nett tinforma l-Istati Membri kkonċernati, billi tistaqsihom biex jikkonfermaw li mhumiex ser jużaw dawn l-opportunitajiet tas-sajd. Wara konferma ta' dan it-tip, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-opportunitajiet kollha ta' sajd mhux użati u tinforma lill-Istati Membri b'dan, qabel ma tittieħed id-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni mill-ġdid tagħhom, b'koperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati.
2.It-trażmissjoni ta" applikazzjonijiet skont dan l-Artikolu ma għandha bl-ebda mod taffettwa l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd jew l-iskambju tagħhom bejn l-Istati Membri, skont l-Artikolu 20 ta" Regolament (KE) Nru 2371/2002.
3.Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta" dan l-Artikolu, u b'mod partikulari dawk li jirreferu għall-kundizzjonijiet tal-użu jew it-trasferiment tal-kwoti, għandhom jiġu adotatti skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111.
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 33
Artikolu 33
Trażbordi fil-port
Il-bastimenti tas-sajd tal-Komunità impenjati f'attivitajiet tas-sajd suġġetti għal pjan multiannwali m'għandhomx jittrasferixxu l-qabdiet tagħhom abbord kwalunkwe bastiment jew vettura oħra mingħajr ma l-ewwel iħottu l-art il-qabdiet tagħhom sabiex jintiżnu minn ċentru tal-irkant jew kwalunkwe korp ieħor awtorizzat mill-Istati Membri.
imħassar
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 4 a (ġdid)
4a.L-Istati Membri jistgħu jagħżlu port li ma jissodisfax il-kriterji tal-paragrafu 4 biex jevitaw li jkun hemm bastimenti li jkollhom ibaħħru distanzi itwal minn 50 mil sal-port.
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 2 – test introduttorju
2. Fis-sajd fejn huwa permess li jkun hemm aktar minn żewġ tipi ta" rkaptu abbord, l-irkaptu li ma jintużax irid jiġi stivat sabiex ma jkunx jista" jintuża faċilment skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
2. Fis-sajd fejn huwa permess li jkun hemm aktar minn tip wieħed ta" rkaptu abbord, l-irkaptu li ma jintużax irid jiġi stivat sabiex ma jkunx jista" jintuża faċilment skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 1
1. Il-kaptan ta" bastiment tas-sajd għandu jirreġistra r-rimi lura fil-baħar kollu "l fuq minn 15 kg ta" ekwivalenti ta" piż ħaj fil-volum u għandu jikkomunika, fejn possibbli permezz ta" mezzi elettroniċi, din l-informazzjoni mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti.
1. Il-kaptan ta" bastiment tas-sajd għandu jirreġistra r-rimi lura fil-baħar kollu "l fuq minn 15 kg ta" ekwivalenti ta" piż ħaj fil-volum għall kull refgħa tal-irkaptu u għal kull vjaġġ, u għandu jikkomunika, fejn possibbli permezz ta" mezzi elettroniċi, din l-informazzjoni mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra skema biex tinstalla tagħmir ta" monitoraġġ bil-vidjo biex tiżgura l-konformità ma" dan ir-Regolament. Ħut li jintrema lura fil-baħar waqt sajd rikreattiv m'għandux jitqies bħala rimi jew mortalità għall-għanijiet ta" dan ir-regolament.
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 42
Għall-bastimenti mgħammra b'Sistema ta" Monitoraġġ tal-Bastimenti, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw sistematikament li l-informazzjoni li jirċievu fiċ-Ċentru ta" Monitoraġġ tas-Sajd tikkorrispondi mal-attivitajiet irreġistrati fil-ġurnal ta" abbord billi jużaw id-data tas-Sistema ta" Monitoraġġ tal-Bastimenti u fejn disponibbli id-data minn osservaturi. Tali kontroverifiki għandhom jiġu rreġistrati f'format li jista" jinqara minn kompjuter u jinżammu għal perjodu ta" tliet snin.
Għall-bastimenti mgħammra b'Sistema ta" Monitoraġġ tal-Bastimenti, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw sistematikament li l-informazzjoni li jirċievu fiċ-Ċentru ta" Monitoraġġ tas-Sajd tikkorrispondi mal-attivitajiet irreġistrati fil-ġurnal ta" abbord billi jużaw id-data tas-Sistema ta" Monitoraġġ tal-Bastimenti u fejn disponibbli id-data minn osservaturi. Tali kontroverifiki għandhom jiġu rreġistrati f'format li jista" jinqara minn kompjuter u jinżammu għal perjodu ta" għaxar snin.
Emenda 47 Proposta għal regolament Kapitolu IV - taqsima 4
Sezzjoni 4
It-Taqsima 4 għandha titħassar kollha.
Għeluq tas-sajd fil-ħin reali
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 1
1. Is-sajd rikreattiv fuq bastiment fl-ilmijiet Komunitarji, għal stokk li huwa suġġet għal pjan multiannwali għandu jkun suġġett għal awtorizzazzjoni għal dak il-bastiment maħruġa mill-Istat Membru tal-bandiera.
1. Is-sajd mhux kummerċjali mwettaq minn fuqbastiment fl-ibħra Komunitarji, għal stokk li huwa suġġett għal pjan multiannwali ta' rkupru jista' jiġi evalwat mill-Istat Membru fl-ibħra fejn dan jitwettaq. Is-sajd permezz tal-qażba u r-rukkell minn fuq ix-xatt m'għandux jiġi inkluż.
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 2
2. Il-qabdiet fis-sajd rikreattiv minn stokkijiet suġġetti għal pjan multiannwali għandhom jiġu rreġistrati mill-Istat Membru tal-bandiera
2. Fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu stima tal-impatt ta" sajd rikreattiv li jitwettaq fl-ilmijiet tagħhom u jippreżentaw din l-informazzjoni lill-Kummissjoni. L-Istat Membru relevanti u l-Kummissjoni, abbażi tal-parir tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd, għandu jiddeċiedi liema sajd rikreattiv għandu impatt sinifikanti fuq l-istokkijiet ta' dan it-tip. Għal dak is-sajd li għandu impatt sinifikanti, l-Istat Membru kkonċernat, f'koperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandu jiżviluppa sistema ta' monitoraġġ li tkun kapaċi li b'mod preċiż tqis il-qabdiet totali tas-sajd rikreattiv minn kull stokk. Is-sajd rikreattiv għandu jkun konformi mal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd.
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 3
3. Il-qabdiet ta" speċijiet suġġetti għal pjan multiannwali skont is-sajd rikreattiv għandhom jinqatgħu mill-kwoti rilevanti tal-Istat Membru tal-bandiera. L-Istati Membri konċernati għandhom jistabbilixxu sehem mit-tali kwoti li għandu jintuża esklussivament għall-iskopijiet tas-sajd rikreattiv.
3. Fejn is-sajd rikreattiv jinstab li għandu impatt sinifikanti, il-qabdiet għandhom jinqatgħu mill-kwota rilevanti tal-Istat Membru tal-bandiera. L-Istat Membru jista' jistabbilixxi sehem minn talikwota li għandu jintuża esklussivament għall-iskopijiet ta' dak is-sajd rikreattiv.
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 3
3. Fil-każ li jkun ġie ffissat daqs minimu għal speċi partikolari, l-operaturi responsabbli għall-bejgħ, l-istokkjar jew it-trasport għandhom ikunu kapaċi juru l-oriġini ġeografika tal-prodotti espressi bħala referenza għal subżona u diviżjoni jew subdiviżjoni, jew fejn applikabbli rettangolu statistiku fejn japplikaw il-limiti fuq il-qabdiet skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità
3. L-operaturi responsabbli għall-bejgħ, l-istokkjar jew it-trasport għandhom ikunu kapaċi juru l-oriġini ġeografika tal-prodotti espressi bl-istess livell ta' dettall bħalma hemm f'Artikolu 14(1).
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 2 - punt d a (ġdid)
da) iż-żona tal-qbid, bl-istess livell ta" dettall skont l-Artikolu 14(1).
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 1
1. Ix-xerrejja reġistrati, stabbilimenti rreġistrati tal-irkant jew il-korpi jew il-persuni l-oħra responsabbli għall-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd li nħattu l-art fi Stat Membru, għandhom jissottomettu elettronikament, fi żmien sagħtejn wara l-ewwel bejgħ, nota tal-bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun sar l-ewwel bejgħ. Jekk dan l-Istat Membru mhuwiex l-Istat tal-bandiera tal-bastiment li ħatt l-art il-ħut, huwa għandu jiżgura li tiġi sottomessa kopja tan-nota tal-bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera malli jirċievi l-informazzjoni rilevanti. L-akkuratezza tan-nota tal-bejgħ għandha tkun ir-responsabbiltà ta" dawn ix-xerrejja, stabbilimenti tal-irkanti, korpi jew persuni.
1. Ix-xerrejja reġistrati, stabbilimenti rreġistrati tal-irkant jew il-korpi jew il-persuni l-oħra responsabbli għall-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd li nħattu l-art fi Stat Membru, għandhom jissottomettu elettronikament, fi żmien sitt sigħat wara l-ewwel bejgħ, nota tal-bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun sar l-ewwel bejgħ. Jekk dan l-Istat Membru mhuwiex l-Istat tal-bandiera tal-bastiment li ħatt il-ħut l-art, huwa għandu jiżgura li tiġi preżentatabla dewmien kopja tan-nota tal-bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera malli jirċievi l-informazzjoni rilevanti. L-akkuratezza tan-nota tal-bejgħ għandha tkun ir-responsabbiltà ta" dawn ix-xerrejja, stabbilimenti tal-irkanti, korpi jew persuni.
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 55 – punt e
e) l-isem rilevanti jew il-kodiċi alfa tal-FAO ta" kull speċi u l-oriġini ġeografika tagħha espress f'subżona u diviżjoni jew sub-diviżjoni li fiha japplikaw limiti fuq il-qabdiet skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità;
e) l-isem rilevanti jew il-kodiċi alfa tal-FAO ta" kull speċi u l-oriġini ġeografika tagħha espress bl-istess livell ta' dettall bħalma hemm f'Artikolu 14(1);
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 55 – punt e a (ġdid)
ea) il-kwantità ta" kull speċi f'kilogrammi ta' piż ħaj;
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 63 – paragrafu 6
6. L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-operazzjoni tal-osservaturi taħt dan l-Artikolu għandhom jitħallsu mill-Istati Membri tal-bandiera. L-Istati Membri jistgħu jiddebitaw dawn l-ispejjeż, parzjalment jew kompletament, lill-operaturi tal-bastimenti li qed itajru l-bnadar tagħhom u li huma involuti fis-sajd rilevanti.
6. 6. l-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-operazzjoni tal-osservaturi taħt dan l-Artikolu għandhom jitħallsu mill-Istati Membri tal-bandiera u mill-Kummissjoni.
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 69
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu aġġornata database elettronika fejn jistgħu itellgħu r-rapporti ta" spezzjoni u ta" sorveljanza kollha ppreparati mill-uffiċjali tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu aġġornata bażi ta" data elettronika fejn jistgħu jtellgħu r-rapporti ta" spezzjoni u ta" sorveljanza kollha, inklużi rapporti minn osservaturi, ippreparati mill-uffiċjali tagħhom.
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 78
L-Istat Membru li qed jagħmel l-ispezzjoni jista" wkoll jittrasferixxi l-prosekuzzjoni tal-infrazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jew l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru li t-trażgressur huwa ċittadin tiegħu diment li dan isir, bil-ftehim tal-Istat Membru tal-aħħar u bil-kondizzjoni li t-trasferiment għandu aktar ċans li jikseb ir-riżultat imsemmi fl-Artikolu 81(2).
l-Istat Membru li qed jagħmel l-ispezzjoni jista" wkoll jittrasferixxi l-prosekuzzjoni tal-infrazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jew l-Istat Membru li t-trażgressur huwa ċittadin tiegħu diment li dan isir, bil-ftehim tal-Istat Membru tal-aħħar u bil-kondizzjoni li t-trasferiment għandu aktar ċans li jikseb ir-riżultat imsemmi fl-Artikolu 81(2).
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna naturali li kkommettiet jew persuna ġuridika li tinżamm responsabbli għal infrazzjoni serja tkun ikkastigata permezz ta" sanzjonijiet amministrattivi effikaċi, proporzjonali u disważivi, skont is-serje ta" sanzjonijiet u miżuri li hemm provvediment għalihom fil-Kapitolu IX tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna naturali li kkommettiet jew persuna ġuridika li tinżamm responsabbli għal infrazzjoni serja tkun ikkastigata, bħala prinċipju, permezz ta" sanzjonijiet amministrattivi effikaċi, proporzjonali u disważivi, skont is-serje ta" sanzjonijiet u miżuri li hemm provvediment għalihom fil-Kapitolu IX tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 6 a (ġdid)
6a.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi li jkunu nstabu responsabbli ta' ksur serju tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd jiġu esklużi milli jgawdu mill-Fond Ewropew għas-Sajd, mill-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd u minn għajnuna pubblika oħra. Is-sanzjonijiet provduti f'dan il-Kapitolu għandhom ikunu akkumpanjati b'sanzjonijiet jew miżuri oħra, b'mod partikulari l-ħlas lura tal-għajnuna pubblika jew is-sussidji mogħtija lil bastimenti IUU matul il-perjodu finanzjarju kkonċernat.
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom japplikaw sistema ta" punti penali li fuq il-bażi tagħha s-sid tal-awtorizzazzjoni tas-sajd jirċievi punti penali xierqa bħala riżultat ta" infrazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.
1. L-Istati Membri għandhom japplikaw sistema ta" punti penali li fuq il-bażi tagħha s-sid tal-awtorizzazzjoni tas-sajd jirċievi punti penali xierqa bħala riżultat ta" infrazzjoni serja tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 2
2. Meta persuna naturali tikkommetti jew persuna legali tinżamm responsabbli għal infrazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, l-għadd xieraq ta" punti għandu jiġi assenjat lis-sid tal-awtorizzazzjoni tas-sajd bħala riżultat tal-infrazzjoni. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jkollu d-dritt li jirrivedi l-proċedimenti skont il-liġi nazzjonali.
2. Meta persuna naturali tikkommetti jew persuna legali tinżamm responsabbli għal infrazzjoni serja tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, l-għadd xieraq ta" punti għandu jiġi assenjat lis-sid tal-awtorizzazzjoni tas-sajd bħala riżultat tal-infrazzjoni serja. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jkollu d-dritt li jirrivedi l-proċedimenti skont il-liġi nazzjonali.
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.Sakemm id-detentur ta" awtorizzazzjoni tas-sajd ikun assenjat punti ta" penali, huwa m'għandux ikun jista" jirċievi sussidji Komunitarji u għajnuna nazzjonali pubblika matul dak iż-żmien.
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 4
4.Fil-każ ta" infrazzjoni serja, il-punti penali assenjati għandhom ikunu tal-anqas ugwali għal nofs il-punti msemmija fil-paragrafu 3.
imħassar
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 5
5. Jekk id-detentur tal-awtorizzazzjoni tas-sajd sospiża ma jikkommettix infrazzjoni oħra, fi żmien tliet snin mid-data tal-aħħar infrazzjoni, il-punti kollha fuq l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom jitħassru.
5. Jekk id-detentur tal-awtorizzazzjoni tas-sajd sospiża ma jikkommettix infrazzjoni serja oħra, fi żmien tliet snin mid-data tal-aħħar infrazzjoni serja, il-punti kollha fuq l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom jitħassru.
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 7
7. L-Istati Membri għandhom jistabilixxu wkoll sistema ta" punti penali li taħtha l-kaptanu l-uffiċjali ta" bastiment jirċievu punti penali xierqa bħala riżultat ta" infrazzjoni kontra r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd komessa minnhom.
7. L-Istati Membri għandhom jistabilixxu wkoll sistema ta" punti penali li taħtha l-kmandantjew il-kaptan ta" bastiment jirċievu punti penali xierqa bħala riżultat ta" infrazzjoni kontra r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd komessa minnhom.
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jirreġistraw f'database nazzjonali l-infrazzjonijiet kollha kontra r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li saru minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jew miċ-ċittadini tagħhom, inkluż is-sanzjonijiet li jeħlu u l-għadd ta" punti assenjati. Infrazzjonijiet minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jew miċ-ċittadini tagħhom li jiġu mħarrka fi Stati Membri oħra wkoll għandhom jiġu reġistrati mill-Istati Membri fid-database nazzjonali tagħhom dwar l-infrazzjonijiet, malli jiġu notifikati dwar id-deċiżjoni definittiva mill-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 82.
1. L-Istati Membri għandhom jirreġistraw f'database nazzjonali l-infrazzjonijiet kollha kontra r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li saru minn dawk responsabbli għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jew miċ-ċittadini tagħhom, inkluż is-sanzjonijiet li jeħlu u l-għadd ta" punti assenjati. Infrazzjonijiet minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jew miċ-ċittadini tagħhom li jiġu mħarrka fi Stati Membri oħra wkoll għandhom jiġu reġistrati mill-Istati Membri fid-database nazzjonali tagħhom dwar l-infrazzjonijiet, malli jiġu notifikati dwar id-deċiżjoni definittiva mill-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 82.
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 3
3. Meta Stat Membru jitlob informazzjoni minn Stat Membru ieħor relatata mal-prosekuzzjoni ta" infrazzjoni, dak l-Istat Membru l-ieħor għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti fuq il-bastiment tas-sajd u l-persuni konċernati.
3. Meta Stat Membru jitlob informazzjoni minn Stat Membru ieħor relatata mal-prosekuzzjoni ta" infrazzjoni, dak l-Istat Membru l-ieħor għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti fuq il-bastiment tas-sajd u l-persuni konċernati mingħajr dewmien.
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.L-informazzjoni dwar l-infrazzjonijiet imwettqa u li għalihom ingħatat kundanna fil-konfront tal-bastimenti tas-sajd u l-individwi kkonċernati tkun disponibbli għall-pubbliku permezz tal-parti pubblika tas-sit elettroniku imsemmi fl-Artikolu 107.
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 91 – paragrafu 4
4. L-uffiċjali tal-Istat Membru konċernat għandhom jingħataw il-possibbiltà li jkunu preżenti matul l-ispezzjoni u, fuq it-talba tal-uffiċjali tal-Kummissjoni, għandhom jassistuhom fil-qadi ta" dmirijiethom.
4. ║L-uffiċjali tal-Istat Membru konċernat għandhom dejjem ikunu preżenti matul l-ispezzjoni u, fuq it-talba tal-uffiċjali tal-Kummissjoni, għandhom jassistuhom fil-qadi ta" dmirijiethom.
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 95 – paragrafu 1 – punt a
α) id-dispożizzjonijiet ta" dan ir-Regolament ma ġewx rispettati b'riżultat ta" azzjoni jew ommissjoni li tista" tiġi attribwita direttament lill-Istat Membru kkonċernat, u li
imħassar
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 96 – paragrafu 1
1. Meta Stat Membru ma jirrispettax l-obbligazzjonjiet tiegħu għall-implimentazzjoni ta" pjan multiannwali, u fejn il-Kummissjoni għandha raġunijiet biex temmen li n-nuqqas ta" rispett ta" dawk l-obbligazzjonijiet huwa ta" detriment b'mod partikolari għall-istokk konċernat, il-Kummissjoni tista" tagħlaq proviżorjament is-sajd affetwat minn dawk in-nuqqasijiet.
1. Meta Stat Membru ma jirrispettax l-obbligazzjonjiet tiegħu għall-implimentazzjoni ta" pjan multiannwali, u fejn il-Kummissjoni ikollha evidenza li n-nuqqas ta" rispett ta" dawk l-obbligazzjonijiet huwa ta" detriment b'mod partikolari għall-istokk konċernat, il-Kummissjoni tista" tagħlaq proviżorjament is-sajd affetwat minn dawk in-nuqqasijiet.
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 97 – paragrafu 1 – test introduttorju
1. Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi li Stat Membru jkun stad iżżejjed, aktar mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem ta" stokk jew grupp ta" stokkijiet disponibbli għalih, il-Kummissjoni għandha topera tnaqqis mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem annwali tas-sena jew is-snin li jsegwu tal-Istat Membru li stad iżżejjed billi tapplika fattur ta" moltiplikazzjoni skont it-tabella li ġejja:
1. Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi li Stat Membru jkun stad iżżejjed, aktar mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem ta" stokk jew grupp ta" stokkijiet disponibbli għalih, il-Kummissjoni għandha topera tnaqqis mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem annwali tas-sena li ssegwi tal-Istat Membru li stad iżżejjed billi tapplika fattur ta" moltiplikazzjoni skont it-tabella li ġejja:
Livell ta" sajd żejjed, imqabbel mal-ħatt l-art permess
Fattur ta" moltiplikazzjoni
Sa 5%
Sajd żejjed * 1.0
"Il fuq minn 5% sa 10 %
Sajd żejjed * 1.1
"Il fuq minn 10% sa 20%
Sajd żejjed * 1.2
"Il fuq minn 20% sa 40%
Sajd żejjed * 1.4
"Il fuq minn 40% sa 50%
Sajd żejjed * 1.8
Kwalunkwe sajd żejjed aktar minn 50%
Sajd żejjed * 2.0
Emenda
Livell ta" sajd żejjed, imqabbel mal-ħatt l-art permess
Fattur ta" moltiplikazzjoni
L-ewwel 10%
Tnaqqis= Sajd żejjed x 1,00
L-10% li jmiss, sa total ta" 20%
Tnaqqis= Sajd żejjed x 1.10
L-20% li jmiss, sa total ta" 40%
Tnaqqis= Sajd żejjed x 1.20
Kwalunkwe sajd żejjed aktar minn 40%
Tnaqqis= Sajd żejjed x 1.40
Nota: L-intervalli perċentwali għandhom jiġu sostitwiti mill-intervalli stipulati fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta" Mejju 1996 li jintroduċi kundizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti.
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 97 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.Jekk il-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem ta" stokk jew grupp ta" stokkijiet allokati lil Stat Membru ma jaqbżux l-100 tunnellata, it-tnaqqis għal-qbiż tal-kwota se jiġi applikat b'mod lineari u mhux b'perċentwal, ħlief għal ispeċijiet koperti minn pjan multiannwali li għalihom japplika l-paragrafu 1.
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 97 – paragrafu 2
2. Jekk Stat Membru ripetutament stad iżżejjed aktar mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem tiegħu tal-istokk jew il-grupp ta" stokkijiet matul is-sentejn preċedenti, jekk is-sajd żejjed huwa b'mod partikolari detrimentali għall-istokk konċernat jew jekk l-istokk huwa suġġett għal pjan multiannwali, il-fattur ta" moltiplikazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jirdoppja.
2. Jekk, matul is-sentejn preċedenti, Stat Membru ripetutament stad aktar mill-kwota tiegħu, l-allokazzjoni tiegħu jew is-sehem tiegħu ta" stokk jew ta" grupp ta" stokkijiet li jkunu sensittivi b'mod partikolari għas-sajd żejjed jewikunu suġġett għal pjan multiannwali, il-fattur ta" moltiplikazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jirdoppja.
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 97 – paragrafu 3
3.Jekk Stat Membru jieħu qabdiet minn stokk suġġett għal kwota li għalih m'għandux kwota, allokazzjoni jew sehem disponibbli għalih, il-Kummissjoni tista" tnaqqas fis-sena jew is-snin ta" wara kwoti minn stokkijiet jew gruppi ta" stokkijiet oħra disponibbli għal dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 1.
imħassar
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 98
Artikolu 98
imħassar
Tnaqqis ta" kwoti għan-nuqqas ta" konformità mal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd
1.Fejn ikun hemm evidenza li hemm nuqqas ta" konformità mar-regoli dwar il-konservazzjoni, il-kontroll, l-ispezzjoni jew l-infurzar taħt il-Politika Komuni tas-Sajd minn Stat Membru u li dan jista" jwassal għal periklu serju għall-konservazzjoni tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin jew l-operazzjoni effikaċi tas-sistema ta" kontroll u ta" infurzar tal-Komunità, il-Kummissjoni tista" topera tnaqqis mill-kwoti, l-allokazzjonijiet jew is-sehem annwali ta" stokk jew grupp ta" stokkijiet disponibbli għal dak l-Istat Membru.
2.Il-Kummissjoni għandha tinforma bil-miktub lill-Istat Membru konċernat dwar is-sejbiet tagħha u għandha tiffissa data tal-għeluq ta" mhux aktar minn 10 ijiem tax-xogħol għall-Istat Membru biex juri li s-sajd jista" jiġi sfruttat b'mod sikur.
3.Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw biss jekk l-Istat Membru jonqos milli jirrispondi għat-talba tal-Kummissjoni sad-data tal-għeluq imsemmija fil-paragrafu 2 jew jekk it-tweġiba ma titqiesx sodisfaċenti jew tindika biċ-ċar li l-miżuri neċessarji ma ġewx implimentati.
4.Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta" dan l-artikolu, u b'mod partikolari għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet konċernati, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111.
a) għall-kwoti li minnhom sar sajd żejjed ta" aktar minn 10% tal-kwoti disponibbli għal wieħed mill-Istati Membri konċernati f'waħda mis-sentejn preċendenti immedjatament jew
b) jekk l-Istat Membru konċernat ma jiħux il-miżuri xierqa biex jiżgura ġestjoni xierqa tal-opportunitajiet tas-sajd konċernati, b'mod partikolari billi ma joperax sistema ta" validazzjoni kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 102 jew billi jopera b'mod insuffiċjenti s-sistemi li jipprovdu d-data għal din is-sistema ta" validazzjoni.
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 101 – paragrafu 1
1. Jekk hemm evidenza, ukoll jekk ibbażata fuq ir-riżultati tat-teħid ta" kampjuni mmexxi mill-Kummissjoni, li l-attivitajiet tas-sajd u/jew il-miżuri adottati minn Stat Membru jew Stati Membri jheddu l-Politika Komuni tas-Sajd jew huma ta" periklu għall-ekosistema tal-baħar u dan jeħtieġ azzjoni immedjata, il-Kummissjoni, fuq it-talba sostanzjata ta" kwalunkwe Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tista" tiddeċiedi fuq miżuri ta" emerġenza li m'għandhomx idumu aktar minn sena. Il-Kummissjoni tista" tieħu deċiżjoni ġdida biex testendi l-miżuri ta" emerġenza għal mhux aktar minn sitt xhur.
1. Jekk hemm evidenza, ukoll jekk ibbażata fuq ir-riżultati tat-teħid ta" kampjuni mmexxi mill-Kummissjoni, li l-attivitajiet tas-sajd u/jew il-miżuri adottati minn Stat Membru jew Stati Membri jheddu l-Politika Komuni tas-Sajd jew huma ta" periklu għall-ekosistema tal-baħar u dan jeħtieġ azzjoni immedjata, il-Kummissjoni, fuq it-talba sostanzjata ta" kwalunkwe Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tista" tiddeċiedi fuq miżuri ta" emerġenza li m'għandhomx idumu aktar minn sitt xhur. Il-Kummissjoni tista" tieħu deċiżjoni ġdida biex testendi l-miżuri ta" emerġenza għal mhux aktar minn sitt xhur.
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 101 – paragrafu 2 – punt g
g) projbizzjoni għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru konċernat milli jistadu fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta" Stati Membri oħra;
g) g) projbizzjoni għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru konċernat milli jistadu fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta" Stati Membri oħra jew ta" pajjiż terz jew f'ibħra miftuħa;
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 101 – paragrafu 3
3. Stat Membru għandu jikkomunika t-talba msemmija fil-paragrafu 1 simultanjament lill-Kummisjoni u l-Istati Membri konċernati. L-Istati Membri l-oħra għandhom jissottomettu l-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien ħamest ijiem minn meta jirċievu t-talba. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.
3. Stat Membru għandu jikkomunika t-talba msemmija fil-paragrafu 1 simultanjament lill-Kummisjoni u l-Istati Membri konċernati. L-Istati Membri l-oħra għandhom jissottomettu l-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jumtax-xogħol minn meta jirċievu t-talba. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 101 – paragrafu 5
5. L-Istati Membri konċernati jistgħu jirreferu d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta jirċievu n-notifika.
5. L-Istati Membri konċernati jistgħu jirreferu d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta jirċievu n-notifika.
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 104 – paragrafu 2
2. L-ismijiet ta" persuni naturali m'għandhomx jiġu komunikati lill-Kummissjoni jew lil Stat Membru ieħor ħlief fil-każ fejn hemm provvediment partikolari għat-tali komunikazzjoni f'dan ir-Regolament jew jekk dan huwa meħtieġ għall-prevenzjoni jew l-insegwiment tal-infrazzjonijiet jew il-verifika ta" fejn jidher li hemm xi infrazzjonijiet. Id-data msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhiex tiġi trażmessa sakemm mhijiex aggregata ma" data oħra f'forma li ma tippermettix l-identifikazzjoni diretta jew indiretta ta" persuni naturali.
2. Id-data personali m'għandhiex tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni jew lil Stat Membru ieħor ħlief fil-każ fejn hemm dispożizzjoni partikolari għat-tali komunikazzjoni f'dan ir-Regolament jew jekk dan huwa meħtieġ għall-prevenzjoni jew l-insegwiment tal-infrazzjonijiet jew il-verifika ta" fejn jidher li hemm xi infrazzjonijiet. Id-data msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhiex tiġi trażmessa sakemm mhijiex aggregata ma" data oħra f'forma li ma tippermettix l-identifikazzjoni diretta jew indiretta ta" persuni naturali.
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 105 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi neċessarji kollha biex jiżguraw li d-data miġbura u rċevuta fil-kuntest ta" dan ir-Regolament tiġi ttrattata b'mod kunfidenzjali u li jiġu rispettati r-regoli kollha dwar is-segretezza professjonali u kummerċjali tad-data.
1. 1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi neċessarji kollha biex jiżguraw li d-data miġbura u rċevuta fil-kuntest ta" dan ir-Regolament tiġi ttrattata b'mod kunfidenzjali u li jiġu rispettati r-regoli kollha dwar is-segretezza professjonali u kummerċjali tad-data, f'konsistenza mad-dispożizzjonijiet kollha applikabbli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Direttiva 95/46/KE.
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 105 – paragrafu 4
4.Il-komunikazzjoni tad-data fil-kuntest ta" dan ir-Regolament lil persuni li qed jaħdmu għal awtoritajiet kompetenti, qrati, awtoritajiet oħra pubbliċi u l-Kummisjoni jew il-korp deżinjat minnha, li l-iżvelar tagħha jista" jkollu effett negattiv fuq:
imħassar
a) il-protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwi, skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar il-protezzjoni tad-data personali,
b) l-interessi kummerċjali ta" persuna naturali jew legali, inkluż il-proprjetà intellettwali,
c) il-proċeduri tal-qorti u l-pariri legali jew
d) l-ambitu tal-ispezzjonijiet jew l-investigazzjonijiet,
se tkun permessa biss jekk hija neċessarja għall-waqfien minn infrazzjoni jew projbizzjoni ta" infrazzjoni tar-regoli tal-Politika Komunit tas-Sajd u l-awtorità li qed tikkomunika l-informazzjoni tagħti l-kunsens għall-iżvelar.
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 108 – paragrafu 3
3. Għall-parti sikura tal-websajt tiegħu, kull Stat Membru għandu jipprovdi aċċess mill-bogħod lill-Kummissjoni u lill-korp deżinjat minnha. L-Istat Membru għandu jagħti aċċess lill-uffiċjali tal-Kummissjoni fuq il-bażi ta" ċertifikati elettroniċi ġenerati mill-Kummissjoni jew il-korp deżinjat minnha.
3. Għall-parti sikura tal-websajt tiegħu, kull Stat Membru għandu jipprovdi aċċess mill-bogħod lill-Kummissjoni u lill-korp deżinjat minnha. L-Istat Membru għandu jagħti aċċess lill-uffiċjali tal-Kummissjoni fuq il-bażi ta" ċertifikati elettroniċi ġenerati mill-Kummissjoni jew il-korp deżinjat minnha.
Pajjiżi terzi għandha tingħatalhom l-informazzjoni inkluża fil-paragrafi 1(b), 1(d) u 1(f) dwar bastimenti tal-Komunità li japplikaw għal liċenzji għas-sajd fl-ilmijiet tagħhom. L-informazzjoni għandha tingħata fuq talba tal-pajjiż terz ikkonċernat u mingħajr dewmien, bil-kundizzjoni li l-pajjiż terz jiggarantixxi bil-miktub il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni. It-trasferiment ta' data personali skont din id-dispożizzjoni għandha titqies li tikkonforma mal-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 95/46/KE.
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 112 Ir-Regolament (KE) Nru 768/2005 Artikolu 17a – paragrafu 1 – test introduttorju
1. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta" infurzar konferiti mit-Trattat fuq il-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fl-evalwazzoni u l-kontroll tal-applikazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd mill-Istati Membri. L-Aġenzija tista" tmexxi spezzjonijiet ta" awtoritajiet pubbliċi u operaturi privati fl-Istati Membri. Għal dan l-iskop tista", f'konformità mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi tal-Istati Membri konċernati,
1. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta" infurzar konferiti mit-Trattat fuq il-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fl-evalwazzoni u l-kontroll tal-applikazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd mill-Istati Membri. L-Aġenzija tista", billi tuża r-riżorsi tagħha stess, tmexxi spezzjonijiet ta" awtoritajiet pubbliċi u operaturi privati fl-Istati Membri. Għal dan l-iskop tista", f'konformità mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi tal-Istati Membri konċernati,
Il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta" miżuri tekniċi *
504k
136k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta" miżuri tekniċi (COM(2008)0324 – C6-0282/2008 – 2008/0112(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0324),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0282/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0206/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 7 a (ġdida)
(7a)Peress li kemm ir-regoli omoġenji li ġeneralment huma applikabbli fiż-żoni kollha kif ukoll dawk applikabbli speċifikament fuq bażi reġjonali għandhom l-istess importanza għall-immaniġġjar tas-sajd, dawn għandhom jiġu adottati mill-Kunsill.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 12 a (ġdida)
(12a)Bħala kjarifika addizzjonali, sabiex fil-ġejjieni jiġi evitat tilwim minħabba l-interpretazzjoni ħażina tar-regoli u f'konformità mal-approċċ li ġie introdott reċentement, il-Kummissjoni għandha tissuplementa d-dispożizzjonijiet ta" dan ir-Regolament billi tippubblika anness li jkun fih illustrazzjonijiet sabiex jiġu spjegati l-karatteristiċi tat-tagħmir tas-sajd.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 13 a (ġdida)
(13a)Huwa neċessarju li jiġu evitati sitwazzjonijiet li jikkawżaw tgħawwiġ tal-kompetizzjoni jew konfużjoni fost l-operaturi u l-konsumaturi u li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta" konformità mad-daqsijiet minimi u għalhekk ir-regoli għandhom japplikaw ukoll għall-prodotti li joriġinaw mill-importazzjonijiet. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, kemm jista" jkun malajr, proposta biex jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/20001, sabiex id-daqsijiet bijoloġiċi jiġu armonizzati mad-daqsijiet kummerċjali.
____________________________________ 1Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22).
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 15
(15) Meta jaqbeż il-qabdiet inċidentali massimi, bastiment għandu jmur immedjatament f'żona oħra.
(15) Sabiex tiġi żgurata protezzjoni adegwata għar-riżorsi tal-baħar, jiġu protetti ż-żoni fejn jitrabba l-ħut jew iż-żoni sensittivi u jitnaqqas ir-rimi lura, għandhom jiġu imposti restrizzjonijiet fuq l-attività tas-sajd f'ċerti żoni u perjodi u fir-rigward ta" ċerti tagħmir u aċċessorji.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 17
(17) Fejn il-konservazzjoni tkun mhedda b'mod serju, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati sabiex jieħdu miżuri proviżorji xierqa, li jiġu implimentati fil-ħin reali.
(17) Fejn il-konservazzjoni tkun mhedda b'mod serju, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha proprja jew fuq it-talba ssostanzjata tal-Istati Membri, għandha tkun awtorizzata sabiex tieħu miżuri proviżorji xierqa, li jiġu implimentati fil-ħin reali.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 19
(19) Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament, fosthom dispożizzjonijiet speċifiċi għal kull żona koperta minn Kunsill Konsultattiv Reġjonali, għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implementazzjoni konferiti lill-Kummissjoni.
(19) Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implementazzjoni konferiti lill-Kummissjoni.
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 2 a (ġdid)
Artikolu 2a
Regolamenti reġjonali
Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 37 tat-Trattat, jadotta l-miżuri applikabbli speċifikament fir-reġjuni varji li jikkorrispondu għall-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali (RACs) varji.
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt b
(b) "irkaptu tat-tkarkir bit-travu" tfisser irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ li fih il-fetħa orizzontali tax-xibka tinżamm bi travu;
(b) "irkaptu tat-tkarkir bit-travu" tfisser irkaptu tat-tkarkir tal-qiegħ li fih il-fetħa orizzontali tax-xibka tinżamm bi travu, u fejn it-travu ikun kanna tonda tal-azzar miżmuma permezz ta' żewġ żrieżaq; il-kostruzzjoni tiġi rmunkata tul qiegħ il-baħar;
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt e
(e) "manka" tfisser l-aħħar 8 m ta" l-irkaptu rmunkat imkejla mil-lett meta d-daqs tal-malji jkun ta" 80 mm jew aktar, u tfisser l-aħħar 20 m ta" l-irkaptu rmunkat imkejla mil-lett meta d-daqs tal-malji jkun ta" inqas minn 80 mm;
(e) "manka" tfisser l-aħħar 6 m ta" l-irkaptu rmunkat imkejla mil-lett meta d-daqs tal-malji jkun ta" 80 mm jew aktar, u tfisser l-aħħar 20 m ta" l-irkaptu rmunkat imkejla mil-lett meta d-daqs tal-malji jkun ta" inqas minn 80 mm;
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.Fil-każ ta" pelaġiċi żgħar (sardin, inċova, sawrell u kavalli) għandha tinżamm il-possibilità li 10% tal-qabda jkunu magħmula minn ħut żgħir wisq.
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 5
Regola ta" xibka waħda
Kombinazzjonijiet ta" xbieki
Għandu jkun ipprojbit li jinżammu abbord, matul kwalunkwe vjaġġ tas-sajd, kwalunkwe kombinazzjoni ta" xbieki ta" aktar minn serje waħda ta" daqsijiet tal-malji.
1.Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jirregola l-każijiet fejn il-bastimenti jistgħu jġorru abbord kombinazzjoni waħda jew iktar ta" xbieki ta" aktar minn serje waħda ta" daqsijiet tal-malji waqt l-istess vjaġġ tas-sajd.
2.Dawn il-kriterji għandhom iqisu:
(a) id-distanza bejn il-port fejn isorġi l-bastiment ikkonċernat u ż-żona tas-sajd;
(b) il-livell ta" kemm is-sajda li qed tiġi pprattikata tinvolvi ħafna speċijiet ta' ħut u l-importanza ekonomika tal-ispeċijiet sekondarji meta mqabbla mal-ispeċijiet fil-mira;
(c) jekk kwalunkwe mill-operazzjonijiet tas-sajd waqt vjaġġ partikulari titwettaqx permezz ta" xibka b'malji li jkunu ta" daqs ikbar minn dawk previsti f'dan ir-Regolament.
3.Il-kontenut ta" dan l-Artikolu għandu jiġi rregolat fil-qafas stipulat fl-Artikolu 2a ta" dan ir-Regolament.
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a
(a) għal sajd bi rkaptu rmunkat b'malji ta" 80 mm jew akbar, man-naħa ta" barra tal-manka titwaħħal borża ta" rinforz. Id-daqs tal-malji tal-borża tar-rinforz għandu jkun mill-inqas id-doppju ta' dak tal-manka;
(a) man-naħa ta" barra tal-manka titwaħħal borża ta" rinforz. Id-daqs tal-malji tal-borża tar-rinforz għandu jkun mill-inqas id-doppju ta' dak tal-manka;
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b a (ġdid)
(ba) l-użu ta" boroż ta" rinforz man-naħa ta" barra tal-manka fuq bastimenti bil-liċenzja għal xbieki tat-tkarkir b'malji ta" 60 mm jew ikbar fiż-żoni VIII, IX u X tal-ICES;
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt d
(d) kwalunkwe rkaptu tat-tkarkir, b'malji ta' 80 mm jew akbar b'aktar minn 100 malja miftuħa u inqas minn 40 malja miftuħa fi kwalunkwe ċirkonferenza tal-manka, bl-esklużjoni tal-parti tat-twaħħil jew taċ-ċmusiet;
imħassar
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 4
4.B'deroga mill-paragrafi (2)(a), (3)(b), (3)(d) u (3)(e), id-daqs tal-malji ta" 80 mm għandu jiġi sostitwit b'60 mm għal sajd fiż-żoni ta' l-ICES VIII, IX u X.
imħassar
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2
2. Il-ħin ta" immersjoni għall-għeżula u l-pariti m'għandux jaqbeż it-48 siegħa.
2. Il-ħin ta" immersjoni għall-għeżula u l-pariti m'għandux jaqbeż l-24 siegħa.
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 3
3. Meta s-sajd isir permezz ta" l-għeżula u l-pariti, l-użu ta" aktar minn 50km ta" xbieki għandu jkun ipprojbit.
3. Meta s-sajd isir permezz ta" l-għeżula u l-pariti, l-użu ta" aktar minn 40 km ta" xbieki għandu jkun ipprojbit.
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1
1. B'deroga mill-Artikolu 8, għandu jkun permess li jintużaw għeżula b'malji ta' 120 mm jew akbar u anqas minn 150 mm, fit-Tramuntana ta" 48°N inkella b'malji ta' 100 mm jew aktar u inqas minn 130 mm fin-Nofsinhar ta" 48°N, f'ilmijiet ta' inqas minn 600 metru fond, bil-kundizzjoni li ma jkunux ta" aktar minn 100 malja fond, ikollhom proporzjon tad-dendil ta' mhux anqas minn 0.5, u jkunu armati b'sufruni jew oġġetti oħra li jżommuhom fil-wiċċ. Kull rimja għandha tkun ta' massimu 5 mili nawtiċi fit-tul, u t-tul totali tar-rimjiet kollha użati f'waqt wieħed m'għandux jaqbeż il-25 km għal kull bastiment. Il-ħin massimu ta" immersjoni għandu jkun ta' 24 siegħa.
1. B'deroga mill-Artikolu 8, għandu jkun permess li jintużaw għeżula b'malji ta' 120 mm jew akbar u anqas minn 150 mm, fit-Tramuntana ta" 48°N inkella b'malji ta' 100 mm jew aktar u inqas minn 130 mm fin-Nofsinhar ta" 48°N, f'ilmijiet ta' inqas minn 400 metru fond, bil-kundizzjoni li ma jkunux ta" aktar minn 100 malja fond, ikollhom proporzjon tad-dendil ta' mhux anqas minn 0.5, u jkunu armati b'sufruni jew oġġetti oħra li jżommuhom fil-wiċċ. Kull rimja għandha tkun ta' massimu 5 mili nawtiċi fit-tul, u t-tul totali tar-rimjiet kollha użati f'waqt wieħed m'għandux jaqbeż il-25 km għal kull bastiment. Il-ħin massimu ta" immersjoni għandu jkun ta' 24 siegħa, ħlief jekk il-kundizzjonijiet tat-temp jagħmlu l-irfigħ tax-xbiek impossibbli.
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2
2. B'deroga mill-Artikolu 8, għandu jkun permess li jintużaw għeżula b'malji ta" 250 mm jew aktar, f'ilmijiet ta' anqas minn 600 metru fond muri fuq il-mappa, bil-kundizzjoni li ma jkunux aktar minn 15-il malja fond, ikollhom proporzjon tad-dendil ta' mhux anqas minn 0.33, u ma jkunux armati b'sufruni jew oġġetti oħra li jżommuhom fil-wiċċ. Kull rimja għandha tkun ta' massimu 10 km fit-tul. It-tul totali tar-rimjiet kollha użati f'waqt wieħed m'għandux jaqbeż il-100 km għal kull bastiment. Il-ħin massimu ta" immersjoni għandu jkun ta' 72 siegħa.
2. B'deroga mill-Artikolu 8, għandu jkun permess li jintużaw għeżula b'malji ta" 250 mm jew aktar, f'ilmijiet ta' anqas minn 600 metru fond muri fuq il-mappa, bil-kundizzjoni li ma jkunux aktar minn 15-il malja fond, ikollhom proporzjon tad-dendil ta' mhux anqas minn 0.33, u ma jkunux armati b'sufruni jew oġġetti oħra li jżommuhom fil-wiċċ. Kull rimja għandha tkun ta' massimu 10 km fit-tul. It-tul totali tar-rimjiet kollha użati f'waqt wieħed m'għandux jaqbeż is-60 km għal kull bastiment. Il-ħin massimu ta" immersjoni għandu jkun ta' 72 siegħa.
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1
1. Meta l-kwantità ta" ħut żgħir wisq maqbud taqbeż l-10% tal-kwantità totali tal-qabdiet fi kwalunkwe refgħa, il-bastiment għandu jitbiegħed distanza ta" mill-inqas ħames mili nawtiċi minn kwalunkwe pożizzjoni tar-refgħa preċedenti qabel ikompli jistad.
1. Meta l-piż ta" ħut żgħir wisq maqbud, b'konformità mal-Anness I, jisboq l-10% tal-piż totali tal-qabdiet fi kwalunkwe refgħa, u din is-sitwazzjoni sseħħ f'serje ta" tliet refgħat konsekuttivi, il-bastiment għandu jitbiegħed distanza ta" mill-inqas ħames mili nawtiċi minn kwalunkwe pożizzjoni tar-refgħa preċedenti qabel ikompli jistad.
B'deroga mis-subparagrafu preċedenti, għas-sajd lokali u viċin l-art b'karatteristiċi partikulari minħabba kemm il-fond kif ukoll il-kompożizzjoni ta" qiegħ il-baħar u d-distanza mill-kosta, u suġġett għal rapport xjentifiku li jissostanzja dawk il-karatteristiċi, l-obbligu ta' tbegħid jista" jkun inqas minn ħames mili nawtiċi kemm-il darba jkun garantit li l-attività tas-sajd ma titwettaqx fuq konċentrazzjoni ta' frieħ.
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2
2. Jekk il-perċentwali minimi u/jew massimi ta" l-ispeċijiet fil-mira, minbarra l-ħut żgħir wisq ta" l-ispeċijiet fil-mira, li jistgħu jinqabdu bid-daqsijiet tal-malji permessi għal dik l-ispeċi u miżmuma abbord, fi kwalunkwe refgħa waħda ma jkunux qablu mal-perċentwali stipulati fir-regoli dettaljati adottati skond l-Artikolu 22, il-bastiment għandu jiċċaqlaq immedjatament għal minimu ta" 10 mili nawtiċi bogħod minn kwalunkwe pożizzjoni tar-refgħa ta" qabel u matul ir-refgħa li jmiss iżomm distanza minima ta" 10 mili nawtiċi minn kwalunkwe pożizzjoni tar-refgħa ta" qabel.
2. Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddetermina ż-żoni u l-perjodi ħielsa mis-sajd korrispondenti fil-qafas tal-Artikolu 2a ta" dan ir-Regolament.
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 12
Il-qbid, iż-żamma abbord, it-trażbord, il-ħżin, il-ħatt l-art, il-bejgħ, il-wiri jew it-tqegħid fis-suq ta' organiżmi tal-baħar maqbuda bl-użu ta' metodi li jinkorporaw l-użu ta' splussivi, veleni, sustanzi ta" stordiment, kurrenti elettriċi jew l-isparar ta" kwalunkwe projettili għandu jkun projbit.
Il-qbid, iż-żamma abbord, it-trażbord, il-ħżin, il-ħatt l-art, il-bejgħ, il-wiri jew it-tqegħid fis-suq ta' organiżmi tal-baħar maqbuda bl-użu ta' metodi li jinkorporaw l-użu ta' splussivi, veleni, sustanzi ta" stordiment, kurrenti elettriċi jew l-isparar ta" kwalunkwe projettili għandu jkun projbit, ħlief it-tkarkir bl-impuls elettriku.
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1
1. Meta l-konservazzjoni ta' ċerti speċijiet jew żoni tas-sajd tkun mhedda serjament, inkluż fejn tinsab konġestjoni kbira ta" frieħ tal-ħut, u fejn kwalunkwe dewmien jirriżulta fi ħsara li diffiċli li tissewwa, Stat Membru jista' jieħu miżuri xierqa ta' konservazzjoni mhux diskriminatorji f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ibħra taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tiegħu. L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li miżuri bħal dawn ma jiddiskriminawx kontra bastimenti tas-sajd minn Stati Membri oħra.
1. Meta l-konservazzjoni ta' ċerti speċijiet jew żoni tas-sajd tkun mhedda serjament, inkluż fejn tinsab konġestjoni kbira ta" frieħ tal-ħut, u fejn kwalunkwe dewmien jirriżulta fi ħsara li diffiċli li tissewwa, Stat Membru jista' jieħu miżuri xierqa ta' konservazzjoni mhux diskriminatorji f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ibħra taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tiegħu. L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li miżuri bħal dawn ma jiddiskriminawx kontra bastimenti tas-sajd minn Stati Membri oħra. Qabel ma jiġu implimentati miżuri bħal dawn, għandhom jiġu kkonsultati il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali xierqa u l-Kummissjoni.
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2
2. Meta kwalunkwe dewmien fit-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tar-rimi lura tirriżulta fi ħsara li jkun diffiċli li tissewwa, Stat Membru jista" jieħu miżuri xierqa ta' konservazzjoni mhux diskriminatorji, fir-rigward ta" l-ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tiegħu skond l-Artikolu 16.
2. Meta kwalunkwe dewmien fit-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tar-rimi lura ikun jirriżulta fi ħsara li jkun diffiċli li tissewwa, il-Kummissjoni fuq inizjattiva proprja jew fuq talba sostanzjata ta" Stat Membru tista" tieħu miżuri xierqa ta' konservazzjoni mhux diskriminatorji, fir-rigwardtal-ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru kkonċernat. Qabel ma jittieħdu miżuri bħal dawn, għandhom jiġu kkonsultati l-Kummissjoni u l-Kunsilli Konsultattiv Reġjonali xieraq.
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 21 a (ġdid)
Artikolu 21a
Regolamentazzjoni ġejjienija
Ir-regoli li jmexxu r-regolamentazzjoni tal-elementi li ġejjin tal-miżuri tekniċi għandhom ikunu adottati permezz ta" regolament tal-Kunsill:
(a) il-perċentwali minimi u massimi tal-ispeċijiet fil-mira fost ir-riżorsi akkwatiċi ħajjin miżmuma abbord;
(b) l-iskali ta' daqsijiet tal-malji ammissibbli għal kull speċi fil-mira;
(c) dispożizzjonijiet għat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tar-rimi lura u t-titjib tas-selettività tal-irkaptu tas-sajd;
(d) miżuri dwar ir-restrizzjoni tal-attivitajiet ta" sajd f'perjodi speċifiċi u/jew zoni speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2 fuq il-bażi tal-aqwa informazzjoni xjentifika disponibbli sabiex jiġu mħarsa l-għamajjar tal-baħar f'dawk iż-zoni.
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 22
Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Dawn ir-regoli għandhom jispeċifikaw b'mod partikolari:
Miżuri tekniċi oħrajn biex jiġi implimentat dan ir-Regolament sabiex jiġu mħarsa l-għamajjar tal-baħar jew ir-riżorsi tas-sajd għandhom ikunu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.
(a) il-perċentwali minimi u massimi ta" l-ispeċijiet fil-mira fost ir-riżorsi akkwatiċi ħajjin miżmuma abbord;
(b) l-iskali ta' daqsijiet tal-malji għal kull speċi fil-mira;
(c) dispożizzjonijiet għat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tar-rimi lura u t-titjib tas-selettività ta" l-irkaptu tas-sajd;
(d) miżuri dwar ir-restrizzjoni ta" l-attivitajiet ta" sajd f'perjodi speċifiċi u/jew żoni speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2 fuq il-bażi ta" l-aqwa informazzjoni xjentifika disponibbli sabiex jiġu mħarsa l-ħabitats tal-baħar f'dawk iż-żoni;
(e) miżuri tekniċi oħra għall-protezzjoni tal-ħabitats tal-baħar jew ir-riżorsi tas-sajd.
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.Id-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament għandu jipprevedi perjodu għall-aġġustament tal-flotot u għall-adozzjoni ta' regoli supplementari.
Politika Komuni dwar l-Immigrazzjoni għall-Ewropa
439k
140k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar Politika Komuni dwar l-Immigrazzjoni għall-Ewropa: Prinċipji, Azzjonijiet u Għodod (2008/2331(INI))
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ġunju 2008 intitolata "Politika Komuni dwar l-Immigrazzjoni għall-Ewropa: Prinċipji, azzjonijiet u strumenti" (COM(2008)0359),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Politika Komuni dwar l-Immigrazzjoni għall-Ewropa tas-26 ta' Novembru 2008(1),
– wara li kkunsidra l-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil, adottat mill-Kunsill Ewropew fit-15 u l-16 ta' Ottubru 2008(2),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta" Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta" ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment(3),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta" Lulju 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għall-ħolqien ta" Timijiet ta" Intervent Rapidu fil-Fruntieri(4),
– wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta" pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat (riformolata) (COM(2008)0820),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2008 intitolata 'Sena wara Liżbona: Il-partenarjat bejn l-Afrika u l-UE fl-azzjoni" (COM(2008)0617),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta" Frar 2008 intitolata "It-tħejjija tal-passi li jmiss fil-ġestjoni tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea' (COM(2008)0069);
– wara li kkunsidra d-Dokument ta" Ħidma tal-Kummissjoni bit-titolu "Il-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Pjan tal-UE dwar l-aħjar prattiċi, standards u proċeduri fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-prevenzjoni tiegħu" (COM(2008)0657),
– wara li kkunsidra l-Istrateġija Konġunta bejn l-Afrika u l-UE u l-Ewwel Pjan ta" Azzjoni (2008-2010) - l-Isħubija Strateġika – tagħha, miftiehem fis-Samit ta" bejn l-Afrika u l-UE li seħħ bejn it-8 u d-9 ta" Diċembru 2007 f'Liżbona(5),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta" Novembru 2006 bit-titolu ''L-Approċċ Globali dwar il-Migrazzjoni sena wara: Lejn politika Ewropea komprensiva dwar il-migrazzjoni'' (COM(2006)0735),
– wara li kkunsidra l-"Programm ta' the Hague dwar it-Tisħiħ tal-Libertà, tas-Sigurtà u tal-Ġustizzja fl-Unjoni Ewropea", adottat mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu tal-4 u l-5 ta' Novembru 2004,
– wara li kkunsidra l-Programm ta" Tampere adottat mill-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta" Ottubru 1999 li stabilixxa approċċ koerenti fil-qasam tal-imigrazzjoni u l-ażil,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta" Marzu 2009 dwar "Il-Futur tas-Sistema Komuni Ewropea tal-Ażil"(6),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tad-19 ta" Frar 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi għal dispożizzjonijiet kontra min iħaddem illegalment iċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi(7),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta" Frar 2009 dwar l-implimentazzjoni fl-Unjoni Ewropea tad-Direttiva 2003/9/KE dwar il-kundizzjonijiet biex jintlaqgħu r-refuġati u dawk li jitolbu ażil: żjarat tal-Kumitat għal-LIBE mill-2005 sal-2008(8),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta" Diċembru 2008 dwar l-evalwazzjoni u l-iżvilupp futur tal-Aġenzija FRONTEX u tas-Sistema Ewropea għas-Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR)(9),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-20 ta" Novembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-iskop ta' impjieg bi kwalifiki għoljin(10),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-20 ta" Novembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar proċedura unika ta" applikazzjoni għal permess uniku għaċ-ċittadini ta" pajjiżi terzi sabiex jgħixu u jaħdmu fit-territorju ta" Stat Membru kif ukoll dwar ġabra komuni ta" drittijiet għall-ħaddiema minn pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fi Stat Membru(11),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-2 ta' Settembru 2008 dwar l-evalwazzjoni tas-sistema ta" Dublin(12),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-23 ta" April 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/109/KE għall-estensjoni tal-kamp tal- applikazzjoni tagħha għall-benefiċjarji ta" protezzjoni internazzjonali(13),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta" Settembru 2007 dwar il-programm ta" azzjoni fuq il-Migrazzjoni Legali(14),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta" Settembru 2007 dwar il-prijoritajiet tal-politika fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi(15),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta" Lulju 2006 dwar strateġiji u mezzi għall-integrazzjoni ta" immigranti fl-Unjoni Ewropea(16),
– wara li kkunsidra t-Trattat ta' Amsterdam, li jagħti lill-Komunità setgħat u responsabilitajiet fl-oqsma tal-immigrazzjoni u tal-ażil, u l-Artikolu 63 tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0251/2009),
A. billi l-migrazzjoni lejn l-Ewropa ser tkun dejjem parti mir-realtà sakemm ikun hemm differenzi kunsiderevoli fil-ġid u l-kwalità tal-ħajja bejn l-Ewropa u reġjuni oħra tad-dinja,
B. billi huwa essenzjali li tintuża strateġija komuni dwar l-immigrazzjoni fl-UE, l-aktar f'żona komuni mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni, fejn l-azzjoni jew in-nuqqas ta" azzjoni ta" Stat Membru għandha impatt dirett fuq stati oħra u fuq l-UE kollha,
C. billi l-migrazzjoni mmaniġġjata b'mod dgħajjef tista" tisfratta l-koeżjoni soċjali tal-pajjiżi destinatarji u tista" tkun ukoll detrimentali għall-pajjiżi ta" oriġini kif ukoll għall-migranti stess,
D. billi l-migrazzjoni regolari tippreżenta opportunità li minnha jgawdu il-migranti, il-pajjiż ta" oriġini tagħhom (li jgawdu mill-flus li jibagħtu lejn arthom il-migranti) kif ukoll l-Istati Membri; billi, madankollu, il-progress fil-qasam tal-migrazzjoni regolari jrid jimxi id f'id ma" azzjoni effettiva biex tiġġieled l-immigrazzjoni irregolari, ifakkar b'mod partikolari li tali immigrazzjoni tinkoraġġixxi l-eżistenza ta" ċrieki kriminali tat-traffikar tal-bnedmin,
E. billi politika ġenwina komuni tal-migrazzjoni għall-Komunità għandha tkun ibbażata mhux biss fuq il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari iżda wkoll fuq il-koperazzjoni ma" pajjiżi terzi u ma" pajjiżi ta" tranżitu u fuq politika adegwata għall-integrazzjoni tal-migranti,
F. billi l-politiki ta" migrazzjoni Ewropej iridu jirrispettaw ir-regoli tal-liġi internazzjonali, l-aktar dawk dwar id-drittijiet tal-bniedem, id-dinjità tal-bniedem u d-dritt għall-ażil,
G. billi l-Unjoni Ewropea hija u għandha tkompli tkun ambjent li jilqa' lil dawk li jkunu ngħataw id-dritt li jibqgħu, sew jekk ikunu immigranti li jfittxu x-xogħol, membri tal-familja, studenti jew persuni li jkunu jeħtieġu protezzjoni internazzjonali,
H. billi l-migranti kellhom rwol essenzjali fl-iżvilupp tal-UE u tal-proġett Ewropew f'dawn l-aħħar għexieren ta" snin, u hu essenzjali li jiġu rikonoxxuti kemm l-importanza tagħhom u kemm il-fatt li l-Unjoni se tkompli jkollha bżonn ix-xogħol tal-migranti,
I. billi, skont il-Eurostat, l-avvanz fl-età tal-popolazzjoni tal-UE se tkun realtà fuq medda ta' żmien medju, it-tnaqqis ta" kważi 50 miljun tal-popolazzjoni attiva li hija prevista sal-2060; billi l-immigrazzjoni jista" jkollha l-irwol ta" katalista biex ittejjeb ir-riżultati ekonomiċi tal-UE,
J. billi l-aspetti tat-tkabbir u l-impjiegi tal-Istrateġija ta" Liżbona, jistgħu jkunu mfixkla min-nuqqas ta" ħaddiema, li jista' jwassal biex ma jinkisbux l-objettivi tagħha, u billi l-qgħad bħalissa qiegħed jiżdied; billi dan in-nuqqas jista" jiġi indirizzat fuq medda qasira ta' żmien permezz ta' amministrazzjoni adegwata u strutturata tal-immigrazzjoni ekonomika,
K. billi l-migranti ħafna drabi jkunu esposti għal impjieg f'xogħol każwali, impjiegi ta' kwalità baxxa, jew impjiegi ta' taħt il-livell tagħhom ta' kwalifiki,
L. billi l-UE għandha żżid ukoll l-isforzi tagħha sabiex tindirizza problemi ta" nuqqas ta" ħaddiema u ta" ħiliet internament, billi ddur għal setturi ta" persuni f'xogħol mhux adegwat għalihom, bħal nies b'diżabilitajiet u bi żvantaġġ edukattiv jew dawk ir-residenti li qed ifittxu l-ażil li ilhom qiegħda għal żmien twil,
M. billi n-numru ta' immigranti nisa qiegħed jiżdied b'mod kostanti fl-UE, u jkopri bejn wieħed u ieħor 54% tan-numru totali tal-immigranti,
N. billi l-parti l-kbira tal-immigranti nisa jsibu problemi sinifikanti biex jintegraw u biex ikollhom aċċess għas-suq tax-xogħol minħabba l-livell baxx ta' edukazzjoni tagħhom u l-isterjotipi u prattiki negattivi li nġiebu mill-pajjiżi ta' oriġini tagħhom, kif ukoll tal-isterjotipi negattivi u d-diskriminazzjoni li jeżistu fl-Istati Membri; billi, madankollu, ħafna nisa żgħażagħ b'livell għoli ta' edukazzjoni jaslu fl-UE biex jieħdu xogħlijiet li relattivament ma jirrikjedux kwalifiki,
Kunsiderazzjonijiet ġenerali
1. Jappoġġja bis-sħiħ it-twaqqif ta" politika komuni Ewropea għall-immigrazzjoni msejsa fuq livell għoli ta" solidarjetà politika u operazzjonali, fiduċja reċiproka, trasparenza, sħubija, responsabilità maqsuma u sforzi konġunti permezz ta" prinċipji komuni u azzjonijiet konkreti, kif ukoll il-valuri minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;
2. Itenni li l-immaniġġjar tal-flussi ta" migrazzjoni għandu jkun ibbażat fuq approċċ koordinat waqt li titqies is-sitwazzjoni demografika u ekonomika tal-UE u tal-Istati Membri tagħha;
3. Jikkunsidra li l-iżvilupp ta" politika komuni dwar l-immigrazzjoni jista" jibbenefika sostanzjalment minn konsultazzoni ikbar u regolari ma" rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, bħalma huma organizzazjonijiet li jaħdmu għall-komunitajiet tal-migranti jew li jaħdmu magħhom;
4. Jiddispjaċih li, sa issa, sar ftit wisq biex tiġi stabbilita politika komuni tal-immigrazzjoni legali u jilqa" b'sodisfazzjon l-istrumenti leġiżlattivi ġodda adottati fi ħdan il-qafas tal-politika komuni Ewropea għall-immigrazzjoni legali;
5. Jenfasizza li politika Ewropea komuni dwar l-immigrazzjoni li tkun koerenti u bbilanċjata żżid fil-kredibilità tal-UE fir-relazzjonijiet tagħha ma" pajjiżi terzi;
6. Itenni li l-immaniġġjar effettiv tal-migrazzjoni jeħtieġ l-involviment tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u sħubija u koperazzjoni ġenwina mal-pajjiżi terzi ta" oriġini u ta" tranżitu, li spiss jieħdu l-impressjoni li xi deċiżjonijiet jiġu imposti fuqhom b'mod unilaterali; jenfasizza li tali koperazzjoni tista" tinkiseb biss meta l-pajjiż terz jirrispetta l-liġijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni, u jkun firmatarju tal-Konvenzjoni ta" Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati tal-1951;
7. Iqis li l-immigrazzjoni lejn l-UE mhix is-soluzzjoni biex jingħelbu l-isfidi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u li politika komuni dwar l-immigrazzjoni għandha topera id f'id ma" politika effettiva għall-iżvlupp tal-pajjiżi tal-oriġini;
8. Jilqa" b'sodisfazzjon l-adozzjoni ta" Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil imsemmi hawn fuq u l-azzjonijiet, għodod u proposti mressqa mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha msemmija hawn fuq dwar Politika Komuni Ewropea dwar l-Immigrazzjoni: Prinċipji, Azzjonijiet u Għodod; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex mingħajr dewmien jimxu għall-fażi ta" implimentazzjoni ta" dawn l-impenji;
9. Jilqa" b'sodisfazzjon l-implikazzjonijiet istituzzjonali tat-Trattat ta" Liżbona, b'mod partikulari l-estensjoni ta" kodeċiżjoni u l-votazzjoni b'maġġoranza kkwalifikata għall-politiki kollha tal-immigrazzjoni, il-kjarifika tal-kompetenza tal-UE dwar il-viżi u l-kontrolli fuq il-fruntieri, l-estensjoni tal-kompetenza tal-UE dwar l-ażil, kif ukoll dwar l-immigrazzjoni legali u irregolari;
10. Iqis li politika komuni għall-immigrazzjoni teħtieġ ukoll it-twaqqif ta" politika komuni għall-ażil u jfakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq dwar il-ġejjieni ta" Sistema Komuni Ewropea għall-Ażil (CEAS) u l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament li jistabbilixxi Uffiċċju ta" Appoġġ Ewropew fil-qasam tal-Ażil;
Prosperità u Immigrazzjoni Migrazzjoni Legali
11. Jikkunsidra li l-migrazzjoni legali tibqa" meħtieġa sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet demografiċi, il-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol u l-ħtiġijiet ta" kompetenzi tal-Ewropa minħabba l-effett li għandhom fuq l-ekonomija t-tnaqqis demografiku u l-fatt li l-popolazzjoni tixjieħ; hija tikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp ta" pajjiżi terzi permezz taċ-ċiklu ta" skambju ta" għarfien u know how u permezz tat-trasferiment tal-flus li jintbagħtu lura lejn art l-immigranti; jitlob għall-implimentazzjoni ta" sistemi sikuri li jiffaċilitaw dawn it-trasferimenti finanzjarji lejn pajjiżi terzi;
12. Iqis li l-migrazzjoni regolari għandha tkun l-alternattiva għall-immigrazzjoni irregolari peress li din toffri dħul legali, sikur u organizzat għall-Unjoni Ewropea;
13. Ifakkar li l-projezzjonijiet ippreżentati mill-Kummissjoni jistmaw il-ħtieġa ta" 60 miljun ħaddiem migrant sal-2050 u dan jeħtieġ il-ftuħ ta" kanali għall-migrazzjoni legali;
14. Jenfasizza l-ħtieġa ta" evalwazzjoni komprensiva tal-ħtiġijiet ta" kompetenzi u tal-ħtiġijiet tas-suq tal-UE; iqis, madankollu, li kull Stat Membru għandu jibqagħlu l-kontroll fuq in-numru ta" persuni meħtieġa għall-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol tiegħu u jqis il-prinċipju ta" Preferenza Komunitarja sakemm il-miżuri tranżitorji japplikaw;
15. Jappoġġja l-iżilupp ta" "Profili tal-Immigrazzjoni" nazzjonali bl-iskop li jagħti stampa integrata tas-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni fi ħdan kull Stat Membru f'kull ħin, u l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol għandhom ikunu l-aspett ċentrali ta" dawn il-profili;
16. Itenni l-ħtieġa li l-UE ssir aktar attraenti għall-ħaddiema bi kwalifiki għolja, anki permezz tad-disponibilità ta" informazzjoni dwar id-destinazzjoni u s-swieq tax-xogħol ospitanti, filwaqt li jitqiesu l-implikazzjonijiet li dan jista" jkollu fuq it-tluq tal-aħjar imħuħ mill-pajjiżi ta" oriġini; iqis li t-telf tal-aħjar imħuħ jista" jittaffa permezz ta" migrazzjoni temporanja jew ċirkolari, billi jiġi pprovdut taħriġ fil-pajjiżi ta" oriġini sabiex jiġu ppreservati postijiet tax-xogħol f'setturi ewlenin, b'mod partikolari l-edukazzjoni u s-saħħa, u billi jiġu ffirmati ftehimiet ta" koperazzjoni mal-pajjiżi ta" oriġini;jitlob lill-Istati Membri biex ma jagħmlux reklutaġġ attiv tal-persunal f'pajjiżi li qed jiżviluppaw li jsofru min-nuqqas ta" riżorsi umani fis-setturi fundamentali bħal dak tas-saħħa u l-edukazzjoni;
17. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw mekkaniżmi, linji gwida u strumenti oħra li jiffaċilitaw il-migrazzjoni ċirkolari u temporanja kif ukoll miżuri, b'koperazzjoni mal-pajjiżi ta" oriġini, biex jikkumpensaw għat-telfien tar-riżorsi umani, filwaqt li joffru appoġġ konkret għat-taħriġ ta" professjonisti f'setturi fundamentali li jonqsu minħabba dan it-telf ta" kapaċitajiet;
18. Jilqa" b'sodisfazzjon l-approċċ imniedi mid-dokument dwar il-"karta blu" għal Politika Komuni għall-Immigrazzjoni legali, iżda jitlob lill-Istati Membri biex jersqu iktar lejn regoli komuni għal politika tal-immigrazzjoni li ma tillimitax ruħha għal ħaddiema b'ħiliet speċjalizzati biss;
19. Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għall-adozzjoni tal-karta blu dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta" ċittadini ta" pajjiżi terzi għall-finijiet ta" impjieg bi kwalifiki għolja u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippreżenta inizjattivi għall-kategoriji oħra tal-impjieg kemm jista" jkun malajr, anki bil-għan li ssir reazzjoni kontra l-immigrazzjoni irregolari u l-isfruttament tal-immigranti mhux reġistrati;
20. Jitlob għal miżuri ġodda biex jiffaċilitaw aktar l-akkoljenza ta" studenti u riċerkaturi u l-moviment tagħhom fl-UE;
21. Jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza tar-rikonoxximent tal-kompetenzi tal-immigranti, b'mod partikolari billi tingħata attenzjoni partikulari għall-kwalifiki formali, mhux formali u informali miksuba fil-pajjiż ta" oriġini tagħhom; iqis li dan ir-rikonoxximent se jeħodha kontra l-ħela tal-ħiliet li ta' sikwit qed jidher fost l-immigranti, primarjament in-nisa, li jispiċċaw f'impjiegi li għalihom huma kkwalifikati żżejjed;
22. Jitlob lill-Kummissjoni biex tqis, fid-dokumenti futuri dwar is-suġġett, il-kwistjoni tar-rikonoxximent tal-kompetenzi, kif ukoll l-inċentiv għat-tagħlim tul il-ħajja, filwaqt li tiżgura wkoll li l-Istati Membri jipprovdu lill-immigranti b'opportunitajiet biex jitgħallmu l-lingwa tal-pajjiż biex tkun żgurata l-integrazzjoni soċjali, professjonali u kulturali tagħhom fl-Unjoni Ewropea u jagħtuhom kompetenza aħjar sabiex jgħinu fl-iżvilupp tat-tfal tagħhom; jitlob ukoll lill-Kummissjoni biex tagħmel użu mir-riżultati tad-deliberazzjonijiet dwar l-edukazzjoni lingwistika ta" tfal immigranti u t-tagħlim fl-Istat Membru ta' residenza tal-lingwa u l-kultura tal-pajjiż ta" oriġini u jitlob li l-qafas li se jkun propost jirrispetta l-prinċipji ta" sussidjarjetà u proporzjonalità;
23. Jirrijafferma li n-netwerk EURES huwa wieħed mill-istrumenti adegwati biex ilaqqa" l-provvista u d-domanda tas-suq tax-xogħol b'mod trasparenti, responsabbli u effiċjenti; għaldaqstant jirrakkomanda l-firxa tal-kunċett tan-netwerk EURES sabiex jiffaċilita l-kuntatt bejn l-Ewropej li jimpjegaw li jfittxu ħaddiema bi kwalifiki preċiżi u kandidati għall-impjieg li ġejjin minn pajjiżi terzi; jipproponi li Ċentri Speċjali (li jeżistu jew li jridu jitwaqqfu) jew ir-rappreżentazzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi terzi jintużaw bħala pjattaforma ta" dan it-tixrid tan-netwerk EURES, u li tkun żgurata l-kontinwità u t-tixrid tiegħu fir-rigward tal-istrumenti u tal-appoġġ għal min jaħdem għal rasu jew għall-użu tal-mikrokreditu; jenfasizza li l-bżonn tal-Ewropa għal ħaddiema speċjalizzati m'għandux iwassal għat-telf tal-aħjar imħuħ ("brain drain") ta" pajjiżi terzi, b'konsegwenza ta" danni lill-ekonomiji emerġenti u lill-infrastruttura soċjali tagħhom;
24. Huwa tal-opinjoni li immigranti mill-hekk imsejħa pajjiżi terzi għandhom ikunu mogħtija d-dritt għal mobiltà fl-UE, sabiex – bħala residenti legali fi Stat Membru – ikunu jistgħu jaħdmu bħala ħaddiema li jaħdmu bejn il-fruntieri fi Stat Membru ieħor mingħajr ma jkunu meħtieġa li japplikaw għal permess tax-xogħol, u li dawn l-immigranti għandhom ikunu mogħtija moviment ħieles u totali bħala ħaddiema wara perjodu ta" ħames snin ta" residenza legali fi Stat Membru;
25. Jenfasizza l-importanza tal-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali, li għandhom responsabilità partikolari għat-taħriġ, u l-awtoritajiet nazzjonali u Ewropej fil-qasam tal-amministrazzjoni tal-ħtiġiet tas-suq tax-xogħol, b'konformità mal-prinċipju tal-preferenza tal-Komunità; jenfasizza li koperazzjoni bħal din hija fundamentali għall-implimentazzjoni effettiva ta" politika dwar l-immigrazzjoni li tista" ttaffi n-nuqqas tal-ħaddiema li nstab f'ċerti setturi u fl-Istati Membri, u għall-integrazzjoni effiċjenti u adegwata tal-immigranti;
26. Jistieden lill-Kummissjoni tpoġġi għad-dispożizzjoni fil-pajjiżi ta" oriġini tagħrif dwar il-possibiliatjiet tal-migrazzjoni legali kif ukoll dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-migranti ġaladarba jkunu waslu fl-UE;
27. Jitlob lill-Istati Membri biex jużaw b'mod sodisfaċenti l-mekkaniżmi ta" finanzjament tal-Komunità li jirrigwardaw il-politika tal-immigrazzjoni sabiex joħolqu iktar impjiegi u impjiegi aħjar għall-immigranti;
Integrazzjoni
28. Jenfasizza li l-integrazzjoni tkattar id-diversità kulturali fl-UE u għandha tkun ibbażata fuq l-inklużjoni soċjali, l-anti-diskriminazzjoni u l-opprtunitajiet ugwali, bil-possibilità ta' aċċess għas-saħħa, l-edukazzjoni, it-taħriġ fil-lingwa u l-impjieg; iqis li l-politiki ta" integrazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq programmi innovattivi u jirrikonoxxi s-sehem ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-għaqdiet tal-ħaddiema, l-organizzazzjonijiet tal-immigranti, il-federazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet professjonali fl-integrazzjoni tal-immigranti;
29. Jappoġġja l-isforzi ta" integrazzjoni magħmula mill-Istati Membri, kif ukoll mill-migranti regolari u dawk li jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali, filwaqt li jitqiesu l-identità u l-valuri tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għall-istat tad-dritt, għad-demokrazija, għat-tolleranza u għall-ugwaljanza, għal-libertà ta'opinjoni u l-iskola obbligatorja għat-tfal; ifakkar li l-integrazzjoni hija proċess minn żewġ naħat li jinvolvi aġġustamenti kemm min-naħa tal-immigranti kif ukoll mill-popolazzjoni ospitanti kif stabbilit mill-prinċipji bażiċi komuni (CBPs) adottati mill-Kunsill, u tista" tibbenefika mill-iskambju tal-aħjar prattiki; jagħraf li l-integrazzjoni hija aktar diffiċli li tintlaħaq fl-Istati Membri li qed iħabbtu wiċċhom ma" pressjonijiet sostanzjali ta" migrazzjoni minħabba s-sitwazzjoni ġeografika partikolari tagħhom, iżda li m'għandhomx, madankollu, jiġi abbandunati bħala għan; jistieden lil Stati Membri oħra jikkontribwixxu biex jittaffew pressjonijiet bħal dawn fi spirtu ta" solidarjetà, billi tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tal-benefiċjarji ta" protezzjoni internazzjonali li huma fi ħdan l-Istati Membri tal-UE, b'mod parallel mal-promozzjoni tal-migrazzjoni legali;
30. Jenfasizza li proċess tajjeb ta" integrazzjoni huwa l-aqwa għodda biex jelimina n-nuqqas ta" fiduċja u s-suspett bejn iċ-ċittadini nattivi u l-migranti u huwa fundamentali biex jitneħħew l-ideat u l-azzjonijiet ksenofobiċi kollha;
31. Jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta" mekkaniżmi ta" tagħlim reċiproku u l-iskambju tal-aqwa prattiki bejn l-Istati Membri sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-pajjiżi ospitanti li jimmaniġġjaw id-diversità li dejjem qed tikber u anke sistema ta" indikaturi komuni u kapaċità statistika adattata biex tiġi użata mill-Istati Membri biex jevalwaw ir-riżultati tal-politika dwar l-immigrazzjoni;
32. Ifakkar li l-parteċipazzjoni politika u ċivika tal-migranti għandha tkun imtejba bħala parti mill-proċess tal-integrazzjoni, notament billi tiżdied il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni politika u ċivika, u l-parteċipazzjoni u rappreżentazzjoni tal-immigranti fl-oqsma kollha tat-tmexxija, soċjeta ċivili u t-teħid ta' deċiżjonijiet u ta' tfassil tal-politika;
33. Jilqa" b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li tissaħħaħ il-koerenza tal-politiki ta" integrazzjoni bl-implimentazzjoni tal-Forum Ewropew ta" Integrazzjoni li għandu l-parteċipzzjoni u l-involviment tal-organizzazzjonijiet soċjali u tal-assoċjazzjonijiet tal-immigranti u li għandu bħala għan l-iskambju tal-esperjenzi u t-tfassil ta" rakkomandazzjonijiet; jitlob lill-Istati Membri biex jikkoordinaw l-isforzi tagħhom fl-integrazzjoni bl-iskambju tal-aqwa prattiki li jinsabu fil-pjanijiet nazzjonali ta" integrazzjoni tagħhom;
34. Jitlob lill-Kummissjoni tagħti appoġġ finanzjarju li jkun xieraq skont l-integrazzjoni strutturali u kulturali tal-immigranti ukoll permezz ta" programmi tal-Unjoni Ewropea, pereżempju t-"Tagħlim Tul il-ħajja", iċ-"Ċittadini għall-Ewropa", iż-"Żgħażagħ Attivi" u l-"Kultura 2007-2013"; jinnota li bosta drabi l-għalliema qajla huma mħejjija għal għadd kbir ta' tfal immigranti fil-klassijiet u jitlob li jkun hemm taħriġ aħjar għall-għalliema u sostenn finanzjarju xieraq;
35. Jinnota li l-programmi skolastiċi u ta" tagħlim tul il-ħajja għandhom rwol essenzjali fil-proċess ta" integrazzjoni fl-iżvilupp tal-ħiliet, b'mod partikulari dawk lingwistiċi; iqis ukoll li l-parteċipazzjoni mingħajr xkiel f'dawn il-programmi ta" taħriġ u ta" tagħlim tul il-ħajja għandhom ikunu jedd u opportunità għall-immigranti li jkunu għadhom kemm waslu;
36. Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex ikomplu jippromovu politiki kontra d-diskriminazzjoni, inkluż dawk implimentati mill-awtoritajiet pubbliċi;
37. Jistieden lill-Istati Membri jirrispettaw u jappoġġjaw id-direttivi relevanti: id-Direttivi tal-Kunsill 2000/78/KE(17), 2000/43/KE(18) u 2004/113/KE(19), fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni;
38. Jistieden lill-Istati Membri biex jirratifikaw il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Immigranti Kollha u tal-Membri tal-Familja Tagħhom adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-18 ta" Diċembru 1990(20);
39. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiġbor data relatata mas-sessi rigward l-immigrazzjoni fl-UE, u sabiex tħejji għall-analiżi ta' din id-data mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza Bejn is-Sessi sabiex jiġu enfasizzati aktar il-ħtiġijiet u l-problemi partikolari tal-immigranti nisa u l-miżuri l-aktar xierqa biex dawn jiġu integrati fis-soċjetajiet tal-pajjiżi li qed jospitawhom;
40. Jistieden l-Istati Membri biex iqisu b'mod korrett, fid-definizzjoni tal-politiki tagħhom dwar l-integrazzjoni, id-dimensjoni tas-sessi u dwar is-sitwazzjoni speċifika u l-bżonnijiet tan-nisa migranti;
41. Jitlob lill-Istati Membri biex jiggarantixxu r-rispett għad-drittijiet fundamentali tan-nisa immigranti, irrispettivament minn jekk ikollhomx status legali;
42. Jitlob lill-Istati Membri biex jappoġġjaw kampanji ta' informazzjoni mmirati lejn nisa migranti, maħsubin biex jinformawhom dwar id-drittijiet tagħhom, il-possibilitajiet għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-lingwi, it-taħriġ professjonali u l-aċċess għall-impjiegi, u biex jipprevjenu ż-żwiġijiet irranġati, il-mutilazzjoni ġenitali femminili u forom oħra ta' sfurzar mentali jew fiżiku;
Sigurtà u Immigrazzjoni Immaniġġjar Integrat tal-Fruntieri
43. Jenfasizza l-bżonn ta" pjan komprensiv (master plan) li jistabbilixxi l-objettivi ġenerali u l-arkitettura tal-istrateġija għall-immaniġġjar tal-fruntieri tal-UE, inklużi d-dettalji li juru kif il-programmi u l-iskemi kollha relatati f'dan il-qasam jistgħu jiġu ottimizzati aħjar; huwa tal-fehma li, meta titqies l-arkitettura tal-istrateġija għall-immaniġġjar tal-fruntieri tal-UE, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-ewwel l-effikaċja tas-sistemi tal-ġestjoni tal-fruntieri tal-Istati Membri li diġà jeżistu, sabiex jinkisbu s-sinerġiji ottimali bejniethom u biex tipprovdi aktar informazzjoni dwar l-effettività tas-sistemi ġodda proposti meta mqabbla mal-ispiża: Dħul/Ħruġ, Sistema ta" Awtorizzazzjoni Elettronika tal-Ivvjaġġjar, Kontroll Awtomatizzat tal-Fruntieri u Programm tal-Vjaġġatur Reġistrat, fi ħdan il-qafas tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri tal-UE;
44. Jenfasizza li l-immaniġġjar integrat tal-fruntieri jeħtieġ li jilħaq bilanċ tajjeb bejn l-assigurazzjoni tal-moviment ħieles tul il-fruntieri ta" numru ta" nies li dejjem jiżdied u l-assigurazzjoni ta" sigurtà ikbar għaċ-ċittadini tal-UE; ma jiċhadx li l-użu tad-dejta joffri vantaġġi ċari; fl-istess ħin, huwa tal-opinjoni li l-fiduċja pubblika fl-azzjoni tal-gvern tista" tinżamm biss jekk jiġu pprovduti ħarsien suffiċjenti tal-protezzjoni tad-dejta, superviżjoni u mekaniżmi ta" rimedju;
45. Jitlob għal evalwazzjoni tal-vijabilità ta" approċċ integrat b'erba" livelli, fejn il-kontrolli jistgħu jsiru b'mod sistematiku f'kull stadju li fih l-immigranti jkunu qed jivvjaġġjaw fl-Unjoni;
46. Jenfasizza l-fatt li l-istrateġija tal-fruntieri tal-UE għandha tkun kumplimentata wkoll b'miżuri konkreti mmirati għat-tisħiħ tal-fruntieri tal-pajjiżi terzi fi ħdan il-qafas tas-Sħubija Afrika-UE u l-Politika Ewropea tal-Viċinat (Is-Sħubija tal-Lvant, EUROMED);
47. Jitlob sabiex il-viżi ta" Schengen nazzjonali attwali jinbidlu b'viżi ta" Schengen Ewropej li jkunu uniformi, sabiex jitħalla li jkun hemm trattament ugwali ta" dawk kollha li japplikaw għall-viża; jixtieq li jiġi infurmat dwar l-iskeda preċiża u d-dettalji kemm tal-istudju dwar il-politika kif ukoll l-istudju tekniku tal-Kummissjoni li se janalizza l-vijabilità, l-implikazzjonijiet prattiki u l-impatt ta" sistema li tirrikjedi li ċittadini ta" pajjiżi terzi jiksbu awtorizzazzjoni elettronika għas-safar qabel ma jsiefru lejn territorju tal-UE (Sistema ta" Awtorizzazzjoni Elettronika tal-Ivvjaġġjar, ESTA); jappella għat-titjib tal-koperazzjoni bejn il-konsulati tal-Istati Membri u servizzi konsulari konġunti għall-viżi jiġu stabbiliti gradwalment;
48. Jitlob lill-Kunsill biex jadotta mekkaniżmi bbażati fuq s-solidarjetà bejn l-Istati Membri b'tali mod li jiġu allokati l-obbligi li ġejjin mill-kontroll tal-fruntieri u biex jikkoordina l-politiki nazzjonali tal-istess Stati Membri;
Migrazzjoni irregolari
49. Jikkunsidra l-ġlieda effikaċi kontra l-immigrazzjoni irregolari bħala parti kruċjali mill-politika komprensiva tal-UE dwar il-migrazzjoni, u għaldaqstant jiddispjaċih li t-teħid effettiv tad-deċiżjonijiet f'dan il-qasam huwa limitat minħabba l-kapaċità insuffiċjenti tal-Istati Membri li jaħdmu tassew flimkien fl-interessi reċiproċi tagħhom;
50. Jesprimi x-xokk tiegħu dwar it-traġedja umana li hija kkawżata mir-rotot illegali migratorji bil-baħar, l-aktar fil-fruntieri tal-baħar tan-nofsinhar tal-Unjoni, li jsegwu dawk li jitilqu mix-xtut Afrikani u jwettqu qasma perikoluża bil-baħar lejn l-Ewropa; jappella bil-qawwa għal azzjoni urġenti sabiex tintemm darba għal dejjem din it-traġedja umana u biex jissaħħu d-djalogu u l-koperazzjoni mal-pajjiżi ta" oriġini;
51. Ifakkar li l-immigrazzjoni irregolari ħafna drabi hija organizzata minn netwerks kriminali, li s'issa wrew li kienu aktar effettivi mill-azzjoni komuni Ewropea; jinsab konvint li tali netwerks huma responsabbli għall-mewt ta' mijiet ta' persuni li jitilfu ħajjithom fil-baħar kull sena; ifakkar li l-Istati Membri, f'konformità mal-obbligazzjonijiet internazzjonali, għandhom responsabilità komuni fis-salvataġġ tal-ħajjiet fil-baħar; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jirdoppjaw l-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar tal-bnedmin u l-kontrabandu li jseħħu f'partijiet varji tal-UE, u b'mod partikolari biex jippruvaw iżarmaw in-netwerks, billi jitrattaw mhux biss il-kuntrabandisti tal-bnedmini, li mhumiex għajr il-pern viżibbli, iżda għal dawk li, fil-quċċata tal-iskala, jagħmlu l-aktar profitt minn dawn l-attivitajiet kriminali;
52. Jitlob lill-Kummissjoni tintensifika l-programmi ta" kuxjenza f'pajjiżi ta" tranżitu u ta" oriġini dwar il-perikli tal-immigrazzjoni irregolari;
53. Jilqa" b'sodisfazzjon l-adozzjoni tad-Direttiva l-ġdida dwar is-sanzjonijiet kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali u jqis li din hi għodda effettiva li tikkontrolla l-isfruttament ta" ħaddiema migranti u li tnaqqas l-attrazzjoni ta" wieħed mill-fatturi ewlenin li jimmotiva l-immigrazzjoni irregolari;
54. Iħeġġeġ l-Istati Membri biex ma jdewmux it-traspożizzjoni tad-Direttiva l-ġdida li tipprevedi sanzjonijiet għal min iħaddem lill-immigranti li jinsabu f'sitwazzjoni illegali;
55. Jemmen li huwa essenzjali li jiġu msaħħa l-mezzi ta" djalogu mal-pajjiżi ta" oriġini u li jiġu stabbiliti ftehimiet dwar il-koperazzjoni ma" dawn il-pajjiżi, bil-għan li l-fenomenu inuman u katastrofiku tal-migrazzjoni irregolari jiġi eliminat;
56. Iqis li minkejja ż-żidiet kontinwi fil-mezzi finanzjarji li dwarhom insista l-Parlament, l-Aġenzija Ewropea għall-Immaniġġjar tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX) għadha mhix kapaċi tipprovdi koordinazzjoni suffiċjenti tal-isforzi għall-kontroll fuq il-fruntieri esterni tal-Unjoni, minħabba l-mandat limitat tagħha u minħabba nuqqas ta" sforz fl-involviment ta" pajjiżi terzi speċjalment fejn jikkonċerna operazzjonijiet marittimi;
57. Jilqa" b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni għal proposta biex issir reviżjoni tal-mandat tal-FRONTEX u jqis li hemm ħtieġa urġenti li din tissaħħaħ, l-aktar billi tiżdied il-kapaċità ta" koordinazzjoni tagħha u l-kapaċità tagħha li tikkoordina missjonijiet permanenti f'żoni li jħabbtu wiċċhom ma" pressjonijiet migratorji kbar fuq talba tal-Istati Membri kkonċernati u l-kapaċità tagħha li tinvolvi pajjiżi terzi; jemmen li għandu jkun hemm enfażi fuq iż-żieda tal-analiżi ta" riskju tal-FRONTEX u l-kapaċità ta" ġbir ta" informazzjoni;
58. Iqis li, sabiex tissodisfa l-mandat tagħha b'mod effikaċi, il-FRONTEX teħtieġ riżorsi adegwati, u mhux biss finanzjarji, u jħajjar l-użu ta" teknoloġiji ġodda għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari, lill-Istati Membri sabiex jaqsmu aktar il-mezzi tekniċi, u lill-Kummissjoni biex tressaq proposti leġiżlattivi sabiex tistabbilixxi solidarjetà obligatorja għall-Inventarju Ċentralizzat tat-Tagħmir Tekniku Disponibbli (CRATE) fuq l-istess bażi ta" dak maħsub għat-Timijiet ta" Intervent Rapidu fil-Fruntieri (RABITs);
59. Jistieden lill-FRONTEX u lill-Kummissjoni sabiex iwettqu studju, li jkun jinkludi stimi, dwar il-possibilità li l-FRONTEX ikollha t-tagħmir tagħha u dwar ir-rekwiżiti għall-possibilità li l-FRONTEX minn operazzjonijiet fil-baħar issir gwardja tax-xtut tal-UE mingħajr ma jitnaqqar il-kontroll tal-Istati Membri fuq il-fruntieri tagħhom;
60. Iqis li l-FRONTEX tista" tkun biss effettiva bis-sħiħ jekk jiżdiedu l-isforzi dwar l-azzjonijiet kumplimentari, bħall-ammissjoni mill-ġdid u l-koperazzjoni ma" pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja lill-FRONTEX f'dan ir-rigward;
61. jjappoġġja l-ħolqien ta" uffiċċji speċjalizzati tal-FRONTEX biex dawn iqisu u jevalwaw aħjar is-sitwazzjonijiet speċifiċi fil-fruntieri ta" sensittività partikulari, speċjalment għall-fruntieri tal-art fil-Lvant u fruntieri tal-baħar fin-Nofsinhar;
62. Jinnota li differenzi fl-interpretazzjoni ta" termini legali, fl-interpretazzjoni tal-liġijiet internazzjonali tal-baħar u differenzi fil-leġiżlazzjoni u fil-proċeduri nazzjonali, kollha kemm huma fixklu l-operazzjonijiet tal-FRONTEX; jitlob li jsiru studji komprensivi biex jinstab approċċ komuni u jiġu solvuti d-differenzi konfliġġenti bejn il-leġiżlazzjonijiet u l-proċeduri nazzjonali;
63. Jitlob għal aktar koperazzjoni u koperazzjoni kostanti bejn il-FRONTEX u l-korpi u l-aġenziji nazzjonali;
64. Jitlob għal aktar żviluppi tal-kunċett ta" EUROSUR kif ukoll billi tiġi mtejba l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri;
65. Jinnota li s-sajjieda, il-bastimenti privati u l-ħaddiema privati ta" fuq il-baħar ħafna drabi jħabbtu wiċċhom ma" immigranti illegali quddiem il-forzi navali tal-pajjiż; jenfasizza l-bżonn li tali partijiet jiġu infurmati b'mod aktar ċar dwar l-obbligi tagħhom fir rigward tal-liġi internazzjonali biex jiġu megħjuna l-immigranti meta jkunu fil-periklu u jitlob għal mekkaniżmu ta" kumpens għall-ħin ta" xogħol mitluf minħabba l-operazzjonijiet ta" salvataġġ;
66. Jenfasizza l-fatt li hemm ħtieġa ċara għal statistika affidabbli sabiex jiġu stabbiliti għodod konkreti għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari fil-livell ta" UE u jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu l-miżuri meħtieġa biex tipprovdi dik l-istatistika;
Ritorn
67. Iqis li l-migranti li mhumiex intitolati għal protezzjoni internazzjoanli jew li qed joqogħdu b'mod irregolari fit-territorju tal-Istati Membri jeħtieġ li jħallu t-territorju tal-Unjoni Ewropea; jinnota, f'dan ir-rigward, l-adozzjoni ta" Direttiva għar-Ritorn u jitlob sabiex l-Istati Membri, fil-qafas tat-traspożizzjoni tagħha, jiżguraw li jżommu d-dispożizzjonijiet l-aktar vantaġġużi diġà previsti fil-liġi nazzjonali tagħhom; jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li r-ritorn jitwettaq b'rispett tal-liġi u d-dinjità tal-persuni involuti, filwaqt li tingħata preferenza għar-ritorn volontarju;
68. Jitlob li tiġi mwaqqfa sistema ta" Servizzi ta" Pariri dwar ir-Ritorn f'ċentri ta' akkomodazzjoni magħluqin u miftħin, li jservu ta" punt ta" kuntatt għall-persuni li għandhom ix-xewqa jitgħallmu aktar dwar l-assistenza għar-ritorn;
69. Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi monitoraġġ u appoġġ għall-mekkaniżmi ta" integrazzjoni soċjali u professjonali mill-ġdid fil-pajjiżi ta" oriġini għall-migranti li ġew irritornati f'pajjiżhom;
70. Jistieden lill-Istati Membri biex jagħtu prijorità lill-allinjament tal-politika tagħhom ta" ammissjoni mill-ġdid fil-qafas ta" politika komuni aktar milli ta" ftehimiet bilaterali;
71. Jitlob, fir-rigward tal-ftehimiet ta" ammissjoni mill-ġdid, sabiex il-Parlament Ewropew u l-Kumitati kompetenti tiegħu jkunu infurmati b'mod regolari, matul id-diskussjonijiet mal-pajjiżi terzi, dwar il-progress u kwalunkwe ostakolu li sabu n-negozjaturi;
72. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-Istati Membri jkollhom biss ftehimiet bilaterali ta" ammissjoni mill-ġdid ma" pajjiżi terzi li jipprovdu garanzija totali li se jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem fir-rigward ta" dawk il-persuni li jkunu qed jgħaddu minn ammissjoni mill-ġdid u li ffirmaw il-Konvenzjoni ta" Ġinevra tal-1951;
73. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex taħdem għall-infurzar effettiv tal-obbligu tal-pajjiżi terzi li jieħdu lura ċ-ċittadini tagħhom li jkunu qegħdin fit-territorju tal-UE b'mod irregolari, kif maħsub fl-Artikolu 13 tal-Ftehima ta" Cotonou tat-23 ta" Ġunju 2000; Jitlob għat-tisħiħ ta" dawn id-dispożizzjonijiet waqt in-negozjati dwar il-Ftehima l-ġdida tal-ACP (Afrika, Karibew u l-Istati tal-Paċifiku);
74. Jenfasizza l-ħtieġa ta" dimensjoni Ewropea ġenwina dwar il-politika tar-ritorn permezz tar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ta" ritorn; Iħeġġeġ sabiex ikun hemm aktar koperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-proċessi ta" ritorn, kif ukoll it-tisħiħ tal-irwol tal-FRONTEX f'operazzjonijiet konġunti ta" ritorn;
75. Jitlob sabiex tissaħħaħ il-koperazzjoni, inkluż permezz ta" koperazzjoni bejn il-konsulati, mal-pajjiżi ta" oriġini u ta" tranżitu sabiex jitħaffu l-proċeduri ta" ammissjoni mill-ġdid, u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tevalwa l-ftehimiet eżistenti ta" ammissjoni mill-ġdid bil-għan li l-implimentazzjoni tagħhom titħaffef u sabiex iservu ta" lezzjoni għall-ftehimiet fil-ġejjieni;
76. Jistieden lill-Kunsill biex iqis il-promulgazzjoni ta" dispożizzjonijiet leġiżlattivi bil-għan li jitwaqqaf "Laissez Passer" Ewropew li jingħata lil ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali bil-għan li titħaffef l-ammissjoni mill-ġdid tagħhom f'pajjiżi terzi. għandha tittieħed azzjoni biex tinkorpora l-"Laissez Passer" Ewropew fil-Ftehimiet ta" Ammissjoni mill-Ġdid tal-Unjoni sabiex issir vinkolanti fil-Pajjiżi Terzi konċernati;
Solidarjetà u Immigrazzjoni Koordinazzjoni bejn l-Istati Membri
77. Jiddispjaċih ferm li l-Istati Membri m'urewx biżżejjed solidarjetà meta ffaċċjati bl-isfida dejjem tikber tal-immigrazzjoni; jitlob għal reviżjoni urġenti tal-Programm ta" Qafas fuq is-Solidarjetà u l-Amministrazzjoni tal-Flussi ta" Migrazzjoni għall-perjodu 2007-2013(21) u tal-erba" strumenti finanzjarji tiegħu sabiex ikunu jistgħu jirriflettu realtajiet ġodda li jinħolqu mill-pressjonijiet dejjem jikbru tal-migrazzjoni u sabiex jintużaw biex jindirizzaw ħtiġijiet urġenti, bħal fil-każ ta" sitwazzjonijiet ta" flussi kbar ta" immigranti;
78. Jinnota l-impenji meħuda mill-Istati Membri fil-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil imsemmi hawn fuq, fir-rigward tal-ħtieġa għas-solidarjetà; jilqa", b'mod partikulari, l-inklużjoni ta" mekkaniżmu volontarju ta" qsim tal-piż li jippermetti r-rilokazzjoni fl-UE ta" dawk li jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali, minn Stati Membri li jħabbtu wiċċhom ma" pressjonijiet speċifiċi u disproporzjonati fuq is-sistemi nazzjonali tal-ażil tagħhom, partikolarment minħabba l-qagħda ġeografika u demografika tagħhom, lejn Stati Membri oħra, u jappella lill-Istati Membri biex jimplimentaw dawn l-impenji;jilqa" b'sodisfazzjon ukoll l-allokazzjoni ta" 5 miljun Euro għal dan il-għan fil-baġit tal-UE għall-2009 taħt il-Fond Ewropew għar-Refuġjati; jinsisti, madankollu, dwar l-introduzzjoni ta" strumenti vinkolanti; jistieden lill-Kummissjoni sabiex timplimenta dan il-mekkaniżmu minnufih u sabiex tipproponi bla dewmien inizjattiva leġiżlattiva sabiex tistabbilixxi dan il-mekkaniżmu fuq livell Ewropew fuq bażi permanenti;
79. Jilqa" b'sodisfazzjon it-tfassil mill-ġdid tar-regolament ta" Dublin u d-dispożizzjonijiet proposti għal mekkaniżmu li jissospendi t-trasferimenti ta" Dublin jekk ikun hemm dubji dwar il-fatt li t-trasferimenti ta" Dublin jistgħu jwasslu għall-fatt li l-applikanti ma jgawdux minn standards adegwati ta" protezzjoni fl-Istati Membri responsabbli, b'mod partikolari, f'termini ta" kundizzjonijiet ta" akkoljenza u ta" aċċess għall-proċedura tal-ażil, kif ukoll f'każijiet fejn dawn it-trasferimenti ta" Dublin iżidu mal-piż ta" dawk l-Istati Membri li qed iħabbtu wiċċhom ma" pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati minħabba, b'mod partikolari, il-qagħda ġeografika u demografika tagħhom; jenfasizza, madankollu, li dawn id-dispożizzjonijiet se jispiċċaw ikunu dikjarazzjoni politika minflok strument effikaċi li jappoġġja b'mod serju lil Stat Membru mingħajr l-introduzzjoni ta" strument vinkolanti minn żewġ naħat għall-Istati Membri kollha;
80. Jilqa" b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni għal regolament imfassal mill-ġdid dwar it-twaqqif tal-"Eurodac" għat-tqabbil tal-marki tas-swaba u jfakkar lill-Istati Membri dwar l-obbligi tagħhom li jimmarkaw is-swaba u li jibagħtu d-dejta skont ir-regolament attwali tal-Eurodac; hu tal-opinjoni li d-dejta bijometrika, bħall-marki tas-swaba, għandha tiġi sfruttata sabiex itejbu l-effikaċja ta" operazzjonijiet ta" kontroll tal-fruntieri;
Koperazzjoni ma' pajjiżi terzi
81. Jiddispjaċih li l-koperazzjoni ma" pajjiżi terzi ma tatx biżżejjed riżultati, ħlief għall-koperazzjoni eċċezzjonali ta" Spanja ma" pajjiżi terzi, bħas-Senegal u pajjiżi oħra tal-Afrika Sub-Saħarjana u tal-Afrika ta" Fuq; jitlob għal appoġġ immirat għall-pajjiżi terzi ta" tranżitu u ta" oriġini sabiex jingħataw għajnuna biex iwaqqfu kapaċitajiet ta" mmaniġġjar effettiv tal-fruntieri, li jinvolvu lill-FRONTEX f'missjonijiet ta" għajnuna fuq il-fruntieri f'dawk il-pajjiżi;
82. Ifakkar lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri li jeħtieġ li jitkompla d-djalogu stabbilit mal-pajjiżi ta" oriġini u ta" tranżitu bi qbil mal-Konferenzi tal-Ministri UE-Afrika dwar l-immigrazzjoni u l-iżvilupp li saru fi Tripli, Rabat u Liżbona ;
83. Jitlob għall-implimentazzjoni tal-istrumenti ta" politika żviluppati fil-qafas tal-"Approċċ Globali dwar il-Migrazzjoni"(22) kif ukoll fil-"Proċess ta' Rabat" tal-2006 dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp u fis-Sħubija bejn l-UE u l-Afrika dwar il-Migrazzjoni, il-Mobilità u l-Impjiegi li sar ftehim fuqu f'Liżbona f'Diċembru 2007;
84. Jenfasizza l-importanza ta" politika ta" żvilupp fil-pajjiżi terzi ta" oriġini jew ta" tranżitu bħala mezz kif tiġi indirizzata f'ras il-għajn l-isfida tal-immigrazzjoni; jitlob li ikun hemm koordinazzjoni mtejba tal-politiki tal-Unjoni dwar l-immigrazzjoni u l-iżvilupp, filwaqt li jitqiesu bis-sħiħ l-objettivi strateġiċi bħall-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp;
85. Josserva, madankollu, li l-politika ta" żvilupp ma tistax tkun l-unika alternattiva għall-migrazzjoni għaliex ma jistax ikun hemm żvilupp sod mingħajr mobilità permanenti;
86. Jitlob li jsir tisħiħ tal-koperazzjoni mal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Emigrazzjoni (IOM) u ma" organizzazzjonijiet internazzjonali oħra fit-twaqqif ta" uffiċċji reġjonali ġodda f'żoni sensittivi fejn hi meħtieġa għajnuna prattika dwar, inter alia, il-migrazzjoni legali jew ir-ritorn volontarju tal-immigranti;
87. Jenfasizza l-importanza li jiġu stabbiliti Ċentri għall-Informazzjoni u l-Immaniġġjar tal-Migrazzjoni, bħal dak inawgurat fil-Mali f'Ottubru 2008; jemmen li ċentri bħal dawn għandhom ikunu kapaċi jikkontribwixxu b'mod sinifikattiv biex jiġu trattati problemi ta" migrazzjoni billi jiġu indirizzati l-problemi ta" migranti potenzjali, migranti li jirritornaw lura u migranti li jgħixu fl-UE; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni neċessarja dwar il-proġetti ta" twaqqif ta" ċentri oħrajn fil-qafas tas-Sħubija UE-Afrika u jitlob lill-Kummissjoni tqis il-possibiltà li jitwaqqfu ċentri bħal dawn f'pajjiżi ġirien tal-Lvant;
88. Jenfasizza li l-ftehimiet kollha ma" pajjiżi ta" oriġini u ta" tranżitu għandhom jinkludu kapitli dwar il-koperazzjoni fl-immigrazzjoni u jappella biex ikun hemm politika ambizzjuża ma" pajjiżi terzi dwar il-koperazzjoni ġudizzjarja u bejn il-pulizija biex jiġu miġġielda l-organizzazzjonijiet kriminali internazzjonali li jwettqu traffikar tal-bnedmin u sabiex il-persuni kkonċernati jittellgħu l-qorti, bl-involviment tal-Europol u tal-Eurojust; jistieden ukoll lill-Kummissjoni sabiex tintensifika l-appoġġ tagħha, inkluża għajnuna finanzjarja u teknika, favur il-pajjiżi terzi biex jinħolqu kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali li jiskoraġġixxu lmigrazzjoni irregolari, l-attivitajiet tad-droga u l-kriminalità organizzata;
89. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi n-negozjati ta" ftehimiet dinjin Ewropej bħal dawk iffirmati mal-Kap Verde, biex tagħmel progress fin-negozjati dinjin li għandha mal-Marokk, is-Senegal u l-Libja u biex tippromwovi l-konklużjoni ta" ftehimiet mal-pajjiżi ta" oriġini ewlenin tal-immigrazzjoni;
90. Jitlob biex ikun hemm appoġġ għall-pajjiżi terzi biex jiżviluppaw il-qafas nazzjonali leġiżlattiv tagħhom u biex iwaqqfu sistemi ta" immigrazzjoni u ta" ażil li jkunu konformi bis-sħiħ mal-liġi internazzjonali u jappella wkoll lill-pajjiżi terzi ta" tranżitu biex jiffirmaw u biex jonoraw il-Konvenzjoni ta" Ġinevra tal-1951;
91. Jistieden lill-Istati Membri biex iqisu l-kwistjoni ta" "refuġjati ambjentali", migranti li sal-lum ma jistgħux jitqiesu bħala migranti ekonomiċi, u li mhuma lanqas rikonoxxuti bħala refuġjati kif imsemmi fil-Konvenzjoni ta" Ġinevra;
o o o
92. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Frar 2009 bl-isem "Green Paper: TEN-T: Eżami tal-politika" (COM(2009)0044),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2008 bl-isem "Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku" (COM(2008)0800),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-Trasport favur l-Ambjent kif adottati mill-Kunsill għat-Trasport, Telekomunikazzjonijiet u Enerġija fis-sessjoni tiegħu tat-8 u d-9 ta' Diċembru 2008,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Ġunju 2006 bl-isem "Inżommu lill-Ewropa miexja – Il-mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna – Reviżjoni f'nofs il-perjodu tal-White Paper tal-2001 tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-Trasport" (COM(2006)0314),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Jannar 2008 bl-isem "20 20 sal-2020 - L-opportunità dwar it-tibdil fil-klima għall-Ewropa" (COM(2008)0030),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ottubru 2007 bl-isem "Pjan ta' azzjoni għal-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija" (COM(2007)0607),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Mejju 2008 dwar ir-riżultati tan-negozjati dwar l-istrateġiji tal-politika ta' koeżjoni għal perjodu ta' programmar 2007-2013 (COM(2008)0301),
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni tal-20 ta' Jannar 2009 dwar l-implimentazzjoni tal-linji gwida tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew 2004-2005 (COM(2009)0005),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istrateġija ta' Liżbona(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-5 ta' Settembru 2007 dwar il-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija fl-Ewropa – il-muftieħ għal mobilità sostenibbli(2),
– wara li ikkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0224/2009),
A. billi d-definizzjoni politika tal-politika TEN-T kif deskritta fid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar il-linji gwida għall-iżvilupp tan-netwerk ta' trasport trans-Ewropew(3) u d-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li emendat id-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE dwar il-linji gwida tal-Komunità dwar l-iżvilupp tan-netwerk ta' trasport trans-Ewropew(4) wasslet għal sensiela ta' "xewqat" ta' 30 proġett prijoritarju mnebbħin prinċipalment mill-interessi nazzjonali,
B. billi l-kompetittività esterna tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u bil-baħar meta mqabbel mat-trasport bl-art għandha tittejjeb biex ikun żgurat li jsir użu bilanċjat tal-awtostradi, ir-rotot marittimi u l-kurituri tal-merkanzija bil-ferrovija,
C. billi t-30 proġett prijoritarju wasslu għal proposta tal-Kummissjoni maħsuba biex tipprovdi madwar EUR 20 000 000 000 ta' fondi tal-UE fil-Qafas Finanzjarju 2007-2013 lin-netwerk tat-trasport trans-Ewropew kollu kemm hu, li wara tnaqqsu għal madwar EUR 8 000 000 000, li minnhom EUR 5 300 000 000 biss għat-30 proġett prijoritarju, fuq insistenza tal-Kunsill,
D. wara li kkunsidra n-nuqqas ta' ħila magħrufa tal-Unjoni Ewropea li tkun konformi mar-regoli tal-finanzjament tat-TEN-Ts stipulati fir-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 li jistipula regoli ġenerali biex tingħata għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tat-trasport trans-Ewropew u netwerks ta' enerġija(5), li toħloq inċertezza fl-ippjanar tal-finanzjament tal-proġetti,
E. billi huwa meħtieġ li tissaħħaħ il-ħila tal-Kummissjoni li tkompli bil-proġetti kbar transkonfinali, b'mod speċjali fis-settur tal-ferroviji, li jeħtieġu koperazzjoni mill-qrib li ma taqtax bejn l-Istati Membri involuti u finanzjament fuq medda ta' ħafna snin, li jestendi lil hinn mill-qafas taż-żmien tal-qafas finanzjarju pluriennali,
F. billi l-annessi għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Mejju 2008 msemmija hawn fuq juru li madwar 49% tal-approprijazzjonijiet għall-proġetti tat-trasport jintnefqu fuq toroq, madwar 31% fuq linji tal-ferroviji u madwar 9% fuq trasport urban, imma mhuwiex preċiżament ċar liema proġetti speċifiċi huma kofinanzjati,
1. Jagħraf li l-ewwel tentattivi biex tiġi żviluppata l-politika ta' infrastruttura ta' trasport tal-UE, imnebbħa mill-"ħoloq neqsin" tal-Mejda t-Tonda Ewropea tal-Industrijalisti (ERT), ingħataw spinta mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Diċembru 1992 bit-titolu "L-iżvilupp ġejjjieni tal-politika tat-trasport komuni", bil-ġustifkazzjoni li għandu "jinkiseb it-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività u l-impjiegi" u ġew iddirezzjonati tajjeb mill-ex-Kummissarju għat-Trasport Karel Van Miert; jinnota li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2236/95 tat-18 ta' Settembru 1995 li jippreskrivi r-regoli għall-għoti tal-għajnuna finanzjarja komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej(6) u d-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE ippruvaw ikunu orjentati lejn l-objettivi msemmijin aktar "il fuq; u jiġbed l-attenzjoni għall-istimolu mogħti lil din il-politika mill-Kummissarju responsabbli għall-affarijiet ta' enerġija u trasport, il-Viċi-President Loyola de Palacio;
2. Jikkunsidra r-rapporti tal-Koordinaturi TEN-T bħala eżempji interessanti għal aktar koordinament u integrazzjoni f'għażla limitata ta' proġetti importanti; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ikomplu bl-isforzi mmirati lejn it-titjib tal-proġetti ta' prijorità eżistenti; iqis li l-investiment fuq żmien medju u fit-tul għandu jitkompla b'koerenza mal-objettiv li jitkomplew in-netwerks kollha;
3. Jilqa' b'sodisfazzjon il-preżentazzjoni bikrija tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Frar 2009, bil-għan li jikkunsidra fundamentalment il-politika tal-infrastruttura tat-trasport tal-UE u t-TEN-T, skont l-isfidi marbuta mat-trasport ta' bħalissa u tal-ġejjieni, il-mobilità transkonfinali u l-isfidi finanzjarji, ekonomiċi, reġjonali (inklużi reġjuni żvantaġġati b'mod permanenti), soċjali, ta' sikurezza u ambjentali;
4. F'dan ir-rigward, ma jarax il-bażi loġika għall-introduzzjoni ta' kunċett vag tal-pilastru konċettwali, li jgħabbi żżejjed il-lista ta' prijoritajiet; jemmen li bil-kuntrarju tal-għan iddikjarat mill-Kummissjoni, pilastru muri b'mod espress bħala konċettwali ma jtejjibx il-kredibilità tal-politika tat-TEN-T, li pjuttost tista' tittejjeb bl-iżvilupp ta' proġetti konkreti;
5. Jaqbel għalhekk li jiġi żviluppat approċċ għal netwerk aktar koerenti u integrat li jirrifletti l-ħtiġiet tal-konnessjoni intermodali għaċ-ċittadini u l-merkanzija; jenfasizza għalhekk li l-prijorità għandha tingħata lill-ferroviji, lill-portijiet, lil mogħdijiet tal-ilma marittimi u interni sostenibbli u lill-konnessjoni tagħhom aktar "il ġewwa jew il-perni intermodali tagħhom fil-ħoloq infrastrutturali mal-Istati Membri l-ġodda jew ġo fihom, u kif ukoll lil ħoloq aħjar mal-ajruporti u l-portijiet tal-baħar fin-netwerks trans Ewropej; jisħaq li għandha tingħata attenzjoni għall-bżonnijiet differenti imma kumplimentarji kemm tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija; jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali itejbu l-istazzjonijiet intermedjarji u l-interkonnessjonijiet lokali bħala ħoloq mat-TEN-T sabiex l-ispejjeż marbuta malli wieħed ikun f'sitwazzjoni periferali jitnaqqsu kemm jistgħu;
6. Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi appoġġ partikolari għall-proġetti ta' prijorità b'ħoloq intermodali u interoperabilità konsistenti li jgħaddu minn numru ta' Stati Membri; jinnota li l-konnessjoni ta' oqsma ekonomiċi matul dawn il-proġetti ta' prijorità huma dmirijiet nazzjonali;
7. Jinnota b'approvazzjoni li forom ta' trasport tajbin għall-ambjent jirċievu sehem disproporzjonalment kbar ta' konsiderazzjoni fil-lista ta' proġetti ta' prijorità; jistieden lill-Kummissjoni f'dan ir-rigward biex tiżgura li dawk il-proporzjonijiet ikunu ppreservati fil-ġejjieni meta jiġu implimentati l-proġetti;
8. Jisħaq dwar il-ħtieġa li jiġu integrati l-ħarsien tal-klima u l-iżvilupp sostenibbli għall modi kollha ta' trasport fil-politika Ewropea tal-infrastruttura sabiex ikun hemm konformità mal-miri tal-UE għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2;
9. Jistieden lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jintegraw l-leġiżlazzjoni ambjentali Ewropea fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fl-ippjanar tal-proġetti TEN-T, bħalma huma d-Direttivi Natura 2000, SEA, EIA, dwar il-Kwalità tal-Arja, dwar il-Kwalità tal-Ilma, dwar l-Abitat, u dwar l-Għasafar kif ukoll ir-rapporti dwar il-Mekkaniżmu ta' Rappurtaġġ tat-Trasport u Ambjentali (TERM) dwar l-indikaturi għat-trasport u l-ambjent mill-Aġenzija Ewropea tal-Ambjent;
10. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timminimizza dispożizzjonijiet vagi u kuntradittorji relatati ma" dikjarazzjonijiet ta" interess komuni u l-applikazzjoni ta" leġiżlazzjoni ambjentali; jemmen, barra minn hekk, li ladarba jingħata status TEN-T lill-proġetti, l-Istati Membri m'għandhomx jabbużaw mil-leġiżlazzjoni Ewropea msemmija taħt il-paragrafu 9, sabiex jimblukkaw l-implimentazzjoni tal-proġetti TEN-T;
11. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu l-iżviluppi l-ġodda, bħalma huma l-kriżi finanzjarja globali, il-bidla demografika, it-tkabbir, il-pajjiżi ġirien il-ġodda, u r-rabtiet intensifikati ma' pajjiżi tal-Lvant u Mediterranji bħala fatturi relevanti għall-politika Ewropea għall-infrastruttura tat-trasport;
12. Jenfasizza li, speċjalment fil-kuntest preżenti tal-kriżi ekonomika, l-iżvilupp tat-TEN-T u l-integrazzjoni tat-trasport fl-Unjoni ma" dak tal-pajjiżi ġirien huwa l-aktar mezz ta' min jorbot fuqu li jiżgura kemm is-sostenibilità fuq terminu ta" żmien twil tas-suq intern kif ukoll il-koeżjoni ekonomika u soċjali fl-Unjoni;
13. Jistieden lill-Kummissjoni biex tintensifika l-isforzi tagħha biex tiżgura koordinament Ewropew aħjar tal-iżvilupp territorjali (l-Aġenda Territorjali għall-Unjoni Ewropea kif ukoll il-prinċipju tal-Koeżjoni Territorjali) u l-ippjanar tat-trasport billi titqies l-aċċessibilità reġjonali permezz ta' netwerks imsaħħa bejn ir-reġjuni; jinnota li għandhom jitqiesu d-differenzi kbar li hemm bejn żoni muntanjużi, żoni ta' max-xtajta jew gżejjer, żoni ċentrali, żoni periferali jew żoni transkonfinali, kif ukoll il-ħtieġa għall-integrazzjoni aħjar ta' sisemi ta' mobilità urbana fit-TEN-T;
14. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti prijorità partikolari għall-proġetti ewlenin relatati mar-rotot ewlenin sew ferrovjarji, sew bit-triq u sew fuq mogħdijiet tal-ilma interni sabiex jiġu żgurati ħoloq transkonfinali mal-Istati Membri l-ġodda u ma' pajjiżi terzi;
15. Jissuġġerixxi f'dan ir-rigward li l-Perspettiva Ewropea tal-Iżvilupp tal-Ispazji (ESDP) ghandha tkun inkluża bħala l-bażi għall-ippjanar u li l-istudji disponibbli tal-ESPON għandhom jiġu inklużi bħala informazzjoni xjentifika tal-isfond u orjentata lejn l-ippjanar dwar l-iżvilupp tat-trasport;
16. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu inkorporati kemm l-objettivi tal-Istrateġija ta' Liżbona u dawk tal-Pjan ta' Rkupru fl-iżvilupp tal-politika tat-TEN-T, meta wieħed iqis l-importanza ewlenija tal-mobilità, l-aċċessibilità u l-loġistika tagħhom għall-kompetittività tal-UE, u għat-titjib tal-koeżjoni territorjali;
17. Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jintegraw kurituri ħodor, netwerks ta' ferroviji tal-merkanzija, kurituri tas-Sistema tal-Immaniġġjar tat-Traffiku tal-Ferroviji Ewropej (ERTMS), rotot ewlenin marittimi, bħal ma huma t-trasport marittimu fil-qrib, mogħdijiet tal-ilma intereni b'kapaċità limitata jew kanali magħluqin (locks) b'kapaċità mhux suffiċjenti, portijiet niexfa, pjattaformi tal-loġistika, u perni ta' mobilità urbana, kif ukoll l-estensjoni pproġettata tat-TEN-T għall-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Maġar u għall-pajjiżi tal-Lvant u tal-Mediterran f'kunċett intermodali tat-TEN-T, imsejjes fuq l-azzjonijiet ippjanati favur modalitajiet aktar favur l-ambjent, aktar żguri u li jikkunsmaw anqas żejt, biex jiġi żgurat użu ottimali tat-tipi kollha ta' trasport u titħeġġeġ il-kompatibilità tal-konnessjonijiet bejn it-tipi varji ta' trasport, b'mod partikolari r-rabtiet ferrovjarji fil-portijiet; barra minn hekk, jitlob li jkun hemm konsistenza bejn il-qafas attwali u ġejjieni tat-TEN-T u l-leġiżlazzjoni proposta dwar il-kurituri tal-merkanzija bil-ferrovija;
18. Jinnota li sa reċentament 1% biss tal-fondi Infrastrutturali Ewropej kienu użati għall-mogħdijiet tal-ilma interni skont l-aħħar riċerka; jikkunsidra li hemm bżonn appoġġ Ewropew suffiċjenti biex tiġi żviluppata l-infrastruttura tal-mogħdijiet tal-ilma interni fl-Ewropa, sabiex jintuża l-potenzjal kollu tal- mogħdijiet tal-ilma interni bħala mod ta' trasport sostenibbli u ta' min joqgħod fuqu;
19. Jistieden lill-Kummissjoni biex tara li jkun żgurat li l-espansjoni tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija jkun intensifikat bil-ħsieb li jkun hemm effiċjenza ogħla tan-netwerk u trasport aktar mgħaġġel;
20. Jilqa' b'sodisfazzjon f'dan ir-rigward il-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna netwerk Ewropew tal-ferrovija għall-merkanzija kompetittiva (COM(2008)0852) u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq tat-18 ta' Ottubru 2007;
21. Jisħaq dwar l-importanza li tkun permessa l-kondiviżjoni tal-informazzjoni fit-trasport intermodali, sabiex tiġi promossa u sostnuta l-interazzjoni bejn l-infrastruttura tas-software u tal-hardware (is-sistemi ta' informazzjoni bħalma huma ERTMS/RIS/ITS/SESAR/Galileo) u sabiex jittejjbu l-interoperabilità, il-vetturi kollha li jimxu fuq il-linji tal-ferrovija (it-tagħmir hardware u software ERTMS fil-ferroviji u t-tnaqqis tal-istorbju fil-vaguni tal-merkanzija), il-loġistika ambjentali, il-konnessjonijiet u l-perni intermodali, is-servizzi deċentralizzati tal-katina ta' provvista bieb-bieb u l-ġestjoni tal-mobilità;
22. Jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti standardizzati u armonizzati għat-TEN-T sabiex ikun hemm ġestjoni tat-trasport aktar effiċjenti, li tmexxi, aktar sigura u favorevoli għall-ambjent;
23. Jirrakkomanda li l-implimentazzjoni tat-TEN-T tittejjeb billi jkun provdut aċċess aħjar għall-informazzjoni permezz ta' sistemi bħal ma hi s-Sistema ta' Informazzjoni TENtec billi jiġi stabbilit metodu miftuħ ta' koordinament li jinvolvi l-istabbiliment tal-limiti u l-iskambju ta l-aħjar prattika;
24. Jiffoka fuq il-ħtieġa li tingħata spinta lill-effiċjenza tal-infrastruttura eżistenti fi ħdan il-proġetti TEN-T fit-terminu l-qasir, b'mod partikolari fejn l-implimentazzjoni ta' proġetti bħal dawn tkun diġà bdiet, sabiex il-kurituri jsiru aktar vijabbli u effiċjenti mingħajr ma jkun hemm sempliċi stennija għat-twettiq fit-terminu t-twil ta' proġetti kbar ħafna f'dawn l-istess kurituri;
25. Jappoġġja l-"għażla strutturali 3 għat-tiswir tat-TEN-T" tal-Green Paper, jiġifieri li jkun hemm żewġ saffi konsistenti f'netwerk komprensiv, imsejsa fuq il-mapep TEN-T ta' bħalissa, u "core network" intermodali, li għad irid jiġi definit bil-ferroviji, kanali sostenibbli u portijiet u l-konnessjoni tagħhom ma ċentri loġistiċi bħala prijoritajiet;
26. Jappoġġja l-kunċett ta' 'netwerk prinċipali' li jikkonsisti f'pilastru ġeografiku' u 'pilastru konċettwali' li bihom il-'pilastru konċettwali' fih kriterji u objettivi li jippermettu proġetti, kurituri u partijiet tan-netwerk li jkunu identifikati b'mod flessibbli biż-żmien milli pjuttost b'mod riġidu fil-bidu tal-perjodu tal-baġit għall-perjodu kollu kemm hu; huwa tal-fehma li għandu jkun possibbli li tiġi estiża l-flessibilità tat-TEN-T matul il-perjodu tal-baġit sabiex ikun hemm adattament mal-kundizzjonijiet tas-suq li jinbidlu;
27. Jirrikonoxxi l-irwol kruċjali tal-Istati Membri, f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom, partijiet interessati tas-soċjetà ċivili u l-popolazzjonijiet lokali, fid-deċiżjoni, l-ippjanar u l-iffinanzjar tal-infrastruttura tat-trasport, inkluż il-koordinament u kooperazzjoni Ewoprej transkonfinali; jistenna aktar koerenza mill-Kunsill Ewropew bejn talbiet għal proġetti TEN-T u deċiżjonijet dwar baġits TEN-T; minħabba r-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju tal-UE kif wkoll fir-rigward tad-diskussjoni attwali dwar il-Pjan ta' Rkupru tal-UE, jitlob lill-Istati Membri biex jikkunsidraw b'mod xieraq il-kwistjoni tal-għajnuna finanzjarja neċessarja għall-infrastrutturi tat-trasport li jagħmlu parti min-netwerk tat-TEN-T bħala prijorità skont il-politika tal-UE stabbilita sa issa;
28. Jaqbel kompletament mal-għan tal-Komunità li jitnaqqas il-piż amministrattiv u għalhekk jinkoraġġixxi b'mod qawwi lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-oqfsa finanzjarji għall-proġetti ta' prijorità TEN-T bil-ħsieb li tkompli tinqata' l-burokrazija;
29. Jitlob lill-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jirrinforzaw il-koordinament tal-politiki segwiti fil-livell nazzjonali sabiex tiġi stabbilita l-konsistenza fil-ko-finanzjament u r-realizzazzjoni tal-programm TEN-T b'konformità mal-Artikoli 154 u 155 tat-Trattat KE;
30. Jisħaq, f'dan ir-rigward, li l-kriżi finanzjarja tqiegħed pressjoni akbar fuq l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u r-reġjuni biex isejsu d-deċiżjonijiet tagħhom dwar il-proġetti ta' infrastruttura tat-trasport fuq valutazzjonijiet magħmulin sodi bbażati fuq ir-rabta bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji, is-sostenibilità u l-valur Ewropew miżjud transkonfinalment;
31. Jinnota, madankollu, li l-investiment fl-infrastruttura tat-trasport huwa mod wieħed ewlieni kif jingħelbu l-kriżijiet ekonomiċi u finanzjarji, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tħaffef il-proġetti infrastrutturali marbuta mat-TEN-T u ffinanzjati taħt il-fondi Strutturali u/jew ta' Koeżjoni; jistieden lill-Istati Membri biex jerġgħu jivvalutaw il-prijoritajiet ta' investiment tagħhom billi jikkunsidraw dan l-approċċ, sabiex iħaffu l-proġetti tat-TEN-T taħt ir-responsabilità tagħhom, b'mod partikolari f'sezzjonijiet transkonfinali;
32. Ifakkar lill-Kummissjoni li l-kofinanzjament tal-UE għall-proġetti ta' infrastruttura tat-trasport mit-TEN-T, fondi ta' koeżjoni u reġjonali u l-EIB għandhom jikkorrespondu mal-kriterji li ġejjin: fattibilità ekonomika, kompetittività msaħħa, il-promozzjoni tas-suq uniku, sostenibilità ambjentali, trasparenza għat-taxpayers u l-involviment taċ-ċittadin (il-prinċipju tas-sħubija); f'dan ir-rigward, jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp tas-sħubijiet pubbliċi-privati biex ikunu ffinanzjati l-proġetti tat-TEN-T u l-bżonn li jinstabu soluzzjonijiet flessibbli għall-problemi li jqumu f'xogħlijiet ta' dan il-kalibru (diffikultajiet ġeografiċi u tekniċi, oppożizzjoni pubblika, eċċ.);
33. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura f'dan is-sens li proġetti valutati taħt il-programmi ta' finanzjament tal-UE jikkunsidraw l-impatt possibbli tagħhom fuq il-finanzjament nazzjonali għal investimenti neċessarji oħra li mhumiex megħjuna minn fondi tal-UE; huwa tal-fehma, b'mod partikolari, li l-approprjazzjonijiet użati mill-Istati Membri biex jissupplimentaw proġetti ffinanzjati mill-UE m'għandhomx ikunu allokati għad-detriment taż-żamma jew l-investiment fil-linji sekondarji; huwa tal-fehma, pjuttost, li l-proġetti għandhom għalhekk jitfasslu u jiġu vvalutati mill-inqas parzjalment fuq il-bażi tal-potenzjal tagħhom biex jintegraw (u mhux jabbandunaw) l-iżvilupp u ż-żamma tal-infrastruttura sekondarja supplimentari neċessarja;
34. Jenfasizza il-ħtiġijiet ta' investiment, li qed jikbru b'mod mgħaġġel, tas-suq tat-trasport tal-ajru Ewropew taħt il-pakkett tas-Sema Waħdani Ewropew II kif ukoll l-"approċċ tas-sistema tal-avjazzjoni totali" propost; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra tgħolli s-sehem tal-finanzjament disponibbli għall-ajruporti u l-ATM/ANS meta tirrevedi l-qafas baġitarju tat-TEN-T;
35. Jinnota li huma meħtieġa aktar riċerka u żvilupp dwar l-aħjar prattiki u l-aktar effiċjenti fil-finanzjament tal-infrastruttura tat-trasport u l-impatt pożittiv tagħhom fuq il-kompetittività u l-impjiegi kwantitattivi u kwalitattivi, inklużi l-esperjenzi ta' sħubijiet pubbliċi-privati f'dan ir-rigward, li diġa beda jsir fl-istudji tal-Kummissjoni li għaddejjin bħalissa;
36. Jenfasizza l-bżonn li jitwaqqaf grupp ta' ħidma fl-Aġenzija Eżekuttiva TEN-T sabiex jiżdied l-użu tas-sħubija pubblika-privata biex jiġi ffinanzjat xi proġett jew sezzjonijiet ta' prijorità, u jkun hemm it-tixrid tas-soluzzjonijiet bħala l-aħjar prattika;
37. Jisħaq li dipendenza miżjuda fuq l-isħubijiet pubbliċi-privati u l-Bank Ewropew tal-Investiment mhux se tkun sostitut għal porzjon sinifikanti tal-iffinanzjar baġitarju għal proġetti fuq skala kbira b'perjodu ta' ħlas lura interġenerazzjonali;
38. Jiffavorixxi konsiderazzjoni mill-ġdid tal-baġit tat-TEN-Ts mill-Istati Membri fil-kuntest tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-perspettivi finanzjarji 2009-2010, b'ħarsa lejn it-treġġigħ lura tal-qtugħ drastiku ta' proġetti oħrajn u l-ambizzjonijiet biex jiġu żviluppati ferroviji u mogħdijiet tal-ilma li jmorru id f'id magħhom;
39. Jenfasizza l-bżonn li jiġi allokat persentaġġ mit-taxxi għall-użu tat-triq fl-infrastruttura tat-toroq għall-finanzjament tal-proġetti TEN-T biex tiżdied l-influenza pożittiva fuq is-self;
40. Jitlob lill-Kummissjoni telenka numru ta" eżempji ta" konnessjonijiet bil-ferrovija reġjonali transkonfinali, li ġew żarmati jew abbandunati, filwaqt li tiffavorixxi speċjalment dawk li jistgħu jiġu interkonnessi mat-TEN-T;
41. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-Eurovelo-Network u il-Mogħdija tal-Purtiera tal-Ħadid bħala opportunità għall-promozzjoni tan-netwerks ta' infrastruttura ċiklika transkonfinali, li jappoġġjaw il-mobilità mingħajr karozzi (magħrufa bħala soft mobility) u t-turiżmu sostenibbli;
42. Jitlob lill-Kummissjoni, sabiex tqajjem il-kompetittività tan-netwerk kollu tal-ferrovija TEN, u tipproponi - sal-aħħar tal-mandat tagħha - inizjattiva leġiżlattiva li tikkonċerna l-ftuħ tas-swieq domestiċi tal-passiġġieri tal-ferrovija mill-1 ta' Jannar 2012;
43. Jiddispjaċih li l-pass bil-mod tal-implimentazzjoni ta' proġetti ta' prijorità f'żoni konfinali partikolarment dawk fil-Pirinej li huma vitali għall-Peniżola tal-Iberja u Franza;
44. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżomm lill-Parlament u lill-Kunsill Ewropew imdaħħlin fil-proposti u l-għażliet (multi)annwali tagħha dwar il-kofinanzjament tal-proġetti TEN-T;
45. Jitlob lill-Kummissjoni biex tirrapporta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, għal kull proġett prijoritarju, b'mod regolari u għall-inqas darba fis-sena, dwar is-sitwazzjoni ta' kull proġett, dwar kemm wieħed jista' joqgħod fuq l-ispejjeż tal-proġett, dwar il-fattibilità ta' kull proġett u dwar iż-żmien tal-implimentazzjoni tal-proġett;
46. Jistieden lill-Kummissjoni u l-BIE biex jissottomettu lista annwali ta' proġetti speċifiċi ko-finanzjati lill-Parlament u l-Kunsill fil-każ ta' proġetti reġjonali, ta' koeżjoni u l-ko-finanzjament tal-proġetti TEN-T mill-BIE kif diġà huwa l-każ tal-ko-finanzjament tat-TEN-T;
47. Isostni li, mil-lat ekoloġiku u ekonomiku, is-sistemi ta' trasport multimodali, li jippermettu l-użu ta' mezzi ta' trasport differenti fuq l-istess rotta, f'ħafna każijiet huma l-unika għażla viabbli u sostenibbli għall-futur;
48. Jisħaq li, fiż-żona Schengen li tkabbret reċentement, l-infrastruttura tat-trasport bejn l-Ewropa tal-Punent u dik tal-Lvant hija ta' sinifikanza enormi minħabba l-potenzjal ta' tkabbir ekonomiku, partikolarment fl-Istati Membri l-ġodda, li huma marbutin magħha; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw u jħeġġu l-kollegamenti transnazzjonali bit-triq u bil-ferrovija bejn l-Ewropa tal-Lvant u dik tal-Punent, u jagħtu appoġġ partikolarment għall-infrastruttura transkonfinali tat-trasport permezz ta' programm ta' azzjoni speċifiku implimentat b'kooperazzjoni ma' awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali; jenfasizza wkoll li interkonnessjoni aħjar tat-TEN-T u ta' netwerks ta' trasport ta' pajjiżi terzi ttejjeb il-pożizzjoni ta' żoni konfinali b'mod partikulari u ġġib magħha valur miżjud fil-kooperazzjoni interreġjonali u fl-UE kollha;
49. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u l-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa tal-20 ta" Diċembru 1993 u r-riżoluzzjoni dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza domestika kontra n-nisa, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-22 ta" Diċembru 2003, li tirrikonoxxi l-bżonn urġenti li tiġi eliminata l-vjolenza kontra n-nisa,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-16 ta" Settembru 1997 dwar il-bżonn li tiġi stabbilita kampanja mifruxa mal-Unjoni Ewropea kollha għal tolleranza żero tal-vjolenza kontra n-nisa(1) u tat-2 ta" Frar 2006 dwar is-sitwazzjoni attwali fil-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u dwar kwalunkwe azzjoni għall-futur(2),
– wara li kkunsidra l-kampanja dwar il-Fond għall-Iżvilupp għan-Nisa tan-NU "LE għall-Vjolenza kontra n-Nisa", li tenfasizza l-bżonn għall-azzjoni u l-protezzjoni tan-nisa kontra l-vjolenza,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-vjolenza kontra n-nisa u t-tfajliet hija problema universali ta" proporzjonijiet pandemiċi,
B. billi fir-riżoluzzjonijiet tiegħu msemmija hawn fuq, il-Parlament enfasizza l-bżonn li tiġi stabbilita kampanja mifruxa mal-UE kollha għal tolleranza żero tal-vjolenza kontra n-nisa,
C. billi l-kampanja riċenti tal-Kunsill tal-Ewropa "Nwaqqfu l-Vjolenza Domestika Kontra n-Nisa" tikkonferma l-bżonn għall-azzjoni u l-protezzjoni tan-nisa kontra l-vjolenza,
1. Jitlob lill-Kummissjoni biex tiddikjara, fil-ħames snin li ġejjin, 'Sena Ewropea ta' Tolleranza Żero tal-Vjolenza kontra n-Nisa", kif mitlub ripetutament mill-Parlament;
2. Jitlob lill-Istati Membri biex jappoġġjaw il-kampanja UNIFEM "LE għall-Vjolenza kontra n-Nisa" billi jiffirmaw il-petizzjoni;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-UNIFEM.
Lista ta' firmatarji
Adamos Adamou, Vittorio Agnoletto, Vincenzo Aita, Gabriele Albertini, Alexander Alvaro, Jan Andersson, Georgs Andrejevs, Roberta Angelilli, Rapisardo Antinucci, Kader Arif, Elspeth Attwooll, Marie-Hélène Aubert, Jean-Pierre Audy, Margrete Auken, Inés Ayala Sender, Liam Aylward, Mariela Velichkova Baeva, Katerina Batzeli, Edit Bauer, Jean Marie Beaupuy, Christopher Beazley, Zsolt László Becsey, Angelika Beer, Ivo Belet, Irena Belohorská, Monika Beňová, Maria Berger, Giovanni Berlinguer, Thijs Berman, Šarūnas Birutis, Sebastian Valentin Bodu, Herbert Bösch, Josep Borrell Fontelles, Costas Botopoulos, Catherine Boursier, John Bowis, Emine Bozkurt, Mihael Brejc, Frieda Brepoels, Hiltrud Breyer, André Brie, Danutė Budreikaitė, Kathalijne Maria Buitenweg, Wolfgang Bulfon, Nicodim Bulzesc, Colm Burke, Niels Busk, Cristian Silviu Buşoi, Simon Busuttil, Maddalena Calia, Mogens Camre, Luis Manuel Capoulas Santos, Marco Cappato, Marie-Arlette Carlotti, Carlos Carnero González, Giorgio Carollo, David Casa, Paulo Casaca, Michael Cashman, Françoise Castex, Giusto Catania, Jean-Marie Cavada, Giulietto Chiesa, Călin Cătălin Chiriţă, Ole Christensen, Sylwester Chruszcz, Fabio Ciani, Richard Corbett, Dorette Corbey, Giovanna Corda, Michael Cramer, Jan Cremers, Gabriela Creţu, Brian Crowley, Hanne Dahl, Daniel Dăianu, Dragoş Florin David, Bairbre de Brún, Arūnas Degutis, Jean-Luc Dehaene, Véronique De Keyser, Panayiotis Demetriou, Gérard Deprez, Proinsias De Rossa, Marie-Hélène Descamps, Harlem Désir, Christine De Veyrac, Mia De Vits, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Jolanta Dičkutė, Gintaras Didžiokas, Brigitte Douay, Den Dover, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Konstantinos Droutsas, Bárbara Dührkop Dührkop, Andrew Duff, Árpád Duka-Zólyomi, Constantin Dumitriu, Lena Ek, Saïd El Khadraoui, Edite Estrela, Harald Ettl, Jill Evans, Robert Evans, Göran Färm, Markus Ferber, Anne Ferreira, Elisa Ferreira, Ilda Figueiredo, Roberto Fiore, Věra Flasarová, Hélène Flautre, Alessandro Foglietta, Glyn Ford, Janelly Fourtou, Juan Fraile Cantón, Armando França, Monica Frassoni, Urszula Gacek, Kinga Gál, Milan Gaľa, Vicente Miguel Garcés Ramón, Iratxe García Pérez, Elisabetta Gardini, Evelyne Gebhardt, Eugenijus Gentvilas, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Claire Gibault, Neena Gill, Monica Giuntini, Robert Goebbels, Bogdan Golik, Ana Maria Gomes, Donata Gottardi, Hélène Goudin, Genowefa Grabowska, Luis de Grandes Pascual, Martí Grau i Segú, Louis Grech, Nathalie Griesbeck, Lissy Gröner, Elly de Groen-Kouwenhoven, Mathieu Grosch, Pedro Guerreiro, Umberto Guidoni, Zita Gurmai, Fiona Hall, Ioan Lucian Hămbăşan, David Hammerstein, Benoît Hamon, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Marian Harkin, Rebecca Harms, Satu Hassi, Anna Hedh, Jacky Hénin, Erna Hennicot-Schoepges, Jeanine Hennis-Plasschaert, Edit Herczog, Esther Herranz García, Jim Higgins, Jens Holm, Mary Honeyball, Richard Howitt, Ian Hudghton, Stephen Hughes, Alain Hutchinson, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Sophia in 't Veld, Mikel Irujo Amezaga, Marie Anne Isler Béguin, Ville Itälä, Lily Jacobs, Anneli Jäätteenmäki, Lívia Járóka, Dan Jørgensen, Pierre Jonckheer, Romana Jordan Cizelj, Madeleine Jouye de Grandmaison, Aurelio Juri, Jelko Kacin, Filip Kaczmarek, Gisela Kallenbach, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Piia-Noora Kauppi, Metin Kazak, Tunne Kelam, Glenys Kinnock, Evgeni Kirilov, Silvana Koch-Mehrin, Jaromír Kohlíček, Eija-Riitta Korhola, Magda Kósáné Kovács, Guntars Krasts, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Ģirts Valdis Kristovskis, Urszula Krupa, Wiesław Stefan Kuc, Aldis Kušķis, Sepp Kusstatscher, Joost Lagendijk, Alain Lamassoure, Jean Lambert, Stavros Lambrinidis, Vytautas Landsbergis, Raymond Langendries, Anne Laperrouze, Henrik Lax, Johannes Lebech, Stéphane Le Foll, Roselyne Lefrançois, Bernard Lehideux, Lasse Lehtinen, Jörg Leichtfried, Marie-Noëlle Lienemann, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Alain Lipietz, Pia Elda Locatelli, Eleonora Lo Curto, Andrea Losco, Caroline Lucas, Sarah Ludford, Astrid Lulling, Nils Lundgren, Elizabeth Lynne, Marusya Ivanova Lyubcheva, Jules Maaten, Linda McAvan, Arlene McCarthy, Mary Lou McDonald, Mairead McGuinness, Edward McMillan-Scott, Jamila Madeira, Toine Manders, Ramona Nicole Mănescu, Erika Mann, Catiuscia Marini, Helmuth Markov, David Martin, Miguel Angel Martínez Martínez, Jiří Maštálka, Maria Matsouka, Iosif Matula, Mario Mauro, Erik Meijer, Willy Meyer Pleite, Rosa Miguélez Ramos, Marianne Mikko, Claude Moraes, Eluned Morgan, Luisa Morgantini, Roberto Musacchio, Cristiana Muscardini, Antonio Mussa, Riitta Myller, Pasqualina Napoletano, Alexandru Nazare, Catherine Neris, Ljudmila Novak, Péter Olajos, Gérard Onesta, Dumitru Oprea, Josu Ortuondo Larrea, Siiri Oviir, Reino Paasilinna, Athanasios Pafilis, Maria Grazia Pagano, Justas Vincas Paleckis, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Marco Pannella, Pier Antonio Panzeri, Dimitrios Papadimoulis, Atanas Paparizov, Neil Parish, Vincent Peillon, Alojz Peterle, Maria Petre, Tobias Pflüger, Sirpa Pietikäinen, Rihards Pīks, João de Deus Pinheiro, Józef Pinior, Gianni Pittella, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Zita Pleštinská, Anni Podimata, Samuli Pohjamo, Bernard Poignant, Lydie Polfer, Miguel Portas, Christa Prets, Pierre Pribetich, Vittorio Prodi, Jacek Protasiewicz, John Purvis, Miloslav Ransdorf, Poul Nyrup Rasmussen, Vladimír Remek, Karin Resetarits, Teresa Riera Madurell, Karin Riis-Jørgensen, Giovanni Rivera, Marco Rizzo, Maria Robsahm, Giovanni Robusti, Bogusław Rogalski, Zuzana Roithová, Raül Romeva i Rueda, Dariusz Rosati, Mechtild Rothe, Libor Rouček, Martine Roure, Heide Rühle, Flaviu Călin Rus, Leopold Józef Rutowicz, Eoin Ryan, Tokia Saïfi, Aloyzas Sakalas, Katrin Saks, María Isabel Salinas García, Antolín Sánchez Presedo, Daciana Octavia Sârbu, Amalia Sartori, Gilles Savary, Christel Schaldemose, Pierre Schapira, Lydia Schenardi, Carl Schlyter, Olle Schmidt, Elisabeth Schroedter, Inger Segelström, Esko Seppänen, Czesław Adam Siekierski, Eva-Riitta Siitonen, Brian Simpson, Kathy Sinnott, Peter Skinner, Nina Škottová, Alyn Smith, Csaba Sógor, Søren Bo Søndergaard, María Sornosa Martínez, Jean Spautz, Bart Staes, Grażyna Staniszewska, Peter Šťastný, Petya Stavreva, Dirk Sterckx, Catherine Stihler, Daniel Strož, Margie Sudre, Eva-Britt Svensson, Konrad Szymański, Csaba Sándor Tabajdi, Hannu Takkula, Charles Tannock, Andres Tarand, Michel Teychenné, Britta Thomsen, Marianne Thyssen, Gary Titley, Patrizia Toia, László Tőkés, Ewa Tomaszewska, Jacques Toubon, Georgios Toussas, Kyriacos Triantaphyllides, Helga Trüpel, Claude Turmes, Feleknas Uca, Vladimir Urutchev, Inese Vaidere, Anne Van Lancker, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Ari Vatanen, Yannick Vaugrenard, Donato Tommaso Veraldi, Bernadette Vergnaud, Alejo Vidal-Quadras, Kyösti Virrankoski, Oldřich Vlasák, Dominique Vlasto, Johannes Voggenhuber, Sahra Wagenknecht, Diana Wallis, Graham Watson, Henri Weber, Renate Weber, Åsa Westlund, Anders Wijkman, Glenis Willmott, Iuliu Winkler, Janusz Wojciechowski, Francis Wurtz, Anna Záborská, Jan Zahradil, Iva Zanicchi, Tatjana Ždanoka, Dushana Zdravkova, Roberts Zīle, Gabriele Zimmer, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka