Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 23 ta' April 2009 - Strasburgu
Kwittanza 2007: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Parlament Ewropew
 Kwittanza 2007: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti tal-Ġustizzja
 Kwittanza 2007: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti tal-Awdituri
 Kwittanza 2007: Baġit ġenerali tal-UE - L-Ombudsman Ewropew
 Kwittanza 2007: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta
 Kwittanza 2007: Il-Eurojust
 Kwittanza 2007: L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini
 Kwittanza 2007: L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni
 Kwittanza 2007: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex)
 Kwittanza 2007: Iċ-Ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard
 Kwittanza 2007: Iċ-Ċentru Ewropew għas-Sorveljanza tad-Drogi u d-Dipendenza tad-Drogi
 Kwittanza 2007: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop)
 Kwittanza 2007: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea
 Kwittanza 2007: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill
 Il-Ġestjoni Finanzjarja u l-Kontroll tal-Aġenziji tal-UE
 Aċċess għas-suq internazzjonali tal-kowċ u x-xarabank (tfassil mill-ġdid) ***II
 Kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq ***II
 Aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq (tfassil mill-ġdid) ***II
 Il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (tfassil mill-ġdid) ***I
 Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu ***I
 Drittijiet tal-passiġġieri li jivvjaġġaw bil-baħar jew fuq l-ilmijiet interni navigabbli ***I
 Passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ ***I
 It-terminu ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta' ċerti drittijiet relatati ***I
 Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport ***I
 It-tieni programm "Marco Polo" għall-għoti ta" għajnuna finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija ("Marco Polo II") ***I
 Netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiv ***I
 Id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali ***I
 Is-Sikurezza tal-pazjent *
 Azzjoni Ewropea fil-qasam tal-mard rari *
 Kwittanza 2007: Baġit ġenerali tal-UE - Taqsima III - Kummissjoni
 Kwittanza 2007: Is-Seba', it-Tmien u d-Disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF)
 Kwittanza 2007: Baġit ġenerali tal-UE - Kumitat Ekonomiku u Soċjali
 Kwittanza 2007: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kumitat tar-Reġjuni
 Kwittanza 2007: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ
 Kwittanza 2007: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni
 Kwittanza 2007: Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija
 Kwittanza 2007: L-Awtorità Ewropea tas-Sorveljanza tal-GNSS
 Kwittanza 2007: L-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji
 Kwittanza 2007: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima
 Kwittanza 2007: L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni
 Kwittanza 2007: L-Aġenzija Ewropea tal-Ambjent
 Kwittanza 2007: L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel
 Kwittanza 2007: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol
 Kwittanza 2007: L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
 Kwittanza 2007: L-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea
 Kwittanza 2007: L-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd
 Deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti
 Il-pjan ta' azzjoni għall-Mobilità Urbana
 Pjan ta" Azzjoni tas-Sistemi ta" Trasport Intelliġenti

Kwittanza 2007: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Parlament Ewropew
PDF 660kWORD 287k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima I – Parlament Ewropew (C6-0416/2008 – 2008/2276(DEC))
P6_TA(2009)0260A6-0184/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007(1),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007 – Volum I (SEC(2008)2359 - C6-0416/2008)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport dwar l-amministrazzjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima I - Parlament Ewropew(3),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għall-2007,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati(4),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(5),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10) u 275 tat-Trattat KE kif ukoll l-Artikolu 179a tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikulari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-Regoli Interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew(7),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 147(1) tar-Regolament Finanzjarju skont liema artikolu kull Istituzzjoni Komunitarja għandha tieħu l-passi kollha xierqa biex twettaq l-osservazzjonijiet li jakkompanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament Ewopew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta" Marzu 2006 dwar il-linji gwida għall-proċedura tal-baġit tal-2007 – Taqsimiet II, IV, V, VI, VII, VIII (A) u VIII (B) u dwar l-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament Ewropew (Taqsima I) għall-proċedura tal-baġit tal-2007(8),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 71 u 74(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0184/2009),

A.   billi l-verifika tal-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li, fir-rigward tan-nefqa amministrattiva tal-2007, l-Istituzzjonijiet kollha implimentaw b'mod sodisfaċenti s-sistemi ta" sorveljanza u ta' kontroll meħtieġa mir-Regolament Finanzjarju u t-tranżazzjonijiet ittestjati kienu ħielsa minn żbalji materjali(9),

B.   billi, fit-3 ta' Ġunju 2008, is-Segretarju Ġenerali ċċertifika li għandu assigurazzjoni raġjonevoli li l-baġit tal-Parlament Ewropew ġie implimentat b'konformità mal-prinċipji ta' amministrazzjoni finanzjarja soda u li l-qafas ta' kontroll li ġie applikat jagħti l-garanziji meħtieġa tal-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet sottostanti;

1.  Jagħti l-kwittanza lill-President tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2007;

2.  Jippreżenta l- kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima I – Parlament Ewropew (C6-0416/2008 – 2008/2276(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007(10),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007 – Volum I (SEC(2008)2359 - C6-0416/2008)(11) ,

–   wara li kkunsidra r-rapport dwar l-amministrazzjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima I - Parlament Ewropew(12),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għall-2007,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati(13),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(14),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10) u 275 tat-Trattat KE kif ukoll l-Artikolu 179a tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(15), u b'mod partikulari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-Regoli Interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew(16),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 147(1) tar-Regolament Finanzjarju skont liema artikolu kull Istituzzjoni Komunitarja għandha tieħu l-passi kollha xierqa biex twettaq l-osservazzjonijiet li jakkompanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament Ewopew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta" Marzu 2006 dwar il-linji gwida għall-proċedura tal-baġit tal-2007 – Taqsimiet II, IV, V, VI, VII, VIII (A) u VIII (B) u dwar l-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament Ewropew (Taqsima I) għall-proċedura tal-baġit tal-2007(17),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 71 u 74(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0184/2009),

A.   billi l-verifika tal-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li, fir-rigward tan-nefqa amministrattiva tal-2007, l-istituzzjonijiet kollha implimentaw b'mod sodisfaċenti s-sistemi ta" sorveljanza u ta' kontroll meħtieġa mir-Regolament Finanzjarju u t-tranżazzjonijiet ittestjati kienu ħielsa minn żbalji materjali(18),

B.   billi, fit-3 ta' Ġunju 2008, is-Segretarju Ġenerali ċċertifika li għandu assigurazzjoni raġjonevoli li l-baġit tal-Parlament Ewropew ġie implimentat b'konformità mal-prinċipji ta' amministrazzjoni finanzjarja soda u li l-qafas ta' kontroll li ġie applikat jagħti l-garanziji meħtieġa tal-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet sottostanti;

Tibdil importanti fil-ġestjoni tal-Baġit tal-Parlament fil-leġiżlatura parlamentari 2004-2009

1.  Ifakkar li din il-kwittanza hi l-aħħar waħda tal-leġiżlatura parlamentari 2004-2009, li matulha saru numru sew ta' bidliet fil-ġestjoni baġitarja tal-UE b'mod ġenerali, u fil-ġestjoni tal-Parlament b'mod partikolari;

2.  Ifakkar li matul din il-leġiżlatura parlamentari, ir-Regolament Finanzjarju ġdid kien implimentat b'mod sħiħ u revedut mill-ġdid fl-2008, u dan wassal għal bidliet kbar fil-ġestjoni baġitarja, partikolarment billi għamel aktar stretti r-regoli tal-akkwist u tejjeb l-istruttura tas-sistema ta' kontroll tal-proċeduri finanzjarji, waqt li żied ir-responsabilità tal-uffiċjali li jawtorizzaw u d-deċentralizza l-kontroll finanzjarju; jinnota li dawn il-bidliet ħtieġu staff kwalifikat u xogħol amministrattiv addizzjonali, u huma rikonoxxuti mid-Direttorati Ġenerali tal-Parlament li kienu effettivi biex tissaħħaħ l-amministrazzjoni finanzjarja soda;

3.  Jinnota, madankollu, li r-Regolament Finanzjarju jista' jeħtieġ reviżjoni aktar bir-reqqa minħabba li wħud mill-proċeduri qed joħolqu wisq ostakli fl-applikazzjoni mis-servizzi tal-Parlament; jiddispjaċih li dan wassal għal żieda fl-eċċezzjonijiet (kif imniżżla fl-annessi għar-Rapporti Annwali dwar l-Attivitajiet);

4.  Ifakkar li r-Regolament Finanzjarju l-ġdid, li jitlob żieda sostanzjali ta' persunal speċjalizzat, daħal fis-seħħ fl-istess żmien meta kienu riveduti r-Regolamenti u r-Regoli tal-Persunal applikabbli għal impjegati oħra(19), u qed ipoġġi numru ta' diffikultajiet fuq l-amministrazzjoni tal-Parlament;

5.  Ifakkar li fl-2004, 10 Stati Membri ġodda u, fl-2007, il-Bulgarija u r-Rumanija ngħaqdu mal-UE, u din hija r-raġuni ewlenija li wasslet għal żieda fil-persunal minn 4,662 fl-1 ta' Jannar 2004 (il-kategoriji kollha) għal 6,101 fil-31 ta' Diċembru 2008; għalhekk, jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi tal-amministrazzjoni tal-Parlament biex titratta b'effiċjenza din iż-żieda kbira ta'persunal; jinnota wkoll, li kważi kull kariga addizzjonali kienet relatata mal-impatt tat-tkabbir, u li ż-żieda netta ta' persunal mhux relatat mat-tkabbir hija biss ta' 1.2%;

6.  Jinnota li fl-2007, instab li 99.9% tal-ħlasijiet mill-allowance tal-assistenza parlamentari kienu ġustifikati b'mod regolari, u li ż-żieda f'din ir-rata kienet attribwibbli għal proċeduri mtejba adottati mill-Bureau fir-rigward ta' dokumentazzjoni ta" appoġġ, kif ukoll l-isforzi konsiderevoli mill-amministrazzjoni u żieda fis-sensibilizzazzjoni fost il-Membri;

7.  Jenfasizza l-fatt li għall-ewwel darba mill-ħolqien tal-Parlament, l-Istati Membri rnexxielhom jaqblu dwar Statut Ewropew għall-Membri tiegħu; dan l-Istatut se jippermetti remunerazzjoni u assigurazzjoni ugwali għall-Membri kollha, se jtemm id-diskrepanzi sostanzjali fis-salarji nazzjonali tagħhom, u se jintroduċi sistema trasparenti għat-tipi kollha ta' allowances u ta' remunerazzjoni;

8.  Ifakkar li l-adozzjoni ta' Statut għall-Assistenti kienet waħda mill-prijoritajiet enfasizzata fir-riżoluzzjoni dwar il-linji gwida baġitarji għall-2007; jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan ir-rigwar, l-adozzjoni tal-Kunsill, fid-19 ta' Diċembru 2008, tal-proposta tal-Kummissjoni (COM(2008)0786) kif emendata mill-Parlament(20); id-dħul fis-seħħ tagħha f' Lulju 2009 għandu jippermetti żieda kbira fit-trasparenza fl-użu ta' dawn il-fondi u għandu jiggarantixxi rispett sħiħ għad-drittijiet soċjali u tal-impjieg tal-assistenti;

Rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja(21)

9.  Jinnota li fl-2007, il-Parlament kellu dħul li jammonta għal EUR 144,449,007 (EUR 126,126,604 fl-2006);

Kontijiet definittivi 2007 (f'EUR)

10.  Jinnota ċ-ċifri li fuq il-bażi tagħhom ingħalqu l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2007, jiġifieri:

(a) Approprjazzjonijiet disponibbli

approprjazzjonijiet għall-2007:

1 397 460 174

trasferimenti mhux awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2006:

4 817 000

trasferimenti awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2006:

188 746 822,24

approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għad-dħul assenjat għall-2007:

42 522 400,66

trasferimenti li jikkorrispondu għad-dħul assenjat mis-sena finanzjarja 2006:

34 640 774,58

Total:

1 668 187 171,4848

(b) L-użu ta" approprjazzjonijiet fis-sena finanzjarja 2007:

impenji:

1 594 372 252,26

ħlasijiet li saru:

1 329 131 440,46

ħlasijiet pendenti u approprjazzjonijiet mhux ta' impenn li ġejjin minn dħul assenjat:

263 564 514,64

approprjazzjonijiet trasferiti inklużi dawk li ġejjin minn dħul assenjat:

263 564 514,64

approprjazzjonijiet kanċellati:

31 691 180,38

(c) Dħul Baġitarju

li wasal fl-2007:

144 449 007,32

(d) Il-Karta tal-bilanċ totali fil-31 ta' Diċembru 2007:

1 788 830 683

11.  Jinnota li l-approprjazzjonijiet awtorizzati fil-baġit inizjali tal-Parlament għall-2007 kienu jammontaw għal EUR 1,397,460,174, u dan jirrapreżenta żieda ta" 6% fuq il-baġit tal-2006 (EUR 1,321,600,000), u jinnota wkoll li ma kienx ippreżentat baġit ta' emenda fl-2007;

12.  Jirrimarka li aktar milli jirritorna flus li ma ntefqux lill-Istati Membri, il-Parlament iddeċieda - bħal fis-snin ta' qabel - li jagħmel trasferimenti "ta' kklerjar" ta' tmiem is-sena mid-diversi linji tal-baġit li jammontaw għal EUR 25,000,000 (2006: EUR 37,246,425) maħsuba biex jinxtara bini fi Vjenna għat-twaqqif ta' Dar l-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Kummissjoni; madankollu, jinnota li fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta" April 2007 dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2005(22), il-Parlament talab li fl-interess taċ-ċarezza baġitarja l-ispiża tal-bini tiddaħħal fil-baġit minflok tiġi ffinanzjata permezz ta" trasferimenti "ta' kklerjar;

13.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li r-Rapport dwar il-Ġestjoni Baġitarja u Finanzjarja - kif mitlub f'riżoluzzjonijiet ta' kwittanza preċedenti - sar gwida ċara u trasparenti għall-ġestjoni finanzjarja tal-Parlament matul is-sena finanzjarja li għaliha jkun qed jirreferi;

Il-kontijiet tal-Parlament

14.  Jinnota li fiċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet definittivi, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Parlament ta l-assigurazzjoni raġjonevoli tiegħu li l-kontijiet jippreżentaw stampa ġusta u reali tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Parlament fl-aspetti materjali kollha; jinnota wkoll l-osservazzjoni tiegħu dwar il-fatt li l-ebda kwistjoni li titlob riserva ma tressqet għall-attenzjoni tiegħu;

15.  Ifakkar fid-deċiżjoni meħuda mill-President tiegħu dwar l-adozzjoni tal-kontijiet għas-sena finanzjarja 2007;

16.  Josserva li r-riżultat ekonomiku tas-sena finanzjarja 2007 kien riżultat negattiv ta' EUR 209,985,279, spjegat prinċipalment minn żieda f'obbligi ta' EUR 256,095,000 li jikkorrispondu għal riserva għall-pensjonijet primarji ta' ċerta kategorija ta' Membri ffinanzjata direttament mill-Parlament skont l-Anness III tar-Regoli dwar in-nefqa u l-allowances tal-Membri;

17.  Jitlob lis-Segretarju Ġenerali biex jindika x'se tkun ir-riserva probabbli għall-pensjonijiet għall-Membri meta l-istatut tal-Membri jidħol fis-seħħ, u kif din ir-riserva se tkun ittratata għall-finijiet ta' kontabilità fil-karta tal-bilanċ tal-Parlament;

18.  Jinnota li l-annessi għall-karta tal-bilanċ tivvaluta l-bini li huwa propjeta' tal-Parlament għal EUR 1,015,159,978 wara deprezzament kontra nefqa totali tal-akkwist ta' EUR 1,650,945,693; jitlob lis-Segretarju Ġenerali biex jipprovdi ħarsa ġenerali tal-valur attwali tas-suq ta" kull bini tal-Parlament Ewropew imqabbel mal-prezz ta' xiri tiegħu;

Dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni mis-Segretarju Ġenerali

19.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-istqarrija tas-Segretarju Ġenerali tat-3 ta' Ġunju 2008 fil-kapaċità tiegħu ta' Uffiċjal Prinċipali ta' Awtorizzazzjoni permezz ta' Delega, fir-rigward tar-rapporti tal-attivitajiet annwali tal-uffiċjali ta' awtorizzazzjoni għall-2007, li fiha ċċertifika li hu għandu assigurazzjoni raġjonevoli li l-baġit tal-Parlament kien implimentat f' konformita' mal-prinċipji ta' amministrazzjoni finanzjarja soda u li l-qafas ta' kontroll li ġie applikat jagħti l-garanziji meħtieġa tal-legalità u r-regularità tal-operazzjonijiet sottostanti;

20.  Jinnota, madankollu, l-osservazzjoni tiegħu, li tinsab fid-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni, li l-qafas regolatorju li jmexxi l-allowances parlamentari, kif ukoll l-infiq tal-assistenza parlamentari, sar tant kumpless li jippreżenta nuqqasijiet serji biex ikun applikat fil-prattika, u li għal din ir-raġuni hu ħa l-inizjattiva li jwaqqaf sistema ġdida li għandha tidħol fis-seħħ sa Lulju 2009;

Rapporti tal-attivitajiet mis-Segretarju Ġenerali

21.  Josserva b'sodisfazzjon li d-Diretturi Ġenerali kollha kienu f'pożizzjoni li jagħtu dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni bla riserva dwar l-implimentazzjoni tal-baġit mis-servizzi tagħhom fl-2007;

22.  Hu konxju li r-rapporti tal-attivitajiet huma għodda ta' tmexxija interna li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jagħtu lis-Segretarju Ġenerali idea ġenerali ċara tal-ħidma tal-amministrazzjoni, u b'mod partikulari ta' kwalunkwe nuqqas;

23.  Jirrimarka li r-rapport tal-attività ta' kull Direttorat Ġenerali jinkludi bħala anness lista ta' eċċezzjonijiet, li telenka d-derogi mir-Regolament Finanzjarju u mir-regoli dipendenti; jesprimi tħassib li l-ammont totali ta' dawn l-eċċezzjonijiet jeċċedi l-ammont annwali medju ta' viżas miżmuma u miksuba qabel l-2003 taħt ir-Regolament Finanzjarju ta' qabel ir-riforma, meta t-tranżazzjonijiet kollha kellhom jiġu approvati mill-Kontrollur Finanzjarju;

Ir-rapport annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għall-2007

24.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri sabet li, fir-rigward tan-nefqa amministrattiva tal-2007, l-istituzzjonijiet kollha implimentaw b'mod sodisfaċenti s-sistemi ta" sorveljanza u ta' kontroll meħtieġa mir-Regolament Finanzjarju u t-tranżazzjonijiet ittestjati kienu ħielsa minn żbalji materjali;

25.  Jinnota r-riżultati speċifiċi dwar il-Parlament li hemm fir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-2007, kif ukoll ir-risposti tal-Parlament, dwar il-fattur multiplikatur applikabbli għas-salarji tal-persunal wara l-adozzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal riveduti tal-1 ta' Mejju 2004 u l-ħlasijiet fl-2007 fuq approprjazzjonijiet trasferiti mill-2006 fir-rigward ta' 'high-speed broadcast cameras' li kellhom jiġu installati fil-bini D5 fl-2008;

26.  Barra min hekk, jinnota wkoll it-taqsima tar-rapport annwali dwar is-segwitu għall-osservazzjonijiet minn rapporti preċedenti fir-rigward ta' ħlas lura b'rata fissa għal spejjeż ta' akkomodazzjoni li jsiru minn uffiċjali fuq missjoni, dokumenti ta' appoġġ dwar l-użu tal-allowance tal-assistenza parlamentari u fir-rigward tal-iskema addizjonali u volontarja tal-pensjoni, il-ħtieġa li jkunu stabbiliti regoli ċari li jiddefinixxu l-obbligi u r-responsabilitajiet tal-Parlament u tal-membri fl-iskema fil-każ ta' defiċit;

27.  Jinnota r-risposti mogħtija mill-Parlament fil-proċedura kontradittorja mal-Qorti tal-Awdituri;

Segwitu mis-Segretarju Ġenerali għall-aħħar riżoluzzjoni ta' kwittanza

28.  Jilqa" b'sodisfazzjon id-deċiżjonijiet tal-Bureau tal-10 ta" Marzu 2008, tad-19 ta" Mejju 2008 u tas-7 ta" Lulju 2008 dwar il-miżuri ta" implimentazzjoni għall-Istatut tal-Membri u għall-assistenza parlamentari tal-Membri, li jirrappreżentaw segwitu dirett għar-rakkomandazzjonijiet tal-kwittanza tal-2006; barra minn hekk, jilqa" b'sodisfazzjon ukoll l-impenn tal-President tiegħu fir-rigward tal-implimentazzjoni ta" dawn id-deċiżjonijiet;

29.  Ifakkar li skont l-Artikolu 147(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet l-oħra huma obbligati li jieħdu l-passi kollha xierqa biex jaġixxu fir-rigward tal-osservazzjonijiet li jakkompanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament;

30.  Għalhekk, jifraħ lis-Segretarju Ġenerali li ressaq ir-rapporti mitluba mill-amministrazzjoni fl-aħħar riżoluzzjoni ta' kwittanza fil-ħin qabel il-bidu tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2007;

31.  Jinnota l-konklużjoni tas-Sevizz Legali tad-29 ta' April 2008 (SJ 775/06), fir-rigward tal-paragrafi tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza tas-sena finanzjarja tal-2006 dwar il-fond volontarju tal-pensjoni, kif ġej: 'Il-Bureau għandu s-setgħat u r-responsabilitajiet tiegħu, li huma stipulati fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament. Hi r-responsabilità tal-Bureau li jiddeċiedi, għalhekk, jekk jixtieqx li jitbiegħed mill-fehma espressa fl-assemblea plenarja fir-riżoluzzjoni tagħha tat-22 ta' April 2008 jew li jimxi magħha'; madankollu, jikkunsidra li din il-konklużjoni, ibbażata fuq ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, mhix kompletament kompatibbli mat-tifsira ċara tal-Artikolu 147(1) tar-Regolament Finanzjarju li hu bbażat fuq l-Artikolu 276 tat-Trattat KE;

Smigħ tal-Awditur Intern

32.  Jinnota li l-laqgħa tal-kumitat kompetenti mal-Awditur Intern li saret fl-20 ta' Jannar 2009, u li kienet laqgħa miftuħa trażmessa bil-web-stream u li fiha l-Awditur Intern ippreżenta r-rapport annwali tiegħu, l-Awditur Intern spjega li fl-2007 adotta jew ħareġ f'abbozz 18-il rapport dwar temi li jinkludu:

   spejjeż tal-missjonijiet tal-persunal
   governanza tal-IT
   fondi mislufin, ġestjoni tal-inventarji u tal-baġit f'ċerti uffiċji tal-informazzjoni
   partiti politiċi fil-livell Ewropew
   intitolamenti individwali għall-membri tal-persunal
   segwitu għar-reviżjoni tal-Qafas ta" Kontroll Intern
   allowance għall-assistenza parlamentari;

33.  Jinnota li fost l-aktar konklużjonijiet sinifikanti li ħargu fir-rapport annwali tal-Awditur Intern kien hemm dawn li ġejjin:

   li l-istruttura ta" governanza tal-IT fil-Parlament, kif ivverifikata, ma tatx assigurazzjoni li qed isiru l-għażliet korretti tal-IT fit-terminu ta" żmien medju, jew li kien hemm fis-seħħ proċess adegwat ta' ppjanar strateġiku tal-IT;
   li l-attivitajiet tal-kontroll fil-qasam tal-intitolamenti individwali għall-membri tal-istaff għandhom jissaħħu b'mod sinifikanti, għandu jkun hemm titjib fil-kwalità tad-dejta fis-sistemi relevanti tal-ġestjoni tal-IT, u l-proċeduri u l-gwida meħtieġa biex jiġu appoġġjati l-attivitajietta" ġestjoni u ta" kontroll għandhom ikunu dokumentati b'mod xieraq;
   li l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni ppreżentati mill-partiti politiċi Ewropej mhux dejjem kienu suffiċjenti biex jappoġġjaw it-talbiet tagħhom għal kontributi finanzjarji jew biex jippermettu li d-dipartiment tal-awtorizzazzjonijiet jivverifika l-eliġibilità tat-talba għall-ħlas;

34.  Jinnota u jappoġġja l-fehmiet espressi mill-Awditur Intern fir-rigward ta":

   l-importanza li, f'livell ċentrali, jitwaqqaf kodiċi istituzzjonali ta' kondotta li jirregola r-relazzjonijiet mal-konsulenti esterni (li l-linji-gwida għal dan ġew adottati mis-Segretarju Ġenerali f'Lulju 2008);
   l-importanza li jiġi żgurat li tibda taħdem sistema effettiva ta' ġestjoni tar-riskju f'livell ċentrali, bi proċeduri miftiehma biex jiġu identifikati u evalwati r-riskji, biex jiġu fformulati u rrappurtati r-reazzjonijiet għal dawk ir-riskji, u biex tingħata assigurazzjoni lill-korpi ta" sorveljanza u tat-teħid tad-deċiżjonijiet li l-ġestjoni tar-riskji hija effettiva u li r-reazzjonijiet kollha għar-riskji, inklużi l-kontrolli interni, huma xierqa;

Il-kuntratti u l-akkwisti

35.  Ifakkar li l-Parlament jippubblika t-tagħrif ġenerali dwar il-kuntratti li jingħataw fil-websajt tiegħu permezz tal-"quick links"(23) u li, skont it-termini tar-Regolament Finanzjarju, jippubblika (i) tagħrif speċifiku dwar il-kuntratti b'valur ogħla minn EUR 60,000 fil-Ġurnal Uffiċjali, u (ii) lista tal-kuntratti b'valur ta' bejn EUR 25,000 u EUR 60,000 fil-websajt tiegħu; jilqa' b'sodisfazzjon il-livell għoli ta' trasparenza miksuba permezz ta' dan kollu, iżda jirrakkomanda li, għall-finijiet ta' aċċessibilità eħfef, il-websejt tal-Parlament għandha tinkludi lista komprensiva tal-kuntratti kollha;

36.  Jinnota li r-rapport annwali tal-amministrazzjoni lill-awtorità baġitarja dwar il-kuntratti fih it-tagħrif li ġej dwar il-kuntratti mogħtijin matul l-2007:

Il-kuntratti mogħtijin

2007

2006

Kuntratti b'valur daqs jew ogħla minn EUR 25,000

EUR 331.5 m

(249 kuntratt)

EUR 327.5 m

(238 kuntratt)

Kuntratti b'valur daqs jew ogħla minn EUR 50,000

EUR 326.5 m

(133 kuntratt)

EUR 322.3 m

(112-il kuntratt)

Kuntratti b'valur bejn EUR 25,000 u EUR 60,000

EUR 5.2 m

(116-il kuntratt)

EUR 5.2 m

(126 kuntratt)

37.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-informazzjoni li l-proporzjon ta' kuntratti konklużi permezz tal-proċedura miftuħa żdied mill-2006 għall-2007 f'termini tal-ammont totali kif ukoll bħala persentaġġ tal-għadd globali tal-kuntratti, kif ġej:

Tip ta" proċedura

2007

2006

Valur (f'EUR)

Persentaġġ

Valur (f'EUR)

Persentaġġ

Miftuħa

Ristretta

Negozjata

162 124 519

59 593 905

109 763 269

49%

18%

33%

123 936 713

12 438 031

191 162 868

38%

4%

58%

Total

331 481 693

100%

327 537 612

100%

38.  Jinnota li l-amministrazzjoni issa ħolqot id-database tal-esklużjoni mitluba bl-Artikolu 95 tar-Regolament Finanzjarju, u li attwalment qed tistenna struzzjonijiet mill-Kummissjoni dwar kif tikkoordinaha mal-arranġamenti mmexxija mill-Kummissjoni fid-dawl tar-Regolament(24) u d-Deċiżjoni adottati minn din tal-aħħar fis-17 ta' Diċembru 2008;

39.  Jinnota li, minkejja l-emendi għar-Regolament Finanzjarju, ir-regoli tiegħu dwar l-akkwist għadhom ikkumplikati wisq għall-istituzzjonijiet iż-żgħar, speċjalment fir-rigward ta" sejħiet għall-offerti għal kuntratti ta' ammonti relattivament żgħar; jistieden lill-Kummissjoni biex - meta tkun qed twettaq il-ħidma preliminari tagħha qabel ma tfassal kwalunkwe proposta futura biex jiġi emendat ir-Regolament Finanzjarju - tikkonsulta b'mod estensiv mas-Segretarjati Ġenerali u l-amministrazzjonijiet tal-istituzzjonijiet l-oħrajn sabiex tiżgura li l-preokkupazzjonijiet tagħhom jitqiesu b'mod sħiħ fl-abbozz final;

Il-ġestjoni tal-amministrazzjoni tal-Parlament
DĠ Presidenza

40.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn tad-DĠ Presidenza għal titjib kontinwu fil-ġestjoni finanzjarji permezz ta' eżami fil-fond tal-aspetti varji tal-implimentazzjoni tal-baġit u l-proċeduri assoċjati; jinnota b'mod partikulari l-isforzi mwettqa fil-qasam tat-trawwin ta" kuxjenza fost l-persunal dwar l-operazzjonijiet baġitarji;

41.  Ifakkar fit-talba tiegħu, li ġiet ifformulata l-ewwel darba fil-kwittanza għas-sena finanzjarja 2004, li tinħoloq il-kariga ta" amministratur tar-riskji, li għandu jkollu esperjenza professjonali estensive fil-qasam, li jkun indipendenti u awtonomu fit-teħid tad-deċiżjonijiet, li jkollu għarfien wiesa' tal-istruttura u l-governanza tal-organizzazzjoni, u li jkollu l-awtorità, minħabba li l-opinjoni tiegħu għandha mnejn tmur kontra deċiżjonijiet politiċi u amministrattivi;

42.  Jikkunsidra li huwa essenzjali li dan l-amministratur tar-riskji jitqiegħed fi struttura amministarttiva li tkun tista' tiggarantixxi konformità sħiħa ma' dawn il-kriterji;

43.  Jenfasizza li l-qasam tas-sigurtà huwa settur sensittiv ħafna f'kwalunkwe parlament, u huwa b'mod partikolari aktar sensittiv f'parlament multinazzjonali b'viżibilità kbira u li jkollu żjarat bla waqfien mill-Kapijiet tal-Istat u tal-gvern minn kull naħa tad-dinja; jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex jippreżenta lill-kumitat kompetenti stampa tas-sitwazzjoni attwali f'dan il-qasam; f'dan ir-rigward ifakkar dwar l-importanza ta" proċeduri ta" komunikazzjoni ċari fil-każ ta' ksur serju tas-sigurtà fil-Parlament;

44.  Ifakkar fid-deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta' Novembru 2006 li tapprova l-istrateġija tal-kontinwità tal-ħidma u tal-ġestjoni tal-kriżi kif proposta mis-Segretarju Ġenerali; jissottolinea n-neċessità assoluta li fl-aħħar jitqiegħdu fil-prattika regoli ċari li jiddefinixxu l-katina tal-kmand u l-istruttura tal-ġestjoni tal-kriżi fi ħdan l-amministrazzjoni tal-Parlamnet, u jistenna li d-DĠ Presidenza jagħmel kull sforz f'din id-direzzjoni;

45.  Jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu dwar l-għadd dejjem ikbar ta' każijiet ta' kriminalità żgħira fil-bini tal-Parlament, l-aktar fir-rigward ta" serq ta' oġġetti personali bħalma huma briefcases, kompjuters portabbli, mowbaljs, eċċ.; jappoġġja kull sforz imwettaq mill-amministrazzjoni sabiex tinkiseb sigurtà aħjar fil-bini tal-Parlament;

46.  Jinnota li fl-2005, il-Parlament xtara 6 "body scanners" wara analiżi tar-riskju għas-sigurtà u fuq il-parir ta' konsulent estern; jinnota li wara li nxtraw dawn il-"body scanners", il-Parlament ivvota kontra l-użu ta' scanners bħal dawn fl-ajruporti; għalhekk, jitlob lis-Segretarju Ġenerali biex jara x'possibilità hemm li dawn jinbiegħu; jitlob lill-amministrazzjoni tiegħu sabiex fil-ġejjieni, qabel ma tagħmel xiri simili, tinforma lill-Membri u tinvolvihom fil-proċess tat-teħid ta" deċiżjoni;

DĠ Politiki Interni u DĠ Politiki Esterni

47.  Jinnota li fl-2007 d-Dipartimenti tal-Politika fid-DĠ IPOL u d-DĠ EXPO kienu operattivi b'mod sħiħ b'baġit globali ta' EUR 6,519,600; jinnota b'sodisfazzjon li l-kompitu primarju tagħhom li jipprovdu assistenza għall-ħidma tal-korpi parlamentari kompla jitjieb; jilqa' b'sodisfazzjon l-approċċ tad-dipartimenti tal-politika fejn il-kwalità hija l-għan ewlieni meta jkun hemm bżonn ta" esperti esterni, u jistieden lil dawn id-dipartimenti biex jikkunsidraw bir-reqqa liema mudell ta' kuntratt jista' jrendi l-ogħla kwalità ta' parir għall-kumitati li jitolbu tali konsulenza;

DĠ Komunikazzjoni

48.  Jinnota t-talbiet li kulma jmur qed jiżdiedu magħmulin lid-DĠ Komunikazzjoni fil-qasam tal-proġetti awdjoviżivi kif ukoll l-implimentazzjoni taċ-ċentru tal-viżitaturi, li issa dieħla fil-fażi finali tagħha; jinnota f'dan ir-rigward li hemm proċeduri twal u peżanti marbutin mat-tħejjijiet għaċ-ċentru l-ġdid tal-viżitaturi, li rriżultaw fi 13-il proċedura għall-għoti tal-kuntratti u 20 kuntratt separat;

49.  Jitlob lis-Segretarju-Ġenerali jimla l-postijiet l-ġodda kkontemplati għall-2009 fit-tim tal-proġett għaċ-ċentru tal-viżitaturi kemm jista' jkun malajr ħalli jiżgura li ċ-ċentru tal-viżitaturi jkun jista' jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku fil-bidu tal-2010;

50.  Jilqa' b'sodisfazzjon ix-xogħol magħmul mid-DĠ Komunikazzjoni fit-tħejjija tat-tnedija tal-proġett tal-WEB-TV, li wara xi diffikultajiet fil-fażi tal-bidu tal-għoti tal-kuntratti issa għaddej bil-verżjoni tal-provi; jieħu nota tal-fatt li l-fażi tal-provi saret matul il-perjodu Settembru 2008 sa Marzu 2009, u kampanja ta' kuxjenza pubblika tnediet f'Marzu 2009 biex tinforma u tiġbed liċ-ċittadini; jinnota d-diffikultajiet marbutin mal-ewwel Web-TV fid-dinja mniedi f"20 ilsien;

51.  Jilqa' b'sodisfazzjon it-trasparenza li l-Web-TV ta lix-xogħol tal-Parlament, hekk kif il-laqgħat tal-kumitati, is-smigħ u l-attivitajiet l-oħrajn qed ikunu mxandrin fuq il-web u ċ-ċittadini li huma interessati jistgħu jsegwu b'mod dirett is-suġġett ta' interess ewlieni;

52.  Jieħu nota tal-adozzjoni unanima min-naħa tal-Bureau tal-"Istrateġija u l-Pjan t'Azzjoni għall-Elezzjonijiet Ewropej 2009" tat-22 ta' Ottubru 2007, li daħal fl-ewwel fażi tal-implimentazzjoni tiegħu fl-2008 u se jilħaq il-quċċata eżatt qabel l-elezzjonijiet Ewropej;

53.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-involviment tal-Parlament, li kulma jmur qed jiżdied, fil-ħajja soċjali u kulturali Ewropea, kif jidher mill-attivitajiet bħalma huma l-Lux Prize, il-premju tal-Parlament Ewropew għall-ġurnaliżmu, il-premju għaċ-ċittadini, il-premju Ewropew għaż-żgħażagħ Charlemagne, AGORA u l-Ġranet tal-Mezzi tax-Xandir taż-Żgħażagħ, li kollha kemm huma ġew imnedija fl-2007, flimkien mal-attivitajiet tradizzjonali;

54.  Jinnota s-sodisfazzjoni tal-utenti tal-infrastruttura awdjoviżiva l-ġdida fil-bini JAN ta' Brussell, li kien ikkreat bejn l-2006 u l-2008 biex jipprovi tagħmir modern lill-mezzi tax-xandir u lis-servizzi in-house;

55.  Jilqa' b'sodisfazzjon it-titjib fil-ġestjoni tal-uffiċji tal-informazzjoni, fejn b'mod partikolari jidher li l-ġestjoni finanzjarja ttejbet skont it-tagħrif mogħti mill-Awditur Intern matul is-smigħ tal-kumitat kompetenti tal-20 ta' Jannar 2009; jenfasizza l-importanza tal-mission statement il-ġdid tal-uffiċji tal-informazzjoni tal-Parlament, li jtejjeb il-viżibilità tagħhom u l-aċċessibilità għaċ-ċittadini;

56.  Jiddispjaċih li d-deċiżjonijiet dwar il-pożizzjonijiet importanti fid-DĠ Komunikazzjoni ħadu ħafna ħin, u ħallew pożizzjonijiet ta' ġestjoni mhux mimlijin u li dan jirriżulta f'aktar xogħol għall-manaġers ġa maħturin;

DĠ Persunal

57.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-introduzzjoni mid-DĠ Persunal ta" "Streamline", li jippermetti żieda kunsiderevoli fl-effiċjenza u jista' jintuża faċilment mill-membri kollha tal-persunal;

58.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-eżerċizzju tal-iscreening magħmul mid-DĠ Persunal; jistieden lid-DĠ Persunal jissokta jaħdem fuq l-iscreening u jieħu approċċ jixbaħ lil dak tal-Kummissjoni li qed iwassal għal titjib maġġuri fl-allokazzjoni u l-effiċjenza tal-persunal;

59.  Jinnota li d-dispożizzjonijiet tranżitorji li jdaħħlu l-fattur tal-multiplikazzjoni (Anness XIII għar-Regolamenti tal-Persunal) imdaħħlin mir-riforma huma singolarment opaki u saħansitra jikkontradixxu lilhom infushom(25) għax jagħtu lok għal interpretazzjonijiet diverġenti bejn l-Istituzzjonijiet varji u għal bosta każijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja; jenfasizza l-importanza tal-kjarezza u s-sempliċita fl-abbozzar tat-testi legali; jinsisti li l-perjodu tranżitorju bejn l-iskala tas-salarji l-qadima ta' qabel l-2004 u l-iskala l-ġdida ta' wara r-riforma għandu jinżamm sal-minimu (id-dokument spjegattiv tal-Kummissjoni maħruġ qabel ir-riforma kien ikkontempla t-tmiem tal-perjodu tranżitorju sal-2006), u jistenna b'interess l-eżitu tal-analiżi li għandha ssir f'dan is-sens mill-grupp ta' ħidma maħluq mis-Segretarju-Ġenerali;

60.  Ifakkar li - fl-istess waqt li kienet għaddejja żjieda sinifikanti fil-għadd ta' persunal tal-finanzi/tal-baġit meħtieġ bħala konsegwenza tar-Regolament Finanzjarju rivedut - il-potenzjal tal-istituzzjoni li tiġbed persunal finanzjarju kkwalifikat tnaqqas meta fl-2004 ir-Regolamenti tal-Persunal ġew riveduti sostanzjalment, inkluża riduzzjoni kunsiderevoli tal-livell tas-salarji u l-benefiċċji l-oħrajn imħallsin lill-uffiċjali l-ġodda mar-reklutaġġ;

61.  Josserva li mill-anqas Direttorat-Ġenerali wieħed jenfasizza, fir-rapport tal-attività tiegħu, l-utilità tal-kontrolli ex-post biex jinstabu l-iżbalji jew id-dgħufijiet għal korrezzjoni futura; jinnota li mhux id-Direttorati-Ġenerali kollha bħalissa għandhom kontrollur ex-post;

62.  Jitlob valutazzjoni minn korp indipendenti estern tal-impatti globali tar-riforma tal-2004 għar-Regolamenti tal-Persunal, li tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji tar-riforma u b'mod partikolari tidentifika l-konsegwenzi mhux intenzjonati li għandhom impatt negattiv fuq kif jaħdmu l-istituzzjonijiet; jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex fl-istess waqt jikkummissjona studju dwar il-livell ta' sodisfazzjon fost il-persunal;

63.  Jinnota l-ħarsa ġenerali pprovduta mis-Segretarju Ġenerali tan-numru ta" applikanti għall-postijiet vakanti "l fuq mil-livell ta' Kap tal-Unità; huwa mħasseb dwar il-fatt li għall-biċċa l-kbira ta" dawn il-postijiet in-numru ta" kandidati kien limitat (1 jew 2); jitlob li jittieħdu miżuri xierqa biex ikun hemm żieda fin-numru ta" kandidati interni għal postijiet bħal dawn;

DĠ Infrastruttura u Loġistika

64.  Jiddispjaċih li, wara li xtara l-binjiet SDM, WIC, u IP3 fi Strażburgu, instab li kien hemm asbestos fl-ammonti ħafna akbar minn kemm kien inizjalment indikat mill-espert Franċiż; jinnota li ttieħdet deċiżjoni ħalli jitneħħa dak l-asbestos fl-interess tal-ħarsien għal perjodu ta" żmien twil għal dawk li jkunu qed jaħdmu u jżuru dal-binjiet;

65.  Jitlob lill-President u lis-Segretarju-Ġenerali jiżguraw li x-xogħlijiet ta' tneħħija tal-asbestos isiru skont il-protokoll tal-intervent u skont ir-rapporti esperti mehmużin mar-risposta tal-kwestjonarju tal-kwittanza u taħt is-superviżjoni kostanti tal-esperti ħalli jiġi żgurat livell ottimali ta' ħarsien għall-persuni kollha għaddejjin minn dal-binjiet jew li jkunu qed jaħdmu fihom waqt li jkunu qed isiru x-xogħlijiet;

66.  Jinnota li l-istimi finali tal-sps għall-estensjoni taċ-ċentru tal-isports fi Brussell se jkunu ddeterminati wara l-konklużjoni tal-proċedura negozjata kurrenti; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jissottometti lill-Bureau u lill-Kumitat dwar il-Baġits l-istimi tal-ispejjeż definittivi qabel ma tittieħed id-deċiżjon finali li jinbdew dawn ix-xogħlijiet; jinnota li x-xogħol li sar s'issa mhuwiex konsistenti mal-interessi la tal-Membri u lanqas taċ-ċittadini li jħallsu t-taxxi;

DĠ Traduzzjoni u DĠ Interpretazzjoni u Konferenzi

67.  Jinnota bi preokkupazzjoni d-dikjarazzjoni tad-DĠ Traduzzjoni fir-rapport tal-attività tiegħu li l-kodiċi ta' kondotta dwar il-multilingwiżmu qiegħed jiġi rrispettat biss f'60% tal-każijiet, u li n-nuqqas ta" konformità mal-kodiċi huwa gravi b'mod inaċċettabbli f'ċerti kumitati; jikkunsidra li kwalunkwe pass lilhinn mill-multilingwiżmu jagħmel ħsara serja lid-demokrazija u lit-twettiq normali tad-dmirijiet tal-Membri, u jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiżgura li l-kodiċi jiġi applikat sewwa;

68.  Jappoġġja l-proposta tas-Segretarju-Ġenerali li jdaħħal miżuri li jqajmu l-kuxjenza fost l-utenti tas-servizzi ta' traduzzjoni u ta' interpretazzjoni, inklużi l-kumitati, id-delegazzjonijiet u l-gruppi politiċi, u jissuġġerixxi li l-proposti futuri għandhom jinkludu l-ħruġ ta' kontijiet virtwali lill-utenti;

69.  Jinnota li fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta' Novembru 2008, il-Bureau adotta kodiċi ta' kondotta sostanzjalment rivedut;

70.  Jifraħ lid-DĠ Traduzzjoni kif ukoll lid-DĠ Interpretazzjoni u Konferenzi għall-isforzi tagħhom biex jaħdmu mingħajr diffikultà meta l-ilsna uffiċjali żdiedu minn 11 fl-2004 għal 23 fl-2009;

71.  Jinnota li l-kondizzjonijiet tax-xogħol għall-interpreti ddeterorjaw f'din il-leġiżlatura minħabba l-pressjoni tax-xogħol li kulma jmur tiżdied u minħabba l-interpretazzjoni żejda tar-regoli li jirregolaw il-missjonijiet; jistieden lid-DĠ Interpretazzjoni u Konferenzi jindaga urġentement din il-kwestjoni sabiex iżid il-motivazzjoni tal-interpreti; jinnota li dawn il-problemi normalment jikkonċernaw il-kombinazzjonijiet tal-ilsna ewlenin, li għandhom skeda ta" żmien ħafna aktar peżanti minħabba l-livell ta' rikjesta għas-servizzi tagħhom;

72.  Jitlob lis-Segretarju Ġenerali biex jipprovdi ħarsa ġenerali għas-sena 2007, u, jekk possibbli, għas-sena 2008, tal-laqgħat li ġew imħassra fi stadju tant tard li ma setgħux jiġu skedati mill-ġdid interpreti u persunal ta" assistenza, inklużi l-ispejjeż totali involuti u min ġarr dawn l-ispejjeż;

DĠ Finanzi

73.  Jinnota x-xogħol tal-grupp ta' ħidma għas-simplifikazzjoni; jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex iressaq rapport qasir lill-kumitat kompetenti tiegħu dwar ir-riżultat ta' dan il-grupp ta' ħidma; jistenna li qabel jiġu previsti xi bidliet fir-regoli finanzjarji, dak il-kumitat jintalab jagħti opinjoni formali;

74.  Jinsisti li r-regoli implimentattivi għall-Istatut tal-Membri għandhom ikunu ċari u faċli li wieħed ikun konformi magħhom;

75.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex jistabbilixxi servizz, li jrid ikun disponibbli għall-Membri kollha sa minn Lulju 2009, biex jagħtihom parir dwar l-applikazzjoni korretta tal-Istatut tal-Membri l-ġdid u tad-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont dan l-istatut, u t-trattament xieraq tal-kuntratti tal-assistenti;

76.  Jikkunsidra li, sabiex iwettqu d-dmirijiet parlamentari tagħhom, il-Membri għandhom ikunu intitolati jużaw il-mezz tat-trasport li l-iżjed ikun adattat għall-aġenda tal-ħidma parlamentari tagħhom, l-iżjed li jkun konvenjenti, l-iktar mgħaġġel u l-inqas għali għall-Parlament;

77.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex jagħmel ir-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa disponibbli għall-implimentazzjoni mgħaġġla tal-Istatut tal-Assistenti l-ġdid;

78.  Jitlob għal korp indipendenti biex jagħmel analiżi globali tal-immaniġġjar finanzjarju sod, tal-effettività u tal-effiċjenza tal-kuntratti ma' fornituri tas-servizz esterni f'oqsma bħal ma huma l-IT, is-sigurtà, il-bars, ir-ristoranti, il-canteens, l-uffiċċju tal-ivvjaġġar, iż-żamma tal-indafa fil-bini, b'attenzjoni partikolari għal:

   il-metodu tal-għażla
   l-iktar tip ta' kuntratt xieraq
   in-nuqqas possibbli tal-kontroll tal-immaniġġjar permezz ta' esternalizzazzjoni eċċessiva
   it-trasparenza tal-mekkaniżmi ta' drittijiet/kontijiet
   id-dipendenza fuq il-kummissjoni bħala fattur fir-remunerazzjoni
   il-problema ta' monopolji fl-għoti tas-servizzi f'ċertu oqsma
   ġustifikazzjoni għall-pagamenti mill-baġit Parlamentari;

79.  Jirrakkomanda li l-Awditur Intern tal-Parlament jikkunsidra l-oqsma u l-kwistjonijiet imsemmijin hawn fuq meta jittratta l-analiżi tar-riskju li fuqha se jiġu bbażati l-programmi ta' ħidma futuri tiegħu;

DĠ Innovazzjoni u Appoġġ Teknoloġiku

80.  Ifakkar li, skont is-smigħ quddiem il-kumitat kompetenti tal-Awditur Intern tal-20 ta' Jannar 2009, fl-2007 kien hemm problemi kbar dwar l-istat tal-governanza tal-IT fil-Parlament, li kien jeħtieġ tibdiliet importanti fl-istrutturi, it-tradizzjonijiet u l-immaniġġjar tal-politika tal-IT tal-istituzzjoni; jikkunsidra li għandhom jiġu introdotti b'akbar urġenza r-rekwiżiti ewlenin kollha għall-governanza tal-IT modern u għodod ta' ppjanar li jressqu s-settur tal-IT tal-Parlament aktar viċin tas-COBIT (Objettivi ta' Kontroll għall-Informazzjoni u t-Teknoloġija relatata);

81.  Jenfasizza li dan l-objettiv jeħtieġ analiżi fil-fond tal-bżonnijiet u l-istrateġiji tal-Parlament sabiex ir-rekwiżiti politiċi jsiru konformi mal-istrumenti tal-IT, billi wieħed iżomm f'moħħu l-ambjent globali li kull ma jmur qed isir iżjed u iżjed diġitalizzat, fejn l-orjentazzjoni politika għandha tkun il-forza li tmexxihom lejn l-għan aħħari u l-istrumenti tal-IT għandhom jappoġġjaw għal kollox dawn l-għanijiet; jikkunsidra li dan l-approċċ se jkun biss possibbli meta jitwaqqfu l-istrutturi tal-governanza tal-IT; għalhekk jistieden lill-Bureau sabiex jieħu d-deċiżjonijiet ix-xierqa;

Allowance għall-assistenza Parlamentari

82.  Jilqa' s-suċċess tas-Segretarju Ġenerali - bħala tweġiba għar-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza preċedenti, ir-rapporti mill-Qorti tal-Awdituri u l-Awditur Intern - għall-fatt li akkwista d-dokumenti ta' appoġġ neċessarji biex jirregolarizza kważi t-talbiet kollha (99.9 % bl-ammont) għall-perjodu 2004-2007; jieħu nota tas-simplifikazzjoni tal-proċedura tat-talbiet introdotta fit-13 ta' Diċembru 2006 li biha l-fatturi u d-dikjarazzjonijiet tal-miżati maħruġa mill-aġenti li jħallsu u l-fornituri tas-servizz m'għadhomx meħtieġa li jiġu ppreżentati lill-Membri imma jridu jinżammu minnhom; minflok, il-Membri huma issa meħtieġa li jippreżentaw kopji tad-'dikjarazzjonijiet tal-ispiża' u 'dikjarazzjonijiet tal-ammonti ffatturati' maħruġa mill-aġenti li jħallsu u l-fornituri tas-servizz;

83.  Ifakkar fil-Paragrafi 59 u 61 tar-riżoluzzjoni ta' kwittanza tiegħu fir-rigward tas-sena finanzjarja 2006(26); jitlob lis-Segretarju Ġenerali biex jipprovdi lill-Membri li jkunu kkonformaw mar-regoli dwar l-użu tal-allowance għall-assistenza parlamentari b'ittra mill-amministrazzjoni li tgħid dan;

84.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn tas-Segretarju Ġenerali waqt is-smigħ tal-kumitat kompetenti tal-20 ta' Jannar 2009 biex jipprovdi lill-Membri, sa minn Lulju 2009, b'mill-inqas aġent ta' ħlas uffiċjali wieħed għal kull Stat Membru inġaġġjat mill-Parlament biex jimmaniġġja l-kuntratti u l-kwistjonijiet relatati kollha dwar l-assistenti lokali tal-membri, billi wieħed iżomm f'moħħu l-għażliet l-oħra previsti fir-regoli implimentattivi;

85.  Jistieden lill-Bureau biex jiggarantixxi li l-assistenti lokali jingħataw aċċess tal-Parlament fit-tliet postijiet tax-xogħol;

Gruppi politiċi (reviżjoni ta' kontijiet u proċeduri - punt 4000 tal-baġit)

86.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-kontijiet tal-gruppi politiċi huma ppubblikati fil-websajt tal-Parlament(27) flimkien mar-regoli finanzjarji interni tagħhom; jinnota madankollu n-natura differenti ħafna tar-regoli finanzjarji interni mfassla mill-gruppi politiċi varji;

87.  Jinnota li fl-2007 l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-punt 4000 tal-baġit intużaw kif ġej:

 

 

 

 

 

 

(f'EUR)

Total disponibbli skont il-baġit 2007

 

 

 

75.211.947

Membri Indipendenti

 

 

 

673.575

Ammonti disponibbli għall-gruppi

 

 

 

74.538.372

Grupp

Approprjazzjonijiet allokati mill-baġit tal-Parlament

Riżorsi proprji tal-gruppi u approprjazzjonijiet trasferiti

Nefqa fl-2007

Rata ta' utilizzazzjoni tal-approprjazzjonijiet disponibbli

Limitu massimu ta' trasferimenti*

Ammonti trasferiti għas-sena 2008

PPE

18.197.622

9.449.345

18.572.670

67,18%

9.098.811

9.074.297

PSE

14.165.895

7.265.776

14.827.524

69,19%

7.082.948

6.604.146

ALDE

6.703.291

3.560.145

7.461.720

72,70%

3.351.646

2.801.716

Verts/ALE

2.690.396

1.434.335

3.167.057

76,78%

1.345.198

957.674

GUE/NGL

2.740.154

994.094

2.835.166

75,92%

1.370.077

899.083

UEN

2.797.063

541.496

2.436.330

72,98%

1.398.532

902.230

IND/DEM

1.502.292

1.044.042

1.821.789

71,55%

751.146

724.546

ITS

1.441.708

10.718

1.130.306

77,82%

720.854

- **

NI

538.048

135.527

450.827

66,93%

269.024

117.207

TOTAL ________________________

50.776.469

24.435.478

52.703.387

70,07%

25.388.234

22.508.559

* f' konformita' mal-Artikolu 2.1.6 tar-Regoli dwar l-użu tal-approprjazzjonijiet mill-Punt baġitarju 4000

** Il-Grupp xolja fl-14 ta' Novembru 2007 u sussegwentement ħallas lura l-approprjazzjonijiet li ma kinux intnefqu lill-PE.

88.  Jinnota li fl-2007 l-kontijiet ta' żewġ gruppi politiċi rċevew opinjoni motivata mill-awdituri esterni tagħhom;

89.  Jinnota li matul il-laqgħa tiegħu tas-7 ta' Lulju 2008, waqt li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar it-tmiem tas-sena finanzjarja 2007 għall-gruppi politiċi, il-Bureau, mingħajr dibattitu

   innota u approva d-dokumenti mressqa mill-gruppi u l-kontijiet konsolidati finali tal-Membri indipendenti;
   ippermetta lill-Grupp PPE-DE li jinkludi fil-kontijiet tiegħu għall-2007 spiża relatata ma' ċertu nfiq tal-istaff għas-snin 2005-2007, li kien ġie ffatturat internament mill-Parlament wara l-31 ta' Jannar 2008;
   ippospona d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kontijiet finali tal-ex Grupp ITS;

90.  Jinnota wkoll li l-kontijiet tal-ex-Grupp ITS, xolt fl-14 ta' Novembru 2007, imressqa għand iċ-chairman tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju fl-4 ta' Novembru 2008, kienu akkumpanjati minn ċertifikat tal-awditur (i) b'opinjoni motivata mehmuża magħhom dwar evidenza ta' kontrolli interni mhux adegwati kif ġie attestat mill-ħlas tar-remunerazzjoni għal membru tal-istaff mingħajr ma kien sostnut b" kuntratt u (ii) li jirreferi għal proċedimenti dixxiplinarji kontra ħaddiem li m'għadux jaħdem hemm;

91.  Jinnota li, f'April 2008, il-Grupp ITS ħallas lura lill-Parlament il-bilanċ li kien għad baqa' mis-sussidji tiegħu, li kien jammonta għal EUR 317,310.23;

Partiti Politiċi Ewropej

92.  Jinnota li waqt il-laqgħa tiegħu tas-7 ta' Lulju 2008, huwa u jikkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għeluq tas-sena finanzjarja 2007 għall-partiti politiċi, il-Bureau, filwaqt li ħa deċiżjoni mingħajr dibattitu, approva r-rapporti finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi rispettivi tal-attivitajiet u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-partiti politiċi li jirċievu sussidju mill-baġit tal-Parlament;

93.  Jinnota li fl-2007 l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-punt 4020 tal-baġit intużaw kif ġej:

L-eżekuzzjoni tal-baġit tal-2007 kif miftiehem (EUR)

Partit

Riżorsi proprji

Sussidji totali mill-PE

Dħul totali

Sussidji bħala % ta" nfiq eleġibbli (massimu 75%)

PPE

1.150.174,16

3.156.413,79

4.306.587,95

75,00%

PSE

1.033.792,85

2.992.217,56

4.026.010,41

75,00%

ELDR

382.797,45

1.022.343,98

1.405.141,43

74,00%

EFPG

243.733,02

631.750,00

875.483,02

74,05%

GE

179.599,61

524.251,22

703.850,83

75,00%

PDE

52.861,45

152.610,87

205.472,32

75,00%

AEN

53.496,02

159.137,64

212.633,66

74,84%

ADIE

82.775,00

239.410,00

322.185,00

74,46%

EFA

81.354,87

215.197,63

296.552,50

75,00%

EUD

73.951,00

226.279,50

300.230,50

75,00%

Total

3.334.535,43

9.319.612,19

12.654.147,62

74,81%

94.  Jinnota li fir-rapporti kollha, l-awdituri ċċertifikaw bla riżervi li l-kontijiet imressqa kienu konformi mad-dispożizzjonijiet statutorji ewlenin tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003(28) u li ppreżentaw stampa vera u li tirrifletti s-sitwazzjoni tal-partiti politiċi lejn tmiem is-sena finanzjarja 2007; josserva li l-evalwazzjoni mill-Awditur Intern tal-Parlament tal-konformità mar-regoli relevanti kienet bejn wieħed u ieħor iżjed kritika;

95.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jippubblika l-kontijiet u r-rapporti tal-awdituri dwar partiti politiċi ssussidjati fuq il-websajt tal-Parlament;

96.  Jitlob li l-kumitat kompetenti tiegħu jkun infurmat dwar is-segwitu għar-rapport mill-Awditur Intern ippubblikat f'Awwissu 2007 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kontributi għall-partiti politiċi fil-livell Ewropew (imsemmi f'paragrafu 55 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza tas-sena finanzjarja tal-2006);

97.  Jinnota li, kif ġara fl-2005 u l-2006, l-implimentazzjoni tal-baġit minn żewġ partiti (AEN u PDE) kienet inqas sew mill-baġit proviżorju, u li l-uffiċjal li jawtorizza kien ingħata struzzjonijiet biex jirkupra fl-2007

- EUR 81 294.07 mill-AEN;

- EUR 269 153.40 mill-PDE; u

- EUR 49 819 mill-ADIE;

98.  Ifakkar li waqt il-laqgħa tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2008, il-Bureau ħa nota tal-kodiċi ta' kondotta propost għall-kampanji elettorali mill-partiti politiċi fil-kuntest tal-elezzjonijiet Ewropej;

99.  Ifakkar li, f'konformita' mar-Regolament (KE) Nru 1524/2007(29), applikazzjonijiet għall-iffinanzjar minn naha tal-fondazzjonijiet politici Ewropej mill-bagit tal-Parlament Ewropew kienu tqiesu għall-ewwel darba matul l-2008; jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat kompetenti tiegħu biex jikkunsidra l-utilizzazzjoni ta' dawk il-fondi fil-kwittanza tiegħu fir-rigward tas-sena finanzjarja 2008;

Fond ta" pensjoni volontarja

100.  Jieħu nota tal-fatt li fir-Rebbiegħa 2008, is-sħubija totali tal-iskema kienet 1,113, inklużi 478 MEP attiv (61% tan-numru totali tal-MEPs), 493 pensjonant (li minnhom 56 kienu nies dipendenti fuq membri mejtin) u 142 membru differit;

101.  Jinnota li fil-31 ta' Diċembru 2007, l-assi tal-fond kienu EUR 214,887,336; jinnota li r-redditu fuq l-investimenti fl-2007 kien ta' 1.2%;

102.  Jinnota - f'relazzjoni mal-kontijiet tal-ASBL li jimmaniġġja l-fond tal-pensjoni volontarja tal-Membri - id-dikjarazzjoni tal-awditur indipendenti li, mingħajr ma jikkwalifikaw l-opinjoni tagħhom, l-assi tal-ASBL kienu fil-verità b'defiċit ta' EUR 30,917,229 fil-31 ta' Diċembru 2007 (2006: EUR 26,637,836);

103.  Jinnota wkoll id-dikjarazzjoni tal-awditur estern li r-responsabilità finali għall-ħlas ta' benefiċċji taqa' f'idejn il-Parlament Ewropew, kif previst mill-Artikolu 27 tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew adottat mill-Parlament, li jipprevedi li "drittijiet akkwistati għandhom jinżammu fis-sħuħija tagħhom";

104.  Huwa tal-opinjoni li din l-interpretazzjoni ma taqbilx għal kollox mal-kunċett oriġinali tal-fond volontarju ta' pensjoni bħala entità awtonoma barra mill-istrutturi tal-istituzzjoni; jistieden lis-Servizz Legali tiegħu biex jagħti l-opinjoni tiegħu qabel id-dħul fis-seħħ tal-istatut il-ġdid dwar il-kwistjoni jekk ir-responsabilità finanzjarja aħħarija għall-fond volontarju ta' pensjoni taqax f'idejn il-fond u l-membri tiegħu jew f'idejn il-Parlament, billi wieħed iżomm ċar f'moħħu l-interessi taċ-ċittadini Ewropej li jħallsu t-taxxi;

105.  Jinnota l-intenzjoni li jinnegozja konvenzjoni bejn il-Parlament u l-fond; jinnota li taħt l-ebda ċirkostanzi l-Parlament, fis-sitwazzjoni ekonomika prevalenti, mhuwa se jipprovdi flus żejda mill-baġit biex ikopri d-defiċit tal-fond, kif għamel fil-passat, u li jekk ikollu jiggarantixxi d-drittijiet għall-pensjoni, il-Parlament għandu jkollu kontroll sħiħ fuq il-fond u l-politiki ta" investiment tieghu;

106.  Ifakkar fil-konklużjonijiet ta' valutazzjoni attwarja indipendenti(30) tal-iskema ta' pensjoni volontarja kkumissjonata mill-Parlament li (i) id-dħul tal-cash flow ikun biżżejjed biex jiġi ffinanzjat il-ħlas tal-pensjoni sal-2015 u li wara dik is-sena ikun meħtieġ li jiġu rrealizzati l-assi sabiex jitħallsu l-pensjonijiet dovuti; u (ii) sakemm l-ipotesi użati mill-attwarju tal-iskema jkunu pruvati bħala korretti, il-fond isir żejjed fid-data ta' tmiem; jinnota li s-Segretarju Ġenerali kkumissjona studju attwarju aġġornat li jeżamina l-pożizzjoni wara l-kriżi finanzjarja/bankarja reċenti;

107.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-informazzjoni li, kif isostnu r-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza preċedenti, il-Membri tal-fond issa jħallsu l-kontribut tagħhom ta' terz tal-ammont mir-riżorsi proprji tagħhom, iżjed milli mill-allowance tal-ispiża ġenerali;

108.  Madankollu, jinnota li għar-raġunijiet ta' skema ta' pensjoni primarja taħt l-Anness III għar-Regoli dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri, il-kontributi tal-Membri kkonċernati jkomplu jinġabru mill-allowance tal-ispiża ġenerali;

109.  Jinnota li waqt il-laqgħa tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2007, il-Bureau ddeċieda li ma jikkonformax ma' rakkomandazzjoni mill-Ombudsman Ewropew (ilment 655/2006/(SAB)ID) li l-Parlament għandu jagħti aċċess għal-lista tal-membri tal-iskema ta' pensjoni volontarja, għalkemm kien hemm l-opinjoni pożittiva tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni; jistieden lill-Bureau jerġa" jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu u jippubblika l-lista b'konformità mal-parir tas-Servizz Legali tal-Parlament u bi qbil mal-politika ta" trasparenza tal-Unjoni sabiex il-benefiċjarji kollha tal-iffinanzjar Ewropew isiru pubbliċi;

Ambjent

110.  Ifakkar li fis-27 ta' Novembru 2007 l-President u s-Segretarju Ġenerali ffirmaw ftehim għall-iċċertifikar ambjentali tal-bini tal-Parlament, u li b'mod parallel is-Segretarju Ġenerali beda l-proċeduri meħtieġa għall-Parlament biex ikun irreġistrat fil-lista ta" entitajiet li jieħdu sehem fl-iskema EMAS (Skema ta' Eco-management u Verifika) fil-Belġju, Franza u l-Lussemburgu;

111.  Jinnota li issa l-Parlament għandu ċertifikazzjoni EMAS għat-tliet postijiet tax-xogħol, u li huwa l-uniku istituzzjoni tal-UE b'rikonoxximent iċċertifikat tal-politika ambjentali;

112.  Jinnota li fit-18 ta' Ġunju 2007, il-Bureau qabel fuq tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 ta' 30% sal-2020 bħala l-ewwel għan u bħala l-għan ewlieni għas-sistema tal-immaniġġjar ambjentali, b'konformità mad-deċiżjoni tal-Parlament tal-24 ta' April 2007 dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2005;

113.  Jitlob lis-Segretarju Ġenerali biex jinforma lill-kumitati kompetenti tiegħu, fil-ħin għall-kwittanza tal-sena d-dieħla, ta' kull segwitu li sar b'reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-24 ta' April 2007 dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2005fir-rigward ta' miżuri ambjentali, inklużi figuri preċiżi dwar tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 sa dak iż-żmien;

Każ li jikkonċerna l-Uffiċċju tal-Flus tal-Membri

114.  Jinnota li fl-2007 ġie solvut il-każ dwar id-differenza ta' BEF 4,136,125 bejn il-kontijiet tal-kontanti u l-kontijiet ġenerali stabbilita fl-1982; jinnota wkoll li kienet ukoll ġiet sussegwenement solvuta l-kwistjoni tal-kontijiet ta' garanzija fir-rigward tal-amministratur ta' flus mogħtija bil-quddiem għas-servizz pubbliku (imprest) u l-uffiċjal assistent tal-kontijiet fil-kariga dak iż-żmien.

(1) ĠU L 77, 16.3.2007.
(2) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 1.
(3) ĠU C 148, 13.6.2008, p. 1.
(4) ĠU C 286, 10.11.2008, p. 1.
(5) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 111.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) PE 349.540/Bur/ann/def.
(8) ĠU C 291 E, 30.11.2006, p. 311.
(9) ĠU C 286, 10.11.2008, punt 11.6.
(10) ĠU L 77, 16.3.2007.
(11) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 1.
(12) ĠU C 148, 13.6.2008, p. 1.
(13) ĠU C 286, 10.11.2008, p. 1.
(14) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 111.
(15) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(16) PE 349.540/Bur/ann/def.
(17) ĠU C 291 E, 30.11.2006, p. 311.
(18) ĠU C 286, 10.11.2008, punt 11.6.
(19) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 tas-22 ta' Marzu 2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg tal-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1).
(20) ĠU L 55, 27.2.2009, p. 1.
(21) Rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja - Taqsima I tal-Baġit tal-UE - Sena Finanzjarja 2007 (ĠU C 148, 13.6. 2008, p.1).
(22) ĠU L 187, 15.7.2008, p. 3.
(23) http://www.europarl.europa.eu/parliament/expert/staticDisplay.do?id=62&language=EN
(24) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE/Euratom) Nru 1302/2008 tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar id-database ta' kontroll tal-esklużjoni (ĠU L 344, 20.12.2008, p. 12).
(25) Ir-risposta tal-Parlament għall-paragrafu 11.7 tar-rapport annwali tal-Qorti.
(26)Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 flimkien ma' osservazzjonijiet li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006 Taqsima I – Parlament Ewropew (ĠU L 88, 31.3.2009, p. 3).
(27) http://www.europarl.europa.eu/groups/accounts_en.htm
(28) Ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi fil-livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1).
(29) Regolament (KE) Nru 1524/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 5).
(30) Rapport finali: Analiżi tar-responsabilitajiet u l-assi Novembru 2007 - AON Consulting Belgium NV/SA


Kwittanza 2007: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti tal-Ġustizzja
PDF 312kWORD 57k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 Taqsima IV – Qorti tal-Ġustizzja (C6-0418/2008 – 2008/2278(DEC))
P6_TA(2009)0261A6-0151/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007(1),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007 - Volum I (C6–0418/2008)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fl-2007,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li ġew verifikati(3),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(4),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat tal-KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0151/2009),

1.  Jagħti l-kwittanza lir-Reġistrar tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għas-sena finanzjarja 2007;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta' hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Riżolużżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima IV – Qorti tal-Ġustizzja (C6-0418/2008 – 2008/2278(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007(6),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007 - Volum I (C6–0418/2008)(7),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fl-2007,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li ġew verifikati(8),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(9),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat tal-KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0151/2009),

1.  Jinnota li fl-2007 il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (ECJ) kellha approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli li jammontaw għal total ta' EUR 275 miljun (2006: EUR 252 miljun(11)), b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 96.84%, ogħla mis-sena l-oħra;

2.  Jinnota b'sodisfazzjon l-adozzjoni mill-ECJ f'Lulju 2007 ta' kodiċi ta' kondotta li japplika għall-Membri u l-ex Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Ewwel Istanza u t-Tribunal tas-Servizz Ċivili(12), inkluż l-obbligu li titressaq dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji lill-President tal-ECJ; jenfasizza, madankollu, ir-rikjesta ripetuta tiegħu, fl-interess tat-trasparenza, anki fin-nuqqas ta' rekwiżiti legal fil-preżent, għall-pubblikazzjoni ta" dikjarazzjonijiet konkreti, pereżempju fuq il-websajt tal-ECJ; jipproponi wkoll li jinħatar uffiċjal ta' sorveljanza indipendenti li jkollu l-kariga li kull sena jirrapporta pubblikament id-dikjarazzjonijiet li jirċievi sabiex jiġu żgurati sorveljanza u kontroll kredibbli;

3.  Jinnota li fl-2007, in-numru ta' uffiċjali u aġenti fis-servizz (membri ta' staff temporanju u aġenti kuntrattwali) żdied matul is-sena b'7.9% għal total ta' 1 928, prinċipalment minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija;

4.  Jilqa' t-titjib fir-reklutaġġ ta' pesunal kwalifikat, kopert mir-Regolamenti tal-persunal fuq il-bażi ta' kompetizzjonijiet organizzati mill-EPSO, u wkoll fit-trattament ta' ċertu diffikultajiet rigward ċertu pożizzjonijiet (speċjalment interpreti u speċjalisti tal-IT);

5.  Jinnota li f'punt 11.19 tar-Rapport Annwali tagħha għall-2007 il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (ECA) għamlet il-kummenti li ġejjin: "id-deċiżjoni tal-kumitat amministrattiv tal-ECJ fir-rigward tar-reklutaġġ u l-impjieg ta' persunal kuntrattwali ma jistipulax xi proċedura ta' għażla għal 'staff kuntrattwali għal ħidmiet awżiljarji' [....]. B'konsegwenza, m'hemm l-ebda proċedura ta' għażla formali stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja għar-reklutaġġ ta' persunal taħt kuntratti fuq tul ta' żmien qasir biex dan jieħu post ċertu persuni li ma jkunux kapaċi jwettqu dmirijiethom";

6.  Jappoġġja l-opinjoni tal-ECA li, minħabba n-nuqqas ta" proċeduri ta" għażla speċifiċi għal staff kuntrattwali għal ħidmiet awżiljarji" (inkluż, per eżempju, l-użu ta" kumitati ta" għażla) "[...] id-dispożizzjonijiet applikati fil-Qorti tal-Ġustizzja ma jiżgurawx li f'każijiet bħal dawn ir-rekwiżiti relevanti stipulati fil-'Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej' huma segwiti għal kollox u li kull riskju ta" għażla mhux oġġettiva huwa evitat"; jitlob għalhekk li proċeduri ta' għażla xierqa jidħlu fis-seħħ għal din il-kategorija ta' staff kuntrattwali wkoll;

7.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li, mill-1 ta' Ottubru 2007, inħolqu żewġ unitajiet ta' amministrazzjoni separati (unità tal-verifika interna u unità tal-verifika) b'żewġ kapijiet ta' l-unità differenti, li ttemm sitwazzjoni kkritikata fis-snin li għaddew kemm mill-ECA kif ukoll mill-Parlament fejn il-kap tas-Servizz tal-Verifika Interna kien responsabbli għal verifika ex-ante tal-operazzjonijiet tal-uffiċjali li jawtorizzaw;

8.  Jinnota b'sodisfazzjon li fit-12 ta' Diċembru 2007 l-kumitat amministrattiv tal-ECJ emenda l-karta tal-missjoni tal-awditur intern sabiex il-programm ta' ħidma annwali tal-unità tal-verifika interna jiġi adottat fuq il-bażi ta' evalwazzjoni tar-riskji attwali li għalihom hija esposta l-organizzazzjoni;

9.  Jinnota li proċedura ġdida għar-rimi ta' assi fissi ġiet introdotta, matul l-2007, fil-kuntest tat-tfassil ta' sistema integrata ġdida għall-immaniġġjar u l-kontroll finanzjarju (SAP) li ħadet post is-sistema tal-kontijiet u tal-immaniġġjar finanzjarju Sucre-Abac fl-1 ta' Jannar 2008; jilqa' l-fatt li s-sistema SAP l-ġdida ġiet żviluppata fuq bażi interistituzzjonali mill-Kunsill, mill-Qorti tal-Awdituri u mill-Qorti tal-Ġustizzja, u b'hekk issarrfet f'iffrankar baġitarju sostanzjali u anke gwadanji fl-effiċjenza għat-tliet istituzzjonijiet involuti;

10.  Jilqa' wkoll il-koperazzjoni istituzzjonali mal-ECA fir-rigward tat-taħriġ, koperazzjoni li ħalliet il-frott;

11.  Jilqa' t-tnaqqis fl-għadd ta' kuntratti nnegozjati, bħala proporzjon tal-għadd ta' kuntratti mogħtija, minn 34% fl-2006 għal 32% fl-2007 (b'valur ta' aktar minn EUR 60 000, wara l-emenda tar-Regoli ta' Implimentazzjoni(13) għar-Regolament Finanzjarju); iħeġġeġ lill-ECJ biex tkompli bl-isforzi tagħha biex tkompli tnaqqas dan il-proporzjon;

12.  Jinnota li fil-prattika l-2006 kienet it-tieni sena ta' attività ġudizzjarja tat-Tribunal tas-Servizz Ċivili stabbilit reċentement wara li beda jopera f'Diċembru tal-2005, u li r-Regoli ta' Proċedura tiegħu daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2007;

13.  Jilqa' b'sodisfazzjon għar-raba' sena konsekuttiva t-tnaqqis fiż-żmien li jittieħed għall-proċedimenti quddiem il-ECJ, kif ukoll żieda ta' kważi 10% mill-2006 fin-numru ta' każijiet kompluti; madankollu jinnota bi tħassib li l-każijiet pendenti li għadhom lura żdiedu għat-tliet qrati, u b'mod partikolari għall-Qorti tal-Ewwel Istanza (+12% minn 1029 każ fl-2006 għal 1154 fl-2007);

14.  Jemmen li din iż-żieda sostanzjali fin-numru ta' każijiet pendenti quddiem il-Qorti tal-Ewwel Istanza hija mistennija li tikber fin-numru ta' każijiet ġodda introdotti u għall-kumplessità u d-diversità dejjem jikbru tal-azzjonijiet li jinġiebu quddiemha; jappoġġja għal kollox l-isforzi tal-ECJ biex tirrevedi l-organizzazzjoni interna u l-proċeduri ta' ħidma tagħha sabiex titjieb l-effiċjenza tagħha u jintlaħaq tnaqqis f'dawn il-każijiet li għadhom lura;

15.  Jilqa' l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' rapport dwar it-tmexxija tal-baġit u tal-finanzi tal-ECJ għas-sena 2007(14), li jakkumpanja l-kontijiet tal-ECJ għall-2007 u jitkellem fost l-oħrajn dwar ir-rata ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet u joffri sommarju tat-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet li jkunu saru matul is-sena finanzjarja 2007;

16.  Ifaħħar lill-ECJ għall-prattika stabbilita tagħha li tinkludi kapitolu fir-rapport tal-attivitajiet tagħha li jistabbilixxi s-segwitu matul is-sena għad-deċiżjonijijet ta' kwittanza preċedenti tal-Parlament u r-rapporti tal-ECA;

17.  Jinnota li, minkejja emendi għar-Regolament Finanzjarju, ir-regoli dwar l-akkwisti għadhom ta' piż eċċessiv għall-istituzzjonijiet iżgħar, bħal ma hi l-ECJ, speċjalment rigward offerti għal kuntratti għal ammonti relattivament żgħar; jistieden lill-Kummissjoni biex - meta tkun qed tagħmel xogħol preliminari ta' qabel it-tfassil ta' xi proposta futura tagħha għal amenda għar-Regolament Finanzjarju - tikkonsulta b'mod estensiv mar-Reġistratur tal-ECJ u l-amministrazzjoni tiegħu sabiex ikun żgurat li affarijiet li jirrigwardawhom jiġu meqjusa b'mod sħiħ fl-abbozz finali.

(1) ĠU L 77, 16.3.2007.
(2) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 1.
(3) ĠU C 286, 10.11.2008, p. 1.
(4) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 111.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 77, 16.3.2007.
(7) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 1.
(8) ĠU C 286, 10.11.2008, p. 1.
(9) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 111.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) 2005: EUR 232.6 miljun.
(12) ĠU C 223, 22.9.2007, p. 1.
(13) Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta" Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L357, 31.12.2002, p.1).
(14) OJ C 15, 21.1.2009, p. 1.


Kwittanza 2007: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti tal-Awdituri
PDF 316kWORD 56k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima V – Qorti tal-Awdituri (C6-0419/2008 – 2008/2279(DEC))
P6_TA(2009)0262A6-0152/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007(1),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007 - Volum I (C6-0419/2008)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2007,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati(3),

–   wara li kkunsidra r-rapport mill-Awditur Estern dwar il-Kontijiet tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2007(4),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(5),

–   wara li kkunsdira l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0152/2009),

1.  Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2007;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima V – Qorti tal-Awdituri (C6-0419/2008 – 2008/2279(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007(7),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007 – Volum I (C6-0419/2008)(8),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2007,

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati(9),

–   wara li kkunsidra r-rapport mill-Awditur Estern dwar il-Kontijiet tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2007(10),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(11),

–   wara li kkunsdira l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(12), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0152/2009),

1.  Jinnota li fl-2007 l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (ECA) kellha approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli li jammontaw għal total ta' EUR 122 miljun (2006: EUR 114-il miljun(13)), b'rata ta" utilizzazzjoni ta" 90.21%, taħt il-medja tal-istituzzjonijiet l-oħra 93,82%);

2.  Ifakkar li, fir-rigward tas-sena finanzjarja 2007, il-kontijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri ġew verifikati minn ditta esterna, PricewaterhouseCoopers (fis-snin preċedenti, mill-KPMG), li waslet għal dawn il-konklużjonijiet:

   (a) fir-rigward tal-korrettezza tal-kontijiet għas-sena finanzjarja 2007, li "[f]l-opinjoni tagħna, dawn ir-rendikonti finanzjarji jagħtu stampa reali u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fil-31 ta" Diċembru 2007, kif ukoll tal-prestazzjoni finanzjarja tagħha u l-likwidità tagħha għas-sena li għalqet f'dik id-data, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 [dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta" Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill imsemmi u r-Regoli tal-Kontabilità tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri"; u
   (b) fir-rigward tal-użu tar-riżorsi finanzjarji assenjati lill-Qorti u ma' kemm huma xierqa l-proċeduri ta' kontroll fis-seħħ matul is-sena finanzjarja 2007, li "xejn ma ġibed l-attenzjoni tagħna biex iġiegħlna nemmnu li fl-aspetti materjali kollha u abbażi tal-kriterji (identifikati), (a) ir-riżorsi assenjati lill-Qorti ma ntużawx għall-għanijiet li għalihom kienu intiżi u (b) il-proċeduri ta" kontroll fis-seħħ ma jagħtux il-garanziji meħtieġa biex jiżguraw il-konformità tal-operazzjonijiet finanzjarji mar-regoli u r-regolamenti applikabbli";

3.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li s-sistema integrata ġdida għall-immaniġġjar u l-kontroll finanzjarju (SAP), li ilha topera mill-1 ta' Jannar 2008, ġiet żviluppata fuq bażi interistituzzjonali mill-Kunsill, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Qorti tal-Ġustizzja, u b'hekk tirrapreżenta ffrankar baġitarju sostanzjali u anke gwadanji fl-effiċjenza għat-tliet istituzzjonijiet involuti;

4.  Jilqa' b'sodisfazzjon ukoll il-koperazzjoni produttiva interistituzzjonali mal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tat-taħriġ;

5.  Jinnota li r-rapport tal-2007 tal-Awditur Intern tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri kien, fil-biċċa l-kbira, pożittiv u stabilixxa li l-proġett tal-bini K2 ġie mmaniġġjat b'mod effettiv u li l-K2 ingħata diversi xhur qabel ma kien ippjanat u fil-limiti tal-pakkett baġitarju previst; jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan il-kuntest, il-fatt li l-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet imressqa mill-Awditur Intern ġew aċċettati u integrati fi pjanijiet ta' azzjoni korrettiva;

6.  Jinnota li, waqt l-2007, ingħaqdu żewġ Membri ġodda mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija; jinnota l-fatt li l-prinċipju organizzattiv oriġinali tal-funzjoni Ewropea tal-verifika - ċittadin wieħed minn kull Stat Membru - issa rriżulta f'organizzazzjoni mmexxija minn kulleġġ ta' 27 Membru; huwa konvint li din l-istruttura laħqet il-limiti tagħha u li hemm bżonn ta' tisħiħ u riforma fil-fond fir-rigward tal-arranġamenti dwar il-verifiki esterni tal-Unjoni Ewropea; jenfasizza li iktar ma tkun b'saħħitha l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, iktar tkun b'saħħitha l-awtorità ta' kwittanza u l-iskrutinju tal-eżekuttiv ikun aħjar; għaldaqstant, jistieden lill-Istati Membri biex jibdew diskussjonijiet dwar riforma tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u biex jinkludu lill-Parlament f'dawn id-diskussjonijiet;

7.  Josserva li rapport ta' "reviżjoni inter pares" minn grupp internazzjonali ta' reviżjoni inter pares ġie pprovdut f'Diċembru 2008; jiddispjaċih mill-fatt li r-rapport ma indirizzax il-kwistjoni fundamentali dwar jekk l-istruttura attwali tal-funzjoni ta' verifika esterna tal-Unjoni hijiex adegwata;

8.  Jinnota, fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-Membri, li, f'konformità mal-Kodiċi ta' Kondotta tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Membri tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri jikkomunikaw dikjarazzjoni dwar l-interessi finanzjarji u l-assi l-oħra tagħhom (inklużi ishma, bonds konvertibbli, ċertifikati ta' investiment, kif ukoll art u propjetà immobbli, flimkien mal-attivitajiet professjonali tal-konjuġi tagħhom) lill-President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li jżommhom fir-rispett tal-kunfidenzjalità, u li dawn ma jiġux ippubblikati;

9.  Itenni t-talba tiegħu li, bħala kwistjoni ta' prinċipju u fl-interessi tat-trasparenza, il-Membri tal-istituzzjonijiet kollha għandhom jiġu rikjesti jippreżentaw dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji, li għandha tkun disponibbli fuq l-internet permezz ta' reġistru pubbliku; ma jaqbilx li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha tistenna, kif ġie suġġerit, sakemm ikun hemm format standardizzat disponibbli, applikabbli għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE; jipproponi li jinħatru uffiċjali indipendenti ta' monitoraġġ f'kull istituzzjoni li xogħolhom ikun li jirraportaw kull sena b'mod pubbliku dwar id-dikjarazzjonijiet li jkunu rċevew;

10.  F'dan il-kuntest, jitlob lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex fir-rapport ta' attività li jmiss tagħha, tinkludi kapitolu li jagħti rendikont dettaljat tas-segwitu mwettaq matul is-sena għad-deċiżjonijiet ta' kwittanza preċedenti tal-Parlament, li jkun jinkludi l-ispjegazzjonijiet possibbli għalfejn ir-rakkomandazzjonijiet ma ġewx segwiti;

11.  Jinnota li, minkejja l-emendi għar-Regolament Finanzjarju, ir-regoli tiegħu tal-akkwist għadhom eċċessivament onerużi għall-istituzzjonijiet iż-żgħar, bħall-EPDS, l-aktar f'dak li għandu x'jaqsam mas-sejħiet għall-offerti f'kuntratti relattivament żgħar; jistieden lill-Kummissjoni biex hi u tagħmel ix-xogħol preliminari tagħha qabel ma jinkitbu proposti futuri għal emendi għar-Regolament Finanzjarju, tikkonsulta b'mod estensiv mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u mas-Segretarjat tiegħu sabiex tiżgura li jittieħed kont sħiħ tal-preokkupazzjonijiet tagħhom fl-abbozz finali;

(1) ĠU L 77, 16.3.2007.
(2) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 1.
(3) ĠU C 286, 10.11.2008, p. 1.
(4) ĠU C 318, 12.12.2008, p. 1.
(5) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 111.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) ĠU L 77, 16.3.2007.
(8) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 1.
(9) ĠU C 286, 10.11.2008, p. 1.
(10) ĠU C 318, 12.12.2008, p. 1.
(11) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 111.
(12) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(13) 2005: EUR 107.5 miljuni.


Kwittanza 2007: Baġit ġenerali tal-UE - L-Ombudsman Ewropew
PDF 305kWORD 56k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 Taqsima VIII – l-Ombudsman Ewropew (C6-0423/2008 – 2008/2282(DEC))
P6_TA(2009)0263A6-0156/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007(1),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007 - Volum I (C6–0423/2008)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Ombudsman Ewropew għall-awtorità tal-kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fl-2007,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li ġew verifikati(3),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assikurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(4),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regola 71, u l-Anness V, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0156/2009),

1.  Japprova l-kwittanza għall-Ombudsman Ewropew fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2007;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta' hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni u r-riżoluzzjoni formanti parti integranti minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar kwittanza fir-rigward tal-baġit ġenerali ta" l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima VIII – l-Ombudsman Ewropew (C6-0423/2008 – 2008/2282(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007(6),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007 - Volum I (C6–0423/2008)(7),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Ombudsman Ewropew għall-awtorità tal-kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fl-2007,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li ġew verifikati(8),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assikurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(9),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regola 71, u l-Anness V, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0156/2009),

1.  Jinnota li fl-2007 l-Ombudsman Ewropew (l-Ombudsman) kellu disponibbli approprijazzjonijiet ta" impenn li jammontaw għal total ta" 8.2 miljun EUR (2006: EUR 7.7 miljun(11)), b'rata ta" utilizzazzjoni ta" 90.48%, taħt il-medja tal-istituzzjonijiet l-oħra (93.84%);

2.  Jinnota li, matul il-perjodu 2003-2007, l-approprijazzjonijiet għall-impenji żdiedu b'mod kostanti minn EUR 4.4 miljun għal EUR 8.2 miljun (kważi +86%) u l-postijiet minn 31 għal 57 unità (+84%), filwaqt li l-ilmenti żdiedu minn 2436 għal 3217 (+32%) u l-inkjesti ġodda miftuħa minn 253 għal 308 (+22%); jinnota wkoll li l-għadd ta' postijiet ma żdidx għat-tieni sena konsekuttiva;

3.  Jirrimarka li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri indikat fir-Rapport Annwali tagħha li l-verifika ma rriżultat f'ebda osservazzjoni sinifikanti fir-rigward tal-Ombudsman;

4.  Jinnota illi skont ir-rapport tal-Awditur Intern Nru 08/03 magħmul lill-Istituzzjoni, ix-xogħol tal-Awditur Intern fl-2007 wera li "sakemm issir implimentazzjoni sħiħa tal-azzjonijiet miftiehma [...] il-ġestjoni interna tal-Istituzzjoni u s-sistemi ta' kontroll huma effettivi u jagħti assikurazzjoni raġonevoli li jistgħu jinkisbu l-objettivi tagħha ta' kontroll fuq bażi konsistenti";

5.  Ifakkar li r-rapport tal-Awditur Intern lill-Istituzzjoni Nru 06/04, magħmul biex jivvaluta l-adegwatezza tal-ġestjoni u tal-proċeduri ta' kontroll biex jiġu stabbiliti d-drittijiet individwali tal-persunal "ma kixifx oqsma ta" riskju sinifikanti fil-ġestjoni u fil-proċeduri tal-kontroll, imma kkonferma li l-Istituzzjoni għandha tindirizza għadd ta" kwistjonijiet speċifiċi"; ifakkar ukoll li b'konsegwenza ta' dan kollu kien ġie miftiehem pjan ta' azzjoni bejn l-Awditur Intern u l-istituzzjoni u li kien ġie ffissat it-30 ta' Settembru 2007 bħala skadenza għall-implimentazzjoni tiegħu; jilqa' l-konklużjonijiet tal-verifika ta' follow-up magħmula f'Diċembru 2007, skont liema konklużjonijiet kulma ġie miftiehem fil-pjan ta' azzjoni li jirrigwarda l-ġestjoni tad-drittijiet individwali kien ġie implimentat fis-sħiħ;

6.  Jinnota li l-verifika ta' segiwtu tal-pjan ta' azzjoni miftiehem li jikkonċerna l-konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku wriet li, filwaqt li sar xi progress, l-Ombudsman ma kienx għadu implimenta għal kollox iż-żewġ azzjonijiet li kien għad fadal mir-rapport tal-Verifika Interna Nru 06/03; jinkoraġġixxi lill-Ombudsman jipproċedi b'urġenza ħalli jlesti l-implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet, kif issuġġerixxa l-Awditur Intern; jilqa' l-fatt li, abbażi ta' dawn is-sejbiet, l-Awditur Intern inkluda verifika tal-proċess ta' akkwist pubbliku fil-programm ta' xogħol 2008, u jistenna r-riżultanzi ta' din il-verifika ta' follow-up;

7.  Jinnota l-informazzjoni mogħtija mill-Uffiċjal Prinċipali li Jawtorizza għad-Delegazzjonijiet fir-rapport ta" ħidma tal-2007 bir-riżultat li l-awto-valutazzjoni dwar l-effiċjenza tal-qafas ta" kontroll intern tas-servizzi tal-Ombudsman twettaq kmieni fl-2008 u li l-istampa globali li rriżultat minn dan l-eżerċizzju kienet ta" sodisfazzjoni ġenerali dwar il-livell tat-twettiq tal-istandards ta" kontroll intern (88% meta mqabbla ma" 85% fl-2006 u 74% fl-2004);

8.  Jinnota wkoll, madankollu, li ġie meqjus li kien hemm ħtieġa ta" titjib fl-effettività f'xi oqsma (l-identifikazzjoni ta" funzjonijiet sensittivi, it-titjib tal-ippjanar u l-ipprogrammar, l-indikaturi tar-rendiment); jinkoraġixxi lill-Ombudsman jagħmel kull sforz biex itejjeb aktar l-effiċjenza tal-qafas ta" kontroll intern tal-istituzzjoni;

9.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-ftehim ta' qafas il-ġdid dwar il-kooperazzjoni ta' tul ta" żmien indefinit bejn l-Ombudsman u l-Parlament, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2006, u beda jagħti l-frott fl-2007; jinnota wkoll li dan il-ftehim jirrigwarda l-għoti ta' ċerti servizzi amministrattivi, inklużi l-binjiet, l-IT, il-komunikazzjonijiet, il-pariri legali, is-servizzi mediċi, it-taħriġ, it-traduzzjoni u l-interpretazzjoni;

10.  Ifaħħar lill-Ombudsman talli ssokta fl-isforzi tiegħu li jiżviluppa r-rabtiet interistituzzjonali ma' korpi oħrajn (b'mod partikolari l-OPOCE, l-EAS u l-EPSO) u maċ-Ċentru tat-Traduzzjonijiet; jinnota li 70% tal-nefqa operazzjonali tiegħu kienet diretta u minfuqa abbażi tal-koperazzjoni interistituzzjonali;

11.  Jinnota b'sodisfazzjon l-implimentazzjoni b'suċċess minn Mejju 2007 tar-riorganizzazzjoni tad-Dipartiment Legali, li jiżgura monitoraġġ effettiv tal-immaniġġjar tar-rikjesti u t-tħejjija tad-deċiżjoni, u li jinżamm il-momentum fihom;

12.  Josserva li, skont ir-rapport annwali, l-Ombudsman għandu anqas diffikultajiet milli kellu fis-snin l-imgħoddija dwar l-ingaġġ ta' avukati kkwalifikati u tibdil tal-persunal għoli;

13.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-adozzjoni mill-Ombudsman fl-14 ta" Diċembru 2007 tad-deċiżjoni dwar l-istqarrija annwali tal-interessi tal-Ombudsman; jinnota b'sodisfazzjon li din l-istqarrija tinsab ippubblikata fil-websajt tal-Ombudsman;

14.  Jifraħ lill-Ombudsman talli fit-2 ta' Ġunju 2008 aderixxa għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta" Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni rigward l-istħarriġiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta" Kontra l-Frodi (OLAF)(12) fl-applikazzjoni tas-sistema stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1073/1999(13); jinnota b'sodisfazzjon li dakinhar stess l-Ombudsman ħa deċiżjoni dwar il-pattijiet u l-kundizzjonijiet tal-investigazzjonijiet interni in relazzjoni għall-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali detrimentali għall-interessi tal-Komunitajiet;

15.  Jitlob li fir-rapport ta' attività li jmiss tiegħu (sena finanzjarja 2008), l-Ombudsman jinkludi kapitlu li jagħti rendikont dettaljat tas-segwitu li jkun sar matul is-sena għad-deċiżjonijiet ta' kwittanza preċedenti tal-Parlament, li jkun jinkludi spjegazzjonijiet possibbli għalfejn ma ġewx segwiti r-rakkomandazzjonijiet;

16.  Jinnota li, minkejja l-emendi għar-Regolament Finanzjarju, ir-regoli tiegħu dwar ix-xiri pubbliku għadhom kumplessi żżejjed għal istituzzjonijiet iżgħar, bħall-Ombudsman, speċjalment fir-rigward ta' sejħiet għal offerti għal kuntratti li jittrattaw ammonti relattivament żgħar; jistieden lill-Kummissjoni - meta twettaq ix-xogħol preliminari tagħha qabel ma tfassal kwalunkwe proposta futura għal emenda għar-Regolament Finanzjarju - biex tikkonsulta mal-Ombudsman u s-Segretarjat tiegħu sabiex ikun żgurat li jittieħed kont sħiħ tat-tħassib tagħhom fl-abbozz finali.

(1) ĠU L 77, 16.3.2007.
(2) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 1.
(3) ĠU C 286, 10.11.2008, p. 1.
(4) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 111.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 77, 16.3.2007.
(7) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 1.
(8) ĠU C 286, 10.11.2008, p. 1.
(9) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 111.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) 2005: EUR 7.2 miljun.
(12) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
(13) Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta" Mejju 1999 rigward l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta" Kontra l-Frodi (OLAF), (ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1).


Kwittanza 2007: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta
PDF 221kWORD 52k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima IX - Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (C6-0424/2008 – 2008/2283(DEC))
P6_TA(2009)0264A6-0154/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007(1),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007 - Volum I (C6-0424/2008)(2),

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2007,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit rigward is-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet ivverifikati(3),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat tal-KE(4),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10) 274, 275 u 276 tat-Trattat tal-KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0154/2009),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2007;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima IX - Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (C6-0424/2008 – 2008/2283(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007(6),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007 - Volum I (C6-0424/2008)(7),

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2007,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit rigward is-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet ivverifikati(8),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat tal-KE(9),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10) 274, 275 u 276 tat-Trattat tal-KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0154/2009),

1.  Jinnota li fl-2007 l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) kellu approprjazzjonijiet għall-impenji disponibbli li jammontaw għal total ta' EUR 5 000 000 (2006: EUR 4,1 miljun(11)), li jirrappreżentaw żieda ta' kważi 20% meta mqabbla mal-2006, b'rata ta' użu ta' 86,14%, anqas mill-medja tal-istituzzjonijiet l-oħra (93,84%);

2.  Jinnota ż-żieda fil-karigi permanenti minn 24 fl-2006 għal 29 fl-2007 (+21%) allokati għall-EDPS; jilqa' b'sodisfazzjon f'dan il-kuntest l-intenzjoni tal-EDPS li jirrestrinġi l-espansjoni kemm fil-ħidmiet kif ukoll fl-istaff, bl-użu ta' tkabbir ikkontrollat biex ikun żgurat li l-persunal il-ġdid ikun aċċettat bis-sħiħ u integrat u mħarreġ b'mod adegwat;

3.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri indikat fir-rapport annwali tagħha li l-verifika ma tat lok għal ebda osservazzjonijiet sinifikanti fir-rigward tal-EDPS;

4.  Ifakkar li fis-7 ta' Diċembru 2006 l-Ftehim ta' Koperazzjoni Amministrattiva bejn is-Segretarji Ġenerali tal-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill, iffirmat flimkien mal-EDPS, ġie mġedded għal perjodu ulterjuri ta' tliet snin b'effett mis-16 ta' Jannar 2007;

5.  Jinnota li, ibbażata fuq il-ftehim dwar il-koperazzjoni msemmija hawn fuq, il-ġestjoni amministrattiva tal-missjonijiet kollha tal-EDPS hija żgurata mill-Uffiċċju tal-Uffiċjal inkarigat mill-Pagi tal-Kummissjoni u l-istess regoli interni japplikaw għar-rimbors tal-ispejjeż tal-akkomodazzjoni li jsiru waqt missjoni għaż-żewġ kategoriji tiegħu, iż-żewġ Membri tiegħu u l-persunal tiegħu;

6.  Ifakkar li, skont id-deċiżjoni tas-7 ta' Novembru 2006, l-EDPS iddeċida li jistabbilixxi struttura ta' kontroll intern konformi mal-attivitajiet u r-rekwiżiti tiegħu; jinnota li l-ewwel evalwazzjoni li saret mis-servizz tal-EDPS uriet il-funzjonalità u l-effiċjenza ta' din is-sistema ta' kontroll intern;

7.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-ewwel rapport ta' verifika maħruġ mis-Servizz Intern tal-Verifika (IAS) wasal f'Settembru 2007, u li identifika ċerti kwistjonijiet li jeħtieġu titjib; huwa sodisfatt mill-fatt li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-IAS miftiehma mill-EDPS ġiet stabbilita bħala prijorità għall-2008 u li, bħala konsegwenza, fil-bidu tal-2008 tfassal pjan ta' azzjoni; iħeġġeġ lill-EDPS biex timplimenta bis-sħiħ dan il-pjan ta' azzjoni;

8.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-pubblikazzjoni annwali tal-EDPS u tal-Assistent EDPS ta' dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji tagħhom, f'forma simili għal dik mimlija kull sena mill-Membri tal-Parlament, li fiha tagħrif rilevanti dwar affarijiet bħall-attivitajiet professjonali li għandhom jiġu ddikjarati u karigi jew attivitajiet bi ħlas;

9.  Jifraħ lill-EDPS dwar id-deċiżjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2007 li jaderixxi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar investigazzjonijiet interni min-naħa tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)(12) fl-applikazzjoni tas-sistema stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1073/1999(13);

10.  Jirrikjedi li l-EDPS jinkludi fir-rapport ta' attività tiegħu li jmiss (sena finanzjarja 2008) kapitolu li jagħti analiżi dettaljata dwar is-segwitu li jkun sar matul is-sena għad-deċiżjonijiet ta' kwittanza preċedenti tal-Parlament, inklużi spjegazzjonijiet possibbli għalfejn ir-rakkomandazzjonjiet ma jkunux ġew segwiti;

11.  Jinnota li, minkejja l-emendi għar-Regolament Finanzjarju, ir-regoli tiegħu tal-akkwist għadhom eċċessivament onerużi għall-istituzzjonijiet iż-żgħar, bħall-EPDS, l-aktar f'dak li għandu x'jaqsam mas-sejħiet għall-offerti f'kuntratti relattivament żgħar; jistieden lill-Kummissjoni biex hi u tagħmel ix-xogħol preliminari tagħha qabel ma jinkitbu proposti futuri għal emendi għar-Regolament Finanzjarju, tikkonsulta b'mod estensiv mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u mas-Segretarjat tiegħu sabiex tiżgura li jittieħed kont sħiħ tal-preokkupazzjonijiet tagħhom fl-abbozz finali.

(1) ĠU L 77, 16.3.2007.
(2) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 1.
(3) ĠU C 286, 10.11.2008, p. 1.
(4) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 111.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 77, 16.3.2007.
(7) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 1.
(8) ĠU C 286, 10.11.2008, p. 1.
(9) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 111.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) 2005: EUR 2,8 miljun
(12) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
(13) Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1).


Kwittanza 2007: Il-Eurojust
PDF 324kWORD 67k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-kwittanza b'rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2007 (C6-0436/2008 – 2008/2263(DEC))
P6_TA(2009)0265A6-0161/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2007(1),

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta" Frar 2009 (5588/2009 – C6-0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikulari, l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA tat-28 ta' Frar 2002 li waqqfet il-Eurojust bil-għan li tissaħħaħ il-ġlieda kontra r-reati serji(4), u b'mod partikulari, l-Artikolu 36 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0161/2009),

1.  Jagħti l-kwittanza tiegħu lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2007;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta' hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2007 (C6-0436/2008 – 2008/2263(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2007(6),

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust(7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta" Frar 2009 (5588/2009 – C6-0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikulari, l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA tat-28 ta' Frar 2002 li waqqfet il-Eurojust bil-għan li tissaħħaħ il-ġlieda kontra r-reati serji(9), u b'mod partikulari, l-Artikolu 36 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0161/2009),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali definittivi tal-Eurojust huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2007;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2007 (C6-0436/2008 – 2008/2263(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2007(11),

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust(12),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta" Frar 2009 (5588/2009 – C6-0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikulari, l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA tat-28 ta' Frar 2002 li waqqfet il-Eurojust bil-għan li tissaħħaħ il-ġlieda kontra r-reati serji(14), u b'mod partikulari, l-Artikolu 36 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0161/2009),

A.   billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2007 huma ta" min wieħed joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

B.   billi fit-22 ta' April 2008 il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2006(16), u fir-riżoluzzjoni tiegħu flimkien mad-deċiżjoni ta' kwittanza, inter alia

-  Jinnota li l-osservazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fir-rapport tagħha tas-sena 2006, li r-rata ta' carry over kienet ta' 33% għal spiża amministrattiva u ta' 30% għal spiża operattiva, b'numru kbir ta' trasferimenti ta' approprazzjonijiet bejn il-linji baġitarji u f'ħafna każijiet, li d-dokumentazzjoni supplimentari ma kenitx dettalljata biżżejjed u b'hekk il-prinċipju baġitarju tal-ispeċifikazzjoni ma kienx osservat kif xieraq;

-  Barra minn hekk jinnota s-sejbiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li r-regoli dwar l-akkwist ma kenux osservati b'mod strett, u li ma ġiex stabbilit reġistru tal-assi fissi, li jinkludi l-assi kollha u l-valur tagħhom, u lanqas ġie użat fis-sorveljanza tal-propjeta tal-Eurojust; jistieden lill-Eurojust biex jimplimenta regoli stretti dwar l-akkwist, b'mod partikulari f'dak li jirrigwarda l-kuntratti ta' qafas;

-  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-istqarrija fir-rapport annwali tal-Eurojust li kien għad hemm ħafna opportunitajiet biex tiġi żviluppata r-relazzjoni tal-Eurojust mal-OLAF, inkluż permezz ta' ftehim formali ta' kooperazzjoni,

1.  Jinnota li, għalkemm id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri hija pożittiva, l-osservazzjonijiet tiegħu jindikaw li għad fadal problemi strutturali fl-oqsma tal-implimentazzjoni tal-baġit, l-akkwist u l-ippjanar tar-reklutaġġ;

2.  Huwa sodisfatt bl-informazzjoni fir-rapport annwali tal-2007 tal-Eurojust li l-Eurojust introduċa l-ABAC (Accrual Based Accounting) fl-1 ta' Ottubru 2007;

3.  Jinnota mir-rapport annwali tal-Eurojust tal-2007 li, minħabba t-tkabbir mgħaġġel tal-Eurojust u l-ħtieġa ta' kwartieri ġodda minħabba dan, l-Eurojust qed jikkopera mal-istat li qed jospita sabiex jakkwista spazju addizzjonali temporanju għall-uffiċini; jinnota, mir-rapport annwali tal-Eurojust għall-2007, li l-istat li qed jospita huwa impenjat sabiex jipprovdi kwartieri ġodda xierqa sal-2012;

4.  Jitlob li l-Eurojust jinkludi informazzjoni dwar il-progress fin-negozjati rigward kwartieri ġodda, arranġamenti temporanji u implikazzjonijiet finanzjarji fir-rapport annwali tiegħu għall-2008;

Livell għoli ta' carry-over ta' approprjazzjonijiet

5.  Jinnota l-fatt li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabet li, mill-EUR 18 000 000 li ġew approprjati fl-2007, kien hemm carry-over ta' EUR 5 200 000;

6.  Jinsab imħasseb dwar il-konklużjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li dawn il-livelli għolja ta' carry-over imorru kontra l-prinċipju tal-annwalità u jissuġġerixxu nuqqasijiet fl-ipprogrammar u l-immonitorjar tal-attivitajiet tal-Eurojust;

7.  Jinnota t-tweġiba tal-Eurojust li l-livell għoli ta' carry-over kienet dovuta għal nuqqas ta' persunal biex jimmaniġġja il-fondi u d-diffikultajiet fl-implimentazzjoni tas-sistema ġdida ta' akkwist; josserva li mill-147 kariga fl-organigramma tal-2007, imtlew biss 95;

8.  Jinnota li l-Eurojust introduċa strateġija għat-tnaqqis ta' carry-over fl-2008;

Punti ta' dgħjufija fil-proċeduri ta" akkwist

9.  Jirrikonoxxi li, wara rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri fis-snin ta' qabel, l-Eurojust iċċentralizza l-immaniġġjar tal-proċeduri tiegħu tal-akkwist f'unità speċjalizzata;

10.  Jiddeplora, madankollu, il-fatt li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabet punti ta' dgħjufija fil-proċeduri tal-akkwist, bħal fis-sentejn ta' qabel;

11.  Huwa sorpriż rigward is-sejbiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li l-Eurojust estenda l-kuntratti eżistenti b'mod li jmur kontra r-regoli, għalkemm l-iskadenza tal-kuntratti kienet ilha magħrufa għal żmien twil;

12.  Jappoġġja bis-sħiħ ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li l-uffiċjal għall-awtorizzazzjoni jimplimenta pjan effettiv għall-immaniġġjar tal-proċeduri ta' akkwist;

13.  Jinnota li l-Eurojust iddefinixxa pjan ġenerali ta' akkwist għall-2008 u adotta deċiżjoni dwar l-organizzazzjoni tal-akkwist u ħidmiet relatati, u li l-kuntratti kollha msemmija mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri għaddew mill-ġdid mill-proċess tas-sejħa għall-offerti b'konformità mar-regoli;

Punti ta' dgħjufija fl-ippjanar ta" reklutaġġ

14.  Jinnota s-sejba tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li l-organigramma għall-2007 pprovdiet għal 147 kariga meta mqabbla ma' 112 fl-2006 u li, fl-aħħar tal-2006, 87 kariga biss kienu mtlew;

15.  Huwa mħasseb dwar il-fatt li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabet li l-Eurojust ma rnexxilux jirrekluta s-60 membru tal-persunal meħtieġa biex jimlew l-organigramma fl-2007, iżda li, fl-aħħar tal-2007, 95 kariga biss kienu mtlew;

16.  Jaqbel mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li dan juri li hemm punti ta' dgħjufija fl-ippjanar tal-Eurojust rigward ir-reklutaġġ;

17.  Jiddeplora l-fatt li, kif rikonoxxut mill-Eurojust, in-nuqqas konsiderevoli ta' persunal kellu impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu;

18.  Jinnota li l-Eurojust, skont it-tweġibiet tiegħu, immira li jimla l-karigi fl-organigramma tiegħu fl-2008;

19.  Jinnota li 130 mill-175 post fl-organigramma tal-2008 mtlew sal-aħħar tal-2008; jilqa' l-fatt li l-Eurjust naqqas ir-rata ta' impjiegi battala minn 34% fl-aħħar tal-2007 għal 25% fl-aħħar tal-2008; iħeġġeġ lill-Eurojust biex jagħmel sforzi ulterjuri biex jimla l-postijiet tax-xogħol battala malajr kemm jista' jkun;

20.  Jinnota, mir-rapport annwali tal-Eurojust għall-2007,

   li fassal pjan ta' politika plurijennali rigward l-persunal, li jkopri l-perjodu 2007-2010,
   li adotta politika ġdida ta' reklutaġġ li tiddeskrivi l-qafas legali, il-prinċipji, il-proċedura tal-għażla, l-irwoli u l-attur involuti,
   li kellu l-ħsieb jiffirma l-ftehim bejn l-aġenziji dwar is-suq tax-xogħol;

Segwitu għall-eżerċizzju tal-kwittanza tal-2006

21.  Jitlob lill-Eurojust biex isegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-QEA, b'mod partikulari fl-oqsma tal-implimentazzjoni tal-baġit, l-akkwist u r-reklutaġġ, u biex jirrapporta fid-dettall dwar l-azzjoni meħuda fir-rapport annwali tiegħu tal-2008;

22.  Huwa sodisfatt bil-konklużjoni tal-Arranġament Prattiku dwar arranġamenti ta' koperazzjoni bejn l-Eurojust u l-OLAF(17) fl-24 ta' Settembru 2008;

o
o   o

23.  Jirreferi għal osservazzjonijiet oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza li huma ta' natura orizzontali għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' April 2009 dwar il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji tal-UE(18).

(1) ĠU C 278, 31.10.2008, p. 57.
(2) ĠU C 311, 5.12.2008, p. 142.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU C 278, 31.10.2008, p. 57.
(7) ĠU C 311, 5.12.2008, p. 142.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(9) ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(11) ĠU C 278, 31.10.2008, p. 57.
(12) ĠU C 311, 5.12.2008, p. 142.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(14) ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 88, 31.3.2009, p.234.
(17) ĠU C 314, 9.12.2008, p. 3.
(18) Test adottati, P6_TA(2009)0274.


Kwittanza 2007: L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini
PDF 310kWORD 67k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2007 (C6-0435/2008 – 2008/2262(DEC))
P6_TA(2009)0266A6-0162/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2007(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta" Frar 2009 (5588/2009 – C6–0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta" Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta" prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u mill-veterinarji u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Mediċini(4), u b'mod partikolari, l-Artikolu 68 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0162/2009),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2007;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-Riżoluzzjoni ta' hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-Riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2007 (C6-0435/2008 – 2008/2262(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2007(6),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta" Frar 2009 (5588/2009 – C6–0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta" Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta" prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u mill-veterinarji u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Mediċini(9), u b'mod partikolari, l-Artikolu 68 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0162/2009),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2007;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2007 (C6-0435/2008 – 2008/2262(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2007(11),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(12),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta" Frar 2009 (5588/2009 – C6–0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta" Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta" prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u mill-veterinarji u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Mediċini(14), u b'mod partikolari, l-Artikolu 68 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0162/2009),

A.   billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2007 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari;

B.   billi fit-22 ta' April 2008 l-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2006(16), u fir-Riżoluzzjoni li takkumpanja d-deċiżjoni ta" kwittanza, inter alia

–   innota d-dikjarazzjoni tal-QEA fir-rapport tagħha għall-2006 li rigward in-nefqa amministrattiva, l-użu tal-approprjazzjonijiet ta" impenn kien inqas minn 60%;

–   innota li ammont konsiderevoli ta" approprjazzjonijiet baġitarji għall-2006 kienu trasferiti għall-2007 minħabba n-natura tal-proġetti trattati mill-Aġenzija;

–   innota li f'Diċembru 2006, il-Bord tal-Immaniġġjar tal-Aġenzija ddecieda li jwettaq reviżjoni tas-sistema tal-iskala tal-miżati b'konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

1.  Jenfasizza li l-baġit tal-Aġenzija huwa ffinanzjat mill-baġit tal-UE u b'mod partikolari mill-miżati mħallsa mill-applikanti tal-industrija farmaċewtika biex tinkiseb jew tinżamm awtorizzazzjoni Komunitarja ta" kummerċjalizzazzjoni. Jinnota madanakollu li l-kontribuzzjoni ġenerali tal-KE żdiedet b"24.48% bejn l-2006 u l-2007 u tirrappreżenta 24.13% tad-dħul totali tal-2007; huwa konxju f'dan il-kuntest tal-kompiti ġodda assenjati li jirriżultaw mir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta" Diċembru 2006 dwar prodotti mediċinali għal użu pedjatriku(17) u żieda fil-linja baġitarja tal-mediċini orfni;

2.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-isforzi tal-Aġenzija biex tipprovdi iktar konsulenza xjentifika fi stadji bikrija tal-iżvilupp ta" mediċini ġodda kif ukoll l-introduzzjoni ta" miżuri li jħaffu l-evalwazzjoni ta" mediċini li huma ta" importanza kritika għas-saħħa pubblika u biex tħaffef l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta" programmi Telematiċi;

3.  Jikkunsidra l-Aġenzija bħala sors ta" konsulenza xjentifika importanti, ta" rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq ix-xjenza, tal-aħjar prassi għall-evalwazzjoni tal-mediċini u tas-superviżjoni fl-Ewropa u jilqa" b'sodisfazzjon il-kontribuzzjonijiet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri għall-armonizzazzjoni ta" standards regolatorji f'livell internazzjonali;

4.  Jinkoraġġixxi lill-Aġenzija biex tkompli l-attività tagħha fil-qasam tal-Mediċini Orfni; jiskoraġġixxi, madanakollu, it-tnaqqis fil-kontribuzzjoni tal-Mediċini Orfni, prinċipalment minħabba bidla fil-politika dwar tnaqqis tal-ħlas ta" mediċini orfni li jirriżulta mill-flessibilità provduta mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 tal-10 ta" Frar 1995 dwar drittijiet pagabbli lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni ta" Prodotti Mediċinali(18), li minkejja dan, jirriżulta (jiġġenera) fi tnaqqis ta" 26.25% fl-2007 meta mqabbel mal-2006;

5.  Jenfasizzza l-irwol tal-Aġenzija biex tissorvelja s-sikurezza tal-mediċini permezz tan-network ta" farmakoviġilanza; jitlob, madanakollu, li jkun hemm titjib kostanti tal-livell ta" viġilanza;

Punti ta' dgħjufija fil-ġestjoni tal-baġit rigward il-programm Telematics

6.  Jinnota l-kritika tal-QEA li, bħal ma ġara fl-2006, il-livell għoli ta" trasferimenti għal nefqa amministrattiva prinċipalment kien dovut għall-programm Telematics; jinnota d-dikjarazzjoni tal-QEA li din is-sitwazzjoni kienet kontra l-prinċipju tal-annwalità u li l-Aġenzija għandha tiżgura ippjanar u sorveljanza aħjar tal-implimentazzjoni tal-programm;

7.  Jinnota r-rakkomandazzjoni tal-QEA li l-Aġenzija għandha tikkunsidra li tuża sistema ta" approprjazzjonijiet divrenzjata għall-programm Telematics, sistema li kienet aktar adattata għall-immaniġġjar baġitarju ta" programmi bħal dawn;

8.  Jistieden lill-Aġenzija biex timplimenta r-rakkomandazzjoni tal-QEA li tuża approprjazzjonijiet divrenzjati għall-programm Telematics fil-pront; jitlob li l-Aġenzija tirrapporta dwar l-azzjoni meħuda fir-rapport ta" attività annwali tagħha għall-2008;

Punti ta' dgħjufija f il-proċeduri ta" akkwist

9.  Jiġbed l-attenzjoni għar-riżultat tal-QEA rigward il-proċeduri ta" akkwist, li juri li

   f'żewġ każijiet il-proċeduri magħżula ma kinux ġustifikati biżżejjed,
   fi tliet każijiet il-metodi ta" evalwazzjoni għall-kriterji tal- prezz ma kinux biżżejjed,
   f'każ wieħed ta" proċedura ta" akkwist konġunta ma" ħames aġenziji oħra, il-volum tas-servizzi li għandhom ikunu akkwistati ma kienx identifikat b'mod xieraq;

10.  Jiġbed l-attenzjoni għar-risposti tal-Aġenzija li fil-fehma tagħha

   stabbilixxiet formola għall-evalwazzjoni oġġettiva tal-prezz bħala kriterju tal-għoti b'effett mis-17 ta" Marzu 2008;
   fil-każ tal-proċedura ta" akkwist konġunta, l-istima oriġinali kienet reġgħet ġiet evalwata minħabba l-progress teknoloġiku li seħħ bejn id-definizzjoni ta" servizzi li għandhom ikunu provduti u t-tnidija tal-proċedura ta" akkwist;

11.  Jitlob lill-Aġenzija biex tindirizza l-punti ta' dgħjufija fil-proċeduri ta" akkwist imsemmija hawn fuq u biex tirrapporta dwar l-azzjoni li tkun ittieħdet fir-rapport ta" attività annwali tagħha għall-2008;

Progress biex tkun żgurata konformità mar-Regolament dwar id-drittijiet

12.  Jiġbed l-attenzjoni li l-QEA, fir-rapport annwali tagħha għall-2006, sabet li l-prassi tal-Aġenzija kienet qed tmur kontra r-Regolament dwar il-miżata għar-raġunijiet li ġejjin: il-klijenti tal-Aġenzija intbagħtilhom kont b'ammont maqsum f'żewġ partijiet, l-ispejjeż tal-Aġenzija u ammont li reġa" tħallas lura lir-rapporteurs tal-Istati Membri biex ikopri l-ispejjeż tagħhom stess; u r-rapporteur's tal-Istati Membri madanakollu, qatt ma pprovdew evidenza sħiħa tal-ispejjeż reali tagħhom;

13.  Jinnota li l-QEA fir-rapport annwali tagħha għall-2007, segwiet dawn ir-riżultati u qalet li l-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija waqqaf grupp biex jikkalkula l-ispiża li ressaq proposta biex ikun hemm għażla alternattiva għar-remunerazzjoni tar-rapporteurs fl-aħħar tal-2007;

14.  Jinsisti, skont ir-rakkomandazzjoni tal-QEA, li l-Aġenzija tagħmel progress ulterjuri biex issolvi din il-kwistjoni u biex tirrapporta l-azzjoni ta" segwitu meħuda fir-rapport ta" attività annwali tagħha għall-2008;

o
o   o

15.  Jirreferi għal osservazzjonijiet oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza li huma ta' natura orizzontali għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' April 2009 dwar il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji tal-UE(19).

(1) ĠU C 278, 31.10.2008, p. 10.
(2) ĠU C 311, 5.12.2008, p. 27.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU C 278, 31.10.2008, p. 10.
(7) ĠU C 311, 5.12.2008, p. 27.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(9) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(11) ĠU C 278, 31.10.2008, p. 10.
(12) ĠU C 311, 5.12.2008, p. 27.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(14) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 88, 31.3.2009, p.175..
(17) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1
(18) ĠU L 35, 15.2.1995, p. 1.
(19) Testi adottati, P6_TA(2009)0274.


Kwittanza 2007: L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni
PDF 230kWORD 62k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2007 (C6-0439/2008 – 2008/2266(DEC))
P6_TA(2009)0267A6-0163/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2007(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta" Frar 2009 (5588/2009 – C6–0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 60 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regola 71, u l-Anness V, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0163/2009),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2007;

2.  Jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni ta' hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta" l-Aġenzija tas-Sigurtà ta" l-Avjazzjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 (C6-0439/2008 – 2008/2266(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2007(6),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta" Frar 2009 (5588/2009 – C6–0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea(9), u b'mod partikulari l-Artikolu 60 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regola 71, u l-Anness V, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0163/2009),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni kif huma annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 (C6-0439/2008 – 2008/2266(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2007(11),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(12),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta" Frar 2009 (5588/2009 – C6–0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea(14), u b'mod partikulari l-Artikolu 60 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regola 71, u l-Anness V, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0163/2009),

A.   billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2007 huma ta" min wieħed joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

B.   billi fit-22 ta' April 2008 l-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2006(16), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta" kwittanza inter alia

   - Innota l-insistenza tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li l-Aġenzija, b'koperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jagħmlu reviżjoni tal-iskemi tad-drittijiet attwali sabiex jiġi żgurat li l-ispejjeż għall-attivitajiet taċ-ċertifikazzjoni jkunu ġġustifikati u koperti mid-drittijiet tagħha,
   - Stieden lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni biex jagħmlu reviżjoni tal-istruttura tad-drittijiet tal-Aġenzija sabiex l-ispejjeż u d-dħul tal-attivitajiet taċ-ċertifikazzjoni jkunu bbilanċjati,
   innota t-tweġiba tal-Aġenzija li r-regolament tad-drittijiet u tal-ħlasijiet(17), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2007, għandu jiġġenera dħul biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż tal-attivitajiet taċ-ċertifikazzjoni,
   stieden lill-Aġenzija biex timplimenta sistema ta' ġestjoni tal-klejms effettiva, possibilment billi tinkludi interessi għall-ħlas li jkun sar tard;

1.  Jinnota li l-Aġenzija kellha EUR 72 045 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament mill-baġit tal-2007;

2.  Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li l-organigramma tal-2007 kien jikkonsisti f'467 post temporanju, iżda l-approprjazzjonijiet baġitarja għan-nefqa tal-persunal ma koprewx l-ispejjeż reali tal-persunal għal dawn il-postijiet u li, b'konsegwenza ta' dan, l-Aġenzija qablet mal-Kummissjoni rigward it-tnaqqis tan-numru għal massimu ta' postijiet ta' 342, 333 post minnhom ġew mimlija sal-aħħar tas-sena;

3.  Jinnota t-tweġiba tal-Aġenzija li t-tnaqqis fil-persunal kien minħabba l-fatt li matul l-ewwel sentejn tal-implantazzjoni tar-regolamenti tad-drittijiet u tal-ħlasijiet, id-dħul ma kienx biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż imbassra; jinnota li l-Aġenzija tirreferi għall-politika tal-pjan tal-persunal 2008-10, li ġie miftiehem mal-Kummissjoni, f'liema pjan huwa rifless it-tnaqqis tal-persunal;

4.  Josserva li l-iżbilanċ bejn l-ispejjeż u d-dħul enfasizzat fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza preċedenti stimula l-bżonn biex jitnaqqas in-numru ta' staff ippjanat b'25%, minn 467 sa massimu ta' 342;

5.  Jistenna li l-Aġenzija tinkludi informazzjoni fil-kontijiet annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2008 dwar kemm il-bilanċ bejn l-ispejjeż u d-dħul fir-rigward tal-attivitajiet taċ-ċertifikazzjoni jistgħu jintlaħqu permezz tal-implimentazzjoni tal-regolament tad-drittijiet u tal-ħlasijiet il-ġodda;

6.  Jinnota li l-kritika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri rigward l-impjegati tal-Aġenzija fl-2007 ma kinux riflessi fl-organigramma, li ma ġiex emendat kif xieraq;

7.  Jappoġġja bis-sħiħ ir-rakkomandazzjoni tal-QEA li l-Aġenzija tivverifika bir-reqqa l-konsistenza tat-tbassir tal-infiq tagħha, li jiffurmaw il-bażi tad-deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja, b'mod partikolari rigward l-ispejjeż tal-persunal; jitlob lill-Aġenzija biex tiżgura li l-organigramma tikkorrispondi mas-sitwazzjoni attwali;

8.  Jinnota li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Aġenzija ma jaqblux mal-kalkoli tal-ammont ta' EUR 14 900 000 fi dħul assenjat li l-Aġenzija rċeviet fl-2007 biex jiġu koperti l-ispejjeż taċ-ċertifikazzjoni tal-ġejjieni; jinnota l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri Ewropew li l-Aġenzija b'mod żbaljat inkludiet id-drittijiet intaxxati skont ir-regolamenti ta' qabel tad-drittijiet u l-ħlasijiet fil-kalkoli tagħha; jinnota li l-Aġenzija pprovdiet spjegazzjoni għall-kalkoli tagħha, li turi li hija kienet intitolata li tinkludi dawn id-drittijiet fil-kalkoli tagħha skont ir-regolament bażiku tagħha;

9.  Jinnota l-kritika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri ta' diversi proċeduri ta' akkwist pubbliku vverifikati; jinnota li l-Qorti tal-Awdituri Ewropew sabet proċedura waħda, li fiha l-offerenti rċevew informazzjoni mhux kompluta dwar l-kriterji għall-għoti u l-evalwazzjoni tagħhom, li ma kinitx trasparenti; jinnota l-istqarrija tal-QEA li fi tliet każijiet il-proċedura ristretta ġiet applikata għalkemm kellu jkun hemm sejħa miftuħa għall-offerti billi l-valur totali tas-servizzi qabeż il-limitu;

10.  Jitlob li l-Aġenzija żżomm mal-wiegħda magħmula fit-tweġibiet tagħha biex iżżomm b'mod strett mar-regoli tal-akkwist pubbliku u biex tagħti attenzjoni partikulari lill-fornimentproviżjoni ta' informazzjoni lil dawk li potenzjalment jitfgħu offerta;

11.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-Aġenzija żżomm dixxiplina finanzjarja stretta fil-ġejjieni, u li taħdem dejjem fil-limiti tal-baġits miftehma;

12.  Jirreferi għal osservazzjonijiet oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza li huma ta' natura orizzontali għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' April 2009 dwar il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji tal-UE(18).

(1) ĠU C 278, 31.10.2008, p. 16.
(2) ĠU C 311, 5.12.2008, p. 20.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU C 278, 31.10.2008, p. 16.
(7) ĠU C 311, 5.12.2008, p. 20.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(9) ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(11) ĠU C 278, 31.10.2008, p. 16.
(12) ĠU C 311, 5.12.2008, p. 20.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(14) ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 88, 31.3.2009, p. 201.
(17) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 593/2007 (ĠU L 140, 1.6.2007, p.3).
(18) Testi adottati, P6_TA(2009)0274.


Kwittanza 2007: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex)
PDF 317kWORD 76k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 (C6-0445/2008 – 2008/2272(DEC))
P6_TA(2009)0268A6-0166/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri għas-sena finanzjarja 2007(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 2009 (5588/2009 – C6-0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta" Diċembru 2008 dwar l-evalwazzjoni u l-iżvilupp ġejjieni tal-Aġenzija FRONTEX u tas-Sistema Ewropea għas-Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR)(4),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta" Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0166/2009),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2007;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 (C6-0445/2008 – 2008/2272(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri għas-sena finanzjarja 2007(7),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(8),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 2009 (5588/2009 – C6-0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta" Diċembru 2008 dwar l-evalwazzjoni u l-iżvilupp ġejjieni tal-Aġenzija FRONTEX u tas-Sistema Ewropea għas-Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR)(10),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0166/2009),

1.  Jinnota li l- kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjonji tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 (C6-0445/2008 – 2008/2272(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri għas-sena finanzjarja 2007(13),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(14),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 2009 (5588/2009 – C6-0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(15), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta" Diċembru 2008 dwar l-evalwazzjoni u l-iżvilupp ġejjieni tal-Aġenzija FRONTEX u tas-Sistema Ewropea għas-Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR)(16),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea(17), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(18), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0166/2009),

A.   billi l-Qorti tal-Awdituri (QEA) stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2007 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom huma legali u regolari,

B.   billi fit-22 ta" April 2008 l-Parlament ikkonċeda lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea l-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2006(19) u, inter alia,

   innota l-osservazzjoni tal-QEA fir-rapport tagħha tal-2006 li għas-sena finanzjarja 2006 r-rata ta' allokazzjoni ta' impenji kienet ta" 85%; ir-rata ta" ammonti trasferiti għas-sena ta" wara kienet ta" aktar minn 70 % globalment u kważi 85 % għan-nefqa operazzjonali; it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet bejn kapitoli jew titoli matul is-sena qabżu l-limitu ta" 10 % previst fir-Regolament Finanzjarju; għalhekk, il-prinċipju baġitarju tal-ispeċifikazzjoni ma kienx ġie osservat strettament;
   appella lill-Aġenzija biex ittejjeb l-immaniġġjar finanzjarju tagħha, speċjalment rigward iż-żieda fil-baġit tagħha għas-snin finanzjarji 2007 u 2008;

C.  Billi l-2007 kienet it-tieni sena sħiħa tal-funzjonament tal-Aġenzija,

1.  Jinnota li l-baġit tal-Aġenzija għall-2007 (EUR 42 100 000.) aktar minn irdoppja mqabbel mal-baġit għall-2006 (EUR 19 200 000);

2.  Jinnota li l-kritika tal-QEA li l-impenji li kienu ttrasferiti għall-2008 relatati mal-ftehimiet ta" għotjiet marbuta ma" attivitajiet operazzjonali ammontaw għal EUR 18 400 000, u li parti sostanzjali minn dawn l-impenji kienet ibbażata fuq stimi eċċessivi tal-ispejjeż;

3.  Jagħraf il-fatt, enfasizzat fit-tweġibiet tal-Aġenzija lill-QEA, li fil-każ tal-Aġenzija l-istimi tal-ispejjeż huma partikolarment kumplessi billi l-Aġenzija jkollha tiddependi fuq it-tagħmir li jipprovdulha l-Istati Membri għall-operazzjonijiet tagħha;

4.  Jinnota li l-Aġenzija waqqfet reġistru ċentralizzat ta" tagħmir tekniku (CRATE) dwar materjal mill-Istati Membri li jista" jintuża waqt l-operazzjonijiet; jinnota li l-CRATE huwa marbut ma" metodu komuni tal-kalkolu tal-ispejjeż, li għandu jwassal għal allokazzjoni aktar effiċjenti tal-mezzi baġitarji;

5.  Huwa mħasseb dwar dak li rriżultalha l-QEA, li peress li m'hemmx politika tat-teżor, l-ammont kbir ta" flus li żżomm għandha l-Aġenzija jibqa' mingħajr ma jintuża f'kontijiet bankarji b'imgħax eċċessivament baxx; jinnota li, skont il-kontijiet (il-karta tal-bilanċ) l-Aġenzija kellha EUR 32 600 000 fi flus u l-ekwivalenti tagħhom fil-31 ta" Diċembru 2007;

6.  Jinnota t-tweġiba tal-Aġenzija li se tipprova tinnegozja xi kundizzjonijiet mal-bank tagħha u se tara jekk banek oħra joffrux kundizzjonijiet aħjar;

7.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija biex taddotta politika tat-teżor u biex tirrapporta dwar x'azzjoni tkun ittieħdet u r-riżultati miksuba fir-rapport ġenerali tagħha għall-2008;

Segwitù tal-eżerċizzju ta" kwittanza tal-2006

8.  Ifakkar li s-sena finanzjarja 2006 kienet l-ewwel sena li fiha l-Aġenzija kienet finanzjarjament awtonoma u suġġetta għall-proċedura ta" kwittanza;

9.  Jiddispjaċih li l-QEA, fir-rapport annwali tagħha għall-2007, sabet li kien hemm diversi nuqqasijiet li diġà kienet saħqet fuqhom fir-rapport annwali tagħha tal-2006, b'mod partikolari:

   livell għoli ta" carry-overs u kanċellazzjonijiet: kważi 70 % tal-approprjazzjonijiet disponibbli fl-2007 ma ntefqux,
   l-obbligi legali li kienet daħlet għalihom qabel saru l-impenji tal-baġit,
   proċeduri ta" reklutaġġ li, skont il-QEA, ma kinux jikkonformaw mar-regoli, b'mod partikolari mal-prinċipju tat-trattament ugwali, billi l-għadd minimu ta" snin ta" esperjenza mitluba għal ċerta pożizzjoni kien differenti minn dawk miftiehma bejn l-aġenziji u l-Kummissjoni;

10.  Jinnota t-tweġiba tal-Aġenzija rigward il-livell għoli ta" trasferimenti li sa ċertu punt kien dovut għall-ammont ta" EUR 7 000 000 li kien ingħata mill-Kummissjoni f'Ġunju 2007 għal operazzjonijiet fuq il-baħar li jkunu jeħtieġu d-disponibilità ta" bastimenti u ajruplani mill-Istati Membri u li huma kumplessi u jieħdu ħafna ħin, u għalhekk l-impenji setgħu isiru biss tard fl-2007;

11.  Huwa, madankollu, imħasseb dwar il-livell għoli ta" carry-overs osservati mill-QEA u jitlob lill-Aġenzija biex tindirizza din il-problema, li kienet diġà rrimarkata mill-Qorti fir-rapport tagħha tal-2006; jirrimarka li r-riżerva ta" EUR 19 900 000 miljun mill-baġit tal-Aġenzija tal-2007 kienet rilaxxata biss f'Ġunju 2007; jinnota t-tweġibiet tal-Aġenzija f'dan ir-rigward;

12.  Jistieden lill-Aġenzija biex tindirizza l-problemi rikorrenti fis-sistema ta" impenji tagħha kif osservati mill-QEA;

13.  Jinsab sodisfatt li l-Aġenzija adottat pjan ta" azzjoni fl-2008 sabiex tindirizza n-nuqqasijiet fis-sistema tal-impenji tagħha; jinnota li l-pjan ta" azzjoni jinkludi fost oħrajn l-iffissar ta" skadenzi għall-Istati Membri biex jibagħtu lill-Aġenzija stimi baġitarji dwar il-kofinanzjament tagħhom sabiex jiġi stabbilit l-ammont finali tal-għotjiet biex ikunu evitati firem ex-post;

14.  Jistieden lill-Aġenzija biex tirrapporta r-riżultati miksuba permezz tal-pjan ta" azzjoni fir-rapport ġenerali tagħha għall-2008;

15.  Jikkunsidra li hemm rabta bejn il-forma speċifika ta" koperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri, ta" kif l-Istati Membri suppost joffru t-tagħmir lill-Aġenzija għall-operazzjonijiet tagħha, u n-nuqqasijiet li enfasizzat il-QEA b'referenza għall-ippjanar tal-baġit, b'mod partikolari l-istimi tal-ispejjeż, u l-implimentazzjoni tal-baġit, b'mod partikolari t-trasferimenti u l-problema tal-firem ex-post;

16.  Ifakkar li l-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tat-18 ta" Diċembru 2008:

   (a) appella lill-Aġenzija biex tibgħat rapport lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-użu attwali u d-disponibilità reali tal-materjal mill-Istati Membri, fejn tkun enfasizzata kull diffikultà li tkun ġiet esperjenzata,
   (b) appella lill-Istati Membri, fl-eventwalità ta" disponibilità insuffiċjenti tar-riżorsi li tippersisti, biex jieħdu deċiżjoni malajr biex ibiddlu sostanzjalment id-daqs tal-baġit tal-Aġenzija biex tkun tista" twettaq il-missjoni tagħha u, jekk jista" jkun, jeżaminaw l-aspetti legali tal-kiri u/jew ix-xiri tal-materjal fil-ġejjieni għal dak l-iskop,
   (c) fakkar li l-Parlament, bħala parti mill-awtorità tal-baġit, diġà żied il-baġit tal-Aġenzija mill-bidu tagħha u jiżgura li l-baġit tal-Aġenzija jiġi implimentat b'mod korrett u jiġi adattat għat-tibdil fil-funzjonijiet tagħha;

17.  Jappella lill-Aġenzija biex ittejjeb il-ġestjoni finanzjarja tagħha, b'mod konformi mal-osservazzjonijiet tal-QEA, u jinnota li fit-tweġibiet li tat lill-QEA l-Aġenzija enfasizzat il-forma speċifika tal-koperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri, permezz ta' liema l-Aġenzija tiddependi fuq it-tagħmir li jipprovdulha l-Istati Membri għall-operazzjonijiet tagħha;

18.  Huwa determinat li jissorvelja mill-qrib l-impatt tal-koperazzjoni tal-Aġenzija mal-Istati Membri fuq il-ġestjoni finanzjarja tagħha fil-ġejjieni;

19.  Jiddispjaċih li l-Aġenzija kellha timplimenta proċeduri ta" reklutaġġ li ma kinux konformi għal kollox mad-dispożizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal biex tiġbed speċjalisti kwalifikati ħafna;

20.  Jinnota li, rigward ir-reklutaġġ, l-Aġenzija mhix taċċetta l-kritika tal-QEA li ma rrispettatx il-prinċipju ta' trattament ugwali peress li l-ammont ta' snin minimi ta' esperjenza professjonali rikjesti għal pożizzjoni partikulari kien differenti minn dak miftiehem bejn il-Kummissjoni u l-aġenziji; jinnota li l-Aġenzija tikkunsidra li l-prattika tagħha tikkonforma mar-regoli, peress li kellha tattira persunal speċjalizzat ħafna taħt kundizzjonijiet diffiċli; josserva li r-Regolamenti tal-Persunal jistipulaw li l-aġenziji Komunitarji jkollhom jaddottaw id-dispożizzjonijiet ġenerali ta" implimentazzjoni (GIP) tagħhom bi ftehim mal-Kummissjoni; jinnota li l-Kummissjoni abbozzat xi deċiżjonijiet mudell għall-GIP; jinnota li l-Kummissjoni għadha ma qablitx mal-abbozz tal-GIP li ressqet l-Aġenzija; jappella lill-Agenzija, f' konformita' mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, biex tirrispetta strettament il-kriterji ta' reklutaġġ fir-Regolamenti tal-Persunal sabiex tiżgura trattament ugwali rigward is-snin ta" esperjenza professjonali meħtieġa għal xi pożizzjoni partikolari;

21.  Jistieden lill-Aġenzija biex ittejjeb il-ġestjoni finanzjarju tagħha, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam maż-żieda fil-baġits tagħha tal-2008 u l-2009.

o
o   o

22.  Jirreferi għal osservazzjonijiet oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza li huma ta' natura orizzontali għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' April 2009 dwar il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji tal-UE(20).

(1) ĠU C 278, 31.10.2008, p. 7.
(2) ĠU C 311, 5.12.2008, p. 34.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) Testi adottati, P6_TA(2008)0633.
(5) ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU C 278, 31.10.2008, p. 7.
(8) ĠU C 311, 5.12.2008, p. 34.
(9) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(10) Testi adottati, P6_TA(2008)0633.
(11) ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.
(12) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(13) ĠU C 278, 31.10.2008, p. 7.
(14) ĠU C 311, 5.12.2008, p. 34.
(15) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(16) Testi adottati, P6_TA(2008)0633.
(17) ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.
(18) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(19) ĠU L 88, 31.3.2009, p.226.
(20) Testi adottati, P6_TA(2009)0274.


Kwittanza 2007: Iċ-Ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard
PDF 297kWORD 58k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2007 (C6-0441/2008 – 2008/2268(DEC))
P6_TA(2009)0269A6-0170/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2007(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 2009 (5588/2009 – C6-0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta" April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0170/2009),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2007;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta' hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2007 (C6-0441/2008 – 2008/2268(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2007(6),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-10 ta' Frar 2009 (5588/2009 – C6-0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta" April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0170/2009),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2007;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2007 (C6-0441/2008 – 2008/2268(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2007(11),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(12),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 2009 (5588/2009 – C6-0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta" April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0170/2009),

A.   billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (ECA) ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2007 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

B.   billi fit-22 ta" April 2008 il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006, u, inter alia, innota l-osservazzjoni tal-QEA, fir-rapport annwali tagħha tal-2006(16), li kważi 45% tal-impenji li saru matul is-sena kienu ttrasferiti, u li matul it-tieni nofs tal-2006, saru bosta trasferimenti, dovuti primarjament għal stimi impreċiżi ta' ħtieġa ta' persunal, mingħajr ma ġie infurmat il-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru fil-ħin,

1.  Jinnota li l-baġit taċ-Ċentru żdied minn EUR 17 100 000 fl-2006 għal EUR 28 900 000 fl-2007;

2.  Jikkunsidra li ċ-Ċentru huwa istituzzjoni importanti għat-tisħiħ u l-iżvilupp tas-sorveljanza Ewropea tal-mard u għall-evalwazzjoni u l-komunikazzjoni dwar theddid attwali u emerġenti għas-saħħa tal-bniedem mill-mard li jittieħed;

3.  Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2007 iċ-Ċentru kien kapaċi jiżviluppa numru konsiderevoli ta' prodotti u servizzi fl-epidemjoloġija, is-sorveljanza u l-prevenzjoni u l-kontroll ta' mard li jittieħed, kif ukoll jippubblika varjetà ta' rapporti xjentifiċi;

4.  Jinnota li, fl-2006, ir-rata ta" trasferimenti kienet ta" kważi 45 %, u li ma sar l-ebda titjib sinifikanti fl-2007, meta din ir-rata kienet qrib it-43 %, u dan il-fatt juri li ċ-Ċentru kellu diffikultajiet biex jimplimenta l-baġit tiegħu;

5.  Jinnota, barra minn hekk, li l-osservazzjoni tal-QEA li l-livell ta" emendi tal-baġit juri nuqqasijiet fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-baġit;

6.  Jinsab imħasseb dwar is-sejba tal-QEA li din is-sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipji tal-annwalità u tal-ispeċifikazzjoni;

7.  Jinnota l-osservazzjoni tal-QEA li, minkejja li l-programm ta" ħidma taċ-Ċentru għall-2007 kien ibbażat fuq l-attivitajiet, l-emendi għall-baġit ma kienux akkumpanjati minn evalwazzjoni tal-impatt tagħhom fuq il-programm ta" ħidma u l-kisba tal-objettivi;

8.  Jinsab sodisfatt bir-risposta taċ-Ċentru li sa mill-2008, dan kien qed jaġġorna l-programm ta" ħidma tiegħu fil-każ ta" emendi għall-baġit;

9.  Jinnota l-kritika tal-QEA dwar l-affidabilità limitata tal-inventarju bbażat fuq spreadsheet;

10.  Jinsab sodisfatt li sadanittant iċ-Ċentru implimenta sistema ġdida ta" inventarju tal-assi, li se tintuża għall-għeluq tal-kontijiet tal-2008;

11.  Jinsab imħasseb dwar l-osservazzjoni tal-QEA li ċ-Ċentru nefaq EUR 500 000 fuq xogħol ta" rinovazzjoni tal-bini mikri, u li, bħal fl-2006, id-deċiżjoni li jsiru dawn ix-xogħlijiet saret bi ftehim dirett bejn iċ-Ċentru u l-proprjetarju mingħajr ma ġiet speċifikata n-natura tax-xogħol, l-iskadenzi u l-kundizzjonijiet tal-ħlas; jinnota li, skont il-QEA, din il-prattika mhix konformi mar-regolament finanzjarju u tmur kontra l-prinċipju tal-ekonomija;

12.  Jitlob liċ-Ċentru sabiex b'mod urġenti jaġġusta l-prattiki tiegħu mar-regolament finanzjarju u mal-prinċipju tal-ekonomija, u sabiex jagħti rapport tas-segwitu tal-osservazzjonijiet tal-QEA fir-rapport tiegħu tal-2008 dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja;

13.  Jinnota l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' reklutaġġ taċ-Ċentru, iżda jenfasizza li jridu jsiru aktar sforzi biex tintlaħaq il-kwota sħiħa ta' impjegati;

Segwitu għall-eżerċizzji ta" kwittanza preċedenti

14.  Jinnota li, bħal fl-2006, il-QEA sabet punti ta' dgħjufija fl-implimentazzjoni tal-baġit, b'mod partikulari livell għol ta" trasferimenti ta" approprjazzjonijiet;

15.  Jitlob liċ-Ċentru biex isegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-QEA, b'mod partikolari rigward l-implimentazzjoni tal-baġit, u biex jirrapporta dwar l-azzjoni meħuda u r-riżultati miksuba fir-rapport annwali tiegħu tal-2008;

o
o   o

16.  Jirreferi għal osservazzjonijiet oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza li huma ta' natura orizzontali għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' April 2009 dwar il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji tal-UE(17).

(1) ĠU C 278, 31.10.2008, p. 48.
(2) ĠU C 311, 5.12.2008, p. 122.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72
(6) ĠU C 278, 31.10.2008, p. 48.
(7) ĠU C 311, 5.12.2008, p. 122.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(9) ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(11) ĠU C 278, 31.10.2008, p. 48.
(12) ĠU C 311, 5.12.2008, p. 122.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(14) ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 88, 31.3.2009, p.126.
(17) Testi adottati, P6_TA(2009)0274.


Kwittanza 2007: Iċ-Ċentru Ewropew għas-Sorveljanza tad-Drogi u d-Dipendenza tad-Drogi
PDF 296kWORD 61k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2007 (C6-0431/2008 – 2008/2258(DEC))
P6_TA(2009)0270A6-0175/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2007(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta" Frar 2009 (5588/2009 – C6-0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta" Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 15 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0175/2009),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi b'rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2007;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta' hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur taċ-Ċentru Ewropew għal Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2007 (C6-0431/2008 – 2008/2258(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2007(6),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta" Frar 2009 (5588/2009 – C6-0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta" Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga(9), u b'mod partikulari l-Artikolu 15 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0175/2009),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2007;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2007 (C6-0431/2008 – 2008/2258(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2007(11),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(12),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta" Frar 2009 (5588/2009 – C6-0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta" Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga(14), u b'mod partikulari l-Artikolu 15 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0175/2009),

A.   billi l-Qorti tal-Awdituri (QEA) ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2007 huma ta" min joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

B.   billi fit-22 ta" April 2008, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2006(16), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta" kwittanza, innota inter alia mill-programmi ta" ħidma taċ-Ċentru għall-2007 u għall-perjodu 2007-2009, l-għanijiet strateġiċi li ġejjin:

   l-iżvilupp ta' kontroll ex-post tat-tranżazzjonijiet finanzjarji;
   l-iżvilupp ta' kapaċità interna dwar evalwazzjoni tar-riskji u ta' verifika interna;
   l-iżvilupp ta' mezzi u proċeduri għat-tmexxija ta' riżorsi integrati u l-promozzjoni ta' sinerġiji esterni, partikolarment mal-Aġenzija tas-Sigurtà Marittima Ewropea (EMSA), ibbażata wkoll f'Liżbona;
   l-implimentazzjoni ta' politika aktar strutturata u effettiva għar-riżorsi umani;
   it-tkomplija b'suċċess tat-trasferiment għall-kwartieri l-ġodda f'Liżbona,

1.  Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li l-linja baġitarja għall-operazzjonijiet tal-IT żdiedet b'aktar minn 80% fil-baġit finali kif adottat f'Ottubru tal-2007 meta mqabbel mal-baġit inizjali għall-2007 adottat f'Diċembru tal-2006;

2.  Jinnota l-ispjegazzjoni taċ-Ċentru li l-bżonnijiet addizzjonali għat-tagħmir tal-IT saru magħrufa biss fit-tielet kwart tal-2007 meta ġiet iffissata l-iskeda biex iċ-Ċentru jiġi ttraferit fil-bini l-ġdid tiegħu u meta ġew stabbiliti l-bżonnijiet tekniċi;

3.  Jinnota li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabet li hemm nuqqas ta" qbil bejn iċ-Ċentru u n-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni finanzjarja tan-Norveġja fil-ħidma taċ-Ċentru, minħabba r-raġuni li hemm differenza fil-formula stipulata fil-ftehim oriġinali ffirmat, li hija applikata miċ-Ċentru u l-ftehim kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali, li hija applikata min-Norveġja; jinnota li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri osservat illi minħabba l-formoli differenti li qed jintużaw, il-kalkolazzjoni taċ-Ċentru fir-rigward tal-kontribuzzjoni hija madwar EUR 80,000 ogħla mill-kalkolazzjoni tan-Norveġja;

4.  Huwa sodisfatt bl-informazzjoni pprovduta miċ-Ċentru lir-rapporteur, li minn dak iż-żmien intlaħaq kompromess, fejn in-Norveġja għamlet pagament ta" darba ta" EUR 34 230 u aċċettat li jitneħħa l-bilanċ pożittiv eżistenti tal-kontribuzzjoni tagħha liċ-Ċentru li jikkorrispondi għall-ammont li jifdal tad-differenza msemmija hawn fuq mill-eżerċizzju tal-2007; barra minn hekk, fl-2008 se jiġi applikat il-metodu ta" kalkolazzjoni taċ-Ċentru filwaqt li l-metodu ta" kalkolazzjoni tan-Norveġja se jiġi applikat mill-2009 "l quddiem;

5.  Jinnota li d-Direttur taċ-Ċentru ħa l-kariga ta" koordinatur tan-netwerk tal-aġenziji fl-1 ta" Marzu 2008 sat-28 ta" Frar 2009;

Segwitu tal-eżerċizzji preċedenti ta" kwittanza

6.  Jinnota, mir-rapport ta" attività annwali taċ-Ċentru għall-2007, li ċ-Ċentru waqqaf proċeduri u għodda għal kontrolli regolari superviżorji u ex-post u kompla jiżviluppa iktar l-immaniġġjar tar-riżorsi umani, b'mod partikulari permezz tat-twaqqif ta" portal għar-riżorsi umani fuq l-intranet tiegħu, li jinkludi informazzjoni dwar il-proċessi u r-regoli applikabbli;

7.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-fatt li ċ-Ċentru jikkoopera mill-qrib mal-EMSA, li hija bbażata wkoll f'Liżbona, sabiex jaqsmu l-bini ma xulxin u jużaw l-infrastruttura u s-servizzi b'mod konġunt; jinnota li t-trasferiment taċ-Ċentru għall-bini l-ġdid huwa skedat għall-ewwel kwart tal-2009;

o
o   o

8.  Jirreferi għal osservazzjonijiet oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza li huma ta' natura orizzontali għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' April 2009 dwar il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji tal-UE(17).

(1) ĠU C 278, 31.10.2008, p. 67.
(2) ĠU C 311, 5.12.2008, p. 164.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.
(5) OJ L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU C 278, 31.10.2008, p. 67.
(7) ĠU C 311, 5.12.2008, p. 164.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(9) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(11) ĠU C 278, 31.10.2008, p. 67.
(12) ĠU C 311, 5.12.2008, p. 164.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(14) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16)ĠU L 88, 31.3.2009, p. 134..
(17) Testi adottati, P6_TA(2009)0274.


Kwittanza 2007: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop)
PDF 224kWORD 54k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2007 (C6-0427/2008 – 2008/2254(DEC))
P6_TA(2009)0271A6-0177/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2007(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il- kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 2009 (5588/2009 – C6-0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 ta" l-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Professjonali(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 12a tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0177/2009),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Professjonali għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2007;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Professjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u li jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2007 (C6-0427/2008 – 2008/2254(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l- kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2007(6),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il- kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta" Frar 2009 (5588/2009 – C6-0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 ta" l-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Professjonali(9), u b'mod partikulari l-Artikolu 12a tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0177/2009),

1.  Jinnota li l- kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2007;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2007 (C6-0427/2008 – 2008/2254(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l- kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2007(11),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(12),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta" Frar 2009 (5588/2009 – C6-0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 ta" l-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Professjonali(14), u b'mod partikulari l-Artikolu 12a tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0177/2009),

A.   billi l-Qorti tal-Awdituri (QEA) ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2007 huma ta" min joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

B.   billi fit-22 ta" April 2008, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Professjonali għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2006(16), u li fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta" kwittanza inter alia ġibdet l-attenzjoni għall-osservazzjonijiet tal-QEA dwar il-proporzjon għoli ta' carry-overs u kanċellazzjonijiet, in-nuqqas ta' proċedura ta" inventarju xierqa għall-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni u l-kapitalizzazzjoni tal-assi, dokumentazzjoni mhux kompluta ta' proċessi ta' kontroll intern u problemi rigward proċedura ta' akkwist waħda,

1.  Jifraħ lill-Ċentru għall-fatt li, b'differenza minn snin preċedenti, irċieva dikjarazzjoni pożittiva ta' assigurazzjoni mill-QEA rigward is-sena finanzjarja 2007, mhux biss fir-rigward tal-kontijiet, imma wkoll fir-rigward tat-tranżazzjonijiet li dawn huma bbażati fuqhom;

2.  Jinnota l-osservazzjoni tal-QEA li l-objettivi u l-indikaturi tal-prestazzjoni sikwit ma kinux jistgħu jitkejlu, għalkemm il-programm ta' ħidma taċ-Ċentru għall-2007 kellu lista ta' objettivi speċifiċi għal kull attività u ta deskrizzjoni dettaljata tar-riżultati li kellhom jintlaħqu; jaqbel mal-QEA li għalhekk hija diffiċli l-evalwazzjoni tas-suċċessi;

3.  Jinnota li ċ-Ċentru qed jaħdem fuq formulazzjoni aktar preċiża ta' objettivi u indikaturi tal-prestazzjoni, u li introduċa l-ibbaġitjar skont l-attività għas-sena finanzjarja 2008;

4.  Jappoġġa r-rakkomandazzjoni tal-QEA li ċ-Ċentru għandu jiddefinixxi objettivi preċiżi u, fl-ipprogrammar tiegħu, jistabbilixxi rabtiet ċari bejn l-objettivi u r-riżorsi baġitarji meħtieġa għall-kisba tagħhom;

5.  Jistenna li ċ-Ċentru jirrapporta dwar l-azzjoni ta" segwitu speċifika li jkun ħa rigward ir-rakkomandazzjonijiet tal-QEA fir-rapport ta" attività tiegħu għall-2008;

6.  Jirreferi għal osservazzjonijiet oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza li huma ta' natura orizzontali għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' April 2009 dwar il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji tal-UE(17).

(1) ĠU C 278, 31.10.2008, p. 45.
(2) ĠU C 311, 5.12.2008, p. 130.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU C 278, 31.10.2008, p. 45.
(7) ĠU C 311, 5.12.2008, p 130.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(9) ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(11) ĠU C 278, 31.10.2008, p. 45.
(12) ĠU C 311, 5.12.2008, p. 130.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(14) ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 88, 31.3.2009, p. 109.
(17) Testi adottati, P6_TA(2009)0274.


Kwittanza 2007: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea
PDF 291kWORD 56k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 (C6-0434/2008 – 2008/2261(DEC))
P6_TA(2009)0272A6-0178/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta" Frar 2009 (5588/2009 – C6-0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jwaqqaf Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0178/2009),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2007;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 (C6-0434/2008 – 2008/2261(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007(6),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta" Frar 2009 (5588/2009 – C6-0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jwaqqaf Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea(9), u b'mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0178/2009),

1.  Jinnota li l-ammonti annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 (C6-0434/2008 – 2008/2261(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007(11),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(12),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta" Frar 2009 (5588/2009 – C6-0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jwaqqaf Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea(14), u b'mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0178/2009),

A.   billi l-Qorti tal-Awdituri (QEA) stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2007 huma ta" min wieħed joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom huma legali u regolari,

B.   billi fit-22 ta" April 2008 l-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2006(16), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li inter alia takkumpanja d-deċiżjoni ta" kwittanza

–   innota l-osservazzjoni tal-QEA fir-rapport tagħha tal-2006 li l-bilanċ favorevoli tal-baġit akkumulat għall-2006 kien ta' EUR 16.9 miljun u li, fl-2007, iċ-Ċentru kien se jagħti lura EUR 9.3 miljun lill-klijenti tiegħu; qabel mal-QEA li akkumulazzjoni ta' bilanċi favorevoli bħal din tissuġġerixxi li l-metodu għall-għoti ta' prezz lit-traduzzjonijiet tiegħu ma kienx preċiż biżżejjed,

–   esprima t-tama li dalwaqt tinstab soluzzjoni għall-kwistjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni minn min iħaddem,

1.  Jinnota l-osservazzjoni tal-QEA li l-verifika tagħha tal-proċeduri ta" akkwist uriet li l-evalwazzjoni tal-kriterji tal-għoti ma kinitx iddokumentata kif jixraq, peress li ma kienx hemm analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji tal-alternattivi differenti proposti biex ikunu ġġustifikati l-għażliet finali;

2.  Jinnota li l-QEA qieset li f'waħda minn kull sitt proċeduri ta" reklutaġġ li ġew ivverifikati t-trasparenza tal-proċedura ma kinitx żgurata, peress li sabet anomaliji fid-dokumentazzjoni ta" waħda minn kull sitt proċeduri li ġew ivverifikati;

3.  Jinnota r-rieda taċ-Ċentru li jkompli jsegwi l-problemi misjuba mill-QEA fir-rigward tal-proċeduri ta" akkwist u ta" reklutaġġ u li jadatta l-proċeduri tiegħu kif ikun meħtieġ;

4.  Jistenna liċ-Ċentru jirrapporta dwar l-azzjoni ta" segwitu li tkun ittieħdet u dwar ir-riżultati miksuba fir-rapport tal-attività tiegħu tal-2008;

Segwitu għall-eżerċizzji ta" kwittanza preċedenti

5.  Jinnota li, fl-2007, iċ-Ċentru rrimborsa EUR 9 300 000 lill-klijenti tiegħu mir-riżultat tal-baġit ittrasferit minn snin finanzjarji preċedenti;

6.  Ma jistax jaċċetta l-fatt li, għalkemm din il-kwistjoni kienet enfasizzata fir-riżoluzzjonijiet dwar il-kwittanza għal ħafna snin, soluzzjoni rigward il-konflitt bejn iċ-Ċentru u l-Kummissjoni f'dak li jirrigwarda s-sehem li min iħaddem għandu jħallas mill-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni għall-persunal għadha ma nstabitx;

7.  Jinnota li ċ-Ċentru stabbilixxa riżerva biex ikopri l-eventwalità ta" dan il-ħlas u li għall-2007 din ir-riżerva hija ta" EUR 2 228 928;

8.  Jinsisti li l-Kummissjoni u ċ-Ċentru jagħmlu ħilithom biex jirrisolvu malajr it-tilwima dwar il-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni tal-persunal; jitlob liċ-Ċentru biex jgħarraf lill-awtorità tal-kwittanza bir-riżultat tan-negozjati;

o
o   o

9.  Għal osservazzjonijiet oħra li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza li huma ta' natura orizzontali jirreferi għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' April 2009 dwar il-ġestjoni u l-kontroll finanzjarju tal-aġenziji tal-UE(17).

(1) ĠU C 278, 31.10.2008, p. 42.
(2) ĠU C 311, 5.12.2008, p. 116.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU C 278, 31.10.2008, p. 42.
(7) ĠU C 311, 5.12.2008, p. 116.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(9) ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(11) ĠU C 278, 31.10.2008, p. 42.
(12) ĠU C 311, 5.12.2008, p. 116.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(14) ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 88, 31.3.2009, p. 118.
(17) Testi adottati, P6_TA(2009)0274.


Kwittanza 2007: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill
PDF 460kWORD 95k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima II – Il-Kunsill (C6-0417/2008 – 2008/2277(DEC))
P6_TA(2009)0273A6-0150/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007(1),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007 - Volum I (C6–0417/2008)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fl-2007,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li ġew verifikati(3),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assikurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(4),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 190/2003 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni li tikkonċerna r-rimborż ta' spejjeż ta' vvjaġġar ta' delegati ta' Membri tal-Kunsill(6),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda(7),

–   wara li kkunsidra r-Regola 71, u l-Anness V, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0150/2009),

1.  Jipposponi d-deċiżjoni li jagħti kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2007;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima II – Il-Kunsill (C6-0417/2008 – 2008/2277(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007(8),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007 - Volum I (C6–0417/2008)(9),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fl-2007,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li ġew verifikati(10),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assikurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(11),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(12), u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 190/2003 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni li tikkonċerna r-rimborż ta' spejjeż ta' vvjaġġar ta' delegati ta' Membri tal-Kunsill(13),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda(14) (IIA),

–   wara li kkunsidra r-Regola 71, u l-Anness V, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0150/2009),

A.   billi l-Kunsill jirrifjuta li jipprovdi lill-Parlament id-dokument sħiħ tiegħu tal-eżekuzzjoni tal-baġit u r-rapport ta' attività annwali sħiħ tiegħu u pprovdilu biss ir-rapport ta' attività annwali tal-Awditur Intern tiegħu,

B.   billi l-Kunsill jirrifjuta li jkollu kwalunkwe laqgħa uffiċjali mal-Parlament dwar il-kwittanza tiegħu,

C.   billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Kolonja tat-3 u l-4 ta' Ġunju 1999 jipprevedu li jingħataw kapaċitajiet operattivi lill-Kunsill fil-qasam ta' politika komuni Ewropea msaħħa ta' sigurtà u difiża (CESDP),

D.   billi fid-Deċiżjoni Nru 190/2003 tiegħu, il-Kunsill jagħmilha ċara ħafna li jimplimenta approprjazzjonijiet fil-qasam tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari li "Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni[...], megħjun mill-Viċi Segretarju Ġenerali, huwa responsabbli b'mod sħiħ biex jamministra l-approprjazzjonijiet fit-Taqsima II - Il-Kunsill - tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, u biex jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jiżgura l-ġestjoni soda tagħhom. Huwa jimplimenta l-approprjazzjonijiet b'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej",

E.   billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/197/PESK(15) tat-23 ta' Frar 2004 stabilixxiet mekkaniżmu għall-amministrazzjoni tal-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-UE li għandhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża, msejjaħ ATHENA, u din id-Deċiżjoni, flimkien mad-Deċiżjoni 2004/582/KE tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqa' fil-Kunsill tat-28 ta' April 2004 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet mogħtija lil ATHENA(16), toħloq mekkaniżmu għall-amministrazzjoni tal-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-UE li għandhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża, tagħtiha privileġġi u immunitajiet u tagħti setgħa operattiva lill-Kunsill,

F.   billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/178/PESK tat-28 ta' Frar 2000 dwar ir-regoli applikabbli għall-esperti nazzjonali fil-qasam militari meta jiġu ssekondati lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill matul il-perjodu interim(17) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/80/PESK tat-22 ta' Jannar 2001 fuq l-istabbiliment tal-Persunal Militari tal-Unjoni Ewropea(18) jispeċifikaw li n-nefqa li tirriżulta mis-sekondar ta' esperti militari trid titħallas mill-baġit tal-Kunsill,

G.   billi r-rapport annwali tal-Kunsill dwar l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tas-PESK, ippreżentat lill-Parlament fl-applikazzjoni tal-punt 43 tal-Ftehim Interistituzzjonali, huwa limitat fl-ambitu tiegħu għad-deskrizzjoni tal-attivitajiet tas-PESK, bħall-pożizzjonijiet komuni, l-azzjonijiet konġunti u d-deċiżjonijiet implimentattivi,

1.  Jinnota li fl-2007 l-Kunsill kellu għad-dispożizzjoni tiegħu total ta' EUR 650 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji (2006: EUR 626 miljun), b'rata ta' użu ta' 81.89%, inqas mill-2006 (91.79%) u taħt il-medja tal-istituzzjonijiet l-oħra (93.82%);

2.  Jafferma mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu mfissra fir-riżoluzzjoni tal-25 ta' April 2002 dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2000 li "l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma għamlux skrutinju, fil-passat, tal-implimentazzjoni tat-taqsimiet rispettivi tagħhom tal-baġit; jikkunsidra li minħabba n-natura dejjem aktar operattiva tan-nefqa, iffinanzjata mill-baġit amministrattiv tal-Kunsill, fl-oqsma tal-affarijiet barranin, il-politika tas-sigurtà u tad-difiża u l-ġustizzja u l-intern, l-ambitu ta' dan l-arranġament għandu jiġi ċċarat bil-ħsieb li ssir distinzjoni bejn in-nefqa amministrattiva tradizzjonali u l-operazzjonijiet f'dawn l-oqsma ġodda ta' politika"(19);

3.  Jirrifjuta s-suġġeriment tal-Kunsill li l-fatt li l-Parlament u l-Kunsill ma għamlux skrutinju, fil-passat, tal-implimentazzjoni tat-taqsimiet rispettivi tagħhom tal-baġit kien ir-riżultat ta' "Gentlemen's Agreement"; jikkunsidra li minħabba n-natura dejjem aktar operattiva tan-nefqa, in-nefqa tal-Kunsill għandu jsirilha skrutinju bl-istess mod bħal dik tal-istituzzjonijiet l-oħra bħala parti mill-proċedura ta' kwittanza prevista fl-Artikolu 276 tat-Trattat;

4.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu murija fil-paragrafu 3 tar-riżoluzzjoni tiegħu tal-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2006, li tgħid: "Jiddispjaċih li, għall-kuntrarju ta' istituzzjonijiet oħra, il-Kunsill ma jissottomettix rapport ta' attività annwali lill-Parlament, filwaqt li jikkwota l-Gentlemen's Agreement tal-1970 [...] u n-nuqqas ta' kwalunkwe rekwiżit korrispondenti fir-Regolament Finanzjarju; jistieden lill-Kunsill biex jikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni li ma jippubblikax u ma jgħaddix lill-Parlament rapport ta' attività sabiex juri aktar responsabbilità lejn il-pubbliku ġenerali u ma' min iħallas it-taxxa"(20); ifakkar li din id-dikjarazzjoni hija għal kollox konsistenti mal-paragrafi 44 u 45 tar-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Frar 2008 dwar trasparenza fi kwistjonijiet finanzjarji(21); jitlob lill-Kunsill sabiex jerga' jikkunsidra d-deċiżjoni tiegħu li ma jippubblikax ir-rapport tal-attività annwali tiegħu fuq il-websajt tiegħu;

5.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu espressa fil-paragrafu 12 tar-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' April 2007 dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2005, kif ġej: "Jitlob li jkun hemm trasparenza massima fil-qasam tal-Politika Komuni tal-Affarijiet Barranin u tas-Sigurtà (PESK); jitlob lill-Kunsill biex jiżgura, f' konformita' mal-punt 42 tal-Ftehim Interistituzzjonali [...], li l-ebda spiża tas-PESK li topera ma tkun tidher fil-baġit tal-Kunsill; iżomm id-dritt li, fejn ikun il-każ, jieħu l-passi meħtieġa jekk ikun hemm ksur tal-ftehim"(22);

6.  Jitlob li l-Kunsill jindika n-natura eżatta tan-nefqiet, artikolu b'artikolu, partita b'partita, fit-Titolu 3 tiegħu (Infiq li jirriżulta mit-twettiq tal-istituzzjoni tal-missjonijiet speċifiċi tagħha), biex il-Parlament ikun jista' jivverifika li ma kien hemm ebda nefqa ta' natura operazzjonali fl-eżekuzzjoni tal-baġit tal-Kunsil, f'konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali;

7.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu espressa fil-paragrafu 58 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2007 dwar ir-rapport annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tas-PESK, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea – 2005(23), kif ġej: "Jemmen li evalwazzjoni ġenwina tal-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-UE s'issa kienet imxekkla min-nuqqas ta' informazzjoni pro-attiva min-naħa tal-Kunsill, [...]; jikkunsidra li, bl-iffirmar ta' ftehim interistituzzjonali ġdida, issa wasal iż-żmien li jiġu implimentati kemm il-kliem u kemm l-ispirtu ta' dawn id-dispożizzjonijiet, li issa ġew ifformalizzati b'mod ċar";

8.  Jikkunsidra li l-ippjanar ta' operazzjoni mill-Persunal tal-PESK fis-Segretarjat tal-Kunsill, it-tħejjija għaliha u l-kontroll tagħha huma partijiet bażiċi u fundamentali tal-operazzjoni, u li dawn l-attivitajiet jiżvolġu ruħhom fit-twettiq tal-politika u l-operazzjonijiet, minflok bħala parti tal-ħidma normali tas-segretarjat fil-Kunsill;

9.  Huwa sorpriż li parti sostanzjali (sa 60%) tal-linja baġitarja 2202 ġiet ittrasferita mill-interpretazzjoni għall-vjaġġi tal-PESK/ESDP; jinnota li fl-2006 dan l-ammont kien EUR 12 672 984, u jitlob li jkun infurmat bl-ammont għall-istess linja baġitarja għall-2007; jitlob, għall-benefiċċju ta' aktar trasparenza, li tinħoloq linja baġitarja xierqa għal dawn l-iskopijiet;

10.  Jitlob li jkun hemm trasparenza fir-rigward tal-infiq fuq il-Koordinatur tal-UE ta' Kontra t-Terroriżmu u l-infiq li jsir minnu;

11.  Jitlob lill-Kunsill biex jipprovdih b'evalwazzjoni ex-post tal-azzjonijiet individwali tal-ESDP;

12.  Jerġa' jikkonferma l-pożizzjoni li kien ħa fil-paragrafu 47 tar-riżoluzzjoni tiegħu hawn fuq imsemmija tat-23 ta' Mejju 2007, kif ġej: "Jenfasizza d-diżappunt tiegħu [...] li l-Kunsill illimita ruħu li sempliċiment jinforma lill-Parlament u jippreżenta lista deskrittiva tal-attivitajiet tal-PESK li saru s-sena preċedenti, li huma msemmija mill-Kunsill innifsu fil-preamboli għar-rapporti annwali, minflok ma jikkonsulta b'mod reali lill-Parlament fil-bidu ta' kull sena dwar l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi li għandhom isiru dik is-sena, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji, kif previst fl-Artikolu 28 tat-Trattat tal-UE u sussegwentement jirrapporta lill-Parlament jekk – u fil-każ, kif – ġie meqjus il-kontribut tal-Parlament, u jisħaq li din il-prattika, tikkostitiwixxi ksur de facto tas-sustanza tal-Artikolu 21";

13.  Jinnota li l-Kunsill adotta deċiżjoni li twaqqaf kwalunkwe ħlasijiet residwi marbuta ma' ġranet ta' kumpens mal-irtirar u li tibda tħaddem sistema obbligatorja li għandha l-għan li tillikwida b'mod sħiħ, sal-2009, l-istokks kollha li baqa' tal-liv annwali li ma jkunx ittieħed; jinkoraġġixi lill-Kunsill biex jirrispetta din l-iskadenza li impona hu stess;

14.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li sistema integrata ġdida għall-ġestjoni u għall-kontroll finanzjarju (SAP), li ilha taħdem mill-1 ta' Jannar 2008, ġiet żviluppata fuq bażi interistituzzjonali mill-Kunsill, mill-Qorti tal-Awdituri u mill-Qorti tal-Ġustizzja, u b'hekk issarrfet f'iffrankar baġitarju sostanzjali u anke gwadanji fl-effiċjenza għat-tliet istituzzjonijiet involuti;

15.  Jiddispjaċih li, skont ir-rapport ta' attività annwali tal-awditur intern tal-Kunsill, il-Kunsill ma kienx kapaċi jimla l-impjiegi vakanti fis-servizz ta' verifika interna tiegħu;

16.  Jieħu kont tal-fatt li, skont l-istess rapport ta' attività annwali, l-awditur intern irrakkomanda l-eliminazzjoni totali tal-"comptes hors budget"; jirrikjedi mill-Kunsill li jelimina kompletament u immedjatament il-kontijiet kollha bħal dawn;

17.  Jitlob lill-Kunsill biex isolvi l-problema li tikkonċerna l-"vérification des factures", kif ġie rrakkomandat mill-awditur intern tal-Kunsill;

18.  Jikkunsidra li t-talba ripetuta tal-Parlament, li s'issa dejjem ġiet miċħuda, għal aktar trasparenza u skrutinju parlamentari aktar mill-qrib tan-nefqa tal-Kunsill relatata mas-PESK/CFDP għandha tiġi enfasizzata b'emendi baġitarji li jkollhom l-għan li jpoġġu f'riżerva ċerti linji baġitarji rilevanti fil-baġit tal-Kunsill għall-2010;

19.  Ifakkar li fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta" Diċembru 2008 dwar ir-Rapport Speċjali Nru 8/2007 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tal-VAT(24), il-Parlament stieden lill-Kunsill sabiex jadotta konklużjonijiet formali dwar is-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri; jiddispjaċih li l-Kunsill għadu ma aġixxiex fuq it-talba tiegħu; jitlob lill-Kunsill sabiex jagħti informazzjoni lill-Kumitat kompetenti tal-Parlament dwar ir-raġunijiet li għalihom ma adottax konklużjonijiet formali, u dwar is-segwitu għal dan ir-Rapport Speċjali;

20.  Jitlob lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex tagħti attenzjoni speċjali fir-rapport annwali li jmiss għall-eżekuzzjoni tal-baġit tal-Kunsill;

Raġunijiet għall-posponiment tad-deċiżjoni dwar il-kwittanza

21.  Jindika li r-raġunijiet għall-posponiment huma dawn li ġejjin:

   a) il-Kunsill ma laqa' ebda stedina biex jiltaqa' uffiċjalment mal-kumitat kompetenti tal-Parlament jew mar-rapporteur tiegħu biex jiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-eżekuzzjoni tal-baġit għall-2007;
   b) la l-kumitat kompetenti u lanqas ir-rapporteur tiegħu ma rċevew tweġiba komprensiva bil-miktub qabel il-votazzjoni fil-kumitat fuq l-abbozz tar-rapport fis-16 ta' Marzu 2009, li tipprovdi lill-Parlament b'informazzjoni u dokumenti mitluba mill-Kunsill fl-anness tal-ittra tat-18 ta' Frar 2009 iffirmata mir-rapporteur u l-koordinaturi tal-kumitat kompetenti tiegħu;
   c) il-Parlament ma rċeviex dokumenti fundamentali mill-Kunsill, bħal, pereżempju, ir-rapport tal-attività annwali u l-lista sħiħa tat-trasferimenti tal-baġit;
   d) dan in-nuqqas ta' trasparenza u disponibilità għal djalogu uffiċjali u formali min-naħa tal-Kunsill jagħmel impossibbli li tingħatha kwittanza fejjieda u b'mod partikulari ma jħallix lill-Parlament il-possibilità li jivverifika li ma kien hemm ebda nefqa ta' natura operazzjonali fl-eżekuzzjoni tal-baġit tal-Kunsill, f'konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali

Azzjonijiet oħra li għandhom jittieħdu u dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament

22.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rppreżentant Għoli għall-PESK biex, sa mhux aktar tard mill-15 ta' Mejju 2009, jipprovdi lill-kumitat kompetenti tal-Parlament bi tweġibiet kompensivi bil-miktub għal dawn il-mistoqsijiet:

A. fir-rigward tal-"comptes hors budget" tagħha (cf. rakkomandazzjonijiet tal-awditur intern R.2 tal-2007):

- Kemm kellu kontijiet "hors budget" il-Kunsill fl-2007?

- Fejn kienu stabbiliti dawn il-kontijiet u għal liema raġuni?

- X'bażi legali intużat għal dawn il-kontijiet? X'inhu l-ammont ta' kull kont?

- Lista tat-tranżazzjonijiet kollha ta' kull wieħed minn dawn il-kontijiet għas-sena finanzjarja 2007, kif ukoll il-lista tal-uffiċjali awtorizzanti b'delega skont il-linji tal- baġit.

B. fir-rigward tal-"vérification des factures" (cf. rakkomandazzjonijiet tal-awditur intern R.1 tal-2007):

- Għal liema raġuni l-awditur intern wasal għall-konklużjoni li verifika ex-ante ma kenitx taħdem b'mod sodisfaċenti?

- Il-linji tal-baġit huma kollha suġġetti għal kontrolli ex-ante u/jew ex post?

- Kemm il-fattura ġiet iċċekkjata, x'kien il-persentaġġ ta' fatturi li ttieħed kampjun tagħhom u x'kien il-persentaġġ ta' dawn li kellhom l-iżbalji?

- Il-Kunsill ħejja xi pjan ta' azzjoni biex isolvi din il-problema u, jekk iva, meta se jiġi implimentat?

C. fir-rigward tal-linja tal-baġit 2 2 0 2 (interpretazzjonijiet tal-ispejjeż):

- X'kienu r-raġunijiet li ġiet rdoppjata (mill-2006 sal-2007) il-linja tal-baġit 2202 ddedikata għall-interpretazzjoni?

- Għaliex il-Kunsill għandu bżonn jittrasferixxi flus minn din il-linja tal-baġit għall-ispejjeż ta' vjaġġar tad-delegati?

- Għaliex il-Kunsill uża EUR 12 672 000 mill-interpretazzjoni għall-ispejjeż ta' vjaġġar tad-delegati fl-2006?

- Għaliex ma żiedx bl-istess ammont il-linja tal-baġit speċifika fl-2007?

- X'inhu l-ammont speċifiku li l-Kunsill ittrasferixxa għas-sena 2007 minn din il-linja tal- baġit għal-linja 2 2 0 0, jew għal xi linja oħra tal-baġit?

D. fir-rigward tal-linja tal-baġit 2 2 0 0 (spejjeż ta' vvjaġġar tad-delegati):

- Parti mill-bażi legali għal din il-linja tal-baġit hija d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 190/2003 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/ir-Rappreżentant Għoli għas-PESK, li ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

- Għall-finijiet tat-trasparenza, jista' l-Kunsill iqiegħed id-Deċiżjonijiet kollha tiegħu fuq il-websajt u fir-reġistru ta' referenzi tiegħu?

E. fir-rigward il-linja tal-baġit 3 0 0 2 (konsulenti speċjali fil-qasam tal-ESDP/PESK):

Liema ammont ittrasferixxa l-Kunsill għal din il-linja tal-baġit għas-sena 2007 u għal kemm-il konsulent speċjali?

23.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rppreżentant Għoli għas-PESK biex jagħti lill-kumitat kompetenti tal-Parlament sal-15 ta' Mejju 2009:

   il-lista sħiħa ta' trasferimenti tal-baġit rigward il-baġit 2007 tal-Kunsill;
   ir-rapport tal-attività annwali tiegħu għas-sena 2007;
   il-lista ta' assoċjazzjonijiet li rċevew flus għas-sena finanzjarja 2007 u jispeċifika l-ammonti li rċeviet kull asssoċjazzjoni (linja tal-baġit 2237 - spejjeż operazzjonali oħra).

(1) ĠU L 77, 16.3.2007.
(2) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 1.
(3) ĠU C 286, 10.11.2008, p. 1.
(4) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 111.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) Deċiżjoni bbażata fuq ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 (ĠU L 230, 28.8.2002, p. 7).
(7) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(8) ĠU L 77, 16.3.2007.
(9) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 1.
(10) ĠU C 286, 10.11.2008, p. 1.
(11) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 111.
(12) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(13) Deċiżjoni bbażata fuq ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 (ĠU L 230, 28.8.2002, p. 7).
(14) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(15) ĠU L 63, 28.2.2004, p. 68.
(16) ĠU L 261, 6.8.2004, p. 125.
(17) ĠUL 57, 2.3.2000, p. 1.
(18) ĠU L 27, 30.1.2001, p. 7.
(19) ĠU L 158, 17.6.2002, p. 66.
(20) ĠU L 88, 31.3.2009, p. 20.
(21) Testi adottati, P6_TA(2008)0051.
(22) ĠU L 187, 15.7.2008, p. 21.
(23) ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 309.
(24) Testi adottati, P6_TA(2008)0581, paragrafu 21,


Il-Ġestjoni Finanzjarja u l-Kontroll tal-Aġenziji tal-UE
PDF 426kWORD 75k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji tal-UE (2008/2207(INI))
P6_TA(2009)0274A6-0148/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew tal-15 ta" Ottubru 2008 dwar is-segwitu għad-deċiżjonijiet ta' kwittanza tal-2006 (COM(2008)0629) u d-Dokument ta" Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SEC(2008)2579),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2008 bl-isem ''L-aġenziji Ewropej – Il-mixja "l quddiem'' (COM(2008)0135),

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-21 Ottubru 2008 dwar strateġija futura għas-soluzzjoni tal-aspetti istituzzjonali tal-Aġenziji Regolatorji(1),

   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2),

   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u partikolarment għall-Artikolu 96 tiegħu,

   wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 5/2008 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bl-isem "L-aġenziji tal-Unjoni Ewropea: niksbu r-riżultati",

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0148/2009),

A.   billi din ir-Riżoluzzjoni fiha, għal kull entità, skont is-sens tal-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, l-osservazzjonijiet orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta" kwittanza bi qbil mal-Artikolu 96 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 u mal-Anness V, Artikolu 3 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,

B.   billi, wara l-adozzjoni tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni msemmija hawn fuq, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni reġgħu nedew il-proġett ta' definizjoni ta' qafas komuni għall-aġenziji u waqfu grupp ta' ħidma interistituzzjonali,

Introduzzjoni

1.  Josserva li fl-2007, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) vverifikat 23 aġenzija deċentralizzata, 3 aġenziji eżekuttivi u l-Aġenzija għall-Provvista tal-Enerġija Euratom, li huwa korp imwaqqaf skont it-Trattat tal-Euratom; jinnota li s-sussidji mill-baġit Komunitarju fl-2007 għall-aġenziji deċentralizzati ammontaw għal EUR 452 000000; jenfasizza li iktar minn EUR 1 biljun ġew allokati għall-baġits tal-aġenziji permezz ta' dħul ieħor bħad-dħul proprju mid-drittijiet, il-kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi tal-EFTA u kontribuzzjonijiet speċjali tal-programmi Komunitarji;

2.  Jinnota li n-numru ta' aġenziji suġġetti għal proċedura ta' kwittanza żdied bil-kbir fis-snin riċenti minn tmienja fl-2000 għal 21 aġenzija deċentralizzata flimkien ma' tliet aġenziji eżekuttivi fl-2007, mhux inklużi t-tliet aġenziji li huma vverifikati mill-QEA iżda mhux suġġetti għal kwittanza mill-Parlament;

3.  Jinnota li għall-aġenziji deċentralizzati, l-awtorità baġitarja awtorizzat 3 487.5 post tax-xogħol fil-pjanijiet ta' twaqqif; jinnota li, skont id-dokumenti pprovduti mill-Qorti tal-Awdituri, ġew okkupati 2 823 post tax-xogħol, flimkien ma' 961,5 postijiet mill-aġenti kuntrattwali jew mill-esperti nazzjonali;

4.  Jilqa" b'sodisfazzjon ir-rapport tal-Kummissjoni msemmi hawn fuq dwar is-segwitu tad-Deċiżjonijiet ta" Kwittanza għall-2006;

5.  Jinnota li l-liġi Komunitarja ma fihiex definizzjoni legali ta' aġenzija u jappoġġja d-definizzjoni tal-aġenziji bħala "korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet b'personalità legali"(4); ifakkar fit-tliet kategoriji ta" aġenzija li jaqgħu taħt din id-definizzjoni, fosthom aġenziji deċentralizzati, aġenziji eżekuttivi u entitajiet oħra;

6.  Itenni f'dan il-kuntest li t-terminu ''aġenziji deċentralizzati'' huwa terminu ġenerali għall-aġenziji tradizzjonali; jikkunsidra li t-terminu ''aġenzija regolatorja'', li qed jintuża dejjem iktar bħala terminu ġeneriku, mhuwiex ċar, peress li mhux l-aġenziji deċentralizzati kollha għandhom kompiti regolatorji;

7.  Ifakkar li l-aġenziji deċentralizzati huma mwaqqfa mil-leġiżlatur Ewropew għal bosta raġunijiet, pereżempju l-provvista ta' ċerti servizzi, l-impjegar ta' għarfien espert speċjalizzat, it-twettiq ta' kompiti regolatorji u ta' monitoraġġ;

8.  Jikkunsidra li t-twaqqif tal-baġit ta' korpi deċentralizzati u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-baġit rispettiv huma responsabilità ewlenija tal-Kumitat għall-Baġits;

9.  Iħeġġeġ lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex, f'ġieh it-trasparenza, tikkunsidra it-tliet kategoriji ta' aġenziji fir-rapport annwali li jmiss;

10.  Jinnota li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri osservat titjib fir-rigward tad-dixxiplina finanzjarja meta mqabbla mas-sena finanzjarja 2006, iżda madankollu f'xi aġenziji l-oqsma ta' reklutaġġ u l-għoti ta" kuntratti pubbliċi għad għandhom dgħufijiet li jridu jiġu indirizzati mill-uffiċjali ta' awtorizzazzjoni;

11.  Jiddeplora l-fatt li l-QEA sabet għal darb'oħra problemi serji fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-regoli ta' kuntratti pubbliċi u r-Regolamenti tal-Persunal f'bosta aġenziji; mhuwiex lest li jaċċetta li dawn id-dgħufijiet ippersistew għal bosta snin; jikkunsidra li r-reviżjoni tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 mhux se jwarrab dawn il-problemi u li hija meħtieġa bidla ġenerali tal-qafas legali;

12.  Jinnota l-istqarrija tal-Kummissjoni li ngħata l-appoġġ kollu meħtieġ lil dawk l-aġenziji li xtaqu jaqilbu għas-sistema tal-ABAC (Accrual Based Accounting); jinnota li l-aġenziji f'xi każijiet jikkunsidraw l-appoġġ bħala insuffiċjenti;

Ippjanar u implimentazzjoni tal-baġit

13.  Jinnota li din il-kwistjoni li l-aġenziji jagħtu stima ogħla tal-ħtiġijiet finanzjarji tagħhom, ġiet indirizzata fil-verżjoni riveduta tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, li fiha dispożizzjonijiet li jsaħħu l-obbligu tal-aġenziji li, fit-talbiet tagħhom għal pagament, jagħtu previżjonijiet rigorużi tal-ħtiġijiet finanzjarji reali tagħhom matul is-sena, sabiex tiġi evitata cash flow bla bżonn;

14.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tikkunsidra tnaqqis tekniku sabiex jitnaqqas l-eċċess fil-każ ta' rati baxxi ta" implimentazzjoni u rati għoljin persistenti ta' postijiet battala, li wkoll se jwasslu għal tnaqqis tad-dħul assenjat;

15.  Jinnota, f'dan il-kuntest, id-diffikultajiet tal-aġenziji deċentralizzati fir-reklutaġġ ta' persunal u esperti bi kwalifiki għoljin; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Uffiċju Ewropew ta' Selezzjoni tal-Persunal biex isaħħu l-isforzi ta' appoġġ tagħhom;

16.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tkompli bl-iskrutinju tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji għall-2008 u l-2009 u sabiex tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa għall-proposti tal-baġit tal-aġenziji;

17.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-isforzi tal-Kummissjoni, li mill-Abbozz Preliminari tal-Baġit (APB) tal-2009, se tieħu kont b'mod sistematiku tal-aħħar eċċessi magħrufa (fil-każ tal-APB 2009, dawk tas-sena n-2) meta tiġi kkalkulata l-kontribuzzjoni Komunitarja; sabiex tittejjeb it-trasparenza u l-effiċjenza, jistieden lill-Kummissjoni biex, bħala regola prinċipali, tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-proċeduri ta" kalkolu u ta" kontabilità ta" kull tip ta' dħul assenjat u disponibbli lill-aġenziji, speċifikament dak li jirriżulta mis-snin ta" qabel l-eċċessi;

18.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tissodisfa t-talbiet tal-awtorità baġitarja u tikkunsidra id-dħul allokat meta tkun qed tfassal il-PDB għall-aġenziji deċentralizzati għall-2009; jikkunsidra li dan, mingħajr dubju, huwa pass lejn żieda fit-trasparenza baġitarja;

19.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-użu attwali tal-istrumenti tad-dħul assenjat għadu jġorr miegħu riskji għat-trasparenza baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda tal-fondi tal-UE sakemm l-estimi tad-dħul assenjat jibqgħu diffiċli u t-tipi differenti, is-snin ta' oriġini u l-proċeduri li jgħaddu d-dħul assenjat ma jippermettulhomx li jiġu integrati fl-ippjanar u l-ġestjoni tal-baġit b'mod ċar;

20.  Jinnota li fl-2007, madwar EUR 550 000 000 tal-fondi għall-programmi Komunitarji ġew awtorizzati minn tliet aġenziji eżekuttivi; minbarra l-approprjazzjonijiet operattivi, EUR 47 000 000 intużaw għal skopijiet amministrattivi, jiġifieri għat-tħaddim tal-aġenzija eżekuttiva rispettiva; jinnota li 119-il aġent temporanju u 279 aġent kuntrattwali kienu operattivi f'dawn l-aġenziji;

21.  Itenni l-fatt li l-ammonti meħuda mill-portafolli tal-programm operattiv jintużaw biex jiffinanzjaw operazzjonijiet amministrattivi biss; jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġits biex jissorvelja iktar mill-qrib l-iżviluppi futuri tal-prattika ta' outsourcing ta" xogħol amministrattiv tal-Kummissjoni;

22.  Jinnota li l-Aġenzija ta' Provvista tal-Euratom taħdem bħala unità amministrattiva tal-Kummissjoni, u dan huwa rifless mill-isem baġitarju u mill-fatt li d-Direttur Ġenerali tagħha huwa membru tal-persunal tal-Kummissjoni;

Konformità mar-regolamenti finanzjarji u mar-Regolamenti tal-Persunal

23.  Jinnota li hija problema serja li numru ta' aġenziji huma ripetutament ikkritikati għaliex ma jsegwux ir-regoli bħar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, b'mod partikolari r-regoli tal-għoti tal-kuntratti u r-Regolamenti tal-Persunal; jinnota li r-raġuni prinċipali hija li r-regoli huma aktar imfassla għal istituzzjonijiet akbar u li bosta mill-aġenziji ż-żgħar m'għandhomx il-massa kritika biex ikunu jistgħu jlaħħqu ma' dawn ir-rekwiżiti regolatorji;

24.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni, minkejja talba tal-Parlament fir-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza tal-2006 dwar l-aġenziji, ma ppreżentatx soluzzjoni rapida u għalhekk jitlob għal darb'oħra lill-Kummissjoni biex issib soluzzjoni malajr sabiex tissaħħaħ l-effikaċja billi tiġbor flimkien il-funzjonijiet amministrattivi ta" aġenziji varji;

25.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżid l-isforzi tagħha ħalli tipprovdi l-għajnuna amministrattiva meħtieġa għal aġenziji relattivament żgħar u speċjalment dawk imwaqqfa dan l-aħħar; filwaqt li tikkunsidra l-esperjenzi negattivi mill-passat, jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li toħroġ fl-anqas żmien possibbli linji gwida speċjali għall-aġenziji rigward l-applikazzjoni ta' regoli finanzjarji, fir-rigward tar-reklutaġġ tal-persunal, ix-xiri pubbliku u oħrajn;

26.  Se jevalwa b'reqqa, f'dan il-kuntest, l-istudju bl-isem ''Opportunità u fattibilità tat-twaqqif ta' servizzi ta' appoġġ komuni għall-aġenziji tal-UE'', ordnat mill-Kumitat għall-Baġits u mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit;

Verifika Interna

27.  Jinsab sodisfatt li s-servizz tal-verifika interna tal-Kummissjoni, fir-rapport annwali tiegħu dwar l-attività fl-2007, neħħa r-riżerva tiegħu mis-sena ta" qabel, meta ddikjara li ma kienx f'pożizzjoni li jivverifika lil kull aġenzija operattiva deċentralizzata darba fis-sena minħabba nuqqas ta' riżorsi;

28.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-koperazzjoni pragmatika bejn l-awditur intern tal-Kummissjoni u l-awdituri interni u persuni oħra responsabbli mill-verika interna fl-aġenziji;

29.  Ifakkar li l-Parlament talab lill-aġenziji, fir-Riżoluzzjonijiet tiegħu ta' kwittanza tal-2006 dwar l-aġenziji, jekk u kif dawn jikkonformaw mal-obbligu tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, biex jibagħtu rapport annwali dwar il-verifiki interni lill-awtorità ta' kwittanza u lill-Kummissjoni; jiddispjaċih li, minkejja li 21 aġenzija huma suġġetti għall-proċedura ta' kwittanza tal-2007, il-Parlament irċieva rapporti bħal dawn minn żewġ aġenziji biss (iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali u l-Aġenzija għas-Sigurtà tal-Avjazzjoni);

Evalwazzjoni tar-rendiment tal-aġenziji

30.  Josserva s-segwitu tal-Kummissjoni għar-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-2006 dwar l-aġenziji u li f'Settembru 2008 din iffinalizzat dan li ġej:

   (a) perspettiva ġenerali tal-evalwazzjoni tal-aġenziji deċentralizzati Ewropej, li tipprovdi lista ta' aġenziji li diġà ġew evalwati u sommarju tar-riżultati ewlenin;
   (b) dokument dwar il-qagħda u l-ippjanar fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-aġenziji deċentralizzati; u
   (c) "Meta-studju dwar Aġenziji deċentralizzati: analiżi trasversali tas-sejbiet tal-evalwazzjoni", imħejji minn kuntrattur estern;

31.  Jinsab konvint li l-evalwazzjoni tal-aġenziji deċentralizzati mnedija u sorveljata mill-Kummissjoni, u li għandha titlesta sa tmiem l-2009, se tikkontribwixxi fl-evalwazzjoni tan-nuqqasijiet tal-aġenziji; jinsab sodisfatt li l-Kummissjoni waqqfet grupp ta' referenza biex jiġi mniedi dan l-istudju;

32.  Ifakkar fl-evalwazzjoni orizzontali tal-Kummissjoni tal-aġenziji deċentralizzati msemmija fil-Komunikazzjoni tagħha ta" hawn fuq, li r-riżultati tagħha għandhom ikunu disponibbli sal-2009-10; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li evalwazzjonijiet ta' aġenziji jsiru aktar trasparenti, kemm għall-aġenziji kif ukoll għall-partijiet interessati;

Proċeduri dixxiplinari

33.  Ifakkar li l-Parlament fir-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza tiegħu tal-2006 rigward l-aġenziji, stieden lill-aġenziji biex jikkunsidrau t-twaqqif ta" bord dixxiplinari bejn l-aġenziji; jinnota li sar progress, iżda li fadal id-diffikultajiet, b'mod partikulari minħabba problemi biex jinsab persunal li għandu l-livell adattat biex ikun membru fuq il-bord; jistieden lill-aġenziji biex jinfurmaw lill-awtorità ta' kwittanza jekk il-bord dixxiplinari bejn l-aġenziji jkunx fattibbli jew le u, jekk meħtieġ, jissuġġerixxu soluzzjoni alternattiva;

Ir-Rapport Speċjali Nru 5/2008 tal-QEA

34.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-pubblikazzjoni f'waqtha tar-rapport tal-QEA msemmi hawn fuq, u jħeġġeġ lill-aġenziji deċentralizzati biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati fir-rapport kif ukoll jieħdu azzjonijiet konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-QEA;

35.  Ifakkar li l-atti bażiċi tal-aġenziji tal-UE għandhom jinkludu definizzjoni ċara tal-ħidmiet u tal-kompetenzi tagħhom u jinkludu enfasi fuq l-approċċ ibbażat fuq ir-riżultati tax-xogħol tal-aġenziji;

36.  Jenfasizza li l-aġenziji għandhom ifasslu programmi ta' ħidma pluriennali skont l-istrateġija pluriennali tal-Komunità fis-settur; il-programm relevanti ta' ħidma annwali għandu jistabbilixxi għanijiet ċari, speċifiċi u li jistgħu jitkejlu, li mbagħad għandhom jifformaw il-bażi ta' azzjonijiet, riżorsi, approċċi u kalendarji li jiggarantixxu l-kisba tar-riżultati mistennija; jenfasizza li l-programm ta' ħidma għandu jirrispetta l-limiti tal-baġit tal-aġenzija kif awtorizzat mill-awtorità baġitarja;

37.  Jitlob li l-bordijiet ta' ġestjoni tal-Aġenziji tal-UE jiksbu konvergenza massima bejn l-ippjanar tal-ħidma u l-ippjanar tar-riżorsi (finanzjarji u umani) billi jintroduċu baġit u mmaniġġjar ibbażat fuq l-attività (ABB/ABM) u jenfasizza li l-aġenziji huma suġġetti għall-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda u dixxiplina baġitarja;

38.  Jinnota li l-ħidma ta' kull aġenzija għandha tkun akkumpanjata b'evalwazzjoni tar-riskju sabiex in-nefqa kif ukoll l-immaniġġjar tar-riżorsi umani jkunu ottimali;

39.  Jirrakomanda li l-QEA tkompli l-verifika perjodika tal-rendiment tal-aġenziji, iżda li tiffoka saħansitra aktar fuq l-effiċjenza interna tal-aġenziji u li tevalwa kemm ir-rakkomandazzjonijiet tagħha huma milħuqa;

Djalogu interistituzzjonali dwar qafas komuni għall-aġenziji

40.  Ifakkar fis-suġġeriment li sar fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq, li l-grupp ta" ħidma interistituzzjonali għandu jindirizza, fost affarijiet oħra, il-ħtieġa għal approċċ standard ta" preżentazzjoni tal-attivitajiet tal-aġenziji matul is-sena finanzjarja kkonċernata;

41.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti, meħuda fit-18 ta' Diċembru 2008, biex jinħatru 5 Membri għad-delegazzjoni tal-Parlament għall-grupp ta' ħidma interistituzzjonali dwar l-irwol tal-aġenziji regolatorji;

42.  Jikkunsidra ir-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq dwar strateġija favur l-implimentazzjoni futura tal-aspetti istituzzjonali tal-Aġenziji Regolatorji bħala mandat għad-delegazzjoni tal-Parlament li qed taħdem fil-grupp ta' ħidma interistituzzjonali;

43.  Jinsisti dwar il-bżonn li jiġu stabbiliti standards minimi komuni fir-rigward tat-twaqqif ta' aġenziji deċentralizzati fil-futur;

44.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-aġenziji biex sadanittant jagħmlu disponibbli d-dokumentazzjoni finanzjarja prodotta mill-aġenziji b'mod sħiħ, komparabbli u aġġornata fuq il-websajt komuni mnedija mill-Kummissjoni u mill-aġenziji deċentralizzati fuq l-intranet tal-Kummissjoni;

45.  Jistieden lill-grupp ta' ħidma interistituzzjonali, fid-dawl tal-eżerċizzju ta" kwittanza tal-2007, biex jikkunsidra

­ ir-raġunijiet għall-problemi tal-implimentazzjoni tal-baġit, b'mod partikolari n-nuqqas ta' approċċ minn fuq għal isfel li jikkonċerna l-baġits u l-persunal tal-aġenziji,

­ il-problema, rikorrenti f'ħafna aġenziji, tan-nuqqas ta" konformità mar-regoli ta' reklutaġġ u tal-għoti tal-kuntratti,

­ il-lezzjonijiet miksuba mill-esperjenza speċifika tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi relatati ma' aġenziji,

­ il-mod kif l-implimentazzjoni ta' politiki minn aġenziji tista" ssir aktar effiċjenti fir-rigward tan-nefqa, pereżempju billi l-funzjonijiet amministrattivi ta" aġenziji varji jiġu miġbura flimkien,

­ il-mod kif il-funzjonijiet u s-servizzi ta' appoġġ differenti tal-Kummissjoni jistgħu jsiru aktar reattivi sabiex jirrispondu aktar malajr għall-bżonnijiet tal-aġenziji;

o
o   o

   46. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-aġenziji suġġetti għal din il-proċedura ta' kwittanza, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

(1) Testi adottati, P6_TA(2008)0495.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(4) Ara l-argumenti żviluppati fl-Istudju dwar il-kwittanza tal-Aġenziji mill-Unità ta' Appoġġ għall-Baġit tal-Parlament Ewropew, Diċembru 2006.


Aċċess għas-suq internazzjonali tal-kowċ u x-xarabank (tfassil mill-ġdid) ***II
PDF 281kWORD 78k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (tfassil mill-ġdid) (11786/1/2008 – C6-0016/2009 – 2007/0097(COD))
P6_TA(2009)0275A6-0215/2009
RETTIFIKI

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (11786/1/2008 – C6-0016/2009)(1),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0264),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0215/2009),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fil-23 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (tfassil mill-ġdid)

P6_TC2-COD(2007)0097


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru ....)

(1) ĠU C 62 E tas-17.3.2009, p. 25.
(2) Testi adottati, 5.6.2008, P6_TA(2008)0249.


Kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq ***II
PDF 281kWORD 74k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (11783/1/2008 – C6-0015/2009 – 2007/0098(COD))
P6_TA(2009)0276A6-0210/2009

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (11783/1/2008 – C6-0015/2009)(1),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0263),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0210/2009),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport stradali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE

P6_TC2-COD(2007)0098


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru ....)

(1) ĠU C 62E, 17.3.2009, p. 1.
(2) Testi adottati, 21.5.2008, P6_TA(2008)0217.


Aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq (tfassil mill-ġdid) ***II
PDF 279kWORD 77k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta" regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq (tfassil mill-ġdid) (11788/1/2008 – C6-0014/2009 – 2007/0099(COD))
P6_TA(2009)0277A6-0211/2009

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (11788/1/2008 – C6-0014/2009)(1),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2007)0265),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0211/2009),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport stradali tal-merkanzija (tfassil mill-ġdid)

P6_TC2-COD(2007)0099


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru ....)

(1) ĠU C 62, 17.3.2009, p.46.
(2) Testi adottati, 21.5.2008, P6_TA(2008)0218.


Il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (tfassil mill-ġdid) ***I
PDF 772kWORD 347k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Anness
Anness
Anness
Anness
Anness
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0780 – C6-0413/2008 – 2008/0223(COD))
P6_TA(2009)0278A6-0254/2009

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0780),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, li skonthom il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0413/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta" Novembru 2001 dwar l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' tfassil mill-ġdid tal-atti legali(1),

–   wara li kkunsidra l-ittra tat-3 ta" Frar 2009 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija b'konformità mal-Artikolu 80a(3) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0254/2009),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta" Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma" dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta" Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa" tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (tfassil mill-ġdid)

P6_TC1-COD(2008)0223


(Test b'relevanza għaz-ZEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mressqa mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali  Ewropew  (2),

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat(4),

Billi:

(1)  Id-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini(5) ġiet emendata(6). Billi għandhom isiru aktar emendi sostantivi, id-Direttiva għandha tiġi riformulata fl-interess taċ-ċarezza.

(2)  Ir-riżorsi naturali, skont l-użu prudenti u razzjonali msemmi fl-Artikolu 174 tat-Trattat, jinkludu prodotti taż-żejt, gass naturali u karburanti solidi, li huma sorsi essenzjali ta" enerġija però huma wkoll is-sorsi ewlenin ta" ħruġ ta" dijossidu tal-karbonju.

(3)  Ladarba l-bini jammonta għal 40 % tal-konsum totali tal-enerġija fl-UE, it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u l-użu ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu fis-settur tal-bini jikkostitwixxu parti importanti mill-miżuri meħtieġa sabiex jitnaqqsu d-dipendenza tal-enerġija tal-UE u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Flimkien ma' żieda fl-użu ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu, il-miżuri meħuda sabiex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija fl-UE jippermetti lill-UE li tkun konformi mal-Protokoll ta" Kjoto tal-Konvenzjoni ta" Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, (UNFCCC), u mal-impenn tagħha għall-futur imbiegħed sabiex iż-żieda tat-temperatura dinjija ma tkunx ogħla minn 2 °C, u l-impenn tagħha sabiex sal-2020 l-emissjonijiet globali ta' gassijiet serra jitnaqqsu b'tal-anqas 20 % taħt il-livelli tal-1990, u bi 30 % fil-każ ta' ftehim internazzjonali.. It-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u ż-żieda fl-użu tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddugħandhom ukoll sehem importanti fil-promozzjoni tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, l-iżvilupp teknoloġiku u l-għoti ta" opportunitajiet għall-impjiegi u l-iżvilupp reġjonali, b'mod partikolari f'żoni rurali.

(4)  L-amministrazzjoni  tad-domanda  għall-enerġija hija għodda importanti sabiex il-Komunità tkun tista" tinfluwenza s-suq globali tal-enerġija u b' hekk is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fuq tul ta" żmien medju u twil.

(5)  Il-Kunsill Ewropew ta" Marzu 2007 saħaq dwar il-ħtieġa li titkabbar l-effiċjenza tal-enerġija fil-Komunità sabiex jintlaħaq l-għan tat-tnaqqis b"20 % tal-konsum tal-enerġija tal-Komunità sal-2020 u sejjaħ għal implimentazzjoni bir-reqqa u rapida tal-prijoritajiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Pjan ta" Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija: it-Twettiq tal-Potenzjal" [titlu mhux uffiċjali]. Dan il-Pjan ta" Azzjoni identifika l-potenzjal sinifikanti għal iffrankar tal-enerġija bi spiża effettiva fis-settur tal-bini. Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-31 ta' Jannar 2008, talab it-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/91/KE, u talab bosta drabi, l-aħħar darba fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Frar 2009 dwar it-Tieni Reviżjoni tal-Enerġija Strateġika(7), li l-mira ta' żieda tal-effiċjenza tal-enerġija b'20 % sal-2020 issir vinkolanti. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforzi tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra biex jilħqu l-impenji ta' tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra sal-2020(8) tistabbilixxi miri li jorbtu fuq livell nazzjonali għat-tnaqqis ta' CO2, li għalihom l-effiċjenza tal-enerġija fis-settur tal-bini se tkun kruċjali, u d-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu(9) titlob li tkun promossa l-effiċjenza tal-enerġija fil-kuntest ta' mira vinkolanti dwar l-enerġija minn sorsi li jiġġeddu li tammonta għal 20 % tal-konsum totali tal-enerġija tal-UE sal-2020.

(6)  Il-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2007 afferma mill-ġdid l-impenn tal-Komunità favur l-iżvilupp fil-Komunità kollha tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu billi jħaddan mira mandatorja ta' sehem ta' 20 % ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu sal-2020. Id-Direttiva 2009/28/KE tistabbilixxi qafas komuni għall-promozzjoni ta' enerġiji minn sorsi li jiġġeddu. Din tenfasizza l-bżonn li jkun inkorporat fattur għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli biex tinkiseb il-prestazzjoni minima tal-enerġija skont id-Direttiva 2002/91/KE sabiex jitħaffef l-istabbiliment ta' livelli minimi għall-użu ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu fil-bini.

(7)  Is-settur residenzjali u terzjarju, li l-biċċa l-kbira tiegħu huwa  binjiet  , jikkostitwixxi  madwar  40 % tal-konsum finali tal-enerġija fil-Komunità u qed jiżdied, tendenza li għandha twassal għal żieda fil-konsum tal-enerġija u għaldaqstant  fl-emissjonijiet  tal-dijossidu tal-karbonju.

(8)  Jeħtieġ li jiġu stabbiliti aktar azzjonijiet konkreti  sabiex jintlaħaq il-potenzjal enormi għall-iffrankar tal-enerġija fil-binjiet  u jitnaqqsu d-differenzi kbar fir-riżultati tal-Istati Membri f'dan is-settur.

(9)  Miżuri oħra sabiex tkun imtejba l-prestazzjoni tal-enerġija għandhom iqisu l-kundizzjonijiet klimatiċi u lokali kif ukoll l-ambjent klimatiku ta" ġewwa u  l-ispiża effettiva . Dawn il-miżuri m'għandhomx jeffettwaw  rekwiżiti oħra dwar bini bħall-aċċessibbiltà, is-sikurezza  u l-użu maħsub ta" dak il-bini.

(10)  Il-prestazzjoni enerġetika tal-bini għandha tkun ikkalkolata fuq il-bażi ta" metodoloġija, komuni, b'fatturi varjabbli oġġettivi li jqisu d-differenzi klimatiċi reġjonali  u  li tinkludi, flimkien mal-  karatteristiċi  termali, fatturi oħra li għandhom rwol dejjem aktar importanti bħas-sistemi ta' tisħin, tberrid u ventilazzjoni, l-irkupru tas-sħana, il-kontroll ta' żona partikulari, l-applikazzjoni ta" sorsi ta" enerġija rinovabbli,  elementi ta" tisħin u tberrid passiv, dell, kwalità tal-arja ta" ġewwa, il-kejl xieraq ta' dawl naturali, u s-sistemi ta' iżolament u ta' tidwil, is-sistemi ta' monitoraġġ u ta' kontroll u d-diżinn tal-bini.  Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-prestazzjoni tal-enerġija m'għandux ikun ibbażat biss fuq l-istaġun meta jkun meħtieġ it-tisħin, iżda għandu jkopri l-prestazzjoni tal-enerġija annwali tal-bini. Dik il-metodoloġija għandha tqis l-istandards Ewropej eżistenti.

(11)  L-Istati Membri għandhom jiffissaw rekwiżiti minimi għall-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini. Dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ffissati bil-għan li jintlaħaq bilanċ bi spiża ottimali bejn l-investimenti involuti u l-ispejjeż tal-enerġija ffrankati tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini . Għandu jkun hemm provvediment għal possibilità  li l-  Istati Membri regolarment jirrevedu r-rekwiżiti minimi  tagħhom  tal-prestazzjoni tal-enerġija  għall-bini  fid-dawl tal-progress tekniku.

(12)  Din id-Direttiva hija bla ħsara għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat. Għalhekk, it-terminu "inċentiv" użat f'din id-Direttiva m'għandux jiġi interpretat bħala li jinkludi għajnuna mill-Istat.

(13)  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi metodoloġija komuni għall-kalkolu ta' livelli ta" spiża ottimali għar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija. Din il-metodoloġija għandha tkun konformi ma' dik użata fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità applikabbli għar-rekwiżiti ta' prestazzjoni għall-prodotti, il-komponenti u s-sistemi ta' bini tekniċi li jiffurmaw il-bini. L-Istati Membri għandhom jużaw din il-metodoloġija komuni biex jadottaw ir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija li jkunu adottaw. Ir-riżultati ta" dan il-kalkolu u d-dejta użata biex jinkisbu dawn ir-riżultati għandhom jiġu rrappurtati regolarment lill-Kummissjoni. Dawn ir-rapporti għandhom jgħinu lill-Kummissjoni tevalwa l-progress tal-Istati Membri fl-ilħiq ta" livelli bi spiża ottimali ta" rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija u tirrapporta dwar dan il-progress. ▌L-Istati Membri għandhom japplikaw din il- metodoloġija ▌meta jirrevedu u jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi tagħhom tal-prestazzjoni tal-enerġija.

(14)  Il-bini  għandu  impatt kbir fit-tul fuq il-konsum tal-enerġija. Minħabba ċ-ċiklu twil ta" tiġdid tal-bini eżistenti, bini ġdid, u bini eżistentili huwa suġġett għal tiġdid kbir, għandu għaldaqstant jissodisfa rekwiżiti minimi  tal-prestazzjoni tal  -enerġija  adattati għall-  klima lokali. Peress li l-applikazzjoni ta" sistemi alternattivi ta" provvista tal-enerġija ġeneralment mhux esplorata għall-potenzjal kollu tagħha, ▌sistemi alternattivi ta" provvista tal-enerġija għal bini ġdid u eżistenti għandhom ikunu meqjusa,  ikun xi jkun id-daqs tiegħu, skont il-prinċipju li qabel xejn ikun żgurat li l-ħtiġiet enerġetiċi għat-tisħin u t-tberrid jitnaqqsu għal livell minimu ottimali fir-rigward tal-ispejjeż

(15)  Tibdil estensiv f'bini eżistenti  , ikun xi jkun id-daqs tiegħu,   jipprovdi  opportunità sabiex jittieħdu miżuri  bi spiża effettiva  sabiex tkun imtejba l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini kollu. Bl-iffissar ta" rekwiżiti għal miżuri effettivi fir-rigward tal-infiq, ikun żgurat li ma jinħolqu ebda ostakli li jistgħu jiskuraġġixxu li jitwettaq tiġdid kbir.

(16)  Hemm studji li juru li s-settur tal-kostruzzjoni jbati minn ineffiċjenza li twassal għal spejjeż għall-utent aħħari li jkunu ferm ogħla mill-ispejjeż ottimali. Il-kalkoli juru li l-ispejjeż għall-bini jistgħu jitnaqqsu bi 30-35 % permezz ta" anqas skart f'ħafna mill-proċessi ta" kostruzzjoni u għal ħafna mill-prodotti. In-nuqqas ta" effiċjenza fis-settur tal-bini huwa theddida ewlenija għall-għan u l-iskop ta" din id-Direttiva, peress li n-nefqa għolja u mhux ġustifikata għall-bini u t-tiġdid tnaqqas l-effikaċja fir-rigward tal-infiq, u għaldaqstant l-effikaċja enerġetika fis-settur. Sabiex ikun iggarantit li din id-Direttiva taħdem sew, il-Kummissjoni għandha tevalwa t-tħaddim tas-suq tal-kostruzzjoni u tirrapporta l-konklużjonijiet u s-suġġerimenti tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżguraw l-ipprezzar trasparenti fil-qasam tal-kostruzzjoni u t-tiġdid, u barra minn hekk għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jitneħħew, għal parteċipanti ġodda, speċjalment għall-SMEs, ostakli għad-dħul fis-suq, u għal faċilitajiet u infrastruttura rilevanti.

(17)  Sabiex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-apparat domestiku u tat-tisħin u t-tberrid, it-teknoloġija tal-informazzjoni għandha tkun żviluppata u użata, bil-għan li jkun hemm "binjiet intelliġenti".

(18)  Huma meħtieġa miżuri biex jiżdied l-għadd ta" bini li mhux biss jilħaq ir-rekwiżiti minimi kurrenti tal-prestazzjoni tal-enerġija, imma li jiżguraw tal-anqas l-ogħla livell xieraq fir-rigward ta' spejjeż ta" prestazzjoni tal-enerġija. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom ifasslu pjanijiet nazzjonali għal żieda fl-għadd ta' bini li ma jikkonsmawx enerġija jew ma jipproduċux emissjonijiet u jagħtu rapport dwarhom regolarment lill-Kummissjoni.

(19)  Sabiex jiġi limitat il-piż tar-rappurtar tal-Istati Membri, għandu jkun possibbli li jiġu integrati r-rapporti meħtieġa minn din id-Direttiva fil-Pjani ta' Azzjoni għall-Effiċjenza ta' Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament tal-5 ta' April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija ▌(10). Is-settur pubbliku f'kull Stat Membru għandu jkun minn ta" quddiem fil-qasam tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, u għalhekk il-pjani nazzjonali għandhom jistabbilixxu miri aktar ambizzjużi għall-binjiet okkupati mill-awtoritajiet pubbliċi.

(20)  L-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa jiħedu miżuri minbarra dawk stipulati f'din id-Direttiva biex jippromwovu l-effiċjenza enerġetika mtejba tal-binjiet. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu inċentivi għan-negozji, għas-sidien tad-djar u għall-inkwilini, inklużi rati mnaqqsa ta" VAT għas-servizzi ta" tiġdid tal-binjiet.

(21)  L-Istati Membri għandhom jevitaw ir-regolazzjoni mgħawġa tal-prezzijiet tal-enerġija għall-konsumaturi li ma tagħtix inċentivi biex tiġi ffrankata l-enerġija.

(22)  Ix-xerrej u l-inkwilin prospettivi ta" bini jew partijiet minnu għandhom, permezz taċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija, jingħataw informazzjoni korretta dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini u pariri prattiċi dwar it-titjib tagħha. Is-sidien u l-inkwilini ta" binjiet kummerċjali għandhom ikunu obbligati wkoll li jaqsmu tagħrif dwar il-konsum reali tal-enerġija, sabiex jiżguraw li tkun disponibbli d-dejta kollha biex ikunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar it-titjib meħtieġ.Iċ-ċertifikat għandu wkoll jipprovdi informazzjoni dwar l-impatt attwali tat-tisħin u tat-tberrid fuq il-ħtiġijiet enerġetiċi tal-bini, dwar il-konsum tal-enerġija primarja u dwar l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju. Is-sidien tal-bini għandu jkollhom l-opportunità li jitolbu ċ-ċertifikazzjoni jew ċertifikat aġġornat f'kull ħin, mhux biss meta l-bini jinkera, jinbiegħ jew jiġi rinnovat.

(23)  L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jagħtu eżempju u għandhom jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija fil-perjodu tal-validità tiegħu. L-Istati Membri għandhom jinkludu fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom miżuri li jappoġġjaw lill-awtoritajiet pubbliċi biex jadottaw kmieni t-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija u biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija fil-perjodu tal-validità tiegħu. Fl-iżvilupp tal-pjanijiet nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lir-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

(24)  B'konformità mar-rekwiżiti dwar l-istallazzjoni ta" miters intelliġenti stipulati fid-Direttiva 2006/32/KE, is-sidien u l-inkwilini għandhom jingħataw tagħrif eżatt dak il-ħin stess dwar il-konsum tal-enerġija fil-binjiet li huma jkunu jokkupaw.

(25)  Bini okkupat minn awtoritajiet pubbliċi  u bini li spiss jintuża mill-pubbliku  għandu jkun ta'  eżempju billi  juru li qed jittieħdu  konsiderazzjonijiet ambjentali u ta" enerġija u għaldaqstant  dan il-bini għandu jkun suġġett  għal ċertifikazzjoni tal-enerġija  fuq bażi  regolari. It-tixrid lill-pubbliku tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-enerġija għandu jkun imtejjeb billi jkunu murija b'mod ċar dawn iċ-ċertifikati. Jekk l-Istati Membri jagħżlu li jinkludu l-użu tal-enerġija bħala parti mir-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-enerġija, għandha tkun possibbli strateġija bbażata fuq is-sit li biha numru ta" binjiet fl-istess inħawi u okkupati mill-istess organizzazzjoni jagħmlu użu mill-istess miters tal-enerġija.

(26)  L-iżgurar tar-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija maħruġa minn Stati Membri oħra probabilment se jkun importanti għall-iżvilupp tas-suq transkonfinali tas-servizzi finanzjarji u oħrajn li jappoġġjaw l-effiċjenza tal-enerġija. Biex dan ikun iffaċilitat, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi standards minimi komuni għall-kontenut u l-preżentazzjoni taċ-ċertifikati, u għall-akkreditazzjoni tal-esperti. Kull ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija għandu jkun disponibbli sew bil-lingwa tas-sid kif ukoll tal-inkwilin, sabiex ir-rakkomandazzjonijiet jinftiehmu malajr.

(27)  L-aħħar snin raw żieda fin-numru ta" sistemi tal-arja kondizzjonata fil-pajjiżi tal-Ewropa. Dan iwassal għal problemi konsiderevoli fil-ħinijiet l-aktar intensivi, li jżidu l-prezz tal-elettriku u jiddisturbaw il-bilanċ tal-enerġija fl-Istati Membri kollha. Għandha tingħata prijorità lil strateġiji li jtejbu l-prestazzjoni termika tal-bini matul x-xhur tas-sajf. Għal dan il-għan, għandu jkun hemm aktar żvilupp ta" metodi ta" tberrid passiv, l-aktar dawk li jtejbu l-kundizzjonijiet klimatiċi interni u l-mikroklima ta" madwar il-binjiet.

(28)  Spezzjoni  regolari ta" sistemi  tal-arja kondizzjonata minn persuni kkwalifikati tikkontribwixxi sabiex jinżamm l-aġġustament korrett skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott u b'dan il-mod tinżamm prestazzjoni ottimali minn perspettiva ambjentali, ta" sigurtà u ta" enerġija. Għandu jkun hemm stima indipendenti  tas-sistema kollha tat-tisħin u l-ikkundizzjonar tal-arja b'intervalli regolari tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, b'mod partikolari qabel ma jiġu sostitwiti jew aġġornati. Sabiex jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv fuq is-sidien u l-inkwilini tal-bini, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull ċertifikazzjoni għall-prestazzjoni tal-enerġija tinkludi spezzjoni tas-sistemi tal-arja kondizzjonata; u li, kemm jista' jkun, l-ispezzjonijiet tas-sistemi tal-arja kondizzjonata jitwettqu fl-istess żmien.

(29)  Approċċ komuni għaċ-ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini u għall-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-ikkundizzjonar tal-arja , magħmula minn esperti kkwalifikati u akkreditati, li l-indipendenza tagħhom għandha tkun iggarantita fuq il-bażi ta" kriterji objettivi,  se jikkontribwixxi  għal livell ekwu fejn jidħlu l-isforzi fl-Istati Membri sabiex ma jkunx hemm ħela ta" enerġija fil-qasam tal-bini u  se jintroduċi  trasparenza  għas-sidien u l-utenti prospettivi  fejn għandha x'taqsam il-prestazzjoni tal-enerġija fis-suq tal- proprjetà fil-Komunità.  Sabiex tkun garantita l-kwalità taċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija u tal-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u l-ikkundizzjonar tal-arja madwar il-Komunità, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta" kontroll indipendenti f'kull Stat Membru. 

(30)  L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma kruċjali għall-implimentazzjoni b'suċċess ta" din id-Direttiva. Ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jiġu kkonsultati dwar kull aspett tal-implimentazzjoni tagħha kemm f'livell nazzjonali kif ukoll f'livell reġjonali. Min jippjana lokalment u l-ispetturi tal-bini għandhom jirċievu gwida adegwata u riżorsi biex iwettqu x-xogħol meħtieġ.

(31)  Sakemm l-aċċess għall-professjoni ta' installatur jew l-eżerċizzju tagħha jkunu regolati, il-prekondizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali huma stabbiliti fid-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali(11). Għalhekk din id-Direttiva tapplika bla ħsara għad-Direttiva 2005/36/KE. Filwaqt li d-Direttiva 2005/36/KE tistabbilixxi rekwiżiti għar-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali, inkluż għall-periti, hemm ħtieġa oħra li jkun żgurat li l-periti u min jippjana jikkunsidraw b'mod xieraq it-teknoloġiji b'livell għoli ta" effiċjenza fil-pjanti u d-diżinni tagħhom. L-Istati Membri għalhekk għandhom jipprovdu gwida ċara. Dan għandu jsir bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/36/KE u b'mod partikulari l-Artikoli 46 u 49 tagħha.

(32)  Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva għandhom jiġu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-implimentazzjoni ta" poteri mogħtija lill-Kummissjoni(12).

(33)  B'mod partikolari l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta ċerti partijiet mill-qafas ġenerali stabbilit fl-Anness I għall-progress tekniku, tistabbilixxi metodoloġija komuni għall-kalkolu ta" livelli ta" spiża ottimali ta" rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija, u tistabbilixxi definizzjoni ta" bini li ma jikkonsmax enerġija jew li ma jipproduċix emissjonijiet meta jitqiesu l-kundizzjonijiet tat-temp reġjonali normali u t-tibdil imbassar f'dawn il-kundizzjonijiet tat-temp matul iż-żmien. Billi dawk il-miżuri huma ta" kamp ta" applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta" din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(34)  Ġaladarba l-applikazzjonijiet intelliġenti tad-tidwil bħalissa jikkostitwixxu madwar 14 % tal-enerġija użata fl-UE, u ladarba s-sistemi tat-tidwil moderni tal-iprem kwalità jistgħu jiffrankaw iżjed minn 80 % ta' enerġija filwaqt li jżommu l-kundizzjonijiet tad-dawl f'konformità mal-istandards Ewropej, u dan huwa kontribut li għadu ma ġiex sfruttat biżżejjed biex l-Unjoni Ewropea tilħaq l-objettivi tal-UE għall-2020, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa favur l-adozzjoni ta" Direttiva dwar id-Diżinn tat-Tidwil sabiex tikkumplimenta l-miżuri u l-objettivi stipulati f'din id-Direttiva. Effiċjenza ikbar fl-enerġija li tirriżulta minn diżinn aħjar tat-tidwil u mill-użu effiċjenti tar-riżorsi tad-dawl b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'... (li tistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta' rekwiżiti ta' eko-disinn għal prodotti relatati mal-enerġija (tfassil mill-ġdid))(13) hija meqjusa bħala kontribut sinifikanti għal prestazzjoni enerġetika aħjar fil-bini.

(35)  Billi l-għanijiet għat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba l-kumplessità tas-settur tal-bini, u minħabba n-nuqqas ta" ħila tas-swieq nazzjonali tal-proprjetà li jindirizzaw b'mod xieraq l-isfidi tal-prestazzjoni tal-enerġija, u jistgħu, fid-dawl tal-medda u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista" tadotta miżuri, bi qbil mal-prinċipji tas-sussidjarjetà speċifikati fl-Artikolu 5 tat-Trattat.  Skont il-prinċipji tal-proporzjonalità, kif stabbiliti f'dak l-Artikolu,  din id-Direttiva  ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet. 

(36)  L-obbligu tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva preċedenti. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti ġej mid-Direttiva preċedenti.

(37)  Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stipulati fil-Parti B tal-Anness VI,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA

Artikolu 1

 Suġġett 

Din id-Direttiva  tippromwovi  t-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini fi ħdan il-Komunità, filwaqt li tqis ir-rekwiżiti tal-klima ta" barra u kundizzjonijiet lokali, kif ukoll rekwiżiti tal-klima ta" ġewwa u livelli ottimali fir-rigward tal-ispejjeż tal-prestazzjoni tal-enerġija.

Din id-Direttiva tispeċifika rekwiżiti kif ġejjin dwar:

   (a) ▌metodoloġija għall-kalkolu tal-prestazzjoni tal-enerġija integrata tal-bini  u partijiet minnu, tal-komponenti tal-bini u tas-sistemi tekniċi ta' bini;
   (b) l-applikazzjoni tar-rekwiżiti minimi għall-prestazzjoni tal-enerġija ta" bini ġdid  u partijiet minnu;
   (c) l-applikazzjoni tar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija ta" bini eżistenti li  ▌li huma suġġetti għal tibdil kbir u tal-komponenti tal-bini u tas-sistemi tekniċi tal-bini kull meta dawn ikunu mibdula jew aġġornati;
   (d) pjanijietu objettivi nazzjonali għal żieda fl-għadd ta' binijiet li ma jikkonsmawx enerġija u ma jipproduċux emissjonijiet;
   (e) iċ-ċertifikazzjoni tal-enerġija tal-bini  jew partijiet minnu;
   (f) spezzjoni regolari  tas-sistemi tat-tisħin  u tal-arja kundizzjonata fil-bini;
   (g) sistemi ta" kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-nerġija u rapporti ta" spezzjoni;
   (h) l-edukazzjoni, it-taħriġ u r-rekwiżiti tar-rikonoxximent reċiproku bejn l-Istati Membri għal min joħroġ iċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini u għall-ispetturi tas-sistemi tat-tisħin u tal-arja kondizzjonata;
   (i) pjanijiet nazzjonali biex jiġu eliminati l-ostakoli skont il-liġijiet dwar il-bini, il-kera u l-ħarsien tal-wirt u biex jinħolqu inċentivi nazzjonali.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għan ta" din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:

   (1) "bini  /binja  "  tfisser  kostruzzjoni msaqqfa li għandha l-ħitan, li għaliha tintuża l-enerġija sabiex tkun kundizzjonata l-arja ta" ġewwa;
   (2) "bini ġdid" tfisser bini li għalih inkisbet l-awtorizzazzjoni għall-kostruzzjoni rilevanti wara d-dħul fis-seħħ ta" din id-Direttiva;
   (3) "partijiet minn bini" tfisser appartamenti jew unitajiet iddiżinjati għal użu separat fil-blokki tal-bini;
   (4) "bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet" tfisser bini fejn, minħabba l-livell għoli ħafna ta' effiċjenza enerġetika ta-bini, il-konsum enerġetiku ewlieni annwali u globali huwa daqs il-produzzjoni ta' enerġija minn sorsi ta' enerġija li jiġġeddu fil-post, jew anqas minnha;
   (5) "sistema teknika tal-bini" tfisser tagħmir tekniku għat-tisħin, it-tberrid, il-ventilazzjoni, il-misħun, it-tidwil u l-produzzjoni tal-elettriku , il-kejl, is-sistemi ta' monitoraġġ u ta' kontroll, jew tagħqida ta" dawn;
   (6) "prestazzjoni tal-enerġija ta" bini"  tfisser  l-ammont ta" enerġija  kkalkulat jew imkejjel   meħtieġ biex  jilħaq  id-domanda ewlenija tal-enerġija  assoċjata mal-bżonnijiet differenti tal-bini, imfissra f'kWh/m2 fis-sena, u li jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn,  l-enerġija użata għat-tisħin, il-misħun, it-tberrid, il-ventilazzjoni, u t-tidwil fiss, filwaqt li jitqiesu l-gwadanni passivi mix-xemx, is-sistemi li jagħtu d-dell u d-dawl naturali;
   (7) "enerġija primarja": tfisser enerġija minn sorsi li jiġġeddu u minn sorsi li ma jiġġeddux li ma għaddiet mill-ebda proċess ta" konverżjoni jew trasformazzjoni;
   (8) "enerġija minn sorsi li jiġġeddu" tfisser l-enerġija minn sorsi li jiġġeddu mhux fossili: enerġija mir-riħ, mix-xemx, ġeotermika, aerotermika, idrotermika u mill-oċeani, idroelettrika, mill-bijomassa, mill-gass tal-landfills, mill-gass minn impjanti għat-trattament tad-dranaġġ u mill-bijogassijiet;
   (9) "involukru tal-binja" tfisser elementi integrati ta" binja li jifirdu l-ġewwieni tagħha mill-ambjent ta" barra ▌;
   (10) "komponent tal-bini" tfisser parti individwali ta' bini li jaffettwa l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini u li ma tkunx koperta minn sistema teknika ta' bini, inklużi t-twieqi, is-sistemi ta' dell, il-bibien esterni, il-ħitan, il-pedament, iċ-ċangatura tal-kantina, is-saqaf, il-bejt, u s-sistemi ta' iżolament;
   11) "tibdil/tiġdid kbir": tfisser it-tibdil f'bini meta
   (a) l-ispiża totali għat-tibdil marbuta mal-involukru tal-binja jew is-sistemi tekniċi tal-bini tkun ogħla minn 20 % tal-valur tal-binja, f'liema każ il-valur għandu jkun imsejjes fuq l-ispejjeż attwali tal-kostruzzjoni fl-Istat Membru konċernat, eskluż il-valur tal-art li fuqha qiegħda l-binja, jew
   (b) aktar minn 25 % tas-superfiċje tal-involukru tal-bini, li jkollha effett dirett fuq il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, tgħaddi minn tibdil;
   (12) "standard Ewropew": tfisser standard adottat mill-Kumitat Ewropew dwar l-Istandardizzazzjoni, il-Kumitat Ewropew dwar l-Istandardizzazzjoni Elettroteknika jew l-Istitut Ewropew dwar l-Istandards tat-Telekomunikazzjoni, u magħmul disponibbli għall-użu pubbliku;
   (13) "ċertifikat dwar il-prestazzjoni tal-enerġija "  tfisser ċertifikat rikonoxxut minn Stat Membru jew persuna  ġuridika  magħżula minnu, li  tindika  l-prestazzjoni -tal-enerġija ta" bini  jew partijiet minnu kkalkulata  skont metodoloġija bbażata fuq qafas ġenerali speċifikat fl-Anness  adottata skont l-Artikolu 3;
   (14) "koġenerazzjoni" tfisser il-ġenerazzjoni simultanja fi proċess wieħed ta" enerġija termali u enerġija elettrika u/jew mekkanika;
   (15) "livell ta" spiża ottimali" tfisser il-livell fejn l-analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż ikkalkulata tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta" bini, jkun pożittiv li huwa determinat billi jitqiesu tal-anqas il-valur nett attwali tal-ispejjeż tal-investiment u tal-operat (inklużi l-ispejjeż tal-enerġija), tal-manutenzjoni, qligħ mill-enerġija prodotta, ▌ u spejjeż tar-rimi, fejn applikabbli;
   (16) "sistema ta" arja kundizzjonata" tfisser tagħqida  tal-komponenti meħtieġa biex tkun ipprovduta forma ta" trattament tal-arja  ta" ġewwa,   inkluża l-ventilazzjoni;
   (17) "bojler"  tfisser l-unità li tgħaqqad  bojler u unità tal-ħruq iddisinjati sabiex jittrażmettu  lil likwidu  s-sħana li toħroġ  ħruq;
   (18) "qawwa nominali effettiva   tfisser  il-ħruġ massimu kalorifiku  , espress f'kW  speċifikat u ggarantit mill-fabbrikant li jista" jitwassal matul operazzjoni kontinwa filwaqt li jkunu konformi mal-effiċjenza utli indikata mill-fabbrikant;
   (19) "pompa tas-sħana"  tfisser  magna, inġenju jew installazzjoni li tittrasferixxi s-sħana mill-madwar naturali bħalma huma l-arja, l-ilma jew l-art lill-bini jew applikazzjonijiet industrijali billi treġġa' lura l-fluss naturali tas-sħana b'mod li tgħaddi minn temperatura aktar baxxa lejn waħda ogħla. L-ammont ta' enerġija mill-ambjent maqbuda mill-pompi tas-sħana li għandha titqies enerġija li tiġġedded għall-finijiet ta' din id-Direttiva għandu jkun dak stabbilit mid-Direttiva 2009/28/KE;
   (20) "faqar enerġetiku" tfisser sitwazzjoni fejn familja jkollha tonfoq aktar minn 10 % tad-dħul tagħha fuq il-kontijiet tal-enerġija sabiex issaħħan id-dar sa standard aċċettabbli msejjes fuq il-livelli rakkomandati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;
   (21) "sistema ta' tidwil" tfisser il-kombinazzjoni ta' komponenti meħtieġa biex jingħata ċertu livell ta' dawl;
   (22) "sistemi ta' tisħin jew ta' tberrid urbani" tfisser id-distribuzzjoni tal-enerġija termika fil-forma ta' fwar, misħun jew likwidi mkessħa, minn sors ċentrali ta' produzzjoni permezz ta' netwerk li diversi binjiet, għat-tisħin jew it-tberrid tal-ispazji jew tal-industriji, jew għat-tisħin tal-ilma.
   (23) "diżinn tad-tidwil" tfisser skema jew stampa li tagħti fid-dettall il-konfigurazzjoni u t-tqassim ta' unitajiet tad-dwal inkluż it-tagħmir tal-kontroll relatat.

Artikolu 3

Adozzjoni  ta'  metodoloġija  għall-kalkolu tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini 

1.  Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-partijiet interessati rilevanti u b'mod partikulari lir-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, għandha tistabbilixxi, sal-31 ta' Marzu 2010, metodoloġija għal kalkolu tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini  skont il-qafas ġenerali speċifikat fl-Anness I ║.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(2).

2.  L-Istati Membri għandhom jimplimentaw din il-metodoloġija komuni.

  3 Il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini għandha titfisser b'mod trasparenti u għandha tinkludi indikatur għad-domanda għall-enerġija primarja.

Artikolu 4

Iffissar tar-rekwiżiti  minimi  tal-prestazzjoni tal-enerġija

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li  r-rekwiżiti tal-  prestazzjoni minima ta" l-enerġija għall-bini u għal komponenti u sistemi tekniċi ta' bini u partijiet minnu,jiġu ffissati  biex tal-anqas jinkisbu livelli ta" spiża ottimali   u jkunu kkalkulati skont  il-metodoloġija komuni msemmija fl-Artikolu 3.

Meta jiffissaw rekwiżiti, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw awtoritajiet pubbliċi u partijiet oħra interessati u jistgħu jiddifferenzjaw bejn kategoriji ta" bini ġdid u bini eżistenti  u bejn kategoriji differenti ta" bini. 

Dawn ir-rekwiżiti għandhom ikunu konformi ma' leġiżlazzjoni Komunitarja oħra li tapplika u għandhom iqisu l-kundizzjonijiet klimatiċi interni u tad-tidwil ta' ġewwa u ta' barra, sabiex ikunu evitati effetti negattivi possibbli bħal ventilazzjoni mhux adegwata u dawl naturali mhux adegwat, kif ukoll il-kundizzjonijiet lokali u l-funzjoni ffissata u l-età tal-bini.

Dawn ir-rekwiżiti għandhom ikunu rreveduti f'intervalli regolari li ma  għandhomx  ikunu itwal minn erba' snin u, ▌għandhom jiġu  aġġornati sabiex jirriflettu progress tekniku fil-qasam tal-bini.

Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu m'għandhomx iżommu lill-Istati Membri milli jappoġġjaw il-kostruzzjoni ta' bini ġdid, rinnovazzjonijiet kbar, ir-rinnovament tas-sistemi ta' komponenti u sistemi tekniċi li jmorru lilhinn mir-rekwiżiti stabbiliti minn din id-Direttiva.

2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiffissawx jew japplikaw ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 għal kategoriji tal-bini li ġejjin:

   (a) bini u monumenti protetti uffiċjalment bħala parti minn ambjent  ikklassifikat  jew minħabba l-mertu speċjali arkitettoniku jew storiku tiegħu, sakemm il-konformità ma' rekwiżit minimu speċifiku tal-prestazzjoni tal-enerġija  taltera b'mod inaċċettabli il-karattru jew l-apparenza tiegħu;
   (b) bini  użat  bħala postijiet ta" qima u għal attivitajiet reliġjużi;
   (c) bini temporanju għal perjodu pjanat ta" anqas minn 18-il xahar, siti industrijali, postijiet tax-xogħol u bini agrikolu mhux residenzjali b'domanda baxxa ta" enerġija  u bini agrikolu mhux residenzjali  li huma ta" użu minn settur kopert minn ftehim settorjali dwar il-prestazzjoni tal-enerġija;
   (d) bini waħdu b'erja totali ta" art  utli ta" anqas minn 50 m2.

3.  Mit-30 ta' Ġunju 2012 l-Istati Membri għandhom jagħtu biss inċentivi għall-kostruzzjoni jew it-tibdil kbir ta' bini jew partijiet minnu , inklużi l-komponenti tal-bini, li r-riżultati tagħhom jikkonformaw tal-anqas mar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija li jilħqu r-riżultati tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 5(2).

4.  ▌L-Istati Membri għandhom jirrevedu r-rekwiżiti minimi tagħhom tal-prestazzjoni tal-enerġija stipulati skont il-paragrafu 1 ║ u għandhom jiżguraw illi dawn ir-rekwiżiti jiksbutal-anqas ir-riżultati tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 5(2) sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2015.

5.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu sussidji u pariri tekniċi għal bini jew ċentri storiċi biex dawn jidħlu għal programmi speċifiċi ta' adattament għall-effiċjenza tal-enerġija.

6.  Is-sistemi għall-produzzjoni ta' enerġija u l-miżuri ta' iżolament f'ċentri storiċi għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjonijiet ta' impatt viżiv.

Artikolu 5

Il-kalkolu tal-livelli tal-ispiża ottimali tar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija

1.  Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-partijiet interessati rilevanti u b'mod partikulari lir-rappreżentanti minn awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali u abbażi tal-prinċipji stipulati fl-Anness IV, għandha tistabbilixxi sal-31 ta' Marzu 2010 metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-livelli ta" spiża ottimali għar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija għall-bini jew partijiet minnu. Din il-metodoloġija komuni tista' tirreferi għal standards Ewropej rilevanti u għandha:

   tiddifferenzja bejn bini ġdid u eżistenti u bejn kategoriji differenti ta" bini,
   tirrifletti l-kundizzjonijiet klimatiċi differenti fl-Istati Membri differenti u l-bidla probabbli f'dawn il-kundizzjonijiet matul ħajjet il-bini konċernat, u
   tistabbilixxi suppożizzjonijiet jew metodi ta' kalkolu komuni għall-ispejjeż tal-enerġija.

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi u, jekk ikun meħtieġ, taġġorna l-metodoloġija komuni kull ħames snin.

Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(2).

2.  L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-livelli ta" spiża effettiva tar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija billi jużaw il-metodoloġija komuni stabbilita skont il-paragrafu 1 u parametri rilevanti, bħall-kundizzjonijiet klimatiċi ▌.

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni d-dejta mdaħħla u s-suppożizzjonijiet kollha użati għal dawk il-kalkoli u r-riżultati kollha ta' dawk il-kalkoli. Ir-rapport għandu jiġi inkluż fil-Pjani ta' Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija msemmi fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE. L-Istati Membri għandhom iressqu dawn ir-rapporti lill-Kummissjoni kull tliet snin. L-ewwel rapport għandu jitressaq sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2011.

3.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar il-progress tal-Istati Membrifl-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 6

Bini ġdid

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji sabiex jiżguraw li bini ġdid jilħaq il-prestazzjoni minima tal-  stipulati skont l-Artikolu 4 u f'konformita' mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9.

Għal bini ġdid l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-użu ta" sistemi alternattivi  ta" effiċjenza għolja. Dawn is-sistemi alternattivi jistgħu jinkludu iżda mhumiex limitati għal:

   (a) sistemi ta" provvista deċentralizzata tal-enerġija bbażata fuq enerġija minn sorsi rinnovabbli;
   (b)  koġenerazzjoni;
   (c) tisħin  jew tberrid ta" distrett jew  ta" blokk , jekk ikun disponibbli b'mod partikolari dak ibbażat kompletament jew parzjalment fuq enerġija rinnovabbli;
   (d) pompi tas-sħana;
   (e) tagħmir tal-ICT għal skopijiet ta' monitoraġġ u kontroll.

Artikolu 7

Bini eżistenti

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li meta xi bini jgħaddi minn tibdil kbir jew il-komponenti tal-bini u s-sistemi tekniċi tal-bini jew partijiet minnhom jiġu aġġornati jew sostitwiti, il-prestazzjoni tal-enerġija tkun aġġornata sabiex  tilħaq  tal-anqas ir-rekwiżiti minimi  tal-prestazzjoni tal-enerġija  sa fejn dan hu teknikament , funzjonalment u ekonomikament vijabbli. L-Istati Membri għandhom  jiddeterminaw dawn il-  prestazzjonijiet minimi tal--enerġija skont l-Artikolu 4 u r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 9. Ir-rekwiżiti għandhom ikunu ffissati kemm għas-sistemi rinnovati kif ukoll għall-komponenti tal-bini kull meta jiġu aġġornati jew sostitwiti, u għall-bini rinnovat kollu f'każ ta' rinnovament kbir

L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu, fir-rigward ta' bini li qed isirlu rinnovazzjoni kbira, is-sistemi alternattivi b'effiċjenza għolja li ġejjin u li qed jitqiesu:

   (a) sistemi ta" provvista deċentralizzata tal-enerġija bbażata fuq enerġija minn sorsi li jiġġeddu;
   (b) koġenerazzjoni;
   (c) sistemi ta' tisħin jew ta' tberrid urbani jew ta" blokk, jekk ikunu disponibbli, b'mod partikolari dak ibbażat kompletament jew parzjalment fuq enerġija rinnovabbli;
   (d) pompi tas-sħana;
   (e) tagħmir tal-ICT għal skopijiet ta' monitoraġġ u kontroll.

Artikolu 8

Sistemi tekniċi tal-biniu komponenti tal-bini

1.  L-Istati Membri għandhom jiffissaw rekwiżiti minimi għall-prestazzjoni tal-enerġija fir-rigward tal-komponenti tal-bini u tas-sistemi tekniċi tal-bini li huma installati u li jitħaddmu fil-binjiet u li mhumiex koperti mid-Direttiva 2009/.../KE [li tistabbilixxi qafas għall-ħolqien ta' rekwiżiti ta' ekodiżinn għall-prodotti marbuta mal-enerġija] u mill-miżuri ta' implimentazzjoni tagħha. Għandhom ikunu stabbiliti rekwiżiti għal tagħmir operattiv, sistemi tekniċi tal-bini u komponenti tal-bini u partijiet minnu u għandhom ikunu applikati sakemm ikunu teknikament u funzjonalment fattibbli.

Dawn ir-rekwiżiti għandhom, partikolarment, ikopru l-komponenti li ġejjin:

   (a) bojlers , ġeneraturi oħra tas-sħana jew sistemi ta' skambju ta' sħana ta' sistemi ta' tisħin, inklużi sistemi ta' tisħin jew ta' tberrid urbani jew ta' blokk;
   (b) saħħana tal-ilma f'sistemi tal-misħun;
   (c) unita" ċentrali tal-ikkundizzjonar tal-arja jew ġeneratur tal-kesħa f'sistemi tal-ikkundizzjonar tal-arja;
   (d) tidwil installat;
   (e) komponenti tal-bini.

2.  Ir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija stipulati skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu konsistenti ma' kull leġiżlazzjoni applikabbli lill-prodott(i) li jagħmlu s-sistema u l-komponenti tal-bini, u għandhom ikunu bbażati fuq stallazzjoni proprja tal-prodott(i) u r-regolazzjoni u l-kontroll xieraq tas-sistema teknika tal-bini. Fil-każ ta' sistemi tekniċi ta' bini, dawk ir-rekwiżiti għandhom jiżguraw li jkunu aġġustati kif xieraq meta jitħaddmu, li jintlaħaq bilanċ idrawliku xieraq ta" sistemi idrawliċi ta" tisħin bl-ilma, u li d-daqs u t-tip xierqa tal-prodott(i) intużaw għall-istallazzjoni fir-rigward tal-użu maħsub tas-sistema teknika tal-bini.

3.  B'mod konformi mal-Anness I tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [rigward ir-regoli komuni għas-suq intern fl-elettriku](14). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-bini ġdid kollu u fil-bini li qed issirlu rinnovazzjoni kbira jiġu installati miters intelliġenti kif ukoll kull meta jinbidel miter, u għandhom jinkoraġġixxu l-installazzjoni ta' sistemi ta' kontroll attiv bħall-awtomazzjoni, u sistemi ta' monitoraġġ u ta' kontroll, meta jkun xieraq.

Artikolu 9

Bini li li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet

1.  L-Istati Membri għandhom ifasslu pjani nazzjonali biex jiżdied l-għadd ta" binjiet li ma jikkonsmawx enerġija u ma jipproduċux emissjonijiet.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bini ġdid kollu jkun bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2018.

L-Istati Membri jiffisaw miri għall-perċentwali minimu ta' bini li, sal-2015 u l-2020 rispettivament, għandu jkun bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet, tal-għadd totali ta" binijiet, u bħala perċentwali f'relazzjoni mal-erja totali utli tal-art.

Għandhom jiġu stabbiliti miri separati għal:

   (a) bini residenzjali ġdid u rranġat;
   (b) bini mhux residenzjali ġdid u rranġat;
   (c) bini okkupat minn awtoritajiet pubbliċi.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miri separati kemm għall-bini ġdid u dak eżistenti kif imsemmija fil-punt (c) li japplikaw tal-anqas tliet snin qabel il-miri rispettivi stipulati f'dan l-Artikolu, filwaqt li jqisu r-rwol ewlieni li għandu jkollhom l-awtoritajiet pubbliċi fil-qasam tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini.

2.  Il-pjan nazzjonali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jitfassal wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u għandu jinkludi fost l-oħrajn l-elementi li ġejjin:

   (a) miri intermedji espressi bħala perċentwal ║tal-għadd totali ta" binijiet u ║ f'relazzjoni mal-erja totali utli tal-art għall-2015 u l-2020 rispettivament;
   (b) dettalji tar-rekwiżiti nazzjonali rigward il-livelli minimi tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu f'bini ġdid u f'bini eżistenti li qed isirlu rinnovament kbir, kif rikjest skont id-Direttiva 2009/28/KE u l-Artikoli 6 u 7 ta" din id-Direttiva;
   (c) sommarju tal-politiki kollha u informazzjoni dwar il-miżuri implimentati għall-promozzjoni ta" dawn il-binijiet;
   (d) programmi nazzjonali, reġjonali jew lokali biex jappoġġjaw il-miżuri għall-promozzjoni ta' dan il-bini bħall-inċentivi fiskali, l-istrumenti finanzjarji jew it-tnaqqis tal-VAT.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-pjani nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2011 u jirrappurtaw lill-Kummissjoni kull tliet snin dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjani nazzjonali tagħhom. Il-pjani nazzjonali u r-rapporti dwar il-progress għandhom jiġu inklużi fil-Pjani ta' Azzjoni għall-Effiċjenza ta' Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE.

4.  Fi żmien xahrejn mill-komunikazzjoni ta" pjan nazzjonali minn Stat Membru msemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis bis-sħiħ il-prinċipju tas-sussidjarjetà, tista" tirrifjuta dak il-pjan, jew kull aspett minnu, fuq il-bażi li ma jirrispettax ir-rekwiżiti kollha ta" dan l-Artikolu. F'dan il-każ, l-Istat Membru konċernat għandu jipproponi emendi. Fi żmien xahar minn meta tirċievi dawk il-proposti, il-Kummissjoni għandha taċċetta l-pjan emendat jew titlob aktar emendi speċifiċi. Il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jintlaħaq ftehim dwar il-pjan nazzjonali fi żmien ħames xhur mid-data tal-komunikazzjoni inizjali.

5.  Il-Kummissjoni,b'konformità mad-definizzjoni stipulata fl-Artikolu 2, għandha tistabbilixxi definizzjoni dettaljata komuni ta' bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010.

Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(2).

6.  Il-Kummissjoni, sat-30 ta' Ġunju 2012 u kull tliet snin wara dik id-data għandha tippubblika rapport dwar il-progress tal-Istati Membri fiż-żieda fl-għadd ta" binjiet li ma jikkonsmawx enerġija u ma jipproduċux emissjonijiet. Abbażi ta" dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha mbagħad tiżviluppa pjan ta' azzjoni u, jekk meħtieġ, tipproponi miżuri biex iżżid l-għadd ta' dawk il-binjiet.

Artikolu 10

Inċentivi Finanzjarji u Ostakli għas-Suq

1.  L-Istati Membri, sat-30 ta' Ġunju 2011, għandhom ifasslu pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali, inklużi miżuri proposti, sabiex ikunu ssodisfati r-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva permezz tat-tnaqqis tal-ostakli legali u għas-suq u billi jkunu żviluppati strumenti finanzjarji u fiskali ġodda u eżistenti sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika ta' bini ġdid u eżistenti.

Dawn il-miżuri proposti għandhom ikunu suffiċjenti, effettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji, għandhom jappoġġjaw l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-enerġija, għandhom jippruvaw jinkoraġġixxu titjib sostanzjali fil-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini meta dan it-titjib kieku ma jkunx ekonomikament fattibbli u għandhom jinkludu miżuri li jappoġġjaw lil dawk il-familji f'riskju ta' faqar enerġetiku.

L-Istati Membri għandhom iqabblu l-istrumenti finanzjarji u fiskali tagħhom mal-istrumenti elenkati fl-Anness V u, bla ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali, għandhom jimplimentaw tal-anqas żewġ miżuri minn dak l-Anness.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dawn il-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali lill-Kummissjoni billi jinkluduhom fil-Pjanijiet ta' Azzjoni dwar l-Effiċjenza Enerġetika msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE u għandhom jaġġornawhom kull tliet snin.

3.  Il-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2010, u skont evalwazzjoni tal-impatt, għandha tippreżenta proposti leġiżlattivi xierqa għat-tisħiħ tal-istrumenti finanzjarji Komunitarji u sabiex jintroduċu strumenti ġodda biex tkun appoġġjata l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

Dawn il-proposti għandhom iqisu l-miżuri li ġejjin:

   (a) fil-kuntest tar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali(15) għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, żieda sinifikanti tal-ammont massimu tal-allokazzjoni tal-ERDF li tista" tintuża biex tiġi appoġġjata l-effiċjenza tal-enerġija inklużi t-tisħin u t-tkessiħ distrettwali u l-investimenti f'enerġija minn sorsi li jiġġeddu fid-djar u estensjoni tal-eleġibilità ta' dawn il-proġetti;
   (b) l-użu ta" fondi oħra tal-Komunità biex jiġu appoġġjati r-riċerka u l-iżvilupp, il-kampanji tal-informazzjoni jew it-taħriġ relatati mal-effiċjenza tal-enerġija;
   (c) it-twaqqif ta' Fond għall-Effiċjenza Enerġetika, ibbażat fuq kontribuzzjonijiet mill-baġit Komunitarju, mill-Bank Ewropew tal-Investiment u mill-Istati Membri, bħala spinta sabiex jiżdiedu l-investimenti privati u pubbliċi għal proġetti li jżidu l-effiċjenza enerġetika tal-bini, inkluża l-enerġija minn sorsi li jiġġeddu fil-bini jew fil-komponenti tal-bini sal-2020. Dak il-Fond għandu jkun integrat fil-programmazzjoni ta' għajnuna strutturali Komunitarja oħra. Il-kriterji għall-allokazzjoni tiegħu għandhom ikunu definiti b'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni(16) u għandu jiġi implimentat sa mhux aktar tard mill-2014;
   (d) it-tnaqqis tal-VAT għal servizzi u prodotti, inkluża l-enerġija minn sorsi li jiġġeddu fil-bini jew fil-komponenti tal-bini, marbuta mal-effiċjenza enerġetika.

Artikolu 11

 Ċertifikat  i dwar il-prestazzjoni tal-enerġija

1.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-miżuri meħtieġa biex tiġi stabbilita sistema ta" ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini.  Iċ-ċertifikazzjoni ta" prestazzjoni tal-enerġija għandu jinkludi  l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini u valuri ta" referenza  bħal  rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija  sabiex ikun possibbli  għas-sidien u l-okkupanti tal-bini jew ta" partijiet minnu ▌jagħmlu stima tal-prestazzjoni tal-enerġija  tiegħu u jqabbluha faċilment ma" bini ieħor residenzjali jew mhux residenzjali. Għal bini mhux residenzjali, jekk ikun xieraq, jista' jinkludi wkoll l-enerġija annwali li fil-fatt tiġi kkonsmata, kif imsemmi fl-Anness I.

Meta bini jinbiegħ jew jinkera qabel il-kostruzzjoni tiegħu, il-bejjiegħ għandu jipprovdi evalwazzjoni preċiża bil-miktub dwar il-prestazzjoni enerġetika tiegħu.

2.  Iċ-ċertifikat għandu  jinkludi  rakkomandazzjonijiet għal titjib ottimali fir-rigward tal-ispejjeż tal-prestazzjoni tal-enerġija  ta" bini jew partijiet tiegħu.

Ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija għandhom ikopru:

   (a) miżuri mwettqa b'rabta ma" tibdil/tiġdid maġġuri tal-involukru tal-bini inklużi s-sistemi ta' iżolament tiegħu, jew is-sistema/i teknika/ċi tal-bini; kif ukoll
   (b) miżuri għal partijiet inidvidwali jew elementi ta' bini indipendenti minn tibdil/tiġdid maġġuri tal-involukru tal-bini, inklużi s-sistemi ta' iżolament tiegħu, jew is-sistema/i teknika/ċi tal-bini.

3.  Ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija għandhom ikunu teknikament fattibbli għall-bini speċifiku u għandhom jipprovdu informazzjoni trasparenti u jinkludu bħala minimu indikazzjoni ċara tal-potenzjal kkalkulat għall-iffrankar tal-enerġija tal-miżura, il-valur nett attwali u l-ispejjeż tal-investiment għall-bini jew għat-tip ta" bini speċifiċi. L-evalwazzjoni tal-effettività tan-nefqa għandha tkun ibbażata fuq sett ta" kundizzjonijiet standard, li tal-anqas għandhom jinkludu l-evalwazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija u l-prezzijiet sottostanti tal-enerġija l-inċentivi finanzjarji jew fiskali u r-rati tal-imgħax għall-investimenti meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet pubbliċi u istituzzjonijiet oħra li jipprovdu finanzjament għax-xiri jew ir-rinnovament ta' bini jqisu l-prestazzjoni tal-enerġija indikata u r-rakkomandazzjonijiet miċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija meta jistabbilixxu l-livell u l-kundizzjonijiet tal-inċentivi finanzjarji, tal-miżuri fiskali u tas-self.

5.  Iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija għandu jipprovdi indikazzjoni dwar fejn is-sid jew l-inkwilin jista" jirċievi aktar tagħrif dettaljat fir-rigward tar-rakkomandazzjoni mogħtija fiċ-ċertifikat Barra minn hekk, għandu jkun fih tagħrif dwar il-passi li għandhom jittieħdu għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, inkluża informazzjoni dwar inċentivi finanzjarji u fiskali disponibbli u possibilitajiet ta" finanzjament.

6.  L-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li jqisu l-irwol ewlieni li għandu jkollhom fil-qasam tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, għandhom jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija maħruġ għal bini li jużaw huma stess fil-perjodu li matulu jkun validu.

7.  Iċ-ċertifikazzjoni għall-appartamenti jew unitajiet iddisinjati għal użu separat fi blokki ta" bini tista" tkun ibbażata fuq:

   (a) ċertifikazzjoni komuni tal-bini kollu għall-blokki b'sistema ta" tisħin komuni, jew
   (b) l-istima tal-prestazzjoni tal-enerġija ta" dak l-appartament jew unità.

8.  Iċ-ċertifikazzjoni għad-djar ta" familja waħda tista" tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni ta" bini rappresentattiv ieħor ta" disinn u daqs simili bi kwalità ta" prestazzjoni tal-enerġija simili jekk din il-korrispondenza tkun tista" tiġi ggarantita mill-espert li jkun qed joħroġ iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija.

9.  Il-validità taċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija m'għandhiex taqbeż l-għaxar snin.

10.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, sat-30 ta" Ġunju 2010, linji gwida li jispeċifikaw l-istandards minimi tal-kontenut, il-lingwa u l-preżentazzjoni taċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplementawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(2).

11.  Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi ċ-ċertifikati maħruġa fi Stat Membru ieħor skont dawn il-linji gwida u m'għandux jirrestrinġi l-libertà li jingħataw servizzi finanzjarji għal raġunijiet relatati maċ-ċertifikat maħruġ f'dak l-Istat Membru.

12.  Sal-2011, fuq il-bażi tat-tagħrif mibgħut mill-Istati Membri u f'kondultazzjoni mas-setturi relevanti, il-Kummissjoni għandha tadotta sistema ta' ċertifikazzjoni volontarja u komuni tal-Unjoni Ewropea għall-prestazzjoni tal-enerġija ta" bini mhux residenzjali.

Dik il-miżura, imfassla biex temenda elementi ġodda mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tissupplimentaha għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22 (2).

Sal-2012, l-Istati Membri għandhom jintroduċu s-sistema ta" ċertifkazzjoni volontarja tal-Unjoni Ewropea msemmija fl-ewwel subparagrafu li għandha tiffunzjona flimkien mal-iskema ta" ċertifikazzjoni nazzjonali.

Artikolu 12

Il-ħruġ taċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija jinħareġ għall-bini jew partijiet tiegħu li huma mibnija, mibjugħa jew mikrija u għal bini li l-pubbliku jżur ta' spiss b'erja totali utilizzabbli tal-art ta" aktar minn 250 m2 u għal bini okkupat minn awtorità pubblika.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, meta l-bini jew partijiet minnu jinbnew ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija jingħata lis-sid mill-bejjiegħ jew mill-espert indipendenti li jkun qed joħroġ iċ-ċertifikat u li hu msemmi fl-Artikolu 17║.

3.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, meta bini jew partijiet minnu jiġu offruti għall-kera, l-indikatur numeriku tal-prestazzjoni tal-enerġija taċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija jitniżżell f'kull riklam għall-lix-xerrej prospettiv.

Iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija għandu jingħata mill-bejjiegħ lix-xerrej sa mhux aktar tard mill-waqt tal-konklużjoni tal-kuntratt tal-bejgħ għal bejgħ ta' bini jew partijiet minnu.

4.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, meta bini jew partijiet minnu jiġu offruti għall-kera, l-indikatur numeriku tal-prestazjoni tal-enerġija taċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija jitniżżell f'kull riklam għall-kera tal-bini jew ta' partijiet minnu, u li ċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija jintwera lill-okkupant prospettiv.

Iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija għandu jingħata mill-bejjiegħ lix-xerrej sa mhux aktar tard mill-waqt tal-konklużjoni tal-kuntratt tal-kera.

5.  Is-sid tal-bini jista" f'kull ħin jitlob espert akkreditat biex jipproduċi, jikkalkulaw mill-ġdid u jaġġorna ċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija, irrispettivament minn jekk il-bini hux qed jinbena, qed jiġi rranġat, qed jinkera jew huwiex għall-bejgħ.

6.  L-Istati Membri jistgħu jeskludu l-kategoriji  ta" bini  msemmija fl-Artikolu 4(2) mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2, 3, u 4 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 13

 Il-wiri taċ-ċertifikati dwar il-prestazzjoni tal-enerġija

▌ L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li  meta ▌ta" bini jkunu  okkupati minn awtoritajiet pubbliċi jew meta bini b'erja totali utli tal-art ta' aktar minn 250m2 jintuża ta' spiss mill-pubbliku, jitpoġġa f'post  prominenti ċarament  viżibbli għal pubbliku  ċ-  ċertifikat  tal-prestazzjoni  tal-enerġija.

Artikolu 14

Spezzjoni  tas-sistemi ta" tisħin

1.  L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-miżuri neċessarji sabiex tkun stabbilita spezzjoni regolari ta"  sistemi ta" tisħin  b'bojlers li jaħdmu bi fjuwil likwidu jew solidu li ma jiġġeddidx ta"  qawwa nominali effettiva ta' aktar minn  20 kW.  L-ispezzjoni għandha tinkludi stima tal-effiċjenza tal-bojler u d-daqs tal-bojler imqabbel mar-rekwiżiti tat-tisħin tal-bini. L-Istati Membri jistgħu jissospendu dawn l-ispezzjonijiet meta tkun fis-seħħ sistema elettronika ta' monitoraġġ u ta' kontroll.

2.  L-Istati Membri jistgħu jistipulaw rati tal-ispezzjoni differenti skont it-tip u l-qawwa effettiva nominali ▌tas-sistema tat-tisħin. Meta jkunu qed jistipulaw dawk ir-rati, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ispejjeż tal-ispezzjoni tas-sistema tal-arja kkundizzjonata u l-iffrankar stmat fl-ispejjeż għall-enerġija li jista" jirriżulta mill-ispezzjoni.

3.  Sistemi ta" tisħin b'bojlers ta" ħruġ effettiv ta" aktar minn 100 kW għandhom ikunu spezzjonati minn tal-anqas kull sentejn.

Għal bojlers tal-gass, dan il-perjodu jista" jkun estiż sa erba" snin.

4.  B'deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jieħdu miżuri sabiex jiżguraw l-għoti ta" pariri lill-utenti dwar il-bdil ta" bojlers, modifikazzjonijiet oħra lis-sistema tat-tisħin u dwar soluzzjonijiet alternattivi għall-valutazzjoni tal-effiċjenza u d-daqs xieraq tal-bojler. L-impatt globali ta" dan l-approċċ għandu jkun ekwivalenti għal dak li jiġi minn dispożizzjonijiet speċifikati f'paragrafi 1, 2 u 3.

Meta l-Istati Membri jagħżlu li japplikaw il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu ║ għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport dwar l-ekwivalenza ta" dawn il-miżuri ma" miżuri stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 3 sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2011. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni kull tliet snin. Ir-rapporti jistgħu jiġu inklużi fil-Pjani ta' Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE.

Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li r-rapport mill-Istat Membru msemmi fit-tieni subparagrafu ma jurix l-ekwivalenza ta" miżura msemmija fl-ewwel subparagrafu, tista", fi żmien 6 xhur minn meta tirċievi r-rapport, titlob lill-Istat Membru jew jipproduċi aktar evidenza jew jimplimenta miżuri addizzjonali speċifiċi. Jekk, fi żmien sena minn meta ssir din it-talba, il-Kummissjoni ma tkunx sodisfatta bl-evidenza mogħtija jew bil-miżuri addizzjonali implimentati, tista" tirtira d-deroga.

Artikolu 15

Spezzjoni ta" sistemi tal-arja kundizzjonata

1.  L-Istati Membri għandhom joħolqu s-sistemi neċessarji sabiex ikun hemm spezzjoni regolari tas-sistemi tal-arja kondizzjonata u ta' ventilazzjoni, u pompi tas-sħana riversibbli bi ħruġ effettiv ta" aktar minn 5 kW. L-ispezzjoni għandha tinkludi stima tal-effiċjenza tal-arja kondizzjonata u tad-daqs komparati mar-rekwiżiti  għat-tberrid  tal-bini. L-ispezzjoni tas-sistemi ta' ventilazzjoni għandha tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-flussi tal-arja.

L-Istati Membri jistgħu jissospendu dawn l-ispezzjonijiet meta jkun hemm sistema elettronika ta" monitoraġġ u kontroll li tippermetti l-monitoraġġ mill-bogħod tal-effiċjenza u s-sikurezza tas-sistemi.

2.  L-Istati Membri jistgħu jistipulaw rati differenti għall-ispezzjonijiet skont it-tip u l-qawwa nominali effettiva tas-sistema tal-ikkundizzjonar tal-arja, tas-sistema ta' ventilazzjoni jew tal-pompi tas-sħana riversibbli. Meta jkunu qed jistipulaw dawk ir-rati, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ispejjeż tal-ispezzjoni ▌u l-iffrankar stmat fl-ispejjeż għall-enerġija li jista" jirriżulta mill-ispezzjoni.

3.  Meta jkunu qed jistipulaw il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom, sa kemm ikun fattibbli ekonomikament u teknikament, jiżguraw li l-ispezzjonijiet isiru bi qbil mal-ispezzjoni ta' sistemi ta' tisħin u ta' sistemi tekniċi oħra msemmija fl-Artikolu 14 ta' din id-Direttiva u l-ispezzjoni ta' telf kif stipulati fir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar gassijiet serra flworinati(17).

4.  B'deroga mill-paragrafi 1 u 2 l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jieħdu miżuri sabiex jiżguraw l-għoti ta" pariri lill-utenti dwar il-bdil tas-sistemi tal-arja kondizzjonata jew dwar modifikazzjonijiet oħra lis-sistema tal-arja kondizzjonata li jistgħu jinkludu spezzjonijiet biex jistmaw l-effiċjenza u d-daqs xieraq tas-sistema tal-arja kondizzjonata. L-impatt globali ta" dan l-approċċ għandu jkun ekwivalenti għal dak li jiġi minn dispożizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 1 u 2.

Meta l-Istati Membri japplikaw il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport dwar l-ekwivalenza ta" dawk il-miżuri ma" miżuri stipulati fil-paragrafi 1 u 2 sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2011. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni kull tliet snin. Ir-rapport jista' jiġi inkluż fil-Pjani ta' Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE.

Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li r-rapport mill-Istat Membru msemmi fit-tieni subparagrafu ma jurix l-ekwivalenza ta" miżura msemmija fl-ewwel subparagrafu, tista", fi żmien 6 xhur minn meta tirċievi r-rapport, titlob lill-Istat Membru jew jipproduċi aktar evidenza jew jimplimenta miżuri addizzjonali speċifiċi. Jekk, fi żmien sena minn meta ssir din it-talba, il-Kummissjoni ma tkunx sodisfatta bl-evidenza mogħtija jew bil-miżuri addizzjonali implimentati, tista" tirtira d-deroga.

Artikolu 16

Rapporti dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-ikkundizzjonar tal-arja

1.  Dan l-Artikolu japplika għar-rapporti dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-ikkundizzjonar tal-arja.

2.  Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jinħareġ f'intervalli regolari għal kull sistema spezzjonata. Ir-rapport ta" spezzjoni għandu jinkludi dan li ġej:

  (a) tqabbil tal-prestazzjoni tal-enerġija tas-sistema spezzjonata ma" dik ta"
   (i) l-aħjar sistema fattibbli disponibbli; u
   (ii) sistema ta" tip simili li għaliha l-komponenti rilevanti kollha jilħqu l-livell tal-prestazzjoni tal-enerġija meħtieġ mil-leġiżlazzjoni applikabbli;
   (b) rakkomandazzjonijiet għat-titjib bi spiża effettiva tal-prestazzjoni tal-enerġija tas-sistema tal-bini jew ta" partijiet minnu.

Ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) għandhom ikunu speċifiċi għas-sistema u għandhom jipprovdu informazzjoni trasparenti fir-rigward tal-effettività fl-ispiża tagħhom. L-evalwazzjoni tal-effettività tal-ispiża għandha tkun ibbażata fuq sett ta" kundizzjonijiet standard, bħal fuq il-valutazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija u l-prezzijiet sottostanti tal-enerġija u r-rati tal-imgħax għall-investimenti.

3.  Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jingħata mill-ispettur lis-sid jew lill-okkupant tal-bini.

Artikolu  17

Esperti indipendenti

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikazzjoni  tal-prestazzjoni tal-enerġija  tal-bini, l-ispezzjoni  tas-sistemi tat-tisħin u tas-sistemi tal-arja kondizzjonata jitwettqu b'mod indipendenti minn esperti kkwalifikati u akkreditati, kemm jekk jaħdmu għal rashom kif ukoll jekk  impjegati minn   entitajiet pubbliċi jew impriżi privati.

L-esperti għandhom jiġu akkreditati billi jitqiesu l-kompetenza u l-indipendenza tagħhom.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki u l-akkreditazzjoni nazzjonali.

3.  Sal-2011 il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida inklużi rakkomandazzjonijiet għall-istandards minimi għat-taħriġ regolari tal-esperti.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(2).

4.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku informazzjoni dwar it-taħriġ u l-akkreditazzjoni. L-Istati Membri għandhom ukoll joħolqu u jagħmlu disponibbli reġistru ta' esperti kwalifikati u akkreditati.

Artikolu 18

Sistemi ta" kontroll indipendenti

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sistema ta" kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija u għar-rapporti dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-ikkundizzjonar tal-arja huwa stabbilit skont l-Anness II. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta' infurzar diviżi għall-organizzazzjonijiet li għandhom ir-responsabilità għall-infurzar taċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija u jirrappurtaw dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-ikkundizzjonar tal-arja.

2.  L-Istati Membri jistgħu jiddelegaw ir-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tas-sistemi ta' kontroll indipendenti, sakemm jiżguraw li s-sistemi ta" kontroll indipendenti huma implimentati f'konformità mal-Anness II.

3.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li ċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija u r-rapporti tal-ispezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ikunu reġistrati jew magħmula disponibbli, fuq talba, lill-awtoritajiet jew l-entitajiet kompetenti li ġew delegati lilhom ir-responsabbiltajiet għas-sistemi ta" kontroll indipendenti mill-awtoritajiet.

Artikolu 19

Reviżjoni

Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 22, għandha tevalwa din id-Direttiva u tqis reviżjoni sal-2015, fid-dawl ta" esperjenza miksuba u tal-progress li sar matul l-applikazzjoni tagħha, u, jekk ikun hemm il-bżonn, tagħmel  proposti fir-rigward ta" , fost l-oħrajn:

   (a) metodoloġiji biex tiġi kklassifikata l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini fuq il-bażi tal-użu tal-enerġija primarja u l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju;
   (b) inċentivi ġenerali għal aktar miżuri ta" effiċjenza ta" enerġija fil-bini;
   (c) il-ħolqien ta' rekwiżit fil-Komunità kollha sabiex il-bini eżistenti jkun bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet.

Artikolu 20

Informazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jinfurmaw lis-sidien u l-okkupanti tal-binjiet jew partijiet minnhomdwar il-metodi differenti u l-prattiċi li jservu sabiex tkun imtejba l-prestazzjoni tal-enerġija.

2.  L-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jipprovdu informazzjoni lis-sidien u lill-inkwilini tal-bini dwar iċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija u r-rapporti tal-ispezzjoni, l-iskop u l-għanijiet tagħhom, modi ta" spiża effettivi għat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, u dwar konsegwenzi għaż-żmien mezzan u ż-żmien fit-tul jekk ma tittieħed ebda azzjoni u dwar l-istrumenti finanzjarji disponibbli biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini. Il-kampanji ta' informazzjoni għandu jkollhom l-għan li jinkoraġġixxu lis-sidien u lill-inkwilini biex jissodisfaw tal-anqas ir-rekwiżiti minimi stipulati fl-Artikoli 4 u 9.

Fuq talba ta" l-Istati Membri, il-Kummissjoni tassisti lill-Istati Membri biex iwettqu kampanji informattivi  għall-għanijiet tal-paragrafu 1 u tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, li jistgħu jkunu trattati f'programmi tal-Komunità.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti fl-iżvilupp ta' programmi li jipprovdu informazzjoni u taħriġ kif ukoll li jżidu l-għarfien.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll, bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li gwida u taħriġ adattati jkunu disponibbli għal dawk responsabbli mill-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva permezz tal-ippjanar u l-infurzar tal-istandards tal-bini. B'mod partikolari din il-gwida u dan it-taħriġ għandhom isaħħu l-importanza tat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija u għandhom jippermettu l-konsiderazzjoni tal-kombinazzjoni ottimali tat-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija, l-użu tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu u l-użu ta' sistemi ta' tisħin u ta' tberrid urbani fl-ippjanar, it-tfassil, il-bini u t-tibdil u t-tiġdid ta" żoni industrijali jew residenzjali.

5.  Is-sidien u l-inkwilini tal-bini kummerċjali għandhom ikunu obbligati jaqsmu l-informazzjoni dwar il-konsum enerġetiku proprju.

6.  L-Istati Membri għandhom jagħtu l-informazzjoni lill-Kummissjoni dwar:

   (a) l-iskemi ta'appoġġ f'livelli nazzjonali, reġjonali u lokali għall-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u l-użu tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu fil-bini;
   (b) il-parti mill-enerġija li ġejja minn sorsi li jiġġeddu użata fis-settur tal-bini f'livell nazzjonali u reġjonali, inkluża informazzjoni speċifika dwar jekk l-enerġija minn sorsi li jiġġeddu hix ġejja minn tagħmir li jkun fis-sit, sistemi ta' tisħin u ta' tberrid urbani jew koġenerazzjoni.

Ir-rapport jista' jiġi inkluż fil-Pjanijiet ta' Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE.

7.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex iħarrġu aktar installaturi u biex jiżguraw taħriġ f'livell ogħla ta" kompetenza għall-installazzjoni u l-integrazzjoni tat-teknoloġija rinnovabbli u enerġetikament effiċjenti meħtieġa, sabiex jippermettulhom iwettqu l-irwol ewlieni li għandhom fl-appoġġ tat-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija tal-bini.

8.  Sa l-2010, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi websajt, li għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

   (a) l-aħħar verżjoni ta" kull Pjan ta" Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija msemmi fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE;
   (b) dettalji tal-miżuri attwalment fis-seħħ fil-livell tal-Komunità għat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, fosthom kull strument finanzjarju/fiskali applikabbli, l-applikazzjoni xierqa jew id-dettalji tal-kuntatt;
   (c) dettalji tal-pjanijiet ta" azzjoni nazzjonali u tal-miżuri nazzjonali, reġjonali u lokali attwalment fis-seħħ f'kull Stat Membru għat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, inklużi kull strument finanzjarju jew fiskali applikabbli, kull applikazzjoni xierqa jew id-dettalji tal-kuntatt;
   (d) eżempji tal-aqwa prattika fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali fit-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun f'forma aċċessibbli faċilment u li tinftiehem mill-inkwilini, sidien u negozji ordinarji mill-Istati Membri kollha, kif ukoll mill-awtoritajiet kollha lokali, reġjonali u nazzjonali. Għandha tkun f'forma li tgħin lil dawn l-individwi u l-organizzazzjonijiet jistmaw faċilment l-appoġġ disponibbli għalihom biex itejbu l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, u biex iqabblu l-miżuri tal-appoġġ bejn l-Istati Membri.

Artikolu 21

Adattament tal-Anness I għall-progress tekniku

Il-Kummissjoni għandha tadatta  l-punti 3 u 4 tal-Anness I għall-progress tekniku.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati bi skrutinju skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 22(2).

Artikolu 22

Il-proċedura tal-kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 23

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jrid ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kumissjoni dwar dawk id-disposizzjonijet sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b' kull emenda sussegwenti li taffettwahom. L-Istati Membri għandhom jipprovdu evidenza tal-effikaċja tar-regoli dwar il-pieni fil-Pjanijiet ta" Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE.

Artikolu 24

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċmebru 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma" l-Artikoli 2 sa 18, 20 u 23 tal-Annessi I u II tad-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta" dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta" korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn id-dipożizzjonijiet sa fejn huma kkonċernati l-Artikoli 2, 3, 9, 11 sa 13, 17, 18, 20 u 23 sa minn mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn id-dipożizzjonijiet sa fejn huma kkonċernati l-Artikoli 4 sa 8, 14 sa 16, u 18 lil bini okkupat mill-awtoritajiet pubbliċi sa minn mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010 u għal bini ieħor sa minn mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 2012.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttiva imħassra minn din id-Direttiva għandhom jittieħdu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif tali referenza għandha ssir u kif dik l-istqarrija għandha tkun ifformulata.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 25

Revoka

Id-Direttiva 2002/91/KE, kif emendata mir-Regolament indikat fl-Anness III, Parti A, hija revokata b'seħħ mill-1 ta' Frar 2012, bla ħsara għall-obbligi ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta' ħin għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttiva stabbiliti fl-Anness III, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta" korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ  fl-għoxrin jum  tal-pubblikazzjoni tagħha -f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 27

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

Qafas ġenerali għal  kalkolu  tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini ( imsemmi fl-Artikolu 3)

1.  Il-prestazzjoni tal-enerġija ta" bini għandha tiġi ddetrminata fuq il-bażi tal-enerġija primarja annwali kkalukulata jew attwali li tiġi kkunsmata sabiex tilħaq il-ħtiġijiet differenti assoċjati mal-użu tradizzjonali tagħha, u għandha tirrifletti l-ħtiġijiet tal-enerġija għat-tisħin u l-ħtiġijiet tal-enerġija għat-tberrid (enerġija meħtieġa biex jiġi evitat tisħin żejjed) biex jinżammu l-kundizzjoni tat-temperatura previsti għall-bini. Il-konsum, meta jkun japplika, għandu jitqabbel mal-produzzjoni fil-post ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu.

2.  Il-prestazzjoni ta" l-enerġija ta" bini għandha tkun espressa b'mod trasparenti u tista" jinkludi indikatur numeriku ▌tal-użu tal-enerġija primarja, imfissser f'kWh/m2 fis-sena.

Il-metodoloġija tal-kalkolu tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini għandha tuża l-istandards Ewropej u l-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti, inkluża d-Direttiva 2009/28/KE.

Meta titkejjel il-prestazzjoni tal-enerġija tal-użu tal-elettriku f'bini, il-fattur tal-konverżjoni minn enerġija finali għal dik primarja għandu jqis il-medja weighted ta' kull sena tat-taħlita xierqa tal-fjuwil tal-elettriku.

3.  Il-metodoloġija tal-bini għandha tiġi stipulata billi jitqiesu talanqas l-aspetti li ġejjin:

  (a) il-karatteristiċi termali  attwali li ġejjin  tal-bini inklużi t-taqsimiet interni tiegħu 
   (i) kapaċità termali;
   (ii) iżolament, kif miksub mill-materjali bl-iktar konduttività termika baxxa disponibbli;
   (iii) tisħin passiv;
   (iv) elementi tat-tberrid; u
   (v) pontijiet termali;
   (b) installazzjonijiet tas-sħana u provvista ta' misħun, inklużi l-karatteristiċi ta' insulazzjoni  (iżolament)  tagħhom;
   (c) installazzjonijiet ta' l-arja kondizzjonata, inklużi sistemi ta' tberrid;
   (d) ventilazzjoni  naturali u mekkanika, li tista' tinkludi sikkar tal-arja;
   (e) sistemi ta' tidwil fissi karaterizzati minn diżinn ta' tidwil li jqis il-livelli xierqa ta' dawl għall-funzjonijiet li jiġu eżegwiti fil-livell tal-kamra, il-preżenza ta' persuni, id-disponibilità tal-livell xieraq ta' dawl naturali, l-adozzjoni flessibbli ta' livelli tad-dawl li jirrispettaw id-differenzi fil-funzjonijiet u jekk l-installazzjoni hijiex għas-settur mhux residenzjali jew għal dak residenzjali;
   (f) id-disinn, pożizzjonament u  orjentazzjoni tal-  binja  , inkluża l-klima ta' barra;
   (g) sistemi solari passivi u protezzjoni solari;
   (h) kundizzjonijiet klimatiċi interni, inkluża l-klima intern ddisinjata;
   (i) tagħbijiet interni.

4.  L-influwenza pożittiva tal-aspetti li ġejjin għandha, fejn ikun relevanti f'dan il-kalkolu, tittieħed f'konsiderazzjoni:

   (a) kundizzjonijiet ta" esponiment solari lokali  , sistemi solari attivi u sistemi oħra ta' tisħin u elettriku  bbażati fuq sorsi ta' enerġija rinnovabli;
   (b) elettriku prodott  mill-koġenerazzjoni;
   (c) sistemi ta" tisħin u tberrid distrettwali jew ta" blokk;
   (d) dawl naturali.

5.  Għall-għan ta' dan il-kalkolu  l-bini għandu jkun adegwatament ikklassifikat fil-kategoriji li ġejjin:

   (a) djar ta' diversi tipi għal familja waħda;
   (b) blokki ta' appartamenti;
   (c) uffiċċji;
   (d) bini tal-edukazzjoni;
   (e) sptarijiet;
   (f) lukandi u ristoranti;
   (g) faċilitajiet sportivi;
   (h) bini fejn jingħataw servizzi bl-ingrossa u bl-imnut;
   (i) bini tal-bejgħ bl-ingrossa u l-loġistika;
   (j) tipi oħra ta' bini li jużaw l-enerġija.

ANNESS II

Sistemi ta" kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija u rapporti ta" spezzjoni.

1.  L-awtoritajiet jew l-entitajiet kompetenti li ġew delegati lihom responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tas-sistema ta" kontroll indipendenti għandhom jagħmlu għażla aleatorja ta' mill-inqas 0,5 % taċ-ċertifikati kollha tal-prestazzjoni tal-enerġija maħruġa kull sena minn kull espert u jgħadduhom minn verifika. Jekk espert indipendenti joħroġ ftit ċertifikati biss, l-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti għandhom jagħmlu għażla mingħajr ordni ta' mill-inqas ċertifikat wieħed u dan ikun suġġett għall-verifika. Il-verifika għandha ssir fuq wieħed minn tliet livelli alternattivi indikati taħt u kull livell ta" verifika għandu jitwettaq mill-inqas għal porzjon statistikament sinifikanti taċ-ċertifikati magħżula:

   (a) verifika tal-validità tad-dejta dwar il-bini użata biex jinħareġ iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija u r-riżultati ddikjarati fiċ-ċertifikat;
   (b) il-verifika tad-dejta mdaħħla u l-verifika tar-riżultati taċ-ċertifikat, inklużi r-rakkomandazzjonijiet mogħtija;
   (c) verifika sħiħa tad-dejta dwar il-bini użata biex jinħareġ iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija u r-riżultati ddikjarati fiċ-ċertifikat, verifika sħiħa tar-riżultati mniżżla fiċ-ċertifikat, inklużi r-rakkomandazzjonijiet mogħtija, u żjara fuq is-sit tal-binja sabiex tiġi vverifikata l-korrispondenza bejn l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fiċ-ċertfikat tal-prestazzjoni tal-enerġija u l-bini ċċertifikat.

2.  Jekk il-kontrolli juru nuqqas ta' konformità, l-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti għandhom jagħmlu għażla mingħajr ordni ta' ħames ċertifikati oħra li jkunu maħruġa mill-istess espert u dawn ikunu suġġetti għall-verifika. L-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti għandhom jimponu penali fuq l-espert jekk il-kontrolli miżjuda juru nuqqas ta' konformità; il-ksur l-iktar serju jista' jkun ikkastigat bir-revoka tal-akkreditazzjoni tal-espert.

3.  L-awtoritajiet jew l-entitajiet kompetenti li ġew delegati lilhom responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tas-sistema ta" kontroll indipendenti għandhom jagħmlu għażla aleatorja ta" mill-inqas 0,1 % tar-rapporti kollha tal-ispezzjoni maħruġa kull sena minn kull espert u jgħadduhom minn verifika. Jekk espert indipendenti joħroġ biss ftit rapporti ta' spezzjoni, l-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti għandhom jagħmlu għażla mingħajr ordni ta' mill-inqas rapport wieħed ta' spezzjoni u dan ikun suġġett għall-verifika. Il-verifika għandha ssir fuq wieħed minn tliet livelli alternattivi indikati taħt u kull livell ta" verifika għandu jitwettaq mill-inqas għal porzjoni statistikament sinifikanti tar-rapporti tal-ispezzjoni magħżula.

   (a) verifika tal-validità tad-dejta dwar is-sistema teknika tal-bini użata biex jinħareġ ir-rapport ta" spezzjoni u r-riżultati ddikjarati fir-rapport ta" spezzjoni;
   (b) il-verifika tad-dejta mdaħħla u l-verifika tar-riżultati tar-rapport ta" spezzjoni, inklużi r-rakkomandazzjonijiet mogħtija;
   (c) verifika sħiħa tad-dejta dwar is-sistema teknika tal-bini spezzjonata użata biex jinħareġ ir-rapport ta" spezzjoni, verifika sħiħa tar-riżultati mniżżla fir-rapport ta" spezzjoni inklużi r-rakkomandazzjonijiet mogħtija, u żjara fuq is-sit tal-binja sabiex tiġi vverifikata l-korrispondenza bejn l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fir-rapport ta" spezzjoni u s-sistema teknika tal-bini spezzjonata.

4.  Jekk il-kontrolli juru nuqqas ta' konformità, l-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti għandhom jagħmlu għażla mingħajr ordni ta' ħames rapporti ta' spezzjoni oħra li jkunu maħruġa mill-istess espert u dawn ikunu suġġetti għall-verifika. L-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti għandhom jimponu penali fuq l-espert jekk il-kontrolli miżjuda juru nuqqas ta' konformità; il-ksur l-iktar serju jista' jkun ikkastigat bir-revoka tal-akkreditazzjoni tal-espert.

ANNESS III

Parti A

Id-Direttiva revokata bl-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 25)

Id-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 1, 4.1.2003, p. 65)

Regolament (KE) Nru 1137/2008tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 311, 21.11.2008, p. 1)

Punt 9.9 tal-Anness biss

Parti B

Termini ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 25)

Direttiva

Limitu ta" żmien għat-traspożizzjoni

Data ta" applikazzjoni

2002/91/KE

L-4 ta' Jannar 2006

L-4 ta' Jannar 2009 fir-rigward tal-Artikoli 7, 8 u 9

Anness IV

Prinċipji għal metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-livelli ottimali fir-rigward tal-ispejjez

Meta tkun stabbilita metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-livelli ottimali fir-rigward tal-ispejjeż, il-Kummissjoni għandha tqis tal-anqas il-prinċipji li ġejjin:

   id-definizzjoni ta' binjiet ta' referenza li huma karatterizzati mill-funzjonalità u mil-lok ġeografiku tagħhom kif ukoll li huma rappreżentattivi ta' dawn, inklużi l-kundizzjonijiet klimatiċi ta' ġewwa u ta' barra. Il-binjiet ta' referenza għandhom ikopru kemm binjiet residenzjali kif ukoll mhux residenzjali, ġodda jew diġa eżistenti;
   jiddefinixxu pakketti tekniċi (pereżempju l-iżolament tal-għeluq estern ta' bini jew ta' partijiet minnu jew ta' sistemi tekniċi ta' bini iktar enerġetikament effiċjenti) ta' miżuri ta' effiċjenza enerġetika u tal-forniment tal-enerġija li għad iridu jiġu evalwati;
   id-definizzjoni ta' pakketti tekniċi kompleti mfassla għal bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet;
   l-evalwazzjoni tad-domanda għall-enerġija għat-tisħin u t-tberrid, tal-enerġija primarja użata u l-emissjonijiet ta' CO2 tal-binjiet ta' referenza (inklużi l-pakketti tekniċi definiti applikati);
   l-evalwazzjoni tal-ispejjeż ta' investiment korrispondenti marbuta mal-enerġija, tal-ispejjeż tal-enerġija u spejjeż amministrattivi oħra tal-pakketti tekniċi applikati għall-binjiet ta' referenza u mill-perspettiva soċjali, kif ukoll mill-perspettiva tas-sid tal-proprjetà jew tal-investitur;
   spejjeż reġjonali/lokali u spejjeż marbuta max-xogħol, inklużi l-materjali.

Billi jiġu kkalkulati l-ispejjeż għaċ-ċiklu ta' ħajja ta' bini fuq il-bażi tal-pakketti tekniċi ta' miżuri applikati għal bini ta' referenza u t-tqegħid ta' dawn f'relazzjoni mal-prestazzjoni enerġetika u tal-emissjonijiet tas-CO2 , l-effiċjenza fil-konfront tal-ispejjeż ta' livelli differenti ta' rekwiżiti minimi ta' prestazzjoni enerġetika għandha tiġi evalwata.

Anness V

Strumenti finanzjarji għat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini

Bla ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw tal-anqas żewġ strumenti finanzjarji mil-lista li ġejja:

   (a) tnaqqis fil-VAT għall-iffrankar tal-enerġija, il-prestazzjoni għolja tal-enerġija u l-prodotti u s-servizzi tal-enerġija rinnovabbli;
   (b) tnaqqis ieħor fit-taxxa fuq prodotti u servizzi li jiffrankaw l-enerġija jew bini enerġetikament effiċjenti, inkluż it-tnaqqis fiskali fuq id-dħul jew it-taxxi fuq il-proprjetà;
   (c) sussidji diretti;
   (d) skemi ta" self sussidjati jew self b'interessi baxxi;
   (e) skemi ta' għotjiet;
   (f) skemi ta" garanziji fuq is-self;
   (g) rekwiżiti fuq il-fornituri tal-enerġija jew ftehimiet biex joffru għajnuna finanzjarja lill-kategoriji kollha tal-konsumaturi.

ANNESS VI

Tabella Ta" Korrelazzjoni

Id-Direttiva 2002/91/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

l-Artikolu 2, formolazzjoni introduttiva

l-Artikolu 2, formolazzjoni introduttiva

Artikolu 2, punt 1

Artikolu 2, punt 1

-

Artikolu 2, punt 5

Artikolu 2, punt 2

Artikolu 2, punt 6 u l-Anness I

-

Artikolu 2, punti (7), (9), (11) u (12)

Artikolu 2, punt 3

Artikolu 2, punt 13

Artikolu 2, punt 4

Artikolu 2, punt 14

-

Artikolu 2, punt 15

Artikolu 2, punt 5

Artikolu 2, punt 16

Artikolu 2, punt 6

Artikolu 2, punt 17

Artikolu 2, punt 7

Artikolu 2, punt 18

Artikolu 2, punt 8

Artikolu 2, punt 19

Artikolu 3

L-Artikolu 20 u l-Anness I

Artikolu 4║(1)

Artikolu 4 ║ (1)

Artikolu 4 ║(2)

-

Artikolu 4 ║ (3)

Artikolu 4║(2)

-

Artikolu 4║(3)

-

Artikolu 4║(4)

-

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6║(1)

-

Artikolu 6, punt 2

Artikolu 6

Artikolu 7

-

Artikolu 8

-

Artikolu 9

Artikolu 7, ║ 1

Artikolu 11, Artikolu 12, (1), (2), (3), (4), u (6)

Artikolu 7, ║ 2

Artikolu 11, (1) u (2).

Artikolu 7, ║ 3

Artikolu 13

-

Artikolu 12 (4), (7) u (8)

l-Artikolu 8, formolazzjoni introduttiva

l-Artikolu 14, formolazzjoni introduttiva

Artikolu 8, punt (a)

Artikolu 14, (1) u (3)

-

Artikolu 14, (2)

Artikolu 8, punt (a)

Artikolu 14, (4)

Artikolu 9

Artikolu 15, (1)

-

Artikolu 15, (2)

-

Artikolu 16

Artikolu 10

Artikolu 17

-

Artikolu 18

l-Artikolu 11, formolazzjoni introduttiva

L-Artikolu 19, formolazzjoni introduttiva

Artikolu 11, punt (a)

-

-

Artikolu 19, punt (a)

l-Artikolu 11, punt (b)

l-Artikolu 19, punt (b)

Artikolu 12

Artikolu 20

Artikolu 13

Artikolu 21

Artikolu 14, ║ 1

Artikolu 22, (1)

Artikolu 14, ║ 2

Artikolu 22, (2)

-

-

Artikolu 23

Artikolu 15, ║ 1

Artikolu 24, (1) u (2)

Artikolu 15, ║ 2

-

-

Artikolu 25

Artikolu 16

Artikolu 26

Artikolu 17

Artikolu 27

Anness

Anness I

-

Annessi II sa VI

(1) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.
(2) Opinjoni tat-13 ta' Mejju 2009 (għad mhux ippubblikat fil-ĠU).
(3) Opinjoni tal-21 ta' April 2009 (għad mhux ippubblikat fil-ĠU).
(4) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009.
(5) ĠU L 1, 4.1.2003, p. 65.
(6) Ara l-Anness VI, Parti A.
(7)Testi adottati P6_TA(2009)0038.
(8)ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136.
(9) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.
(10) ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64.
(11) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.
(12) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(13) ĠU L ...
(14) ĠU L ...
(15)ĠU L 210, 31.7.2006, p. 1.
(16)ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.
(17) ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.


Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu ***I
PDF 279kWORD 45k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (COM(2008)0704 – C6-0397/2008 – 2008/0217(COD))
P6_TA(2009)0279A6-0191/2009

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0704),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0397/2008),

–   wara li kkunsidra l-impenn magħmul mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tat-23 ta' April 2009 li tiġi adottata l-proposta kif emendata, skont l-ewwel inċiż fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0191/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenziji li jiggradaw il-Kreditu

P6_TC1-COD(2008)0217


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru ....)


Drittijiet tal-passiġġieri li jivvjaġġaw bil-baħar jew fuq l-ilmijiet interni navigabbli ***I
PDF 615kWORD 198k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Anness
Anness
Anness
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew fuq l-ilmijiet interni navigabbli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (COM(2008)0816 – C6-0476/2008 – 2008/0246(COD))
P6_TA(2009)0280A6-0209/2009

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0816),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikoli 71(1) u 80(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0476/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0209/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew fuq l-ilmijiet interni navigabbli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi

P6_TC1-COD(2008)0246


(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 71(1) u 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni║,

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),

Billi:

(1)  Azzjoni mill-Komunità fil-qasam tat-trasport marittimu għandha timmira, fost l-oħrajn, li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-passiġġieri li hija komparabbli mal-modi l-oħra tat-trasport. Aktar minn hekk, għandhom jitqiesu bis-sħiħ ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-konsumatur b'mod ġenerali.

(2)  Ġaladarba l-passiġġier marittimu huwa l-parti l-aktar d-dgħajfa fil-kuntratt tat-trasport, id-drittijiet tal-passiġġieri f'dan ir-rigward għandhom jiġu mħarsa irrispettivament min-nazzjonalità jew il-post tar-residenza tagħhom fil-Komunità.

(3)  Is-suq uniku għas-servizzi tal-passiġġieri marittimi u fuq l-ilmijiet interni navigabbli għandu jkun ta' benefiċċju għaċ-ċittadini inġenerali. Għaldaqstant il-persuni b'diżabilità u l-persuni b'mobilità mnaqqsa, kemm jekk ikkawżata minn diżabilità, età jew kwalunkwe fattur ieħor, għandhom ikollhom l-opportunitajiet li huma komparabbli ma" dawk disponibbli għal ċittadini oħra biex jużaw is-servizzi marittimi tal-passiġġieri ║. Il-persuni b'diżabilità u l-persuni b'mobilità mnaqqsa għandhom l-istess dritt bħaċ-ċittadini l-oħra kollha għall-moviment ħieles, għal-libertà tal-għażla u għan-nondiskriminazzjoni.

(4)  Fid-dawl tal-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità u sabiex il-persuni b'diżabilità u l-persuni b'mobilità mnaqqsa jingħataw opportunitajiet għal vjaġġar marittimu u fuq l-ilmijiet interni navigabbli komparabbli għal dawk taċ-ċittadini l-oħra, għandhom jiġu stabbiliti regoli għan-nondiskriminazzjoni u għall-assistenza matul il-vjaġġ tagħhom. Dawk il-persuni għandhom għalhekk jiġu aċċettati u mhux imċaħħda mit-trasport abbażi tad-diżabilità jew il-mobilità mnaqqsa tagħhom ▌. Huma għandhom igawdu d-dritt għall-assistenza fil-portijiet, u f'punti tal--imbark/żbark fejn ma jeżistix port, kif ukoll abbord il-bastimenti tal-passiġġieri. Fl-interessi tal-inklużjoni soċjali, il-persuni kkonċernati għandhom jirċievu din l-assistenza mingħajr ħlas. It-trasportaturi għandhom jistabbilixxu regoli tal-aċċessabilità, preferibbilment bl-użu tas-sistema tal-istandardizzazzjoni Ewropea.

(5)  Fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar id-disinn ta' portijiet u terminali ġodda, u bħala parti minn proġetti kbar ta' rinnovar, l-entitajiet tal-ġestjoni tal-portijiet u t-trasportaturi li ser iħaddmuhom għandhom, ▌iqisu il-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità u tal-persuni b'mobilità mnaqqsa. Bl-istess mod, it-trasportaturi għandhom, ▌ iqisu dawn il-ħtiġijiet meta jkun qed jiddeċiedu dwar il-pjanti ta' bastimenti tal-passiġġieri ġodda jew tar-rinnovar tagħhom skont id-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE tas-17 ta' Marzu 1998 dwar ir-regoli u n-normi ta' sigurtà [sikurezza] għal vapuri tal-passiġġieri(4).

(6)  L-assistenza li tingħata fil-portijiet li jinsabu fit-territorju ta" xi Stat Membru li għalih japplika t-Trattat għandha, fost affarijiet oħra, tagħmilha possibbli għall-persuni b'diżabilità u għall-persuni b'mobilità mnaqqsa biex jipproċedu minn post tal-wasla stabbilit f'port sal-bastiment tal-passiġġieri u mill-bastiment tal-passiġġieri sal-post tat-tluq stabbilit tal-port u dan jinkludi l-imbark u l-iżbark.

(7)  L-assistenza għandha tkun iffinanzjata b'mod li tifrex il-piż b'mod ekwu fuq il-passiġġieri kollha li jużaw trasportatur u li tevita diżinċentivi għall-ġarr tal-persuni b'diżabilità u l-persuni b'mobilità mnaqqsa. Ammont imħallas minn kull passiġġieri li juża trasportatur u inkluż fil-prezz bażiku tal-biljett jidher li huma l-aktar mod effettiv ta' finanzjament ta' għajnuna. L-ammonti li għandhom jitħallsu għandhom jiġu adottati u applikati b'mod totalment trasparenti.

(8)  Fl-organizzar tal-għoti tal-assistenza lill-persuni b'diżabilità u lill-persuni b'mobilità mnaqqsa, it-taħriġ tal-persunal tagħhom, it-trasportaturi għandhom iqisu r-Rekommandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Marittina Internazzjonali dwar id-Diżinn u l-Operat tal-Bastimenti tal-Passiġġieri Biex Iwieġbu għall-Ħtiġijiet tal-Persuni Anzjani u b'Diżabiltà(5).

(9)  Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-imbarkazzjoni ta" persuni b'diżabilità jew persuni b'mobilità mnaqqsa għandhom ikunu mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-imbarkazzjoni tal-passiġġieri stipulati mir-regoli internazzjonali, Komunitarji u nazzjonali li jkunu fis-seħħ.

(10)  Il-passiġġieri għandhom jiġu informati b'mod adegwat fil-każ ta' kanċellazzjoni jew dewmien ta' kwalunkwe servizz. Din l-informazzjoni għandha tgħin lill-passiġġieri biex jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa u jekk meħtieġ biex jiksbu tagħrif dwar konnessjonijiet alternattivi.

(11)  L-inkonvenjenza li jgħaddu minnha l-passiġġieri minħabba l-kanċellazzjoni jew id-dewmien twil tal-vjaġġ tagħhom għandha titnaqqas. Għal dan il-għan għandu jittieħed ħsieb il-passiġġieri u għandhom ikun jistgħu jikkanċellaw il-vjaġġ tagħhom u jiġu rimborżati tal-biljetti jew tinbidlilhom ir-rotta b'kundizzjonijiet sodisfaċenti.

(12)  It-trasportaturi għandhom jipprovdu għall-ħlas ta' kumpens lill-passiġġieri f'każ ta' dewmien jew kanċellazzjoni ta' servizz abbażi ta' perċentwali tal-prezz tal-biljett, minbarra meta d-dewmien jew il-kanċellazzjoni sseħħ f'ċirkustanzi straordinarji, li ma setgħux jiġu evitati anki jekk ittieħdu l-miżuri raġonevoli kollha.

(13)  It-trasportaturi għandhom jikooperaw sabiex jadottaw arranġamenti fil-livell nazzjonali jew Ewropew biex itejbu l-kura u l-assistenza offruta lill-passiġġieri kull meta l-vjaġġ tagħhom jiġi interrott, partikolarment fil-każ ta' dewmien twil.

(14)  Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa d-drittijiet tal-passiġġieri stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż(6) F'każijiet fejn tour kollox kompriż ikun kkanċellat għal raġunijiet li mhumiex il-kanċellazzjoni tas-servizz tat-trasport marittimu, dan ir-Regolament m'għandux japplika.

(15)  Il-passiġġieri għandhom jiġu informati bis-sħiħ dwar id-drittijiet tagħhom skont dan ir-Regolament, biex b'hekk ikunu jistgħu jeżerċitaw dawk id-drittijiet effettivament. Id-drittijiet tal-passiġġieri marittimi u tal-ilmijiet interni navigabbli għandhom jinkludu li jirċievu informazzjoni dwar is-servizz qabel u matul il-vjaġġ. L-informazzjoni essenzjali kollha mogħtija lill-passiġġieri marittimi u tal-ilmijiet interni navigabbli għandhom ukoll jiġu pprovduti f'formati ▌aċċessibli għall-persuni b'diżabilità u għall-persuni b'mobilità mnaqqsa.

(16)  L-Istati Membri għandhom jissorveljaw u jiżguraw il-konformità ma" dan ir-Regolament u għandhom jaħtru entità xierqa biex twettaq ir-responsabbiltajiet tal-infurzar. Dik is-sorveljanza ma taffettwax id-drittijiet tal-passiġġieri li jfittxu rimedju legali mill-qrati skont il-liġi nazzjonali.

(17)  Il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom permezz ta' proċeduri xierqa għall-ilmenti implimentati mit-trasportaturi jew, skont il-każ, permezz tat-tressiq tal-ilmenti lill-entità ▌maħtura għal dak il-għan mill-Istat Membru rilevanti.

(18)  L-ilmenti li jikkonċernaw l-assistenza mogħtija f'port jew punt ta' imbark/żbark għandhom jiġi indirizzati lill-entità ▌maħtura għall-infurzar ta' dan ir-Regolament mill-Istat Membru fejn jinsab il-port. L-ilmenti li jikkonċernaw l-assistenza mogħtija minn trasportatur fuq il-baħar għandhom jiġu indirizzati lill-entità ▌maħtura għall-infurzar ta' dan ir-Regolament mill-Istat Membru li ħareġ il-liċenzja tal-operat lit-trasportatur. L-entità maħtura għall-infurzar ta' dan ir-Regolament għandha jkollha l-poter u l-kapaċità li tinvestiga l-ilmenti individwali u tiffaċilita r-riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet barra l-qrati.

(19)  Il-Kummissjoni għandha tipproponi regoli ċari għad-drittijiet tal-passiġġieri fir-rigward ta" responsabilità, responsabilizzazzjoni, aċċessibilità u drittijiet ta" persuni b'diżabilità jew persuni b'mobilità mnaqqsa fil-punti tat-trasferiment tal-passiġġieri bejn it-trasport bl-art u t-trasport bil-baħar jew fuq mogħdijiet tal-ilma interni.

(20)  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali applikabbli għall-ksur ta" dan ir-Regolament u jiżguraw li dawk il-penali jiġu applikati. Il-penali, li jistgħu jinkludu l-ħlas ta' kumpens lill-passiġġier ikkonċernat, għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(21)  Minħabba li l-għanijiet ta" dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu żgurati livelli għoljin u ekwivalenti ta" protezzjoni u assistenza lill-passiġġieri fl-Istati Membri kollha u biex jiġi żgurat li l-aġenti ekonomiċi joperaw skont kundizzjonijiet armonizzati f'suq uniku, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-kobor jew l-effetti tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista" tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(22)   Fil-każ ta' inizjattiva ta' leġiżlazzjoni Ewropea fil-ġejjieni marbuta mad-drittijiet tal-passiġġieri, ikun raġonevoli approċċ leġiżlattiv orizzontali li jkopri l-mezzi kollha tat-trasport, minħabba l-ħtieġa li tintuża kombinazzjoni ta' trasport.

(23)  L-infurzar ta' dan ir-Regolament għandu jkun abbażi tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi)(7). Dak ir-Regolament għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(24)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta" individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta" dejta personali u dwar il-moviment liberu ta" dik id-dejta(8) għandha tiġi infurzata strettament sabiex ikun garantit ir-rispett għall-privatezza tal-passiġġieri marittimi u tal-ilmijiet interni navigabbli, u sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni mitluba sservi biss biex taqdi l-obbligi tal-assistenza stabbiliti f'dan ir-Regolament u ma tintużax għad-dettriment tal-passiġġieri.

(25)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji magħrufa partikolarment mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli fir-rigward ta' dan li ġej:

   (1) nondiskriminazzjoni bejn il-passiġġieri fir-rigward tal-kundizzjonijiet tat-trasport offruti mit-trasportaturi;
   (2) nondiskriminazzjoni u assistenza obbligatorja għall-persuni b'diżabilità u għall-persuni b'mobilità mnaqqsa;
   (3) obbligi tat-trasportaturi lejn il-passiġġieri f'każijiet ta' kanċellazzjoni jew dewmien;
   (4) l-informazzjoni minima li għandu jingħata lill-passiġġieri;
   (5) it-trattament tal-ilmenti;
   (6) l-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri.

Artikolu 2

Ambitu

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport kummerċjali ta" passiġġieri li jivvjaġġaw bil-baħar u fuq l-ilmijiet interni navigabbli, b'bastiment tal-passiġġieri, fosthom il-kruċieri, bejn jew fil-portijiet jew kwalunkwe punt ta' imbark/żbark li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru li għalih japplika t-Trattat.

2.  L-Istati Membri jistgħu jeżentaw is-servizzi koperti minn kuntratti ta' servizz pubbliku jekk dawn il-kuntratti jiżguraw livell komparabbli ta' drittijiet tal-passiġġieri għal dak meħtieġ minn dan ir-Regolament.

3.  L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jeskludu s-servizzi urbani u suburbani mill-ambitu ta" dan ir-Regolament jekk jagħtu assigurazzjonijiet li l-għanijiet ta" dan ir-Regolament jistgħu jintlaħqu permezz ta" miżuri regolatorji u jiggarantixxu livell ta" drittijiet tal-passiġġier komparabbli ma" dak mitlub minn dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta" dan ir-Regolament, għandhom jgħoddu t-tifsiriet li ġejjin:

   (a) "persuni b'diżabilità" jew "persuni b'mobilità mnaqqsa" tfisser kull persuna li l-mobilità tagħha meta jintuża t-trasport hija mnaqqsa minħabba kwalunkwe diżabilità fiżika (sensorjali jew lokomotorja, permanenti jew temporanja), diżabilità jew nuqqas intellettwali jew psikosoċjali, jew kull kawża oħra ta" diżabilità, jew b'riżultat tal-età, u li s-sitwazzjoni tagħha teħtieġ attenzjoni adegwata kif ukoll adattament għall-ħtiġijiet partikolari tagħha mis-servizz li jkun disponibbli għall-passiġġieri kollha;
   (b) "kanċellazzjoni" tfisser in-nuqqas ta" tħaddim ta' servizz li kien skedat qabel, u li għalih kien irriżervat tal-anqas post wieħed;
   (c) "dewmien" tfisser id-differenza fil-ħin bejn il-ħin meta l-passiġġier kien skedat li jitlaq jew jasal skont l-iskeda ppubblikata u l-ħin tal-wasla attwali jew mistenni tat-tluq tiegħu jew tagħha;
   (d) "trasportatur" tfisser persuna li kuntratt ta" ġarr ġie konkluż minnu jew f'ismu, jew it-trasportatur li jwettaq il-ġarr irrispettivament minn jekk realment iwettaqx il-ġarr hu jew trasportatur li jwettaq it-trasport, minbarra operatur turistiku;
   (e) "servizz kummerċjali marittimu tal-passiġġieri" tfisser servizz ta' trasport marittimu tal-passiġġieri mħaddem minn trasportatur permezz ta' rotta skedata jew mhux skedata, offruta lill-pubbliku ġenerali għal korrispettiv ta' valur, kemm jekk waħdu kif ukoll jekk parti minn pakkett;
   (f) "trasportatur li jwettaq il-ġarr" tfisser persuna oħra minbarra t-trasportatur u l-operatur turistiku, li fil-fatt iwettaq il-ġarr kollu jew parti minnu;
   (g) "port" tfisser żona ta' art u ilma li permezz ta' xogħlijiet u apparat li tqiegħed fiha tippermetti, prinċipalment, ir-riċeviment ta' bastimenti, it-tagħbija u l-ħatt tagħhom, il-ħażna tal-merkanzija, ir-riċeviment u t-twassil ta' din il-merkanzija bit-trasport lejn jew mill-intern, u l-imbark u l-iżbark tal-bastimenti tal-passiġġieri;
   (h) "il-punt tal-imbark/iżbark" tfisser żona ta' art u ilma minbarra port, minn fejn il-passiġġieri regolarment jimbarkaw u jiżbarkaw;
   (i) "bastiment" tfisser inġenju li jbaħħar fil-baħar jew f'mogħdijiet tal-ilma interni, minbarra vetturi bl-imħadda tal-arja;
   (j) "kuntratt ta' trasport" tfisser kuntratt ta' ġarr bejn trasportatur ▌u passiġġier għall-forniment ta' servizz wieħed jew aktar ta' trasport, irrispettivament mill-fatt jekk il-biljett ikunx inxtara mingħand trasportatur, operatur turistiku, bejjiegħ tal-biljetti jew minn fuq l-internet;
   (k) "biljett" tfisser dokument validu li jagħti dritt għal trasport, jew xi ħaġa ekwivalenti iżda mhix tal-karti, inkluża f'forma elettronika, maħruġa jew awtorizzata minn trasportatur jew mill-bejjiegħ awtorizzat tiegħu;
   (l) "bejjiegħ tal-biljetti" tfisser kull intmedjarju li jbigħ is-servizzi tat-trasport marittimu, inklużi servizzi mibjugħin bħala parti minn pakkett, f'isem trasportatur jew operatur turistiku;
   (m) "operatur turistiku" tfisser organizzatur ▌, minbarra trasportatur, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(2) ▌tad-Direttiva 90/314/KEE;
   (n) "riżervazzjoni" tfisser awtorizzazzjoni, fuq il-karta jew f'forma elettronika, li tagħti d-dritt għat-trasport soġġett għal arranġamenti personalizzati ta' trasport ikkonfermati minn qabel;
   (o) "bastiment tal-passiġġieri" tfisser bastiment li jġorr aktar minn 12-il passiġġier;
   ( p) "awtorità tal-port" jew "entità tal-ġestjoni tal-port" tfisser entità li, kemm jekk flimkien ma' attivitajiet oħra u kemm jekk le, l-għanijiet tagħha skont liġi jew regolament nazzjonali huma li tamministra u tmexxi l-infrastrutturi tal-port, u l-koordinazzjoni u l-kontroll tal-attivitjiet tal-operaturi differenti preżenti fil-port jew fis-sistema tal-port. Tista' tikkonsisti minn diversi entitajiet separati jew tkun responsabbli għal aktar minn port wieħed;
   ( q) "kruċier" tfisser bastiment tal-passiġġieri attivament issupplimentat b'akkomodazzjoni u faċilitajiet oħra, li jospita għal aktar minn jum wieħed (lejl wieħed), li ma huwiex servizz regolari jew skedat tal-passiġġieri bejn żewġ portijiet jew aktar, iżda bil-passiġġieri normalment jirritornaw lura lejn il-port tal-imbark.
   (r) "formati aċċessibbli" tfisser li l-pasiġġieri kollha jkollhom aċċess għall-istess tagħrif billi jużaw formati bit-test, bil-Braille, bl-awdjo, bil-vidjo u/jew elettroniċi. Eżempji ta" formati aċċessibbli jinkludu simboli bl-istampi (piktogrammi), tħabbir bil-leħen u sottotitolar, imma mhumiex limitati għal dawn biss u jistgħu jvarjaw skont l-iżviluppi teknoloġiċi.
   (s) "passiġġier" tfisser kwalunkwe persuna li tkun qed tivvjaġġa taħt kuntratt ta" ġarr minbarra dawk il-persuni li jkunu qed jakkumpanjaw vetturi, karrijiet jew oġġetti li jkunu qed jinġarru bħala merkanzija jew oġġetti kummerċjali.
   (t) "wasla" tfisser il-ħin attwali meta l-bastiment ikun rabat mal-irmiġġ tal-wasla.
   (u) "tluq" tfisser il-ħin attwali meta l-bastiment ikun fi stat sigur għat-tbaħħir.
   (v) "prezz tal-biljett" tfisser il-prezz li jitħallas għat-trasport u l-akkomodazzjoni abbord. Dan jeskludi l-ispejjeż ta" ikliet, attivitajiet oħra u kwalunkwe xiri li jsir abbord.
   (w) "Force Majeure" hija ġrajja jew ċirkustanza, li ma setgħetx tiġi evitata wkoll jekk ikunu ttieħdu l-passi kollha raġonevoli, bħal m'hi gwerra, invażjoni, att ta" għedewwa barranin, ostilitajiet (kemm jekk tkun iddikjarata gwerra u kemm jekk le), gwerra ċivili, ribelljoni, rivoluzzjoni, insurrezzjoni, setgħa militari jew użurpata jew konfiska (militari jew illegali), attivitajiet terroristiċi, nazzjonalizzazzjoni, sanzjoni tal-gvern, imblukkar, embargo, tilwima industrijali, strajk, lockout jew interruzzjoni jew qtugħ tal-elettriku jew atti tan-natura, inkluż nar, għargħar, terremot, maltempata, urugan jew diżastri naturali oħra. Każijiet ta' force majeure jistgħu jkunu kkawżati wkoll minn kundizzjonijiet estremi tal-marea, irjiħat qawwija, meta jinqabeż ċertu għoli sinifikanti tal-mewġ u l-formazzjoni tas-silġ.

Artikolu 4

Kundizzjonijiet tal-kuntratt tat-trasport u tal-kuntratt tan-nondiskriminazzjoni

1.  It-trasportaturi għandhom jipprovdu lill-passiġġieri bi prova tal-konklużjoni tal-kuntratt tat-trasport billi joħorġu biljett jew aktar. Il-biljetti għandhom jitqiesu bħala evidenza prima facie tal-konklużjoni tal-kuntratt u b'hekk jagħtu drittijiet kif previst f'dan ir-Regolament.

2.  Mingħajr ħsara għall-obbligi tas-servizz pubbliku li jeżiġu tariffi soċjali, il-kundizzjonijiet tal-kuntratti u t-tariffi applikati mit-trasportaturi jew mill-bejjiegħa tal-biljetti għandhom jiġu offruti lill-pubbliku ġenerali mingħajr l-ebda diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità jew il-post tar-residenza tal-konsumatur aħħari jew tal-post tal-istabbiliment tat-trasportatur jew tal-bejjiegħ tal-biljetti fi ħdan il-Komunità.

Artikolu 5

Esklużjoni tar-rinunzja

1.  L-obbligi skont dan ir-Regolament ma jistgħux jiġu limitati jew irrinunzjati, fost l-oħrajn permezz ta' deroga jew klawżola restrittiva fil-kuntratt tal-ġarr.

2.  It-trasportaturi jistgħu joffru kundizzjonijiet kuntrattwali aktar favorevoli għall-passiġġieri mill-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament.

Kapitolu II

Id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità u tal-persuni b'mobilità mnaqqsa

Artikolu 6

Prevenzjoni tar-rifjut tal-ġarr

1.  It-trasportaturi, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi turistiċi m'għandhomx jirrifjutaw, abbażi ta" diżabilità jew ta' mobilità mnaqqsa:

   ( a) li jaċċettaw riservazzjoni, jew li joħorġu biljett, għal vjaġġ li għalih japplika dan ir-Regolament;
   ( b) li jimbarkaw persuna b'diżablità jew persuna b'mobilità mnaqqsa minn port jew punt ta' imbark/żbark, kemm-il darba il-persuna kkonċernata jkollha biljett validu u riservazzjoni.

2.  Riservazzjonijiet u biljetti għandhom jiġu offruti lil persuni b'diżabilità u persuni b'mobilità mnaqqsa mingħajr spejjeż żejda.

Artikolu 7

Derogi u kundizzjonijiet speċjali

1.  Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6, it-trasportaturi, il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi turistiċi jistgħu jirrifjutaw, ▌li jaċċettaw riservazzjoni jew joħorġu biljett jew li jimbarkaw persuna b'diżabilità jew b'mobilità mnaqqsa ▌║ meta l-imbark jew il-ġarr tal-persuna b'diżabilità jew tal-persuna b'mobilità mnaqqsa ikun fiżikament impossibbli u meta ma jkunx jista" jingħata l-livell normali ta" servizz b'mod sikur, dinjituż u operazzjonalment fattibbli minħabba l-istruttura tal-bastiment tal-passiġġieri.

Fil-każ li jirrifjutaw li jaċċettaw riservazzjoni minħabba r-raġunijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, it-trasportatur, il-bejjiegħ tal-biljetti jew l-operatur turistiku għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jipproponu alternattiva aċċettabli lill-persuna kkonċernata.

F'każ ta' riservazzjoni minn qabel, persuni b'diżabilità jew persuni b'mobilità mnaqqsa li ġew irrifjutati l-imbark ▌u kwalunkwe persuni li jkunu qed jakkompanjaw lil dawk il-persuni skont il-paragrafu 2, għandhom jiġu offruti d-dritt ta' rimborż jew li tinbidilhom ir-rotta kif previst fl-Anness I. ▌

2.  ▌Trasportatur jew bejjiegħ tal-biljetti jew operatur turistiku jista' jitlob li persuna b'diżabilità jew persuna b'mobilità mnaqqsa tkun akkumpanjata minn persuna oħra li tkun kapaċi tagħti l-assistenza meħtieġa minn dik il-persuna jekk dan ikun strettament meħtieġ.

3.  Meta trasportatur jew bejjiegħ tal-biljetti jew operatur turistiku jeżerċita deroga prevista fil-paragrafi 1 jew 2, għandu jinforma minnufih lill-persuna b'diżabilità jew lill-persuna b'mobilità mnaqqsa dwar ir-raġunijiet għal dan. Fuq talba, it-trasportatur, il-bejjiegħ tal-biljetti jew l-operatur turistiku għandhom jikkomunikaw dawn ir-raġunijiet bil-miktub lill-persuna b'diżabilità jew lill-persuna b'mobilità mnaqqsa, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta ssir it-talba.

Artikolu 8

Aċċessibilità u informazzjoni

1.  It-trasportaturi għandhom jistabbilixxu, taħt is-superviżjoni tal-entitajiet nazzjonali tal-infurzar u bl-involviment attiv tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-portijiet, tal-persuni b'diżabilità u tal-persuni b'mobilità mnaqqsa ▌regoli għall-aċċess mhux diskriminatorji li japplikaw għall-ġarr tal-persuni b'diżabilità u tal-persuni b'mobilità mnaqqsa, u ta' persuni li jkunu qed jakkumpanjawhom, kif ukoll kwalunkwe restrizzjoni fuq il-ġarr tagħhom jew tat-tagħmir tal-mobilità minħabba l-istruttura tal-bastimenti tal-passiġġieri, sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti applikabbli tas-sikurezza. Dawn ir-regoli għandhom jistabilxxu l-kundizzjonijiet kollha tal-aċċess għas-servizz marittimu inkwistjoni, fosthom l-aċċessibilità tal-bastimenti imħaddma u tal-faċilitajiet tagħhom abbord, u tat-tagħmir ta" assistenza li bih ikunu mgħammra.

2.  Ir-regoli pprovduti fil-paragrafu 1 għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mit-trasportaturi jew mill-bejjiegħa tal-biljetti, b'mod fiżiku jew fuq l-internet, tal-anqas meta ssir ir-riservazzjoni, f'formati aċċessibbli, b'modi xierqa, u fl-istess lingwi bħal dawk li fihom l-informazzjoni ġeneralment tkun għad-dispożizzjoni tal-passiġġieri. Meta tingħata din l-informazzjoni, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità u tal-persuni b'mobilità mnaqqsa.

3.  Fuq talba, it-trasportaturi għandhom jagħmlu disponibbli,f'formati aċċessibbli, l-liġi internazzjonali, Komunitarja jew nazzjonali, li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-sikurezza li fuqhom huma bbażati r-regoli tal-aċċess mhux diskriminatorju.

4.  L-operaturi turistiċi għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni r-regoli previsti fil-paragrafu 1 li japplikaw għall-vjaġġi inklużi fil-vjaġġi kollox kompriż, fil-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż li jorganizzaw, ibigħu jew joffri għall-bejgħ.

5.  It-trasportaturi, il-bejjiegħa tal-biljetti tagħhom jew l-operaturi turistiċi għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-kundizzjonijiet tal-ġarr, l-informazzjoni dwar il-vjaġġ, l-informazzjoni dwar l-aċċessibilità tas-servizzi u konferma bil-miktub tal-għoti ta' assistenza tkun disponibbli f'formati ▌ aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u għall-persuni b'mobilità mnaqqsa, fosthom ir-riservazzjoni u l-informazzjoni onlajn.

Artikolu 9

Dritt għall-assistenza fil-portijiet

1.  Fil-ħin tat-tluq, tat-tranżitu jew tal-wasla f'port, it-trasportatur għandu jkun responsabbli biex jiżgura l-għoti tal-assistenza speċifikata fl-Anness II lill-persuni b'diżabilità u lill-persuni b'mobilità mnaqqsa mingħajr ħlas b'mod li dik il-persuna tkun tista' titla' fuq is-servizz li ser jitlaq, jew tinżel minn fuq is-servizz li jkun wasal, li għalih tkun xtrat il-biljett, mingħajr ħsara għar-regoli tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 8(1). L-assistenza għandha tkun adattata għall-ħtiġijiet individwali tal-persuna b'diżabilità jew tal-persuna b'mobilità mnaqqsa.

2.  Trasportatur jista' jagħti l-assistenza huwa stess jew jista' jikkontratta lil parti jew partijiet oħrajn biex jipprovdu l-assistenza. It-trasportatur jista' jidħol f'kuntratt jew kuntratti bħal dawn fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba, fosthom mill-awtorità tal-port filwaqt li jqis is-servizzi eżistenti fil-port ikkonċernat.

Fejn trasporatur jikkuntratta ma' parti jew partijiet oħrajn għall-għoti tal-assitenza, it-trasportatur għandu jibqa' responsabbli għall-għoti tal-assistenza u biex jiżgura l-konformità mal-istandards tal-kwalità imsemmija fl-Artikolu 14(1).

3.  It-trasportaturi jistgħu, abbażi mhux diskriminatorja, jitolbu ħlas mingħand il-passiġġieri kollha bil-għan li jiffinanzjaw l-assistenza fil-portijiet. Dan il-ħlas speċifiku għandu jkun raġonevoli, relatat mal-ispejjeż u trasparenti.

4.  It-trasportaturi għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-entità tal-infurzar jew tal-entitajiet maħtura skont l-Artikolu 27(1), ħarsa verifikata annwali tal-ħlasijiet riċevuti u l-ispejjeż sostnuti fir-rigward tal-assistenza mogħtija lill-persuni b'diżabilità u lill-persuni b'mobilità mnaqqsa.

5.  F'konformità mal-Artikolu 12, l-entità tal-ġestjoni tal-port għandha tkun responsabbli, fejn meħtieġ, li tiżgura li l-port ikun aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità jew għall-persuni b'mobilità mnaqqsa.

Artikolu 10

Dritt għall-assistenza fil-punti tal-imbark/żbark

Fejn ma jeżistix port għal destinazzjoni partikolari jew parti minn vjaġġ, l-assistenza għandha tiġi organizzata mit-trasportatur fil-punt tal-imbark/żbark skont l-Artikolu 9.

Artikolu 11

Dritt għall-assistenza abbord il-bastimenti

It-trasportaturi għandhom tal-anqas jagħtu l-assistenza speċifikata fl-Anness III mingħajr ħlas lill-persuni b'diżabilità u lill-persuni b'mobilità mnaqqsa li ser jitilqu minn, jaslu jew jittranżitaw minn port li għalih japplika dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Kundizzjonijiet li skonthom tingħata l-assistenza

It-trasportaturi, l-entitajiet tal-ġestjoni tal-portijiet, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi turistiċi għandhom jikkooperaw biex jagħtu l-assistenza lill-persuni b'diżabilità u lill-persuni b'mobilità mnaqqsa skont l-Artikoli 9, 10 u 11, skont il-punti li ġejjin:

   (a) L-assistenza għandha tingħata bil-kundizzjoni li t-trasportatur, il-bejjiegħ tal-biljetti jew l-operatur turistiku li mingħandu nxtara l-biljett jiġi nnotifikat bil-ħtieġa tal-persuna għal din l-assistenza meta r-riservazzjoni tkun saret jew mill-inqas 48 siegħa qabel ma tkun meħtieġa l-assistenza, ħlief jekk ikun miftiehem perijodu iqsar ta' notifika bejn il-fornitur tal-assistenza u l-passiġġier, bl-eċċezzjoni tal-vjaġġi bil-kruċieri, fejn il-ħtieġa tal-assistenza għandha tkun notifikata meta tkun qed issir ir-riservazzjoni. Fejn il-biljett jippermetti aktar minn vjaġġ wieħed, tkun biżżejjed notifika waħda, dejjem jekk tingħata l-informazzjoni adegwata dwar il-ħin tal-vjaġġi sussegwenti;

(b)   it-trasportaturi, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tursitiċi għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jintalbu u jintlaqgħu n-notifiki tal-ħtieġa tal-assistenza magħmula mill-persuni b'diżabiltà jew mill-persuni b'mobilità mnaqqsa. Il-passiġġier għandu jirċievi konferma li tiddikjara li l-ħtiġijiet ta" assistenza jkunu ġew innotifikati. Dawn l-obbligi għandhom japplikaw fil-punti tal-bejgħ kollha tagħhom, fosthom il-bejgħ bit-telefon u minn fuq l-Internet;

   (c) jekk ma ssir l-ebda notifika skont il-punt (a), it-trasportatur, il-bejjiegħ tal-biljetti u l-operaturi turistiċi għandhom jagħmlu l-isforzi kollha raġonevoli biex jiżguraw li l-assistenza tingħata b'tali mod li l-persuna b'diżabilità jew il-persuna b'mobilità mnaqqsa tkun tista' titla' fuq is-servizz li ser jitlaq, tibdel għas-servizz korrispondenti jew tiżbarka mis-servizz li wasal li għalih tkun xtrat biljett;
   (d) bla ħsara għall-kompetenzi ta' entitajiet oħra fir-rigward taż-żoni li jinsabu barra l-istabbilimenti tal-portijiet, l-entità tal-ġestjoni ta' port jew kwalunkwe persuna oħra awtorizzata għandha tagħżel punti tal-wasla u tat-tluq fi ħdan il-konfini tal-port, kemm ġewwa u/jew barra mill-bini tat-terminal skont il-każ, li fihom il-persuni b'diżabilità u l-persuni b'mobilità mnaqqsa jistgħu jħabbru l-wasla tagħhom u jitolbu għall-assistenza; dawn il-punti għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar u għandhom joffru, f'forom aċċessibbli, informazzjoni bażika dwar il-port u l-assistenza pprovduta;
  (e) l-assistenza għandha tingħata bil-kundizzjoni li l-persuna b'diżabilità jew il-persuna b'mobilità mnaqqsa tippreżenta ruħha fil-punt magħżul:
   f'ħin stipulat mit-trasportatur li ma għandux ikun aktar minn 60 minuta qabel il-ħin skedat tat-tluq,
   jekk l-ebda ħin ma jkun stipulat, mhux aktar tard minn 30 minuta qabel il-ħin skedattal-imbark, ħlief jekk ikun sar ftehim mod ieħor bejn il-passiġġier u l-fornitur tal-assistenza, jew
   fil-każ tal-kruċieri, f'ħin stipulat mit-trasportatur li m'għandux ikun aktar minn 60 minuta qabel il-ħin ta' check-in;
   (f) Meta persuna b'diżabilità jew persuna b'mobilità mnaqqsa tkun teħtieġ l-użu ta' kelb ta' assistenza, dak il-kelb għandu jiġi akkomodat sakemm it-trasportatur jew il-bejjiegħ tal-biljett jew l-operatur turistiku jkunu avżati skont ir-regoli nazzjonali applikabbli dwar il-ġarr tal-klieb tal-assistenza rrikonoxxuti abbord tal-bastimenti tal-passiġġieri, fejn dawn ir-regoli jeżistu.

Artikolu 13

Trażmissjoni ta' informazzjoni lill-partijiet terzi

1.  Meta l-għoti tal-assistenza tkun ġiet subkuntrattata, u t-trasportatur, ▌jirċievu notifika dwar il-ħtieġa ta' assistenza minn tal-anqas 48 siegħa qabel il-ħin skedat tat-tluq tal-vjaġġ, għandhom jittrażmettu l-informazzjoni rilevanti biex b'hekk il-kuntrattur jirċeviha malajr kemm jista" jkun, u fi kwalunkwe każmhux anqas minn 36 siegħa qabel il-ħin skedat tat-tluq tal-vjaġġ.

2.  Meta l-għoti tal-assistenza jkun ġie subkuntrattat, u t-trasportatur ▌ ma jirċivux notifika dwar il-ħtieġa ta' assistenza minn tal-anqas 48 siegħa qabel il-ħin skedat tat-tluq tal-vjaġġ, it-trasportatur għandu jittrażmetti l-informazzjoni lill-kuntrattur mill-aktar fis possibbli.

Artikolu 14

Standards ta" kwalità għall-assistenza

1.  It-trasportaturi għandhom jistipulaw standards għall-assistenza speċifikata fl-Anness II u III u għandhom jiddeterminaw ir-riżorsi meħtieġa biex jilħqu dawn l-istandards, b'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-passiġġieri b'diżabilità u lill-passiġġieri b'mobilità mnaqqsa.

2.  Meta jiġu stabbiliti l-istandards tal-kwalità, għandhom jitqiesu bis-sħiħ il-politika internazzjonali rikonoxxuta u l-kodiċijiet tal-imġiba li jikkonċernaw il-faċilitazzjoni tat-trasport tal-persuni b'diżabilità jew tal-persuni b'mobilità mnaqqsa, partikolarment ir-Rakommandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali dwar id-Diżinn u l-Operat tal-Bastimenti tal-Passiġġieri Biex Iwieġbu għall-Ħtiġijiet tal-Persuni Anzjani u b'Diżabilità.

3.  It-trasportaturi għandhom jippubblikaw l-istandards tagħhom tal-kwalità f'formati li jkunu aċċessibbli.

Artikolu 15

Taħriġ

It-trasportaturi għandhom:

   ( a) jiżguraw li l-persunal kollu tagħhom, inkluż dak impjegat minn kwalunkwe subkuntrattur, li jipprovdi assistenza diretta lill-persuni b'diżabilità u lill-persuni b'mobilità mnaqqsa, ikollhom l-għarfien dwar kif jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-persuni li jkollhom diżabilitajiet jew nuqqasijiet ta' mobilità varji;
   ( b) jipprovdu taħriġ dwar l-assistenza lill-persuni b'diżabilità u fl-għarfien dwar id-diżabilità kif deskritt fl-Anness IV lill-persunal kollu tagħhom li jaħdem fil-port u li jittratta direttament mal-pubbliku li qed jivjaġġa;
   ( c) jiżguraw li meta jiġu rreklutati l-impjegati ġodda li jkollhom kuntatt dirett mal-passiġġieri, kollha jattendu għal taħriġ relatat mad-diżabilità, u li l-persunal jirċievi korsijiet ta' aġġornament fit-taħriġ meta jkun xieraq.

Artikolu 16

Kumpens fir-rigward tas-siġġijiet bir-roti u t-tagħmir tal-mobilità

1.  Ħlief jekk il-passiġġier li jkun is-sid tat-tagħmir ikun diġà ġie kkumpensat skont ir-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-responsabilità tat-trasportaturi tal-passiġġieri bil-baħar fil-każ ta' inċidenti(9), fejn siġġijiet bir-roti jew tagħmir tal-mobilità jew partijiet minnhom, jintilfu jew jiġrilhom il-ħsara waqt li jkunu qed jinġarru fil-port jew trasportati abbord il-bastiment, qabel, waqt u wara l-vjaġġ, il-passiġġier ta' min ikun it-tagħmir għandu jiġi kumpensat, ▌skont min kien responsabbli għat-tagħmir fil-ħin li ntilef jew ġralu l-ħsara.

Fejn meħtieġ, għandu jsir kull sforz sabiex it-tagħmir jiġi ssostitwit fi żmien qasir, kif ikun jixraq skont il-ħtiġijiet tal-passiġġier ikkonċernat.

2.  Ma għandu jkun hemm l-ebda limitu għall-ammont ta' kumpens li jista' jitħallas skont dan l-Artikolu.

Kapitolu III

Obbligi tat-trasportaturi fil-każ ta' vjaġġ interrott

Artikolu 17

Għoti ta' informazzjoni

1.  F'każ ta' dewmien, it-trasportatur jew, fejn xieraq, l-entità tal-ġestjoni tal-port għandha tinforma lill-passiġġieri sa mhux aktar tard minn nofs siegħa wara tluq skedat jew siegħa qabel wasla skedata ▌. Jekk din l-informazzjoni tkun disponibbli, it-trasportatur għandu jgħarraf lill-passiġġieri bil-ħinijiet mistennija tat-tluq u tal-wsul.

2.  Jekk il-passiġġieri jitilfu konnessjoni minħabba dewmien, it-trasportatur li jwettaq il-ġarr għandu jagħmel sforzi raġonevoli biex jinforma lill-passiġġieri kkonċernati dwar konnessjonijiet alternattivi.

3.  It-trasportatur jew l-entità tal-ġestjoni tal-port għandhom jiżguraw li l-passiġġieri b'diżabilità jew il-passiġġieri b'mobilità mnaqqsa jirċievu l-informazzjoni rekwiżita skont il-paragrafi 1 u 2 f'formati aċċessibbli.

Artikolu 18

Dritt għall-assistenza

1.  Fejn trasportatur raġonevolment jistenna li servizz marittimu tal-passiġġieri jiġi mdewwem għal aktar minn siegħa lil hinn mill-ħin skedat tat-tluq tiegħu, il-passiġġieri għandhom jiġu offruti, mingħajr ħlas, ikliet u rifreskanti fi proporzjon raġonevoli skont it-tul ta' ħin tal-istennija, jekk ikunu disponibbli abbord jew fil-port, jew ikunu jistgħu jiġu fornuti b'mod raġonevoli.

2.  Fil-każ ta' kwalunkwe dewmien fejn isir meħtieġ li l-passiġġier joqgħod lejl wieħed jew aktar jew joqgħod għal iżjed żmien milli kien intenzjonat, ▌l-passiġġier għandu jiġu offrut, mingħajr ħlas, lukanda jew akkomodazzjoni oħra, u trasport bejn il-port u l-post tal-akkomodazzjoni b'żieda mal-ikliet u x-xorb stipulati fil-paragrafu 1. L-isġejjeż addizzjonali ta' akkomodazzjoni u ta' trasport a karigu tat-trasportatur ma għandhomx jisbqu d-doppju tal-prezz tal-biljett.

3.  Jekk is-servizz marittimu ma jkunx jista' jitkompla, it-trasportaturi għandhom jorganizzaw, meta possibbli u kemm jista' jkun malajr, servizzi alternattiv ta' trasport għall-passiġġieri.

4.  Fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3, it-trasportatur li jwettaq it-trasport għandu jagħti attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità u tal-persuni b'mobilità mnaqqsa u ta' kwalunkwe persuni li jkunu qed jakkumpanjawhom.

Artikolu 19

Tibdil tar-rotta u rimborż

1.  Fejn trasportatur raġonevolment jistenna li servizz marittimu tal-passiġġieri jiġi mdewwem għal aktar minn sagħtejn lil hinn mill-ħin skedat tat-tluq tiegħu, il-passiġġieri għandhom immedjatament:

   (a) jiġu offruti servizz alternattiv ta' trasport b'kundizzjonijiet raġonevoli jew, jekk dan ma jkunx possibbli, jiġu infurmati dwar servizzi adegwati ta' trasport alternattivi minn operaturi oħra ta' trasport;
   (b) jiġu offruti rimborż tal-prezz tal-biljett jekk jiddeċiedu li ma jivvjaġġawx mat-trasportatur.

Il-ħlas tar-rimborż previst fil-punt (b) għandu jsir skont l-istess kundizzjonijiet bħal tal-ħlas tal-kumpens previst fl-Artikolu 20, paragrafi 3, 4 u 5.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1 il--passiġġieri ta' vjaġġ bi kruċier għandhom tinbidlilhom ir-rotta jew jiġu mogħtija rimborż skont id-dispożizzjonijiet tad--Direttiva 90/314/KEE.

Artikolu 20

Kumpens tal-prezz tal-biljett

1.  Mingħajr ma jitlef id-dritt għat-trasport, passiġġier jista' jitlob kumpens mingħand it-trasportatur jekk ikun qed iħabbat wiċċu ma' dewmien fil-wasla ▌. Il-livelli minimi tal-kumpensi għandhom ikunu kif ġej:

   (a) 25 % tal-prezz tal-biljett f'każ ta' dewmien minn 60 minuta sa 119-il minuta;
   (b) 50 % tal-prezz tal-biljett f'każ ta' dewmien ta' 120 minuta jew aktar;
   (c) 100 % tal-prezz tal-biljett jekk it-trasportatur jonqos milli jipprovdi servizzi alternattivi jew l-informazzjoni imsemmija fl-Artikolu 19(1)(a).

2.  Il-Paragrafu 1 ma għandux japplika għall-passiġġieri ta' vjaġġ bi kruċier. Il-passiġġiera fuq vjaġġ bi kruċier jistgħu jitolbu kumpens skont id-Direttiva 90/314/KEE.

3.  Il-kumpens għandu jitħallas fi żmien xahar wara li tkun tressqet it-talba għall-kumpens. Il-kumpens jista' jitħallas b'vawċers u/jew servizzi oħra jekk it-termini jkunu flessibbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-perjodu tal-validità u d-destinazzjoni. Il-kumpens għandu jitħallas fi flus fuq talba tal-passiġġier.

4.  Jekk it-trasportatur ikun ħabbar il-kanċellazzjoni jew il-posponiment tat-traġitt jew żieda fil-ħin li jieħu t-traġitt tlett ijiem jew aktar qabel il-ħin skedat tat-tluq kif skedat, m'għandu jkun hemm l-ebda jedd għal kumpens.

Artikolu 21

Force Majeure

L-obbligi stipulati fl-Artikoli 18, 19 u 20 m'għandhomx japplikaw f'każijiet ta' force majeure fejn tixxekkel il-prestazzjoni tas-servizz ta' trasport.

Artikolu 22

Talbiet ulterjuri

Xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jwaqqaf lill-passiġġieri milli jfittxu għall-ħsara fir-rigward ta' telf li jirriżulta mill-kanċellazzjonijiet jew id-dewmien tas-servizzi tat-trasport fil-qrati nazzjonali. Il-kumpens mogħti skont dan ir-Regolament jista' jitnaqqas minn kwalunkwe kumpens addizzjonali mogħti.

Artikolu 23

Miżuri addizjonali favur il-passiġġieri

It-trasportaturi għandhom jikkooperaw, taħt is-superviżjoni tal-entitajiet nazzjonali tal-infurzar, sabiex jadottaw arranġamenti fil-livell nazzjonali jew Ewropew bl-involviment tal-partijiet interessati, organizzazzjonijiet tal-professjonisti u assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, tal-passiġġieri,tal-portijiet u tal-persuni b'diżabilità. Dawn il-miżuri għandhom ikollhom l-għan li jtejbu l-kura tal-passiġġieri, speċjalment fil-każ ta' dewmien fit-tul u interruzzjoni jew kanċellazzjoni tal-ivvjaġġar.

Kapitolu IV

Informazzjoni għall-passiġġieri u t-trattament tal-ilmenti

Artikolu 24

Dritt għal informazzjoni dwar l-ivvjaġġar

L-entitajiet tal-ġestjoni tal-portijiet u t-trasportaturi għandhom jipprovdu lill-passiġġieri bl-informazzjoni adegwata matul il-vjaġġ kollu tagħhom f'formati aċċessibbli u bil-lingwi skond il-konswetudni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità u tal-persuni b'mobilità mnaqqsa.

Artikolu 25

Informazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri

1.  It-trasportaturi għandhom jiżguraw li l-passiġġieri ingħatatilhom informazzjoni xierqa u li tiftiehem fir-rigward tad-drittijiet tagħhom skont dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mit-tluq. Sakemm l-informazzjoni tkun ingħatat jew mit-trasportatur jew mit-trasportatur li jwettaq it-trasport, l-ieħor ma għandux ikun obbligat li jipprovdi dik l-informazzjoni. L-informazzjoni għandha tingħata f'formati aċċessibbli u bil-lingwi tas-soltu. Meta tingħata din l-informazzjoni, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità u tal-persuni b'mobilità mnaqqsa.

2.  It-trasportaturi u l-entitajiet tal-ġestjoni tal-portijiet għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri skont dan ir-Regolament tkun pubblikament disponibbli kemm abbord il-bastimenti kif ukoll fil-portijiet. Din l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji tal-kuntatt tal-entità tal-infurzar maħtura mill-Istat Membru skont l-Artikolu 27(1).

Artikolu 26

Ilmenti

1.  L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu indipendentigħall-ġestjoni ta' lmentidwar id-drittijiet u l-obbligi koperti minn dan ir-Regolament li jkun aċċessibbli għall-passiġġiera kollha inklużi persuni b'diżabilità u persuni b'mobilità mnaqqsa.

2.  Il-passiġġieri jistgħu jressqu ilment għand trasportatur fi żmien xahar mill-jum meta ngħata s-servizz jew meta ma ngħatax is-servizz. Fi żmien 20 jum ta' ħidma, id-destinatarju tal-ilment għandu jew jagħti opinjoni raġunata jew f'każijiet ġustifikati, jinforma lill-passiġġier sa liema data għandha tasal ir-risposta. Iż-żmien li ddum biex tingħata r-risposta ma għandux ikun ta' aktar minn xahrejn minn meta jasal l-ilment.

3.  Jekk ma tasalx risposta fil-limiti taż-żmien stipulati fil-paragrafu 2, l-ilment għandu jitqies li ġie aċċettat.

Kapitolu V

Infurzar u l-entitajiet nazzjonali tal-infurzar

Artikolu 27

Entitajiet nazzjonali tal-infurzar

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar entità ▌responsabbli mill-infurzar ta' dan ir-Regolament. Kull entità għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li jkunu mħejjijar-regoli ta' aċċessibilità msemmija fl-Artikolu 8, li tkun garantita l-osservanza ta' dawk ir-regoli u li d-drittijiet tal-passiġġieri ikunu rispettati ▌. Kull entità għandha, fl-organizzazzjoni, fid-deċiżjonijet ta' finanzjament, fl-istruttura legali u fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha, tkun indipendenti mill-interessi kummerċjali.

2.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-entità ▌ maħtura skont dan l-Artikolu u bir-responsabilitajiet tagħha.

3.  Kull passiġġier jista' jilmenta mal-entità maħtura skont il-paragrafu 1 ▌maħtura minn xi Stat Membru, fuq allegat ksur ta' dan ir-Regolament.

4.  L-Istati Membri li għażlu li jeżentaw ċerti servizzi skont l-Artikolu 2(2) għandhom jiżguraw mekkaniżmu komperabbli tal-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri.

Artikolu 28

Rapport dwar l-infurzar

1.  Fl-1 ta' Ġunju ta' kull sena l-entitajiet tal-infurzar maħtura skont l-Artikolu 27 għandhom jippubblikaw rapport dwar l-attivitajiet tagħhom matul is-sena ta' qabel, li jkun fih fost l-oħrajn:

   (a) deskrizzjoni tal-azzjonijiet meħuda sabiex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament,
   (b) referenza għall-proċedura applikabbli għar-riżoluzzjoni tal-ilmenti individwali,
   (c) taqsira tar-regoli dwar l-aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità u għall-persuni b'mobilità mnaqqsa applikabbli f'dak l-Istat Membru;
   (d) id-dejta aggregata fuq l-ilmenti, inklużi r-riżultat tagħhom u l-perijodi ta' żmien allokati għar-riżoluzzjoni;
   (e) id-dettalji tas-sanzjonijiet applikati;
   (f) kwistjonijiet oħra ta' importanza għall-infurzar aħjar ta' dan ir-Regolament.

2.  Sabiex ikun jista' jsir abbozz ta' dan ir-rapport l-entitajiet tal-infurzar għandhom izommu statistika dwar l-ilmenti individwali, skont is-suġġett u l-kumpaniji kkonċernati. Din id-dejta għandha tkun disponibbli għall-Kummissjoni meta tintalab jew għall-awtoritajiet investigattivi nazzjonali sa tliet snin mid-data tal-inċident.

Artikolu 29

Kooperazzjoni bejn l-entitajiet tal-infurzar

L-entitajiet nazzjonali tal-infurzar maħtura skont l-Artikolu 27(1) għandhom jaqsmu l-informazzjoni dwar il-prinċipji u l-prattiċi tal-ħidma u tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom għall-fini ta' protezzjoni konsistenti tal-passiġġieri madwar il-Komunità kollha. Il-Kummissjoni għandha tappoġġahom f'din ir-responsabbiltà.

Artikolu 30

Penalitajiet

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn ir-regoli jiġu implementati. Il-penalitajiet previsti,li jistgħu jinkludu l-ordni ta" ħlas ta' kumpens lill-passiġġier ikkonċernat, għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li tolqothom.

Kapitolu VI

Dispożizzjonijiet Finali

Artikolu 31

Rapport

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard minn ...(10)dwar l-operat u l-effetti ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jkun akkompanjat, fejn meħtieġ, bi proposti ġuridiċi li jimplimentaw b'aktar dettall id-dispożizzjonijiet ta" dan ir-Regolament, jew li jirreveduh.

Artikolu 32

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2006/2004

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2006/2004, jiżdied il-punt ║li ġej:"

19.  Ir-Regolament (KE) Nru .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … [dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew fuq l-ilmijiet interni navigabbli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi](11).

"

Artikolu 33

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn ...(12). L-Artikoli 6, 7, 25, 26, u 29, għandhom japplikaw minn ...(13)*.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

Dritt għar-rimborż jew bdil fir-rotta f'każ ta' riservazzjoni bil-quddiem għall-persuni b'diżabilità u għall-persuni b'mobilità mnaqqsa

1.  Meta ssir referenza għal dan l-Anness, il-persuni b'diżabilità u l-persuni b'mobilità mnaqqsa għandhom jiġu offruti l-għażla bejn:

(a)  - rimborż fi żmien sebat ijiem, imħallas f'kontanti, permezz ta' trasferiment bankarju, ordnijiet bankarji jew ċekkijiet bankarji jew, bil-qbil iffirmat tal-passiġġier, tal-prezz sħiħ tal-biljett li bih inxtara, għall-parti jew il-partijiet tal-vjaġġ li ma sarux u għall-parti jew il-partijiet li diġà saru jekk il-vjaġġ ma jkunx għad fadallu skop fir-rigward tal-pjan oriġinali tal-vjaġġ tal-passiġġier, flimkien ma', fejn rilevanti,

   vjaġġ ta' ritorn lejn l-ewwel post tat-tluq, mal-ewwel opportunità; jew
   (b) bdil fir-rotta, taħt kundizzjonijiet tat-trasport komparabbli, għad-destinazzjoni finali tagħhom mal-ewwel opportunità; jew
   (c) bdil fir-rotta, taħt kundizzjonijiet tat-trasport komparabbli, għad-destinazzjoni finali tagħhom f'data aktar tard skont il-konvenjenza tal-passiġġier, soġġett għall-postijiet disponibbli.

2.  Il-paragrafu 1(a) għandu japplika wkoll għal passiġġieri li t-titjiriet tagħhom jifformaw parti minn pakkett, ħlief għad-dritt għar-rimborż fejn dan id-dritt iqum skont id-Direttiva 90/314/KEE ║.

3.  Meta, fil-każ fejn belt jew reġjun huwa moqdi minn bosta porti, trasportatur li jwettaq il-ġarr joffri lill-passiġġier vjaġġ għal port alternattiv għal dak li għalih saret ir-riservazzjoni, it-trasportatur li jwettaq il-ġarr għandu jsostni l-ispiża tat-trasferiment tal-passiġġier minn dak il-port alternattiv jew għal dak li għalih saret ir-riservazzjoni, jew għal destinazzjoni oħra fil-qrib miftehma mal-passiġġier.

ANNESS II

Assistenza fil-portijiet

L-assistenza u l-arranġamenti meħtieġa biex jagħmluha possibbli għall-persuni b'diżabilità u għall-persuni b'mobilità mnaqqsa li:

   jikkomunikaw il-wasla tagħhom f'port u għat-talba tagħhom għall-assistenza;
   jiċċaqalqu minn punt tad-dħul għal bank tal-kontroll, jekk ikun hemm, jew għall-bastiment;
   jgħaddu mill-kontroll u jirreġistraw l-bagalji, jekk meħtieġ;
   jipproċedu mill-bank tal-kontroll (jekk ikun hemm) għall-bastiment, bit-twettiq tal-proċeduri tal-immigrazzjoni, tad-dwana u tas-sigurtà;
   jimbarkaw fuq il-bastiment permezz tal-mezzi meħtieġa;
   jipproċedu mill-bieb tal-bastiment sal-bank/iż-żona tagħhom;
   iqiegħdu u jerġgħu jieħdu lura l-bagalji fuq il-bastiment;
   jipproċedu mill-bankijiet tagħhom sal-bieb tal-bastiment;
   jiżbarkaw minn fuq il-bastiment, permezz ta' lifts, siġġijiet tar-roti jew assistenza oħra meħtieġa, skont il-każ;
   jieħdu lura l-bagalji (jekk meħtieġ), bil-kompletar tal-proċeduri tal-immigrazzjoni u tad-dwana;
   jipproċedu mis-sala tal-bagalji jew mill-punt tal-iżbark għall-punt magħżul għall-ħruġ;
   imorru sal-faċilitajiet sanitarji jekk ikun meħtieġ.

Meta persuna b'diżabilità jew persuna b'mobilità mnaqqsa tkun assistita minn persuna li takkumpanjaha, din il-persuna għandha, jekk titlob, titħalla tipprovdi l-assistenza meħtieġa fl-port u waqt l-imbark u l-iżbark.

Il-ġarr tat-tagħmir tal-mobilità kollu meħtieġ, fosthom tagħmir bħal siġġijiet tar-roti tal-elettriku.

Il-bdil temporanju tat-tagħmir tal-mobilità li tkun ġratlu xi ħsara jew li jkun intilef, ▌mhux neċessarjament ikun identiku, imma b'karatteristiċi tekniċi u funzjonali simili.

L-immaniġjar fl-art tal-klieb tal-assistenza rikonoxxuti, meta jkun relevanti.

Il-komunikazzjoni, f'format aċċessibbli, tal-informazzjoni meħtieġa għall-imbark u l-iżbark.

ANNESS III

Assistenza abbord il-bastimenti

Il-ġarr fil-bastimenti ta' klieb tal-assistenza rikonoxxuti, soġġett għar-regolamenti nazzjonali.

Barra mit-tagħmir mediku, it-trasport sa massimu ta' żewġ biċċiet ta' tagħmir tal-mobilità għal kull persuna b'diżabilità, inkluż is-siġġu bir-roti.

Il-komunikazzjoni tal-informazzjoni essenzjali li tikkonċerna r-rotta f'formati aċċessibbli.

Għandhom isiru l-isforzi kollha raġonevoli biex isir arranġament ta" postijiet li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta" persuni b'diżabilita jew b'mobilità mnaqqsa fuq talba u soġġett għar-rekwiżiti ta' sikurezza u d-disponibilità.

L-assistenza sal-faċilitajiet sanitarji, jekk ikun meħtieġ.

Meta persuna b'diżabilità jew persuna b'mobilità mnaqqsa tkun assistita minn persuna li takkumpanjaha, il-kumpanija tal-ġarr għandha tagħmel l-isforzi kollha raġonevoli biex tagħti lil din il-persuna post maġenb il-persuna b'diżabilità jew il-persuna b'mobilità mnaqqsa.

ANNESS IV

Taħriġ relatat mad-diżabiltà

Taħriġ relatat mal-għarfien tad-diżabiltà

It-taħriġ tal-persunal li jitratta direttament mal-pubbliku li jkun qed jivjaġġa jinkludi:

   l-għarfien ta' u l-imgieba adatta mal-passiġġieri b'diżabilitajiet fiżiċi, sensorjali (smigħ u vistà), ma jidhrux u intelletwali, fosthom kif tagħraf bejn l-abilitajiet differenti tal-individwi li l-mobilità, l-orjentazzjoni jew il-komunikazzjoni tagħhom tista' tkun mnaqqsa;
   l-ostakli li jaffrontaw il-persuni b'mobilità mnaqqsa, fosthom ostakli ta' attitudni, ambjentali/fiżiċi u organizzattivi;
   klieb tal-assistenza rikonoxxuti, fosthom ir-rwol u l-ħtiġijiet tal-klieb tal-assistenza;
   indirizzar tal-affarijiet li jiġru bla mistenni;
   il-ħiliet interpersonali u l-metodi tal-komunikazzjoni ma' nies torox, ma' nies neqsin mis-smigħ, ma' nies neqsin mid-dawl, ma' nies b'diffikultajiet fit-taħdit u ma' nies b'disabilità intelletwali;
   għarfien ġenerali tal-linji gwida tal-IMO li jirrilataw mar-Rakommandazzjonijiet għad-Diżinn u l-Operat tal-Bastimenti tal-Passiġġieri Biex Iwieġbu għall-Ħtiġijiet tal-Anzjani u l-Persuni b'Diżabilità;
   kif iġorru s-siġġijiet bir-roti u strumenti oħra li jgħinu l-mobilità b'attenzjoni sabiex jevitaw li tiġrilhom il-ħsara (għall-persunal kollu responsabbli mill-ġarr tal-bagalji hekk ikun rilevanti).

It-taħriġ fl-assistenza għall-persuni b'diżabilità

It-taħriġ tal-persunal li jassisti direttament lill-persuni b'mobilità mnaqqsa jinkludi:

   kif tgħin lil min juża siġġu bir-roti jitrasferixxi ruħu għal u mis-siġġu tar-roti;
   ħiliet biex tingħata assistenza lill-persuni b'mobilità mnaqqsa li qed jivjaġġaw flimkien ma' kelb tal-assistenza ▌, fosthom ir-rwol u l-ħtiġijiet ta' dawn il-klieb;
   tekniki kif għandhom jiġu eskortati passiġġieri neqsin mid-dawl u li jaraw parzjalment ▌;
   għarfien tat-tipi ta' tagħmir li jista' jassisti lill-persuni b'mobilità mnaqqsa u għarfien ta' kif jimmaniġjaw tagħmir bħal dan;
   l-użu tat-tagħmir tal-assistenza għall-imbark u l-iżbark użat u għarfien tal-proċeduri addatti għall-assistenza għall-imbark u l-iżbark li jħarsu s-sikurezza u d-dinjità tal-persuni b'mobilità mnaqqsa;
   għarfien suffiċjenti tal-ħtieġa tal-assistenza affidabbli u professjonali. Għarfien ukoll tal-possibilità li ċerti passiġġieri b'diżabilità jesperjenzaw sensazzjonijiet ta' vulnerabilità matul il-vjaġġ minħabba d-dipendenza tagħhom fuq l-assistenza pprovduta;
   ikun jaf jagħti l-ewwel għajnuna.

(1) ĠU C ...
(2) ĠU C ...
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009.
(4) ĠU L 144, 15.5.1998, p. 1.
(5) IMO - Il-Kumitat dwar is-Sikurezza Marittima, Ċirk.735, l-24 ta' Ġunju 1996 waqt l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.
(6) ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59.
(7) ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.
(8) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(9) ĠU L 131, 28.5.2009, p. 24.
(10)*Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(11) ĠU C […], […], p. […].
(12)* ĠU: Sentejn wara l-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
(13)** ĠU: Sena wara l-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.


Passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ ***I
PDF 595kWORD 186k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Anness
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar ta' liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (COM(2008)0817 – C6-0469/2008 – 2008/0237(COD))
P6_TA(2009)0281A6-0250/2009

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0817),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0469/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport (A6-0250/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar ta' liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi

P6_TC1-COD(2008)0237


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 71(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni║,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkonsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),

Billi:

(1)  Azzjoni mill-Komunità fil-qasam tat-trasport b'xarabank u b'kowċ għandha timmira, fost affarijiet oħra, li tiżgura livell għoli ta" protezzjoni għall-passiġġieri li tkun komparabbli ma" dik ta" modi oħra ta" trasport, u kull fejn jivvjaġġaw. Barra minn hekk, għandu jingħata rendikont sħiħ tar-rekwiżiti ta" ħarsien tal-konsumatur b'mod ġenerali.

(2)  Minħabba li l-passiġġieri b'xarabank jew b'kowċ huma l-parti l-aktar dgħajfa fil-kuntratt tat-trasport, id-drittijiet tal-passiġġieri f'dan ir-rigward għandhom ikunu salvagwardjati irrispettivament min-nazzjonalità jew il-post tar-residenza tagħhom fil-Komunità.

(3)  L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li jeżentaw it-trasport urban u suburban minn dan ir-Regolament jekk dawn jiżguraw li jkun hemm livell komparabbli tad-drittitjiet tal-passiġġieri permezz ta' miżuri regolatorji alternattivi. Dawn il-miżuri għandhom iqisu l-karti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tan-netwerks pubbliċi u multimodali tat-trasport, li jkopru l-kwistjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibilità li tistabbilixxi ġabra ta' drittijiet komuni tal-passiġġieri fir-rigward tat-trasport urban, suburban u reġjonali, li tkopri l-modi kollha tat-trasport u għandha tressaq rapport lill-Parlament, akkumpanjat, jekk meħtieġ, bi proposta leġiżlattiva.

(4)  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' karti tad-drittijiet tal-passiġġier għas-servizzi tax-xarabank u/jew tal-kowċ urbani, suburbani u reġjonali li jistabbilixxu l-impenji tal-intrapriżi tax-xarabank u/jew tal-kowċ bil-għan li tiżdied il-kwalità tas-servizz u jintlaħqu aħjar il-ħtiġiet tal-passiġġieri tagħhom.

(5)  Il-miżuri tal-UE biex ittejbu id-drittijiet tal-passiġġieri fis-settur tat-trasport tax-xarabank u l-kowċ għandhom iqisu l-karatteristiċi speċifiċi ta' dan is-settur, li jikkonsisti l-aktar f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

(6)  Il-passiġġieri għandhom igawdu minn regoli ta" responsabbiltà komparabbli ma' dawk applikabbli għal modi oħra ta" trasport fil-każ ta" aċċidenti li jirriżultaw f'mewt jew korriment.

(7)  Il-passiġġieri għandhom ikunu intitolati għal pagamenti bil-quddiem biex ikopru l-ħtiġijiet ekonomiċi immedjati tagħhom wara l-aċċident.

(8)  Il-passiġġieri li jsofru danni minħabba inċident kopert minn garanzija ta' assigurazzjoni għandhom, l-ewwel nett, iressqu t-talbiet tagħhom għad-danni, kif imsemmi f'dan ir-Regolament, lill-impriża tax-xarabank u/jew kowċ u jekk dik l-intrapriża tonqos milli tieħu azzjoni f'dan ir-rigward jistgħu imbagħad iressqu t-talba tagħhom lill-kumpanija tal-assikurazzjoni.

(9)  L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom ikunu responsabbli għat-telf jew ħsara lill-bagalji tal-passiġġieri f'termini komparabbli ma' dawk applikabbli għal modi oħra ta" trasport.

(10)  Is-servizzi b'xarabank u b'kowċ għall-passiġġieri għandhom ikunu ta" benefiċċju għaċ-ċittadini in ġenerali. Konsegwentement, il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, kemm jekk minħabba diżabbiltà, età jew inkella minħabba xi fattur ieħor, għandu jkollhom opportunitajiet kumparabbli ma' dawk ta' ċittadini oħrajn għall-użu ta" servizzi ta" xarabank u/jew kowċ║. Il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa għandhom l-istess dritt bħaċ-ċittadini l-oħra kollha għall-moviment liberu, libertà tal-għażla u nuqqas ta" diskriminazzjoni.

(11)  Fid-dawl tal-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà u sabiex il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jingħataw opportunitajiet għal ivvjaġġar b'xarabank u b'kowċ komparabbli ma" dawk ta" ċittadini oħra, għandhom jiġu stabbiliti regoli għal nuqqas ta" diskriminazzjoni u għajnuna waqt il-vjaġġ tagħhom. Dawk il-persuni għandhom għalhekk ikunu aċċettati biex jinġarru u mhux miċħuda trasport abbażi tad-diżabbiltà jew tan-nuqqas ta" mobbiltà tagħhom, ħlief għal raġunijiet li huma ġustifikati abbażi tas-sigurtà u raġunijiet preskritti mil-liġi. Huma għandhom igawdu d-dritt ta" għajnuna f'terminals tax-xarabanks u l-kowċis u abbord il-vetturi, inkluż it-tlugħ abbord u l-inżul. Fl-interess tal-inklużjoni soċjali, il-persuni kkonċernati għandhom jirċievu l-għajnuna mingħajr ħlas addizzjonali. L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom jistabbilixxu regoli ta" aċċessibbiltà, preferibbilment bl-użu tas-sistema ta" Standardizzazzjoni Ewropea.

(12)  Hemm il-ħtieġa li l-impriżi tax-xarabanks u tal-kowċis jipprovdu taħriġ speċifiku għall-istaff tagħhom, biex dawn ikunu jistgħu jassistu kif xieraq lill-persuni b'diżabilità u lill-persuni b'mobilità mnaqqsa. Dan it-taħriġ għandu jkun ipprovdut fil-kuntest tad-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiggieri(4). L-Istati Membri, safejn ikun possibbli, għandhom jappoġġjaw l-impriżi tax-xarabanks u/jew tal-kowċis fit-twaqqif u l-eżekuzzjoni ta' programmi adegwati ta' taħriġ.

(13)  Meta jiddeċiedu dwar id-disinn ta" terminals ġodda, u bħala parti minn tibdil jew tiġdid maġġuri tal-post, il-korpi għall-immaniġġjar għandhom, mingħajr eċċezzjoni, iqisu l-ħtiġijiet ta" persuni b'diżabbiltà u ta" persuni b'mobbiltà mnaqqsa. Fi kwalunkwe każ, il-korpi għall-immnaiġġjar ta" terminals għax-xarabanks u l-kowċis għandhom jistabbilixxu punti fejn persuni bħal dawn jistgħu jinnotifikaw il-wasla tagħhom u l-ħtieġa ta" għajnuna.

(14)  B'mod simili, l-intrapriżi tax-xarabank u/jew tal-kowċ għandhom jikkunsidraw dawk il-ħtiġijiet fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar id-disinn ta' vetturi ġodda jew tal-immodernizzar ta" dawk eżistenti.

(15)  L-Istati Membri għandhom itejbu l-infrastruttura eżistenti meta dan ikun neċessarju, sabiex l-impriżi tax-xarabanks u/jew l-kowċis ikunu jistgħu jiżguraw l-aċċess għall-persuni b'diżabilità u għall-persuni b'mobilità mnaqqsa, kif ukoll sabiex tingħata għajnuna adegwata.

(16)  Il-miżuri meħuda mill-UE biex itejbu l-mobilità mingħajr xkiel għandhom jinkoraġġixxu, bħala prijorità, l-aċċess mingħajr xkiel fil-vendi u fl-istejġis tax-xarabanks u tal-kowċis.

(17)  Skont il-konklużjonijiet tal-proġett COST 349 dwar l-aċċessibilità tal-cowċis u x-xarabanks għal distanzi twal, il-Kummissjoni għandha tipproponi azzjoni għall-infrastruttura aċċessibbli, interoperabbli madwar l-UE, fil-vendi u fl-istejġis tax-xarabanks u tal-kowċis.

(18)  Id-drittijiet tal-passiġġieri b'xarabank u b'kowċ għandhom jinkludu li huma jirċievu informazzjoni rigward is-servizz qabel u wara l-vjaġġ. L-informazzjoni essenzjali kollha pprovduta lill-passiġġieri b'xarabank u b'kowċ għandha tkun ipprovduta wkoll f'formati alternattivi aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

(19)  Dan ir-Regolament m'għandux jirrestrinġi d-drittijiet tal-intrapriżi tax-xarabanks u/jew l-kowċis biex ifittxu kumpens minn kwalunkwe persuna, inklużi partijiet terzi, skont il-liġi applikabbli.

(20)  L-inkonvenjenzi esperjenzati mill-passiġġieri minħabba kanċellazzjoni jew dewmien twil tal-vjaġġ tagħhom għandhom jitnaqqsu. Għal dan il-għan, il-passiġġieri għandhom jirċievu attenzjoni adegwata u għandhom jiġu informati b'mod adegwat. Il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jikkanċellaw u jiġu rimborżati l-prezz tal-biljetti jew jingħataw rotta oħra taħt kundizzjonijiet sodisfaċenti jew informazzjoni dwar servizzi ta" trasport alternattivi. Jekk l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jonqsu milli jipprovdu lill-passiġġieri bl-għajnuna meħtieġa, il-passiġġieri għandu jkollhom id-dritt li jakkwistaw kumpens finanzjarju.

(21)  L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom jadottaw arranġamenti f'livell nazzjonali jew Ewropew biex itejbu l-attenzjoni u l-għajnuna offruta lill-passiġġieri kull meta l-vjaġġ tagħhom ikun interrott, b'mod partikolari fil-każ ta" dewmien fit-tul.

(22)  Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa d-drittijiet tal-passiġġieri stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż(5). Fil-każ li jkun ikkanċellat package tour għal raġunijiet għajr meta s-servizz tat-trasport b'xarabank u b'kowċ jiġi ikkanċellat, dan ir-Regolament m'għandux japplika.

(23)  Il-passiġġieri għandhom jiġu informati għal kollox bi drittijiethom stipulati f'dan ir-Regolament, sabiex huma jkunu jistgħu jeżerċitaw effettivament dawk id-drittijiet.

(24)  Il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw drittijiethom permezz ta" proċeduri ta" ilment xierqa implimentati mill-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jew, skont il-każ, billi jippreżentaw ilmenti lil korp jew korpi maħturin għal dak il-għan mill-Istat Membru relevanti.

(25)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw u jwettqu superviżjoni tal-konformità ġenerali mill-intrapriżi tagħhom tax-xarabanks u/jew kowċis ma" dan ir-Regolament u għandhom jaħtru korp adatt biex iwettaq kompiti ta" infurzar bħal dawn. Is-superviżjoni m'għandhiex taffettwa d-drittijiet tal-passiġġieri biex ifittxu indenizz legali mill-qrati skont il-proċeduri legali nazzjonali.

(26)  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali applikabbli għall-ksur ta" dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dawn il-penali jiġu applikati. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(27)  Minħabba li l-miri ta" dan ir-Regolament, jiġifieri biex ikunu żgurati livelli għoljin u ekwivalenti ta" protezzjoni u ta" għajnuna lill-passiġġieri fit-trasport b'xarabank u b'kowċ mal-Istati Membri kollha, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri weħidhom u għalhekk, minħabba d-dimensjoni internazzjonali sinifikanti jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista" tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà hekk kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk il-miri.

(28)  Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta" Ottubru 1995 dwar il-ħarsien ta" individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali u dwar il-moviment liberu ta" din id-dejta(6).

(29)  L-infurzar ta" dan ir-Regolament għandu jkun ibbażat fuq ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi ("ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi)(7). Dak ir-Regolament għandu għalhekk ikun emendat skont il-każ.

(30)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti partikolarment mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli fir-rigward ta' dan li ġej:

   (1) in-nuqqas ta" diskriminazzjoni bejn il-passiġġieri rigward il-kundizzjonijiet tat-trasport offruti minn intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis;
   (2) ir-responsabbiltà tal-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis fil-każ ta" aċċidenti li jirriżultaw f'mewt jew f'korriment tal-passiġġieri jew it-telf jew ħsara lill-bagalji tagħhom;
   (3) nuqqas ta" diskriminazzjoni u għajnuna obbligatorja għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa li jivvjaġġaw b'xarabank jew b'kowċ;
   (4) l-obbligi tal-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis lejn il-passiġġieri f'każijiet ta" kanċellazzjoni jew dewmien;
   (5) l-informazzjoni minima li għandha tingħata lill-passiġġieri;
   (6) l-indirizzar tal-ilmenti;
   (7) l-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri.

Artikolu 2

L-Ambitu

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-ġarr ta" passiġġieri minn intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis permezz ta" servizzi regolari.

2.  L-Istati Membri jistgħu jeżentaw trasport urban u suburban ▌kopert minn kuntratti ta" servizz pubbliku, jekk dawn il-kuntratti jiżguraw livell komparabbli ta" drittijiet tal-passiġġieri għal dak meħtieġ f'dan ir-Regolament.

3.  Fir-rigward tas-servizzi okkażjonali, għandu jkun applikabbli l-Kapitolu II biss.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta" dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

   (1) "intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis" tfisser intrapriża għat-trasport li hi awtorizzata fl-Istat ta" stabbiliment biex twettaq ġarr b'kowċ u b'xarabank skont il-kundizzjonijiet ta" aċċess għas-suq stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u intrapriża għat-trasport li għandha liċenzja Komunitarja valida maħruġa f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92 tas-16 ta" Marzu 1992 dwar regoli komuni għat-trasport internazzjonali ta" passiġġieri bil-coach u bix-xarabank(8) għall-għanijiet li jitwettqu servizzi internazzjonali ta" ġarr tal-passiġġieri;
   (2) "servizzi okkażjonali" tfisser servizzi fit-tifsira tal-Artikolu 2 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 684/92;
   (3) "servizzi regolari" tfisser servizzi fit-tifsira tal-Artikolu 2 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 684/92;
   (4) "kuntratt tat-trasport" tfisser kuntratt ta" ġarr bejn intrapriżi tax-xarabakijiet u/jew kowċis ▌u l-passiġġier għall-għoti ta" servizz wieħed jew aktar ta" trasport, irrispettivament minn jekk il-biljett ikunx inxtara mingħand trasportatur, minn operatur tal-ġiti jew minn bejjiegħ tal-biljetti;
   (5) "biljett" tfisser dokument validu li jagħti dritt għal trasport, jew xi ħaġa ekwivalenti f'forma mhux ta" karta, inkluża l-forma elettronika, maħruġ jew awtorizzat minn intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jew bejjiegħ tal-biljetti awtorizzat tagħhom;
   (6) "bejjiegħ tal-biljetti" tfisser kull bejgħ intermedjarju ta" servizzi ta" ġarr b'xarabank jew b'kowċ, inklużi dawk li jkunu parti minn pakkett f'isem l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jew operatur tal-ġiti;
   (7) "operatur ta" tur" tfisser organizzatur ▌fit-tifsira tal-Artikolu 2 (2) ▌tad-Direttiva 90/314/KEE;
   (8) "persuna b'diżabbiltà" jew "persuna b'mobbiltà mnaqqsa" tfisser kull persuna li l-mobbiltà tagħha meta tuża t-trasport hija mnaqqsa bħala riżultat ta" diżabbiltà fiżika (sensorja jew lokomotorja, permanenti jew temporanja), diżabbiltà jew indeboliment intellettwali, jew kwalunkwe kawża oħra ta" diżabbiltà, jew bħala riżultat tal-età, u li s-sitwazzjoni tagħha teħtieġ attenzjoni u adattament xierqa għall-ħtiġiet partikolari tagħha tas-servizzi magħmulin disponibbli għall-passiġġieri kollha;
   (9) "riservazzjoni" tfisser awtorizzazzjoni, bil-miktub jew f'forma elettronika, li tagħti intitolament għat-trasport soġġett għal arranġamenti tat-trasport personalizzati kkonfermati preċedentament;
   (10) "korp li jmexxi terminal" tfisser entità organizzattiva fi Stat Membru li kienet magħmula responsabbli għat-tmexxija ta" terminal tax-xarabanks u/jew kowċis;
   (11) "kanċellazzjoni" tfisser in-nuqqas ta" operazzjoni ta" servizz speċifiku li kien skedat preċedentament u li għalih tkun effettivament saret għallinqas riservazzjoni waħda;
   (12) "dewmien" tfisser id-differenza bejn il-ħin li fih il-passiġġier kien skedat li jitlaq jew li jasal skont l-iskeda tal-ħinijiet ippubblikata u l-ħin tat-tluq jew wasla attwali jew mistennija tiegħu;
   (13) "formati aċċessibbli' tfisser li passiġġier jista' jkollu aċċess għall-istess informazzjoni meta juża, pereżempju, format ta' kitba, Braille, awdjo, vidjow u/jew format elettroniku.

Artikolu 4

Kuntratt tat-trasport u kundizzjonijiet kuntrattwali mhux disriminatorji

1.  L-intrapriżi tax-xarabanks u l-kowċis għandhom jipprovdu lill-passiġġieri bi prova tal-konklużjoni tal-kuntratt tat-trasport billi joħorġu biljett wieħed jew aktar. Il-biljetti għandhom jitqiesu bħala evidenza prima facie tal-konklużjoni tal-kuntratt u b'hekk iroddu drittijiet kif hemm provdut f'dan ir-Regolament.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tas-servizz pubbliku li jeħtieġu tariffi soċjali, il-kundizzjonijiet tal-kuntratt u t-tariffi applikati mill-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jew minn bejjiegħa tal-biljetti għandhom jiġu offruti lill-pubbliku in ġenerali mingħajr ebda diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità jew il-post tar-residenza tal-klijent aħħari jew il-post ta" stabbiliment tal-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jew bejjiegħa tal-biljetti fil-Komunità.

Artikolu 5

Esklużjoni ta" rinuzja

1.  L-obbligi skont dan ir-Regolament m'għandhomx ikunu limitati jew rinunzjati, inter alia b'deroga jew klawsola restrittiva fil-kuntratt tat-trasport.

2.  L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jistgħu joffru kundizzjonijiet kuntrattwali aktar favorevoli għall-passiġġier mill-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Kapitolu II

Responsabbiltà tal-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis fir-rigward tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom

Artikolu 6

Responsabbiltà għal mewt jew korriment tal-passiġġieri

1.  Skont dan il-Kapitolu, intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom jinżammu responsabbli għat-telf jew ħsara li jirriżultaw mill-mewt ta" passiġġieri jew mill-korriment personali ▌għall-passiġġieri ikkawżati minn inċidenti li jirriżulta mill-operazzjoni tas-servizzi tat-trasport b'xarabank u b'kowċ u li jseħħu waqt li l-passiġġer ikun qiegħed fil-vettura, jew ikun dieħel jew ħiereġ minnha.

2.  Ir-responsabbiltà għad-danni tal-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għal ħsarat m'għandhiex tkun soġġetta għal xi limitu finanzjarju, kemm jekk ikun iddefinit b'liġi, b'konvenzjoni jew b'kuntratt.

3.  Għal kwalunkwe talba li ma tisboqx l-ammont ta" EUR 220 000 għal kull passiġġier, intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis m'għandhiex teskludi jew tillimita r-responsabbiltà tagħha billi tagħti prova li hija tat l-attenzjoni dovuta skont il-paragrafu 4(a), sakemm l-ammont totali tat-talba ma jaqbiżx l-ammont li għalih l-assigurazzjoni obbligatorja hija meħtieġa, b'konformità mat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE tat-30 ta' Diċembru 1983 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta' l-użu ta' vetturi bil-mutur(9), skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li fih ix-xarabank jew kowċ huwa normalment ibbażata. F'sitwazzjoni bħal din, ir-responsabbiltà għandha tkun limitata għal dak l-ammont.

4.  L-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis m'għandhiex tkun responsabbli skont il-paragrafu 1:

   (a) jekk l-aċċident ikun ġie ikkawżat minn ċirkostanzi mhux relatati mal-operat tas-servizzi tat-trasport b'xarabank u b'kowċ jew li, l-intrapriża tal-ġarr ma setgħetx tevita minkejja li tkun tat l-attenzjoni meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, jew li l-konsegwenzi tiegħu ma setgħux jiġu evitati;
   (b) safejn dak l-aċċident hu t-tort tal-passiġġier jew ikkawżat minħabba negliġenza min-naħa tal-passiġġier.

5.  Xejn f'dan ir-Regolament ma għandu:

   (a) jimplika li l-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis hija l-parti unika responsabbli biex tħallas id-danni; jew
   (b) jirrestrinġi kwalunkwe dritt tal-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis milli tfittex rimedju minn kwalunkwe parti oħra skont il-liġi applikabbli ta" Stat Membru.

Artikolu 7

Ħsarat u interessi

1.  Fil-każ tal-mewt ta" passiġġier, il-ħsarat rigward ir-responsabbiltà previsti fl-Artikolu 6 għandhom jinkludu:

   (a) kwalunkwe spiża mġarrba wara l-mewt tal-passiġġier, b'mod partikolari l-ispiża tat-trasport tal-ġisem u l-ispejjeż tal-funeral;
   (b) jekk il-mewt ma sseħħx f'daqqa, il-ħsarat previsti fil-paragrafu 2║.

2.  Fil-każ ta" korriment lill-persuna jew ta" xi ħsara fiżika jew mentali oħra lil passiġġier, il-ħsarat għandhom jinkludu:

   (a) kwalunkwe spejjeż, b'mod partikolari dawk tal-kura u tat-trasport;
   (b) kumpens għal telf finanzjarju, minħabba inkapaċità totali jew parzjali għax-xogħol, jew għal ħtiġijiet miżjuda.

3.  Jekk, permezz tal-mewt tal-passiġġier, persuna li l-passiġġier kellu, jew seta" jkollu, dover legali li jmantni tkun imċaħda mill-appoġġ, persuni bħal dawn għandhom ukoll jiġu kkumpensati għal dak it-telf.

Artikolu 8

Ħlas bil-quddiem

1.  Fil-każ tal-mewt ta", korriment personali ta" passiġġier, jew ▌ passiġġieri, ikkawżati minn aċċident li jirriżulta mill-operat ta" servizzi tat-trasport b'xarabank u b'kowċ, u fejn il-passiġġier ma jkun kopert minn ebda polza oħra ta'assigurazzjoni għall-ivvjaġġar, l-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis għandha mingħajr dewmien, u f'kull każ fi żmien ħmistax-il jum mill-istabbiliment tal-identità tal-persuna fiżika intitolata għal kumpens, tagħmel tali ħlasijiet bil-quddiem kif ikun meħtieġ biex tissodisfa l-ħtiġijiet ekonomiċi immedjati fuq bażi proporzjonali għall-ħsara mġarrba.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-ħlas bil-quddiem m'għandux ikun inqas minn EUR 21 000 għal kull passiġġer fil-każ ta" mewt.

3.  Ħlas bil-quddiem m'għandux jikkostitwixxi rikonoxximent ta" responsabbiltà u jista" jkun paċut bi kwalunkwe somma sussegwenti mħallsa abbażi ta" dan ir-Regolament iżda m'għandux ikun ta" tip li jintradd lura, ħlief f'każijiet fejn il-ħsara kienet ikkawżata minħabba negliġenza jew nuqqas tal-passiġġier, fejn il-persuna li rċeviet il-ħlas bil-quddiem ma kinitx il-persuna intitolata għal kumpens, jew fejn il-ħsara tabilħaqq imġarrba kienet anqas mill-ammont tal-ħlas bil-quddiem.

Artikolu 9

Responsabbiltà għal bagalji mitlufa jew li ssirilhom ħsara

1.  Intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom ikunu responsabbli għat-telf jew għall-ħsara fuq bagalji mpoġġija taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Il-kumpens massimu għandu jammonta għal EUR 1 800 għal kull passiġġier.

2.  Fil-każ ta" aċċidenti li jirriżultaw mill-operat ta" servizzi tat-trasport b'xarabank u b'kowċ, l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom ikunu responsabbli għat-telf jew għall-ħsara lill-proprjetà personali li l-passiġġieri kellhom fuqhom jew magħhom fil-bagalji tal-idejn. Il-kumpens massimu għandu jammonta għal EUR 1300 għal kull passiġġier.

3.  ▌L-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis ▌ħsara skont il-paragrafi 1 u 2:

   (a) jekk it-telf jew il-ħsara jkunu ġew ikkawżati minn ċirkostanzi mhux relatati mat-twettiq tas-servizzi tat-trasport b'xarabank u b'kowċ u li l-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis ma setgħetx tevita, minkejja li tkun tat l-attenzjoni meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, u li l-konsegwenzi tiegħu hija ma setgħetx tevita;
   (b) safejn dik il-ħsara tkun it-tort tal-passiġġier jew ikkawżata minħabba negliġenza min-naħa tal-passiġġier.

Kapitolu III

Drittijiet ta" persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa

Artikolu 10

Prevenzjoni ta" rifjut tal-ġarr

1.  L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tat-tours tagħhom m'għandhomx jirrifjutaw, abbażi ta" diżabbiltà jew mobbiltà mnaqqsa:

   (a) li jaċċettaw riżervazzjoni għal servizz ta" trasport jew li joħorġu biljett għal vjaġġ li għalih japplika dan ir-Regolament;
   (b) li jtellgħu abbord persuna b'diżabbiltà jew persuna b'mobbiltà mnaqqsa, previst li l-persuna kkonċernata għandha biljett jew riżervazzjoni valida.

2.  Riservazzjonijeit u biljetti għandhom jiġu offruti lil persuni b'diżabilità u persuni b'mobbiltà mnaqqsa mingħajr spejjeż żejda.

Artikolu 11

Derogi u kundizzjonijiet speċjali

1.  Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10, l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jew il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tat-tours tagħhom jistgħu jirrifjutaw, abbażi ta" diżabbiltà jew mobbiltà mnaqqsa, li jaċċettaw riżervazzjoni minn, li joħorġu biljett lil jew li jtellgħu abbord persuna b'diżabbiltà jew persuna b'mobbiltà mnaqqsa:

   ( a) fejnid-disinn tal-vettura jagħmel l-irkib jew il-ġarr tal-persuna b"diżabbiltà jew persuna b'mobbiltà mnaqqsa fiżikament jew effettivament impossibbli;
   (b) jekk il-vettura jew l-infrastruttura fil-post tat-tluq jew tal-wasla jew waqt ir-rotta ma jkunux mgħammra b'mod li jiggrantixxu t-trasport sikur ta' persuni b'diżabilità u persuni b'mobilità mnaqqsa.

Fil-każ li riservazzjoni ma tkunx aċċettata riżervazzjoni għar-raġunijiet imsemmija taħt il-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu, it-trasportaturi, il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tat-tours għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jipproponu alternattiva aċċettabbli lill-persuna kkonċernata.

2.  Persuna b'diżabbiltà jew persuna b'mobbiltà mnaqqsa li tkunx tħalliet titla" abbord minħabba d-diżabbiltà jew il-mobbiltà mnaqqsa tagħha għandha tkun offruta l-għażla bejn id-dritt ta" rimborż u servizzi tat-trasport alternattivi raġjonevoli għall-post tad-destinazzjoni f'qafas ta" żmien komparabbli.

3.  ▌Intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis, bejjiegħ tal-biljetti jew operatur ta" tur jista" jeħtieġ li persuni b'diżabbiltà jew persuni b'mobbiltà mnaqqsa jkunu akkumpanjati minn persuna oħra li tkun kapaċi tipprovdi l-għajnuna meħtieġa minn dik il-persuna, jekk dan ikun strettament meħtieġ, jekk.

   (a) ikunu japplikaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) jew (b), jew
   (b) l-ekwipaġġ tal-vettura kkonċernata jikkonsisti biss f'persuna waħda li ssuq il-vettura u li ma tkunx f'pożizzjoni li tipprovdi lil persuna b'diżabilità jew persuna b'mobilità mnaqqsa bl-għajnuna kif speċifikata fl-Anness I.

4.  Meta l-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis jew il-bejjiegħ tal-biljetti jew operaturi ta" tours jeżerċitaw id-deroga prevista fil-paragrafu 1, huma għandhom jinformaw immedjatament lill-persuna b'diżabbiltà jew lill-persuna b'mobbiltà mnaqqsa bir-raġunijiet, jew fuq talba jinformawhom bil-miktub fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol bit-talba.

Artikolu 12

Aċċessibbiltà u informazzjoni

1.  L-intrapriżi tax-xarabanks u l-kowċis għandhom jistabbilixxu, f'koperazzjoni ma" organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa u korpi tal-infurzar li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 27, regoli dwar aċċess mhux diskriminatorju li japplikaw għat-trasport ta" persuni b'diżabbiltà u ta" persuni b'mobbiltà mnaqqsa u ta" persuni li jakkumpanjawhom, sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet applikabbli għas-sigurtà. Dawn ir-regoli għandhom jistipulaw il-kundizzjonijiet kollha dwar l-aċċess tas-servizz b'xarabank u b'kowċ in kwistjoni, inkluż l-aċċessibbiltà għall-vetturi operati u l-faċilitajiet abbord tagħhom u t-tagħmir ta" għajnuna li jkun installat.

2.  Ir-regoli previsti fil-paragrafu 1 għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mill-intrapriżi tax-xarabanks u/jew il-kowċis jew mill-bejjiegħa tal-biljetti tal-inqas meta ssir ir-riżervazzjoni, f'format aċċessibbli, u bl-istess lingwi bħal dawk li fihom l-informazzjoni ġeneralment titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-passiġġieri kollha. Meta tkun ipprovduta din l-informazzjoni, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabbiltà u ta" persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

3.  Fuq talba, l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew l-kowċis għandhom minnufih jagħmlu disponibbli l-liġi internazzjonali, Komunitarja jew nazzjonali li tistabbilixxi ħtiġijiet ta" sigurtà, li fuqha huma bbażati r-regoli dwar aċċess mhux diskriminatorju. Dawn għandhom jiġu provduti f'formati aċċessibbli.

4.  L-operaturi tat-tours għandhom jagħmlu disponibbli r-regoli li għalihom hemm provdut fil-paragrafu 1 li japplikaw għall-vjaġġi inklużi f'package travel, package holidays u package tours li huma jorganizzaw, ibigħu jew joffru għall-bejgħ.

5.  L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis, il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tat-tours tagħhom għandhom jiżguraw li l-informazzjoni relevanti kollha rigward il-kundizzjonijiet tal-ġarr, l-informazzjoni dwar il-vjaġġ u l-informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tas-servizzi, inklużi l-booking u t-tagħrif on-line, tkun ║disponibbli f'formati adatti u aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa li testendi għal dawk il-persuni li mhumiex kapaċi jivvjaġġaw waħedhom mingħajr assistenza minħabba l-età kbira jew żgħira tagħhom u għall-persuni li jakkumpanjawhom.

Artikolu 13

Dritt għal għajnuna

1.  Il-korpi li jmexxu terminal u l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom jiżguraw għajnuna xierqa lil persuna b'diżabbiltà jew lil persuna b'mobbiltà mnaqqsa kif speċifikat fl-Anness I mingħajr ħlas qabel, wara, u jekk ikun possibbli, waqt il--vjaġġ. L-għajnuna għandha tiġi adattata għall-ħtiġijiet individwali tal-persuna b'diżabilità jew tal-persuna b'mobilità mnaqqsa.

2.  Il-korpi li jmexxu terminals u l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jistgħu jipprovdu għajnuna huma nfushom jew jistgħu jqabbdu lil parti waħda jew aktar minn waħda għall-għoti ta" għajnuna. Huma jistgħu jidħlu għal kuntratt jew kuntratti bħal dawn b'inizjattiva tagħhom jew meta jkunu mitlubin jagħmlu dan.

Fejn korpi li jmexxu terminals u intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis iqabbdu lil parti waħda jew aktar minn waħda għall-għoti ta" għajnuna, huma għandhom jibqgħu responsabbli għall-għoti tal-għajnuna

3.  Id-dispożizzjonijiet ta" dan il-Kapitolu ma jżommux lill-korpi tat-tmexxija tat-terminals jew lill-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis milli jipprovdu għajnuna ta" standard ogħla mill-istandards li hemm referenza għalihom fl-Anness I jew li jipprovdu servizzi addizzjonali għal dawk speċifikati hemmhekk.

Artikolu 14

Dritt għal għajnuna f'terminals

1.  Mhux iktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnominaw it-terminals tax-xarabanks u l-kowċis fejn għandha tingħata għajnuna għal persuni b'diżabbiltà u lil persuni b'mobbiltà mnaqqsa, b'konsiderazzjoni tal-ħtieġa li tkun żgurata aċċessibbiltà għas-servizzi f'bosta mil-lokazzjonijiet ġeografiċi. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli fuq l-Internet lista tal-vendi magħżula tax-xarabanks u tal-kowċis.

2.  Il-korp li jmexxi terminal, terminal li jkun ġie nnominat minn Stat Membru skont il-paragrafu 1, għandu jkun responsabbli biex jiżgura l-għoti ta" għajnuna speċifikata fil-parti (a) tal-Anness I mingħajr ħlas addizzjonali lil persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa, previst li l-persuna kkonċernata tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 16.

3.  Fejn ikun meħtieġ l-użu ta' kelb rikonoxxut biex jassisti, għandu jingħata permess jekk is-sewwieq tax-xarabank u/jew tal-kowċ jew min ibigħ il-biljetti jew l-operatur tal-ġita jkunu ġew mgħarrfa skont ir-regoli nazzjonali applikabbli li jkopru l-ġarr ta' klieb għall-assistenza.

Artikolu 15

Dritt għal għajnuna abbord

L-intrapriżi tax-xarabanks u l-kowċis għandhom jipprovdu tal-inqas l-għajnuna speċifikata fil-parti (b) tal-Anness I mingħajr ħlas lil persuni b'diżabbiltà u lil persuni b'mobbiltà mnaqqsa ▌u waqt it-tlugħ abbord u l-inżul mill-kowċ jew xarabank, previst li l-persuna kkonċernata tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 16.

Artikolu 16

Kundizzjonijiet li taħthom hi pprovduta għajnuna

1.  L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis, il-korpi li jmexxu terminal, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi ta" tours għandhom jikkooperaw sabiex jipprovdu għajnuna lil persuni b'diżabbiltà u lil persuni b'mobbiltà mnaqqsa bil-kundizzjoni li l-ħtieġa tal-persuna għal għajnuna bħal din tkun innotifikata lill-intrapriża tax-xarabank u/jew tal-kowċ, lill-korp tat-tmexxija ta" terminal, lil bejjiegħ tal-biljetti jew lil operatur ta" tur tal-inqas 24 siegħa qabel ma tkun meħtieġa l-għajnuna, sakemm il-persuna li tagħti l-għajnuna ma tipproponix perjodu ta" notifika iqsar, jew sakemm ma jsirx qbil dwar perjodu iqsar bejn il-persuna li tagħti l-għajnuna u l-passiġġier.

2.  L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi ta" tours għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiffaċilitaw l-irċevuta ta" notifiki tal-ħtieġa ta" għajnuna magħmulin minn persuni b'diżabbiltà jew persuni b'mobbiltà mnaqqsa. Il-passiġġier għandu jirċievi konferma li tgħid li l-ħtiġijiet ta' assistenza jkunu ġew notifikati. Dawn l-obbligi għandhom japplikaw fil-punti kollha tal-bejgħ tagħhom inkluż il-bejgħ bit-telefon u permezz tal-Internet.

3.  Jekk ma ssir l-ebda notifika skont il-paragrafu 1, l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew il-kowċis, il-korpi li jmexxu terminal, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tat-tours għandhom jagħmlu kull sforz possibbli biex jiżguraw li l-għajnuna tkun ipprovduta b'mod li l-persuna b'diżabbiltà jew il-persuna b'mobbiltà mnaqqsa tkun tista" titla" abbord is-servizz tat-tluq, biex tibdel għas-servizz korrispondenti jew biex tinżel mis-servizz tal-wasla li għalih hi tkun xtrat biljett.

4.  L-għajnuna għandha tingħata bil-kundizzjoni li l-persuna kkonċernata tippreżenta ruħha fil-punt stabbilit:

   fil-ħin stipulat minn qabel mill-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis, li m'għandux ikun iktar minn 60 minuta qabel il-ħin tat-tluq skedat, jew
   jekk ma huwa stipulat l-ebda ħin, mhux aktar tard minn 30 minuta qabel il-ħin tat-tluq skedat, sakemm il-persuna li tagħti l-għajnuna ma tipproponix ħin ieħor, jew sakemm ma jsirx qbil mod ieħor bejn il-persuna li tagħti l-għajnuna u l-passiġġier.

5.  Il-korp li jmexxi terminal, terminal li jkun ġie nnominat minn Stat Membru skont l-Artikolu 14(1) għandu, wara li jqis il-kundizzjonijiet lokali u mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta" entitajiet oħrajn rigward żoni li jinsabu barra l-bini tat-terminal, jistabbilixxi punti ta" wasla u tluq fit-terminal jew f'punti taħt il-kontroll dirett tal-korp li jmexxi terminal, kemm ġewwa kif ukoll barra l-bini tat-terminal, fejn il-persuni b'diżabbiltà jew il-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jistgħu jinnotifikaw il-wasla tagħhom u jitolbu għajnuna.

6.  Il-punti magħżula li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 5 għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar, aċċessibbli u jintgħarfu minn persuni b'diżabilità u minn persuni b'mobilità limitata u għandhom joffru l-informazzjoni meħtieġa dwar il-venda u l-għajnuna pprovduta, f'formati aċċessibbli.

Artikolu 17

Trasmissjoni ta" informazzjoni lil parti terza

1.  Fejn l-għoti tal-għajnuna jkun ġie fdat lil terzi, u intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis jew bejjiegħ tal-biljetti jew operatur tat-tours jirċievi notifika tal-ħtieġa għal għajnuna tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin tat-tluq skedat għall-vjaġġ, dawn għandhom jittrasmettu l-informazzjoni relevanti sabiex il-parti terza tirċievi l-informazzjoni tal-inqas 36 siegħa qabel il-ħin tat-tluq skedat għall-vjaġġ.

2.  Fejn l-għoti tal-għajnuna jkun ġie fdat lil terzi, u intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis jew bejjiegħ tal-biljetti jew operatur tat-tours ma jirċevix notifika għall-ħtieġa għal assistenza tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin tat-tluq skedat għall-vjaġġ, il-ġarriera jew il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tat-tours għandhom jittrasmettu l-informazzjoni sabiex il-parti terza tirċievi n-notifika kemm jista" jkun malajr.

Artikolu 18

Taħriġ

L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew il-kowċis u l-korpi li jmexxu l-vendi għandhom:

   (a) jiżguraw li l-persunal kollu tagħhom, inkluż dak impjegat minn kwalunkwe subkuntrattur, li jipprovdi għajnuna diretta lil persuni b'diżabbiltà u lil persuni b'mobbiltà mnaqqsa għandu għarfien ta" kif jittratta l-ħtiġiet tal-persuni li għandhom għadd ta" diżabbiltajiet jew nuqqasijiet fil-mobbiltà;
   ( b) jipprovdu għajnuna fir-rigward tad-diżabbiltà u taħriġ fuq is-sensibilizzazzjoni dwar id-diżabbiltà kif deskritt fl-Anness II lill-persunal kollu li jittratta direttament mal-pubbliku li jivvjaġġa;
   ( c) jiżguraw li, fil-waqt tar-reklutaġġ, l-impjegati l-ġodda kollha jattendu taħriġ relatat mad-diżabbiltà u li l-persunal jirċievi korsijiet ta" taħriġ ta" aġġornament meta adatt.

Artikolu 19

Kumpens rigward siġġiet tar-roti u apparat għall-mobbiltà

1.  Fejn siġġijiet tar-roti jew apparat għall-mobbiltà ieħor, jew partijiet minnu, jintilfu jew tiġrilhom ħsara waqt li jkunu immaniġġjati fit-terminal jew waqt li jkunu qiegħdin jiġu trasportati abbord xarabank jew kowċ, il-passiġġier li tiegħu hu l-apparat għandu jiġi ikkumpensat mill-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis jew mill-korp li jmexxi t-terminal skont liema minnhom ikun responsabbli għall-apparat fil-waqt tat-telf jew ħsara.

Fejn meħtieġ għandu jsir kull sforz biex b'ħeffa jkun pprovdut apparat ta" sostituzzjoni b'karatteristiċi tekniċi u funzjonali simili għal dawk mitlufa jew bil-ħsara.

2.  L-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis m'għandhiex tkun responsabbli skont il-paragrafu 1:

   (a) jekk it-telf jew il-ħsara jkunu ġew ikkawżati minn ċirkostanzi mhux relatati mat-twettiq tas-servizzi tat-trasport b'xarabank u b'kowċ u li l-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis ma setgħetx tevita, minkejja li tkun tat l-attenzjoni meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, u li l-konsegwenzi tiegħu hija ma setgħetx tevita;
   (b) safejn dak it-telf jew id-dannu jkun tort tal-passiġġier jew ikkawżat minħabba negliġenza min-naħa tal-passiġġier.

3.  L-ammont ta" kumpens pagabbli skont dan l-Artikolu għandu jkun ekwivalenti għat-telf imġarrab.

Kapitolu IV

Obbligi tal-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis fil-każ ta" vjaġġar interrott

Artikolu 20

Responsabbiltà fil-każ ta" kanċellazzjonijiet u dewmien fit-tul

1.  L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom ikunu responsabbli għal kanċellazzjonijiet u, ibbukkjar żejjed għal dewmien fit-tluq ta" aktar minn sagħtejn. L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom ikunu responsabbli biss għal kanċellazzjonijiet u dewmien li jaqgħu f'ċirkustanzi fil-kontroll tagħhom. Din ir-responsabilità m'għandhiex tkopri dewmien li jkun kawża ta' konġestjoni tat-traffiku u minn kontrolli fil-fruntieri u/jew tal-vetturi. Fil-każijiet kollha meta l-intrapriżi jkunu responsabbli, il-passiġġieri kkonċernati għandhom tal-anqas:

   (a) ikunu offruti servizzi alternattivi tat-trasport mingħajr ħlas żejjed u taħt kundizzjonijiet raġjonevoli jew, jekk dan ma jkunx prattiku, ikunu informati b'servizzi alternattivi tat-trasport ta" operaturi oħra tat-trasport;
   (b) jirċievu rimborż tal-prezz tal-biljett sakemm ma jaċċettawx servizzi alternattivi tat-trasport imsemmija fil-punt (a);
   (c) flimkien mar-rimborż imsemmi fil-punt (b), ikollhom id-dritt għal kumpens li jammonta għal 50% tal-prezz tal-biljett jekk l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jonqsu milli jipprovdu servizzi alternattivi jew l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-punt (a). Il-kumpens għandu jitħallas fi żmien xahar mis-sottomissjoni tat-talba għal kumpens;
   (d) fejn jagħżlu li jaċċettaw is-servizzi alternattivi ta' trasport offruti, ikollhom id-dritt għal kumpens li jammonta għal 50% tal-prezz tal-biljett bla ma jitilfu d-dritt tagħhom għat-trasport. Il-prezz tal-biljett għandu jkun il-prezz sħiħ imħallas mill-passiġġier għad-dewmien f'dik il-parti tal-vjaġġ. Il-kumpens għandu jitħallas fi żmien xahar mis-sottomissjoni tat-talba għal kumpens;
   (e) jiġu offruti ikel u xorb, skont il-ħin ta' stennija, jekk ikunu jistgħu jingħataw b'mod raġonevoli;
   (f) jiġu offruti lukanda jew akkomodazzjoni u trasport ieħor bejn il-venda u l-post ta' akkomodazzjoni fil-każ li tkun tinħtieġ waqfa bil-lejl qabel it-tkomplija tal-vjaġġ;
   (g) jekk ix-xarabank u/jew il-kowċ ikollhom il-ħsara, il-passiġġieri jiġu offruti trasport mill-post fejn tkun waqfet il-vettura għal post ta' stennija xieraq u/jew venda, minn fejn ikunu jistghu ikomplu l-vjagg taghhom.

2.  F'każijiet oħra barra dawk koperti mill-paragrafu 1, impriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom jidħlu responsabbli għal dewmien sal-wasla ta' aktar minn sagħtejn, meta d-dewmien jirriżulta minn:

   negliġenza u tort tas-sewwieq, jew
   ħsara teknika fil-vettura.

   (a) ikollhom id-dritt għal kumpens ta' 50% tal-prezz tal-biljett; il-prezz tal-biljett għandu jkun il-prezz sħiħ imħallas mill-passiġġier għad-dewmien f'dik il-parti tal-vjaġġ. Il-kumpens għandu jitħallas fi żmien xahar mis-sottomissjoni tat-talba għal kumpens;
   (b) jiġu offruti assistenza skont ir-referenza fil-punti (e), (f) u (g) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.  Intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis għandha tinħeles minn din ir-responsabilità jekk il-kanċellazzjoni jew id-dewmien jistgħu jiġu attribwiti għal xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

   (a) ċirkustanzi mhux relatati mat-twettiq tas-servizzi tat-trasport b'xarabank u b'kowċ u li l-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis ma setgħetx tevita, minkejja li tkun tat l-attenzjoni meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, u l-konsegwenzi tiegħu hija ma setgħetx tevita;
   (b) negliġenza tal-passiġġieri, jew
   (c) azzjoni ta' terza persuna li impriża tax-xarabanks u/jew kowċis ma setgħetx tevita minkejja li tkun tat l-attenzjoni meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, u l-konsegwenzi tiegħu hija ma setgħetx tevita.

Artikolu 21

Għoti ta' informazzjoni

1.  Fil-każ ta" dewmien, l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jew, fejn adatt, il-korpi li jmexxu t-terminals, għandhom jinformaw lill-passiġġieri bil-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla stmati hekk kif din l-informazzjoni tkun disponibbli, iżda mhux aktar tard minn 30 minuta wara t-tluq skedat jew siegħa qabel wasla skedata rispettivament. Dan it-tagħrif għandu jingħata wkoll f'formati aċċessibbli għal persuni b'diżabilità u għal persuni b'mobilità limitata.

2.  Jekk il-passiġġieri jitilfu konnessjoni minħabba dewmien, l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom jagħmlu sforzi raġjonevoli biex jinformaw lill-passiġġieri kkonċernati b'konnessjonijiet alternattivi.

Artikolu 22

Aktar klejms

Dan ir-Regolament għandu japplika bla ħsara għad-drittijiet tal-passiġġieri għal aktar kumpens. Il-kumpens mogħti bis-saħħa ta' dan ir-Regolament jista' jitnaqqas minn dan il-kumpens addizzjonali.

Artikolu 23

Miżuri addizzjonali favur il-passiġġieri

It-trasportaturi għandhom jikkoperaw biex jadottaw arranġamenti fuq livell nazzjonali u Ewropew bl-involviment tal-partijiet interessati, assoċjazzjonijiet professjonali u assoċjazzjonijiet ta" konsumaturi, passiġġieri u persuni b'diżabbiltà. Dawn il-miżuri għandhom ikunu mmirati biex itejbu l-attenzjoni mogħtija lill-passiġġieri, speċjalment fil-każ ta" dewmien fit-tul u interruzzjoni jew kanċellazzjoni tal-ivvjaġġar, u għandha tingħata prijorità lil dawk il-passiġġieri bi bżonnijiet speċjali minħabba diżabilità, mobilità limitata, mard, età kbira u tqala, u li għandha tiġi estiża għal tfal żgħar u l-passiġġieri li jakkumpanjawhom.

Fil-każ ta' dewmien twil u interruzzjoni jew kanċellazzjoni tal-vjaġġ, l-attenzjoni għandha ddur fuq l-għoti ta' assistenza medika lill-passiġġieri kif ukoll ikel u xorb skont il-ħtieġa, tagħrif aġġornat regolarment u, fejn jixraq, arranġamenti alternattivi għall-vjaġġ u akkomodazzjoni.

KAPITOLU V

Informazzjoni għall-passiġġieri u ġestjoni tal-ilmenti

Artikolu 24

Dritt għal informazzjoni dwar l-ivvjaġġar

Il-korpi li jmexxu terminals u l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew il-kowċis għandhom jipprovdu lill-passiġġieri b'informazzjoni adegwata matul il-vjaġġ kollu tagħhom f'formati aċċessibbli.

Artikolu 25

Informazzjoni dwar drittijiet tal-passiġġieri

║ L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis u l-korpi li jmexxu terminal għandhom jiżguraw li l-passiġġieri jiġu pprovduti b'informazzjoni adatta u li tinftiehem rigward drittijiethom skont dan ir-Regolament tal-anqas mat-tluq u waqt il-vjaġġ. L-informazzjoni għandha tkun tingħata f'formati aċċessibbli. Din l-informazzjoni għandha tinkludi dettalji ta" kuntatt tal-korp għall-infurzar maħtur mill-Istat Membru skont l-Artikolu 27(1).

Artikolu 26

Ilmenti

1.  L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom, fejn korp bħal dan ma jeżistix diġà, jistabbilixxu mekkaniżmu għall-ġestjoni tal-ilmenti, aċċessibbli għall-passiġġieri kollha, fosthom passiġġieri b'diżabilità u passiġġieri b'mobilità limitata, għal drittijiet u obbligi koperti minn dan ir-Regolament.

2.  Il-passiġġieri jistgħu jressqu ilment lil intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis fi żmien xahar mill-jum meta jkun twettaq is-servizz jew minn meta kellu jitwettaq is-servizz. Fi żmien 20 jum xogħol, dak li lejh ikun indirizzat l-ilment għandu jew jagħti opinjoni raġunata jew, f'każijiet iġġustifikati, jinforma lill-passiġġier sa liema data għandha tkun mistennija risposta. Iż-żmien meħud għal risposta m'għandux ikun itwal minn xahrejn minn meta jkun riċevut l-ilment.

3.  Jekk ma tkun riċevuta l-ebda risposta fil-limiti ta" żmien stabbiliti fil-paragrafu 2, l-ilment għandu jitqies li ma ġiex aċċettat.

4.  L-impriżi tax-xarabanks u/jew tal-kowċis għandhom joħorġu rapport annwali li jkun fih in-numru u s-suġġetti tal-ilmenti rċevuti, l-għadd medju ta' jiem meħtieġa għal risposta u l-azzjonijiet korrettivi meħuda.

Kapitolu VI

Infurzar u korpi nazzjonali għall-infurzar

Artikolu 27

Korpi nazzjonali għall-infurzar

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar korp jew korpi responsabbli għal-infurzar ta" dan ir-Regolament. Kull korp għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li d-drittijiet tal-passiġġieri jiġu rispettati inkluża l-konformità mar-regoli dwar l-aċċessibbiltà li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 12. Kull korp għandu, fl-organizzazzjoni, deċiżjonijiet ta" finanzjament, struttura legali u teħid ta" deċiżjonijiet tiegħu, ikun indipendenti ▌.

2.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-korp jew korpi nnominati skont dan l-Artikolu u bir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom.

3.  Dawn il-korpi għandhom jikkoperaw ma' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew tal-kowċis u lill-konsumaturi, inklużi organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw persuni b'diżabilità u persuni b'mobilità mnaqqsa.

4.  Kull passiġġier jista" jilmenta mal-korp adatt maħtur skont il-paragrafu 1, dwar ksur allegat ta" dan ir-Regolament.

5.  L-Istati Membri li għażlu li jeżentaw ċerti servizzi skont l-Artikolu 2(2), għandhom jiżguraw mekkaniżmu komparabbli ta" infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri.

Artikolu 28

Rapport dwar l-infurzar

1.  Fl-1 ta' Ġunju ta" kull sena, il-korpi għall-infurzar li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 27 (1) għandhom jippubblikaw rapport dwar l-attività tagħhom fis-sena preċedenti, li għandu jinkludi fost l-oħrajn:

   (a) deskrizzjoni ta" azzjonijiet meħudin sabiex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet ta" dan ir-Regolament,
   (b) referenza għall-proċedura applikabbli biex ikunu solvuti ilmenti individwali
   (c) sommarju tar-regoli dwar l-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa applikabbli f'dak l-Istat Membru,
   (d) dejta aggregata dwar l-ilmenti, fosthom dwar il-konklużjonijiet u l-limiti ta' żmien biex tinstab soluzzjoni,
   (e) dettalji ta" sanzjonijiet applikati,
   (f) kwistjonijiet oħra ta" importanza għall-infurzar aħjar ta" dan ir-Regolament.

2.  Sabiex ikunu jistgħu jabbozzaw rapport bħal dan il-korpi għall-infurzar għandhom iżommu statistika dwar ilmenti individwali, skont is-suġġett u l-kumpaniji kkonċernati. Din id-dejta għandha tkun magħmula disponibbli fuq talba għall-Kummissjoni jew għall-awtoritajiet investigattivi nazzjonali sa tliet snin wara d-data tal-inċident.

Artikolu 29

Kooperazzjoni bejn entitajiet ta' infurzar

Il-korpi nazzjonali għall-infurzar maħturin skont l-Artikolu 27 (1) għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar ħidmiethom u l-prinċipji u l-prattiki għat-teħid ta" deċiżjonijiet għall-iskop ta" protezzjoni konsistenti tal-passiġġieri madwar il-Komunità kollha. Il-Kummissjoni għandha tappoġġahom f'dan il-kompitu.

Artikolu 30

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta" dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu implimentati. Il-penali previsti, li jistgħu jinkludu l-ordni għall-ħlas ta' kumpens lill-passiġġier ikkonċernat, jrid ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni u għandhom jinformawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Kapitolu VII

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 31

Ir-rapport

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux inqas minn ...(10), dwar l-operat u l-effetti ta" dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ bi proposti leġiżlattivi li jimplimentaw f'aktar dettall id-dispożizzjonijiet ta" dan ir-regolament, jew li jemedawh.

Artikolu 32

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2006/2004

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 għandu jiżdied il-punt li ġej:"

18.  Ir-Regolament KE Nru ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" [...] dwar id-drittijiet tal-passiġġieri waqt trasport internazzjonali b'xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi)(ĠU L ....)

"

Artikolu 33

Dħul fis-seħħ

1.  Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  Għandu japplika b'effett minn ...(11).

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ║,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

Għajnuna pprovduta lil persuni b'diżabbiltà u lil persuni b'mobbiltà mnaqqsa

a)  Għajnuna f'terminals

L-għajnuna u l-arranġamenti meħtieġa biex persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa jkunu jistgħu:

   jikkomunikaw il-wasla tagħhom fit-terminal kif ukoll it-talba tagħhom għal għajnuna f'punti stabbiliti;
   jiċċaqilqu mill-punt stabbilit sal-bank tal-biljetti, kamra għall-istennija u żona għall-imbarkazzjoni.

b)  Għajnuna abbord

L-għajnuna u l-arranġamenti meħtieġa biex persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa jkunu jistgħu:

   jitilgħu abbord il-vettura, bl-użu ta" liftijiet, siġġiet tar-roti jew apparat xieraq ieħor;
   jgħabbu l-bagalji tagħhom;
   jieħdu lura l-bagalji tagħhom;
   jinżlu mill-vettura;
   jiċċaqilqu għal faċilitajiet sanitarji, jekk ikun possibbli;
   ikollhom magħhom kelb rikonoxxut għall-għajnuna abbord ix-xarabank jew il-kowċ;
   jipproċedu għall-bankijiet;
   jiġu pprovduti bl-informazzjoni essenzjali dwar vjaġġ f'formati aċċessibbli;
   jitilgħu, jinżlu waqt pawżi fi vjaġġ, jekk fattibbli.

ANNESS II

Taħriġ relatat mad-diżabbiltà

a)  Taħriġ dwar sensibilizzazzjoni għad-diżabbiltà

It-taħriġ tal-persunal li jittratta direttament mal-pubbliku li jivvjaġġa jinkludi:

   sensibilizzazzjoni għal u risponsi adatti għal passiġġieri b'diżabbiltajiet fiżiċi, sensorji (smigħ u viżiv), moħbija jew ta" tagħlim, inkluż dwar kif jiddistingwi bejn l-abbiltajiet differenti ta" individwi li l-mobbiltà, l-orjentazzjoni jew il-komunikazzjoni tagħhom tista" tkun imnaqqsa;
   xkiel iffaċċjat minn persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa, inkluż xkiel ta" attitudni, ambjentali/fiżiku u fuq livell organizzattiv;
   klieb għall-għajnuna rikonoxxuti, inkluż l-irwol u l-ħtiġijiet ta" annimal għall-għajnuna;
   jittratta ma" avvenimenti mhux mistennija;
   ħtiġijiet interpersonali u metodi ta" komunikazzjoni ma" persuni torox u persuni neqsin mis-smigħ, persuni neqsin mid-dawl, persuni b'diffikultjiet fit-taħdit u persuni b'diżabbiltà intellettwali;
   kif jittratta siġġijiet tar-roti u għajnuniet oħra għall-mobbiltà bil-galbu sabiex jevita l-ħsara (lill-persunal kollu li hu responsabbli għall-immnaiiġjar tal-bagalji jekk ikun rilevanti).

b)  Taħriġ għal għajnuna fil-każ ta" diżabbiltà

It-taħriġ lill-persunal li jassisti direttament lil persuni b'diżabbiltà jew lil persuni b'mobbiltà mnaqqsa jinkludi:

   kif wieħed għandu jipprovdi għajnuna lil utenti ta" siġġijiet tar-roti huma u jagħmlu trasferiment għal ġewwa u "l barra minn siġġu tar-roti;
   ħiliet biex tingħata għajnuna lil persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa li jkunu qiegħdin jivvjaġġaw b'kelb għall-għajnuna rikonoxxut, inkluż l-irwol u l-ħtiġijiet ta" dawk il-klieb;
   tekniki għall-akkompanjament ta" passiġġieri għomja jew b'viżta mdgħajfa u għall-immaniġġjar u l-ġarr ta" klieb għall-għajnuna rikonoxxuti, filwaqt li jitqies li l-klieb għall-għajnuna huma mħarrġa sabiex jobdu biss l-ordnijiet ta" sidhom u m'għandhomx jiġu mmaniġġjati mill-istaff waqt xogħolhom;
   fehim tat-tipi ta" apparat li jista" jassisti lil persuni b'diżabbiltà u lil persuni b'mobbiltà mnaqqsa u għarfien ta" kif ikun immaniġġjat apparat bħal dan;
   l-użu ta" tagħmir ta" għajnuna għall-inżul u għat-tlugħ użat u għarfien tal-proċeduri x-xierqa għal għajnuna waqt it-tlugħ u l-inżul li jissalvagwardja s-sigurtà u d-dinjità tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa;
   fehim suffiċjenti tal-ħtieġa għal għajnuna affidabbli u professjonali. Barra minn hekk, għarfien tal-potenzjal ta" ċerti passiġġieri b'diżabbiltà li jesperjenzaw sensazzjonijiet ta" vulnerabbiltà waqt l-ivvjaġġar minħabba d-dipendenza tagħhom fuq l-għajnuna pprovduta;
   għarfien tal-ewwel għajnuna.

(1) ĠU C ...
(2) ĠU C …
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009.
(4) ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4.
(5) ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59.
(6) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(7) ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.
(8) ĠU L 74, 20.3.1992, p. 1.
(9) ĠU L 8, 11.1.1984, p. 17.
(10)* ĠU: Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament.
(11)** ĠU: Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament.


It-terminu ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta' ċerti drittijiet relatati ***I
PDF 445kWORD 91k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/116/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-terminu ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta' ċerti drittijiet relatati (COM(2008)0464 – C6-0281/2008 – 2008/0157(COD))
P6_TA(2009)0282A6-0070/2009
RETTIFIKI

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0464),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 47(2), 55 u 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0281/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0070/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' April 2009bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/116/KE ║dwar it-terminu ta" protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati

P6_TC1-COD(2008)0157


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 47(2), 55 u 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(2),

Billi:

(1)  Skont id-Direttiva 2006/116/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar it-terminu ta" protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ċerti drittijiet relatati(3), it-terminu ta' protezzjoni għal artisti u produtturi ta' fonogrammi huwa ta" 50 sena.

(2)  Fil-każ tal-artisti dan il-perjodu jibda bil-prestazzjoni jew, meta l-iffissar tal-prestazzjoni tagħhom jiġi ppubblikat jew ikkomunikat lill-pubbliku fi żmien 50 sena wara li ssir il-prestazzjoni, bl-ewwel pubblikazzjoni bħal din jew bl-ewwel komunikazzjoni bħal din lill-pubbliku, skont liema tkun l-ewwel.

(3)  Għal produtturi ta" fonogrammi l-perjodu jibda bl-iffissar tal-fonogramma jew mill-pubblikazzjoni tagħha fi żmien 50 sena wara li tiġi ffissata, jew, jekk ma tkunx ippubblikata, mill-komunikazzjoni tagħha lill-pubbliku fi żmien 50 sena wara li tiġi ffissata.

(4)  L-importanza soċjalment rikonoxxuta tal-kontribuzzjoni kreattiva tal-artisti jeħtieġ li tkun riflessa f'livell ta' protezzjoni li tagħraf il-kontribuzzjonijiet kreattivi u artistiċi tagħhom.

(5)  L-artisti ġeneralment jibew il-karrieri tagħhom ta" età żgħira u t-terminu attwali ta" protezzjoni ta" 50 sena applikabbli fir-rigward tal-iffissar tal-prestazzjonijiet ħafna drabi ma jipproteġix il-prestazzjonijiet tagħhom matul ħajjithom kollha. Għaldaqstant, xi artisti jħabbtu wiċċhom ma" differenza fl-introjtu fl-aħħar snin ta" ħajjithom. Ħafna drabi dawn lanqas ikunu jistgħu jiddependu fuq id-drittijiet tagħhom li jipprevjenu jew jirrestrinġu l-użu oġġezzjonabbli tal-prestazzjonijiet tagħhom li jistgħu jseħħu matul ħajjithom.

(6)  Id-dħul li ġej mid-drittijiet esklużivi tagħhom ta" riproduzzjoni u disponibbiltà, kif stipulat fid-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta" ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta" drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni(4), kif ukoll il-kumpens ġust għal riproduzzjonijiet għal użu privat skont it-tifsira ta" din id-Direttiva, u mid-drittijiet esklużivi ta" distribuzzjoni u kiri skont it-tifsira tad-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar id-dritt ta" kiri u d-dritt ta" self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-kamp tal-proprjetà intellettwali(5), għandu jkun disponibbli għall-artisti għall-inqas matul ħajjithom.

(7)  It-terminu ta" protezzjoni għall-iffissar ta" prestazzjonijiet u għall-fonogrammi għandu għalhekk jiġi estiż għal 70 sena wara l-avveniment rilevanti.

(8)  Id-drittijiet ▌ fl-iffissar tal-prestazzjoni għandhom jerġgħu lura għand l-artist jekk il-produttur ta" fonogrammi jżomm lura milli joffri għall-bejgħ, fi kwantità suffiċjenti, fit-termini tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Artisti, il-Produtturi tal-Fonogrammi u l-Organizzazzjonijiet tax-Xandir, kopji ta' fonogramma li, fin-nuqqas ta" estensjoni tat-terminu, tkun fid-dominju pubbliku jew milli jagħmel din il-fonogramma disponibbli għall-pubbliku. Din l-għażla għandha tkun disponibbli wara l-iskadenza ta' perjodu raġonevoli ta' żmien li jibqa' għall-produttur ta' fonogrammi biex iwettaq dawn iż-żewġ atti ta' sfruttament. Għaldaqstant, id-drittijiet tal-produttur ta" fonogrammi fil-fonogramma għandhom jiskadu, biex tiġi evitata sitwazzjoni fejn dawn id-drittijiet ikunu jeżistu flimkien ma' dawk tal-artist fl-iffissar tal-prestazzjoni filwaqt li d-drittijiet tal-aħħar ma jibqgħux jiġu trasferiti jew assenjati lill-produtturi ta" fonogrammi.

(9)  Kif jibdew relazzjoni kuntrattwali ma" produttur ta" fonogrammi, l-artisti normalment ikollhom jittrasferixxu lill-produtturi ta" fonogrammi d-drittijiet esklużivi tagħhom ta' riproduzzjoni, distribuzzjoni, kiri u disponibbiltà tal-iffissar tal-prestazzjonijiet tagħhom. Bħala bdil ma" dan, xi artisti jitħallsu ħlas bil-quddiem fuq id-drittijiet u jibbenefikaw biss mill-ħlasijiet ladarba l-produttur ta' fonogrammi jkun irkupra l-ħlas inizjali bil-quddiem u jkun wettaq kull tnaqqis previst mill-kuntratt. Artisti oħrajn jittrasferixxu jew jassenjaw id-drittijiet esklużivi tagħhom bi ħlas ta' darba (rimunerazzjoni li ma tirrepetix ruħha). Dan iseħħ fil-każ partikolari meta artisti li jaħdmu fl-isfond ma jissemmewx fil-kredits ("atturi mhux magħrufa") iżda xi drabi wkoll fil-każ ta' artisti li jissemmew fil-kredits ("artisti magħrufa").

(10)  Biex jiġi żgurat li l-artisti li trasferew id-drittijiet esklużivi tagħhom lil produtturi ta" fonogrammi ▌ tassew jibbenefikaw minn l-estensjoni tat-terminu, għandha tiġi introdotta sensiela ta' miżuri ▌ ta" akkumpanjament. ▌.

(11)  L-ewwel miżura ▌ ta" akkumpanjament għandha tkun li l-produtturi ta" fonogrammi jkollhom l-obbligu li jwarrbu, għall-inqas darba fis-sena, somma li tikkorrispondi għal 20 % tad-dħul mid-drittijiet esklużivi ta' distribuzzjoni, riproduzzjoni u disponibbiltà ta' fonogrammi. "Dħul" tfisser id-dħul miksub mill-produttur ta' fonogrammi qabel inaqqas l-ispejjeż..

(12)  Dawn il-ħlasijiet għandhom jitwarrbu biss għall-benefiċċju ta" artisti li l-prestazzjonijiet tagħhom jinsabu ffissati fuq fonogramma u li trasferew jew assenjaw id-drittijiet tagħhom lill-produttur ta" fonogramma bi ħlas ta" darba. Il-ħlasijietimwarrba b'dan il-mod għandhom jitqassmu lil artisti mhux magħrufa mill-inqas darba fis-sena fuq bażi individwali. Distribuzzjoni bħal din għandha tiġi fdata lis-soċjetajiet ta" ġestjoni kollettiva, ur-regoli nazzjonali dwar dħul li ma jistax jiġi distribwit jistgħu jiġu applikati. Sabiex jiġi evitat piż sproporzjonat fil-ġbir u l-amministrazzjoni ta' dan id-dħul, l-Istati Membri jistgħu jirregolaw il-punt safejn il-mikrointrapriżi jkunu suġġetti għall-obbligu li jikkontribwixxu meta ħlasijiet bħal dawn ma jidhrux li jkunu raġonevoli meta jitqabblu mal-ispejjeż tal-ġbir u l-amministrazzjoni ta' dħul bħal dan.

(13)  Madankollu, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/115/KE ║ diġà jagħti lill-artisti d-dritt irrevokabbli għal rimunerazzjoni ġusta għall-kiri, inter alia, ta" fonogrammi. Bl-istess mod, fil-prassi kuntrattwali l-artisti normalment ma jittrasferux lil produtturi ta" fonogrammi d-drittijiet tagħhom li jitolbu rimunerazzjoni ġusta u unika għax-xandir u l-komunikazzjoni lill-pubbliku skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115/KE u għal kumpens ġust għal riproduzzjonijiet għal użu privat skont l-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29/KE. Għaldaqstant, fil-kalkolu tal-ammont globali li għandu jiġi ddedikat minn produttur ta" fonogrammi għal ħlasijiet tar-rimunerazzjoni supplimentari, ma għandux jitqies id-dħul li l-produttur ta' fonogrammi jkun kiseb mill-kiri ta' fonogrammi jew mir-rimunerazzjoni ġusta u unika għax-xandir u l-komunikazzjoni lill-pubbliku jew mill-kumpens ġust li jingħata għal kopja privata.

(14)  It-tieni miżura ta' akkompanjament sabiex jerġa' jinstab bilanċ f'kuntratti li bihom l-artisti jittrasferixxu d-drittijiet esklużivi tagħhom, fuq il-bażi ta' ħlas ta' drittijiet, lil produttur ta' fonogrammi, għandu jkun hemm kundizzjoni ta' 'rekord nadif' marbuta mal-estensjoni tat-terminu għal dawk l-artisti li jkunu assenjaw id-drittijiet esklużivi tagħhom imsemmija hawn fuq lill-produtturi ta' fonogrammi għal ħlas ta' drittijiet jew rimunerazzjoni. Sabiex l-artisti jiksbu benefiċċju sħiħ mit-terminu estiż ta' protezzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-ftehimiet bejn il-produtturi ta' fonogrammi u l-artisti, titħallas lill-artisti rata ta' ħlas ta' drittijiet jew rimunerazzjoni ħielsa minn kull pagament bil-quddiem jew minn tnaqqis skont il-kuntratt waqt il-perjodu estiż.

(15)  Għall-fini ta" ċertezza legali għandu jkun previst li fin-nuqqas ta" indikazzjonijiet ċari għall-kuntrarju fil-kuntratt, it-trasferiment kuntrattwali jew it-trasferiment tad-drittijiet fl-iffissar tal-prestazzjoni, konkluż qabel id-data sa meta l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri li jimplimentaw din id-direttiva, għandu jkompli jipproduċi l-effetti tiegħu għat-terminu estiż.

(16)  L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddisponi li ċerti pattijiet f'dawk il-kuntratti li jipprovdu għal rimunerazzjoni mtennija jkunu jistgħu jiġu rinegozjati għall-benefiċċju tal-artisti. L-Istati Membri għandu jkollhom proċeduri lesti f'każ li r-rinegozjazzjoni tfalli.

(17)  Billi l-għanijiet tal-miżuri proposti ta" akkumpanjament ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri, billi l-miżuri nazzjonali f'dan il-kamp jew iwasslu għal tgħawwiġ ║ta" kompetizzjoni jew jaffettwaw l-ambitu tad-drittijiet esklużivi tal-produttur ta" fonogrammi li huma definiti mil-leġiżlazzjoni tal-Komunità, u li għalhekk║ jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta" sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-direttiva ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawn l-għanijiet.

(18)  Din id-Direttiva ma taffettwax ir-regoli u l-ftehmiet nazzjonali li huma kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tagħha, bħal per eżempju l-ftehimiet kollettivi konklużi fl-Istati Membri bejn l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-artisti u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-produtturi.

(19)  F'ċerti Stati Membri, jiġi mogħti terminu uniku ta" protezzjoni għal kompożizzjonijiet mużikali bil-kliem, ikkalkolat mill-mewt tal-aħħar awtur li jkun baqa" ħaj, filwaqt li fi Stati Membri oħra, termini separati ta" protezzjoni japplikaw għall-mużika u l-lirika. Il-kompożizzjonijiet mużikali bil-kliem ta" spiss jinkitbu minn diversi awturi. Pereżempju, ▌opra, ħafna drabi tkun ix-xogħol ta' librettist u kompożitur. Barra minn hekk, fil-ġeneri mużikali bħall-mużika ġazz, rokk u pop, il-proċess kreattiv ħafna darbi huwa kollaborattiv fin-natura tiegħu.

(20)  Għaldaqstant, l-armonizzazzjoni tat-terminu ta" protezzjoni fir-rigward ta' kompożizzjonijiet mużikali bil-kliem li l-lirika u l-mużika tagħhom inħolqu biex jintużaw flimkien mhijiex kompluta, filwaqt li twassal għal xkiel għall-moviment liberu ta" oġġetti u servizzi, bħal servizzi ta" ġestjoni kollettiva transkonfinali. Sabiex tiġi żgurata t-tneħħija ta" dan it-tip ta" xkiel, ix-xogħlijiet kollha ta" dan it-tip li jinsabu protetti sad-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva mill-Istati Membri, huma rikjesti jkollhom l-istess terminu armonizzat ta" protezzjoni fl-Istati Membri kollha.

(21)  Id-Direttiva 2006/116/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

(22)  Skont il-punt 34 tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar Leġiżlazzjoni Aħjar, l-Istati Membri huma mħeġġin jirrediġu għalihom infushom u fl-interessi tal-Komunità, it-tabella tagħhom stess li jillustraw il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni u jagħmluhom pubbliċi.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2006/116/KE

Id-Direttiva 2006/116/KE għandha b' dan tiġi emendata kif ġej:

(1)  Il-paragrafu li ġej għandu għandu jiżdied mal-Artikolu:"

7.  It-terminu ta" protezzjoni ta" kompożizzjoni mużikali bil-kliem għandu jiskadi 70 sena wara l-mewt tal-aħħar mill-persuni li ġejjin li tkun baqgħet ħajja, sew jekk dawn il-persuni huma nominati bħala ko-awturi sew jekk le: l-awtur tal-lirika u l-kompożitur tal-kompożizzjoni mużikali, sakemm iż-żewġ kontributi jkunu nħolqu speċifikament għall-kompożizzjoni mużikali rispettiva bil-kliem.

"

(2)  L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:"

Madankollu,

Fil-paragrafu 2, fit-tieni u t-tielet sentenza, in-numru "50" għandujinbidel bin-numru "70".

   jekk l-iffissar ta" prestazzjoni b'mod ieħor milli fuq fonogramma jkun ippubblikat legalment jew ikkomunikat legalment lill-pubbliku f'dan il-perjodu, id-drittijiet għandhom jiskadu 50 sena mid-data tal-ewwel pubblikazzjoni bħal din jew l-ewwel komunikazzjoni bħal din lill-pubbliku, liema minnhom tkun l-ewwel,
   jekk l-iffissar ta" prestazzjoni fuq fonogramma jkun ippubblikat legalment jew ikkomunikat legalment lill-pubbliku f'dan il-perjodu, id-drittijiet għandhom jiskadu 70 sena mid-data tal-ewwel pubblikazzjoni bħal din jew l-ewwel komunikazzjoni bħal din lill-pubbliku, liema minnhom tkun l-ewwel.

Jekk, 50 sena wara li l-fonogramma tkun ġiet ippubblikata legalment, jew fil-każ li din ma tiġix ippubblikata, 50 sena wara li ġiet komunikata mal-pubbliku b'mod leġittimu, il-produttur tal-fonogramma ma joffrix kopji tal-fonogramma għall-bejgħ fi kwantità suffiċjenti jew ma jagħmiliex disponibbli għall-pubbliku, b'mezzi bil-wajer jew mingħajr, b'mod li l-membri tal-pubbliku jistgħu jkollhom aċċess għaliha minn post u ħin individwalment magħżul minnhom, l-artist jista' jittermina l-kuntratt li bih ittrasferixxa jew assenja d-drittijiet fl-iffissar tar-rappreżentazzjoni tiegħu għall-produttur tal-fonogrammi (minn hawn 'il quddiem magħruf bħala "kuntratt ta' trasferiment jew assenjazzjoni"). Id-dritt li jittermina l-kuntratt jista' jiġi eżerċitat jekk il-produttur, fi żmien ta' sena min-notifika mill-artist tal-intenzjoni tiegħu li jittermina l-kuntratt skont is-sentenza preċedenti, ma jwettaqx iż-żewġ atti ta' esplojtazzjoni msemmija f'dik is-sentenza. Id-dritt li jittermina ma jistax ikun ċedut mill-artist. Fejn fonogramma jkun fiha l-iffissar ta' prestazzjonijiet ta' pluralità ta" artisti, dawn jistgħu jtemmu l-kuntratti tagħhom ta" trasferiment jew assenjazzjoni b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli. Jekk il-kuntratt ta" trasferiment jew assenjazzjoni jintemm skont dan il-paragrafu, id-drittijiet tal-produttur ta" fonogrammi fuq il-fonogramma għandhom jiskadu.

   c) Għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

2b.  Fejn kuntratt dwar trasferiment jew assenjazzjoni jagħti dritt lill-artist biex jirrikjedi rimunerazzjoni mhux rikorrenti, l-arist ikollu d-dritt li jikseb rimunerazzjoni annwali supplimentari mill-produttur tal-fonogramma għal kull sena sħiħa immedjatament wara l-50 sena wara li ġiet ippubblikata leġittimament il-fonogramma, jew jekk ma kienx hemm pubblikazzjoni, il-50 sena ta' wara li ġiet komunikata leġittimament lill-pubbliku. Id-dritt li tinkiseb tali rimunerazzjoni annwali supplimentari ma tistax tkun miċħuda mill-artist.

2c.  L-ammont globali li għandu jiġi riservat mill-produttur ta" fonogrammi għal ħlas tar-rimunerazzjoni supplimentari msemmija fil-paragrafu 2b għandu jikkorrispondi għal 20 % tad-dħul li hu jkun kiseb, matul is-sena ta' qabel dik li għaliha titħallas ir-rimunerazzjoni msemmija, mir-riproduzzjoni, mid-distribuzzjoni u mid-disponibbiltà tal-fonogramma konċernata, wara l-50 sena minn meta ġiet ippubblikata leġittimament, jew jekk ma kinitx ippubblikata, il-50 sena wara li ġiet komunikata leġittimament lill-pubbliku.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi ta' fonogrammi ikunu meħtieġa, fuq talba, li jfornu lill-artisti, li jkollhom dritt għar-rimunerazzjoni annwali supplimentari skont il-paragrafu 2b, kwalunkwe tagħrif li jista' jkun meħtieġ sabiex jiġi skurat il-ħlas ta' dik ir-remunerazzjoni.

2d.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dritt li tinkiseb rimunerazzjoni annwali supplimentari kif imsemmija fil-paragrafu 2b jiġi amministrat mis-soċjetajiet ta" ġestjoni kollettiva.

2e.  Fejn artist huwa intitolat għal ħlasijiet rikorrenti, m'għandhomx jitnaqqsu la ħlasijiet minn qabel u lanqas xi tnaqqis miftiehem b'kuntratt mill-ħlasijiet lill-artist wara il-50 sena wara li l-fonogramma ġiet ippublikata legalment, jew meta ma tkunx ġiet ippubblikata il-50 sena wara li ġiet komunikata leġittimament lill-pubbliku.

"

(3)  Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-Artikolu 10║:"

5.  L-Artikolu 3 (1) u (2e) fil-verżjoni ▌ kif previst mid-Direttiva .../.../KE(6) għandu ▌ japplika ▌ għall-iffissar tal-prestazzjonijiet u l-fonogrammi li fir-rigward tagħhom l-artist u l-produttur ta" fonogrammi għadhom protetti, permezz ta" dawn id-dispożizzjonijiet, fil- ...(7)*. u għall-iffissar tal-prestazzjonijiet u tal-fonogrammi li saru wara dik id-data.

6.  L-Artikolu 1(7), kif miżjud mid-Direttiva .../.../KE(8),għandu japplika għall-kompożizzjonijiet mużikali bil-kliem, li minnhom mill-inqas il-kompożizzjoni mużikali jew il-kliem ikunu protetti f'mill-inqas wieħed mill-Istati Membri qabel ...(9)* u għal kompożizzjonijiet mużikali bil-kliem li saru wara dik id-data.

L-ewwel subparagrafu għandu jkunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe att ta' sfruttament li jseħħ qabel ...**. L-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jipproteġu b'mod partikolari d-drittijiet akkwiżiti tal-partijiet terzi.''

"

(4)  Għandu jiddaħħal l-Artikolu ║ li ġej:"

Artikolu 10a

Il-miżuri tranżitorji marbuta mat-traspożizzjoni tad-direttiva .../.../KE*

1.  Fin-nuqqas ta" indikazzjonijiet kuntrattwali ċari għall-kuntrarju, il-kuntratt, dwar it-trasferiment jew assenzjazzjoni konkluż qabel ...**, għandu jitqies li jibqa" jipproduċi l-effetti tiegħu lilhinn mill-waqt li fih, permezz tal-Artikolu 3 (1) ▌fil-verżjoni ▌ qabel l-emenda mid-Direttiva .../.../KE*, l-artist ▌ ma jibqgħux ikunu protetti ▌.

2.  L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li kuntratti b'trasferiment jew assenjazzjonili jintitolaw artist għal ħlasijiet rikorrenti u li jiġu konklużi qabel ... (10)jistgħu jiġu modifikati 50 sena wara li l-fonogramm ikun ġie ppubblikat skont il-liġi, jew jekk din il-pubblikazzjoni ma tkunx saret, 50 sena wara li jkun ġie komunikat lill-pubbliku skont il-liġi.

"

Artikolu 2

Rapport

Il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Soċjali u Ekonomiku sa mhux iktar tard minn ...(11)* rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fid-dawl tal-iżvilupp tas-suq diġitali u, meta jkun xieraq, għandha tressaq proposta sabiex temenda ulterjorment id-Direttiva 2006/116/KE.

Artikolu 3

Evalwazzjoni

Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-bżonn eventwali għal estensjoni tat-terminu ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-artisti u tal-produtturi fis-settur awdjoviżiv, u għandha tirrapporta dwar ir-riżultat ta' din l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2010. Jekk dan ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta sabiex temenda ulterjorment id-Direttiva 2006/116/KE.

Artikolu 4

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ, sa...(12) mhux iktar tard minn, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma" din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta" dawk id-dispożizzjonijiet ▌.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi ║,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Opinjoni tal-14 ta' Jannar 2009 (għada mhix ippubblikata fil-ĠU).
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009.
(3) ĠU L 372, 27.12.2006, p. 12.
(4) ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10.
(5) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 28.
(6)* ĠU L ...
(7)** Sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva ta' emenda.
(8)* ĠU L ...
(9)** Sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva ta' emenda.
(10)* Sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva ta' emenda.
(11)** Ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva ta' emenda.
(12)* Sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva ta' emenda.


Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport ***I
PDF 513kWORD 175k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Anness
Anness
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-varar ta' Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport (COM(2008)0887 – C6-0512/2008 – 2008/0263(COD))
P6_TA(2009)0283A6-0226/2009

(Proċedura ta" kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0887),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0512/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0226/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-varar ta' Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport

P6_TC1-COD(2008)0263


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 71(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni║,

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),

Billi:

(1)  Iż-żieda fit-trasport bit-triq marbut mat-tkabbir tal-ekonomija Ewropea u mal-ħtiġijiet tal-mobbiltà taċ-ċittadini huwa kawża prinċipali taż-żieda dejjem akbar tal-konġestjoni tal-infrastruttura tat-toroq u l-konsum tal-enerġija, kif ukoll il-problemi ambjentali u soċjali.

(2)  Ir-rispons għal dawn l-isfidi maġġuri ma jistax ikun limitat għall-miżuri tradizzjonali fosthom, ta' min jinnota l-espansjoni tal-infrastruttura eżistenti tat-trasport bit-triq. L-innovazzjoni ser ikollha rwol ewlieni biex jinstabu soluzzjonijiet xierqa għall-Komunità.

(3)  Is-Sistemi Intelliġenti ta' Trasport (SIT) huma applikazzjonijiet avvanzati li, mingħajr ma jinkorporaw l-informazzjoni nnifisha, għandhom l-għan li jagħtu servizzi innovattivi dwar il-modi ta' trasport u l-ġestjoni tat-traffiku u jippermettu lid-diversi utenti li jkunu mgħarrfa aħjar u li jagħmlu użu aktar sikur, aktar koordinat u aktar intelliġenti min-netwerks tat-trasport.

(4)  L-applikazzjoni tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni għas-settur tat-trasport bit-triq u l-interkonnessjonijiet tiegħu ma' modi oħra ta' trasport (SIT) ser tagħti kontribut sinifikanti biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali, l-effiċjenza, fosthom l-effiċjenza enerġetika, is-sikurezza u s-sigurtà tat-trasport bit-triq u l-mobbiltà tal-passiġġieri u l-merkanzija filwaqt li fl-istess ħin tiżgura l-funzjonament tas-suq intern u livelli ogħla ta' kompetittività u impjiegi.

(5)  Bosta applikazzjonijiet avvanzati u mekkaniżmi Komunitarji ġew żviluppati għal modi differenti ta' trasport, bħat-trasport ferrovjarju (ERTMS u TAF-TSI), it-trasport fuq il-baħar miftuħ u foq mogħdijiet tal-ilma interni (LRITS, SafeSeaNet, VTMIS, RIS), it-trasport bl-ajru (SESAR) u t-trasport fuq l-art, pereżempju, it-trasport tal-bhejjem.

(6)  Żviluppi fl-applikazzjonijiet tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni għal modi oħra ta' trasport għandhom issa jiġu riflessi fl-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq, b'mod partikolari bil-ħsieb li jiġu żgurati livelli ta' integrazzjoni bejn l-oqsma tat-trasport bit-triq u modi oħra ta' trasport.

(7)  F'xi Stati Membri applikazzjonijiet nazzjonali ta' dawn it-teknoloġiji diġà qed jiġu varati fis-settur tat-trasport bit-triq, imma dan il-varar jibqa' frammentat u mhux koordinat u ma jistax jipprovdi l-kontinwità ġeografika tas-servizzi tas-SIT fil-Komunità kollha.

(8)  Biex ikun żgurat varar koordinat u effikaċi tas-SIT fi ħdan il-Komunità kollha, għandhom jiddaħħlu speċifikazzjonjiet komuni. Għall-ewwel għandha tingħata prijorità lill-erba' oqsma ewlenin tal-iżvilupp u l-varar tas-SIT.

(9)  L-ispeċifikazzjonijiet komuni għandhom fost l-oħrajn iqisu u jibnu fuq l-esperjenza u r-riżultati li diġà nkisbu f'dan il-qasam, l-aktar fil-kuntest tal-inizjattiva Sikurezza-e(4), imnedija mill-Kummissjoni f'April 2002. Il-Forum tas-Sikurezza-e ġie stabbilit mill-Kummissjoni skont l-inizjattiva sabiex jippromwovi u jimplimenta aktar ir-rakkommandazzjonijiet biex issostni l-iżvilupp, il-varar u l-użu tas-sistemi tas-Sikurezza-e.

(10)  Vetturi li jitħaddmu l-aktar għall-interess storiku tagħhom u li oriġinarjament ġew reġistrati u/jew mogħtija approvazzjoni tat-tip u/jew tqiegħdu fis-servizz qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u tal-miżuri implimentattivi tagħha, m'għandhomx jiġu effettwati mir-regoli u l-proċeduri stabbiliti f'din id-Direttiva.

(11)  Is-SIT għandhom jibnu fuq sistemi interoperabbli ta' standards pubbliċi, disponibbli b'mod mhux diskriminatorji għall-fornituri kollha tal-applikazzjonijiet u s-servizzi u tal-utenti.

(12)  Jeħtieġ li fil-ġejjieni tkun żgurata l-interoperabilità tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi pprovduti mill-varar tas-SIT u li jkopru, fejn meħtieġ, il-kompatibbiltà b'lura tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT.

(13)  Il-varar u l-użu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT ser jinvolvi l-ipproċessar ta' data personali. Dan l-ipproċessar għandu jitwettaq skont ir-regoli Komunitarji, kif stabbiliti fost l-oħrajn, fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta" individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta" data personali u dwar il-moviment liberu ta" dik id-data(5) u fid-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika(6).

(14)  Il-varar u l-użu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT, u speċjalment tal-informazzjoni tat-traffiku u l-ivvjaġġar, għandu jinvolvi l-ipproċessar tad-data dwar it-toroq, it-traffiku u l-ivvjaġġar li tagħmel parti minn dokumenti miżmuma minn entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istati Membri. Dan l-ipproċessar u l-użu għandu jitwettaq skont ir-regoli tal-Komunità, kif stipulati fid-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta" informazzjoni tas-settur pubbliku(7).

(15)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8) tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta" vetturi bil-mutur (motorizzati) u l-karrijiet tagħhom, u ta" sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, filwaqt li d-Direttivi 2002/24/KE(9) u 2003/37/KE(10) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom x'jaqsmu mal-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi motorizzati b'żewġ jew tlett roti u tratturi agrigoli jew tal-forestrija, il-karrijiet tagħhom u l-makkinarju li jinġibed u li jista' jinbidel rispettivament. Għalkemm id-dispożizzjonijiet f'dawn id-Direttivi jkopru t-tagħmir relatat mas-SIT istallat fil-vetturi, ma japplikawx għat-tagħmir u s-softwer tas-SIT tal-infrastruttura esterna tat-toroq, li għandhom b'hekk jiġu koperti bi proċeduri nazzjonali tal-approvazzjoni tat-tip.

(16)  Għall-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT li jeħtieġu garanziji ta' ħin u pożizzjonament preċiżi, għandhom jintużaw infrastrutturi li jiddipendu mis-satelliti jew kwalunkwe teknoloġija li tipprovdi livell ekwivalenti ta' preċiżjonijiet(11)bħall-Komunikazzjoni ta' Distanza Qasira Dedikata (DSRC).

(17)  Il-partijiet konċernati ewlenin bħal ma huma l-fornituri tas-servizzi tas-SIT, l-assoċjazzjonijiet tal-utenti tas-SIT, l-operaturi tat-trasport u tal-faċilitajiet, rappreżentanti tal-industrija tal-manifattura, l-imsieħba soċjali, l-assoċjazzjonijiet tal-professjonisti u l-awtoritajiet lokali għandhom ikollhom il-possibbiltà li jagħtu pariri lill-Kummissjoni dwar l-aspetti kummerċjali u tekniċi tal-varar tas-SIT fi ħdan il-Komunità.

(18)  Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(12).

(19)  Partikolarment il-Kummissjoni għandha tiġi awtorizzata tadotta miżuri dwar l-emendi għall-Annessi u l-miżuri li jistipulaw speċifikazzjonijiet aktar dettaljati għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-użu tas-SIT interoperabbli. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, fost l-oħrajn billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(20)  Sabiex jiġi żgurat approċċ koordinat, il-Kummissjoni għandha tiżgura koerenza bejn l-attivitajiet tal-kumitat stabbilit b'din id-Direttiva u dawk tal-Kumitat stabbiliti bid-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-interoperabilità ta' sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità(13), il-Kumitat stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3821/85 tal-20 ta' Diċembru 1985 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq(14), u l-Kumitat imsemmi fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta" vetturi bil-mutur [motorizzati] u l-karrijiet tagħhom, u ta" sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi(15).

(21)  Ladarba l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiżgura it-tnedija u l-użu koordinat tas-SIT interoperabbli madwar il-Komunità kollha, ma jistax jinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas għall-varar koordinat u koerenti u l-użu tas-SIT, inklużi SIT interoperabbli, fi ħdan il-Komunità u l-iżvilupp tal-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa għal dak il-għan.

Għandha tappplika għas-SIT kollha għall-vjaġġaturi, għall-vetturi u l-infrastruttura u l-interazzjoni tagħhom fil-qasam tat-trasport bit-triq inkluż it-trasport urban, u l-interkonnessjonijiet ma' modi oħra ta' trasport.

L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 4 għandha tkun bla ħsara għar-rekwiżiti tal-Istati Membri marbuta mal-ordni pubbliku u s-sigurtà pubblika.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

   (a) "Sistemi Intelliġenti tat-Trasport (SIT)" tfisser sistemi, li jużaw teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, b'sostenn għat-trasport bit-triq (fosthom l-infrastruttura, il-vetturi u l-utenti) u l-ġestjoni tat-traffiku u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħra tat-trasport, fosthom l-għoti ta' biljetti interoperabbli u multimodali;
   (b) "interoperabbiltà'' tfisser il-kapaċità tas-sistemi, u tal-proċessi tan-negozju li dawn is-sistemi jissejsu fuqhom, biex jiskambjaw id-data u jaqsmu l-informazzjoni u l-għarfien;
   (c) "applikazzjoni tas-SIT" tfisser strument operattiv għall-applikazzjoni tas-SIT;
   (d) "servizzi tas-SIT'' tfisser l-użu ta' applikazzjoni tas-SIT f'qafas organizzattiv u operattiv definit sew bl-għan li jikkontirbwixxi għas-sikurezza tal-utenti, l-effiċjenza, il-kumdità u/jew il-faċilitazzjoni jew is-sostenn tal-operat tat-trasport u l-ivvjaġġar;
   (e) "'fornitur tas-servizzi tas-SIT" tfisser kwalunkwe fornitur ta' servizz tas-SIT, kemm jekk pubbliku jew privat;
   (f) "utent tas-SIT" tfisser kwalunkwe utent tal-applikazzjonijiet jew is-servizzi tas-SIT fosthom il-vjaġġaturi, utenti vulverabbli tat-triq, l-utenti u l-operaturi tat-trasport bit-triq, il-maniġers tal-flotot u l-operaturi tas-servizzi tal-emerġenza;
   (g) "apparat nomadiku" tfisser biċċa tagħmir tal-komunikazzjoni jew tal-informazzjoni li tista' titqiegħed ġo vettura minn sewwieq biex tintuża waqt is-sewqan, bħal telefon ċellulari, sistema tan-navigazzjoni jew kompjuter portabbli personali;
   (h) "pjattaforma" tfisser ambjent inklussiv funzjonali, tekniku u operattiv li jippertmetti l-varar, il-fornitment jew l-esplojtazzjoni tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT;
   (i) "utenti vulnerabbli tat-trasport" tfisser min jagħmel użu mit-triq mingħajr vettura bil-mutur, bħal pereżempju n-nies mexjin fit-triq, iċ-ċiklisti, kif ukoll is-sewwieqa tal-muturi u l-persuni b'diżabilità jew persuni b'mobilità limitata;
   (j) "il-livell minimu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT" tfisser il-livell bażiku tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT, li huma elementi indispensabbli tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T).

Artikolu 3

Varar tas-SIT

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-varar koordinat u l-użu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT interoperabbli effettivifil-Komunità.

2.  Fejn possibbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kompatibilità ma' apparat aktar qadim tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi tas-SIT fil-Komunità.

3.  L-Istati Membri għandhom mod partikolarment:

   (a) jiżguraw li data rilevanti tat-trasport bit-triq, li tkun affidabbli u aġġornata regolarment, tkun disponibbli għall-utenti tas-SIT u għall-fornituri tas-servizzi tas-SIT;
   (b) jiżguraw li data dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar bit-triq u l-informazzjoni rilevanti oħra tkun tista' tiġi skambjata bejn iċ-ċentri kompetenti tal-informazzjoni u l-kontroll tat-traffiku fir-reġjuni differenti jew fl-Istati Membri differenti;
   (c) l-applikazzjoni tas-SIT għall-modi kollha ta' trasport u għall-interkonnessjonijiet ta' bejniethom, biex jiġi żgurat livell għoli ta' integrazzjoni bejn il-modi kollha tat-trasport;
   (d) jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jintegraw is-sistemi tas-SIT tas-sikurezzza u relatati mas-sigurtà fil-vetturi u fl-infrastruttura tat-toroq u biex jiżviluppaw interkonnessjonijiet bejn il-magni u l-bniedem (HMI), partikolarment għall-apparat nomadiku;
   (e) jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jintegraw l-applikazzjonjiet tas-SIT, li jinvolvu l-iskambju tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni bejn il-vetturi u l-infrastruttura tat-toroq fi ħdan pjattaforma waħda;
   (f) jevitaw il-ħolqien ta' frammentazzjoni u ta' nuqqas ta' kontinwità ġeografika.

4.  Għall-finijiet tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT li jeħtieġu servizzi globali, kontinwi u garanziji ta' ħin u pożizzjonament preċiżi, għandhom jintużaw infrastrutturi li jiddipendu mis-satelliti jew kwalunkwe teknoloġija li tipprovdi livell ekwivalenti ta' preċiżjoni bħad-DSRC.

5.  Meta jadottaw il-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2 l-Istati Membri għandhom jirrikjedu konformitàmal-prinċipji stipulati fl-Anness I.

6.  L-Istati Membri għandhom iqisu l-partikularitajiet morfoloġiċi ta' reġjuni li jkunu iżolati ġeografikament u d-distanzi li jridu jiġu koperti biex jintlaħqu, u jagħmlu eċċezzjoni, jekk ikun meħtieġ, għall-prinċipju tar-relazzjoni bejn in-nefqa u l-effiċjenza msemmi fl-Anness I.

Artikolu 4

Speċifikazzjonijiet

1.  Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi speċifikazzjonijiet għall-varar u użu tas-SIT, fl-oqsma ta' prijorità li ġejjin:

   (a) l-użu ottimali tad-data tat-toroq, it-traffiku u l-ivvjaġġar;
   (b) kontinwità tas-servizzi tas-SIT tal-immaniġġjar tat-traffiku u l-merkanzija fil-kurituri Ewropej tat-trasport u fil-konurbanazzjonijiet;
   (c) sikurezza u sigurtà fit-toroq;
   (d) integrazzjoni tal-vetturi fl-infrastruttura tat-trasport.

(2)  Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-varar u l-użu tal-livell minimu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT, b'mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:

   (a) l-għoti ta' servizzi ta' tagħrif dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar f'ħin reali fl-UE kollha;
   (b) id-data u l-proċeduri għall-għoti ta' servizzi ta' tagħrif universali minimi dwar it-traffiku bla ħlas;
   (c) l-introduzzjoni armonizzata tal-eCall fl-Ewropa kollha;
   (d) miżuri xierqa dwar postijiet sikuri ta' parkeġġ għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali u dwar parkeġġ ikkontrollat b'mod telematiku u sistemi ta' riservazzjoni.

3.  Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa għall-varar u l-użu tas-SIT, lil hinn mil-livell minimu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi għall-bini u ż-żamma kofinanzjati mill-Komunità tan-Netwerk trans-Ewropew tat-toroq (TERN).

4.  L-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mal-prinċipji stipulati fl-Anness I u għandhom ikun fihom tal-anqas l-elementi prinċipali stipulati fl-Anness II.

5.  Sabiex jiġu garantiti l-interoperabilità u t-taqsim tal-passiv, il-Kummissjoni għandha tikkomplementa, fejn jinħtieġ, l-elementi ewlenin stipulati fl-Anness II, bi speċifikazzjonijiet dwar l-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-użu operattiv tas-servizzi tas-SIT u għandha tistipula l-kontenut tas-servizzi u tal-obbligi tal-fornituri tas-servizz.

6.  L-ispeċifikazzjonijiet għandhom jiddeterminaw ukoll il-kundizzjonijiet li fihom l-Istati Membri jistgħu, flimkien mal-Kummissjoni, jimponu regoli addizzjonali għall-forniment ta' dawn is-servizzi fit-territorju kollu tagħhom, jew f'parti minnu.

7.  Il-miżuri msemmija fil-paragrafi1 sa 6, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta" din id-Direttiva billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(3).

8.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni xierqa tal-impatt qabel l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 5 u 6.

9.  Prinċipji addizzjonali u/jew elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjonijiet mhux previsti f'din id-Direttiva għandhom jiżdiedu mal-Anness I u/jew II, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat.

Artikolu 5

Approvazzjoni tat-tip tal-infrastuttura tat-toroq relatata mat-tagħmir u s-softwer tas-SIT

1.  Fejn meħtieġ minħabba l-effiċjenza, fosthom għar-raġunijiet tal-effiċjenza tal-enerġija, tas-sikurezza jew is-sigurtà, jew tal-protezzjoni ambjentali, it-tagħmir u s-softwer tal-applikazzjonijiet tas-SIT li jaqgħu 'l barra mill-ambitu tad-Direttivi 2002/24/KE, 2003/37/KE u 2007/46/KE, għandu jkollhom l-approvazzjoni tat-tip qabel jibdew jintużaw.

2.  Għat-tagħmir u l-applikazzjonijiet tas-softwer tas-SIT imsemmija fil-paragrafu 1, l-ispeċifikazzjonijiet relevanti dwar ir-responsabilità għandhom ikunu komunikati lill-entitajiet nazzjonali responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip għat-tagħmir tas-SIT u tal-applikazzjonijiet tas-softwer koperti minn din id-Direttiva.

3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummisjoni liema huma l-entitajiet nazzjonali responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip tat-tagħmir u l-applikazzjonijiet tas-softwer tas-SIT inkluża l-akkreditazzjoni tal-fornituri tal-applikazzjonijiet tas-softwer tas-SIT koperti b'din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

4.  L-Istati Membri kollha għandhom jirrikonoxxu l-approvazzjonijiet tat-tip maħruġa mill-entitajiet nazzjonali tal-Istati Membri l-oħrajn imsemmija fil-paragrafu 3.

5.  It-tagħmir u s-softwer tas-SIT jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jidħlu fis-servizz biss jekk, meta jiġu installati u miżmuma kif jixraq u użati għall-iskop li huma maħsuba għalih, ma jqegħdux is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni utal-ambjent, skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità, u, fejn ikun il-każ, il-proprjetà fil-periklu.

6.  Għandu jkun presunt li t-tagħmir u s-softwer tas-SIT jilħaq l-ispeċifikazzjonijiet adottati kif previsti fl-Artikolu 4 jekk ikunu konformi mal-istandards relevanti nazzjonali jew Ewropej, fejn ikunu disponibbli, f'konformità mad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistipula proċedura għall-għoti ta' tagħrif fil-qasam tal-istandards tekniċi u r-regolamenti u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni(16).

Artikolu 6

Kumitat għall-istandards u r-regolamenti tekniċi

Fejn Stat Membru jew il-Kummissjoni jqisu li l-istandards imsemmija fl-Artikolu 5(6) ma jilħqux għal kollox l-ispeċifikazzjonijiet adottati kif previst fl-Artikolu 4, l-Istat Membru konċernat jew il-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lill-Kumitat Permanenti mwaqqaf mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE, u jagħtu r-raġunijiet. Il-Kumitat għandu jagħti opinjoni b'urġenza.

Filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri dwar jekk dawk l-istandards għandhomx jitneħħew mill-komunikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva.

Artikolu 7

Regoli dwar il-privatezza, is-sigurtà u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġbir, il-ħażna u l-ipproċessar ta" data personali fil-kuntest tat-tħaddim tas-SIT jitwettaq skont ir-regoli Komunitarji li jipproteġu l-libertajiet u d-drittijiet fundamentali tal-individwi, l-aktar id-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE.

2.  Sabiex tkun żgurata l-privatezza, għandu jkun inkoraġġit l-użu ta' data anonima, fejn xieraq, għat-twettiq ta' applikazzjoni u/jew servizz tas-SIT.

3.  Id-data personali għandha tkun ipproċessata biss safejn meħtieġ biex tintuża applikazzjoni u/jew servizz tas-SIT.

4.  Meta jkunu involuti kategoriji speċjali ta" data msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE, din id-data għandha tiġi pproċessata biss meta s-suġġett tad-data espliċitament jagħti l-kunsens tiegħu b'mod mgħarraf għall-ipproċessar ta" dik id-data.

5.  ▌L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data u r-reġistri tas-SIT jiġu protetti kontra l-abbuż, fosthom l-aċċess illegali, tibdil jew telf u ma jistgħux jintużaw għal skopijiet oħra għajr dawk imsemmija fid-Direttiva.

6.  Għandha tapplika d-Direttiva 2003/98/KE.

Artikolu 8

Programmazzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tħejji programm ta' ħidma annwali fuq il-bażi tal-elementi ewlenin stipulati fl-Anness II, għall-ewwel darba mhux aktar tard minn ...(17).

2.  Il-Kummissjoni għandha tqis ir-riżultati tal-ħidma tal-kumitati stabbiliti f'konformità ma' atti Komunitarji oħra rigward l-oqsma differenti tas-SIT, fosthom il-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar is-SIT imsemmi fl-Artikolu 10.

3.  Il-Kummissjoni għandha, bil-koperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tiżgura l-konsistenza u l-komplementarjetà ġenerali tal-użu tas-SIT ma' politika, programmi u azzjonijiet Komunitarji rilevanti oħra.

4.  Il-Kummissjoni għandha tikkopera b'mod attiv mal-istrutturi tal-istandardizzazzjoni Ewropej u internazzjonali dwar id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Annessi I u II.

5.  Il-Kummissjoni għandha taġixxi f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 9(2) għall-iskopijiet ta':

   (a) l-adozzjoni u l-modifika tal-programmi ta' ħidma annwali;
   (b) id-determinazzjoni tal-oqsma ta' prijorità għall-koperazzjoni internazzjonali.

Il-programm ta' ħidma annwali u l-oqsma ta' prijorità għall-koperazzjoni internazzjonali għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

6.  F'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8, il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard minn ...(18), tadotta programm ta' ħidma b'għanijiet u dati ta' skadenza għall-implimentazzjoni tal-elementi ewlenin stipulati fl-Anness II.

Artikolu 9

Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat msejjaħ il-Kumitat Ewropew għas-SIT, magħmul mir-rappreżentanti tal-Istati Membri u ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 10

Grupp Konsultattiv Ewropew għas-SIT

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Grupp Konsultattiv Ewropew għas-SIT biex jagħtiha pariri dwar l-aspetti tan-negozju u tekniċi tal-varar tas-SIT fil-Komunità kollha. Il-grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta' livell għoli mis-setturi rilevanti tal-fornituri tas-servizzi tas-SIT, l-assoċjazzjonijiet tal-utenti, l-operaturi tat-trasport u tal-faċilitajiet, l-industrija tal-manifattura, is-sieħba soċjali, l-assoċjazzjonijiet tal-professjonisti, l-awtoritajiet lokali u fora rilevanti oħra.

2.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-rappreżentanti tal-Grupp Konsultattiv Ewropew tas-SIT ikunu kompetenti u li l-Grupp jinkludi rappreżentanza adegwata minn dawk is-setturi tal-industrija u minn dawk l-utenti affettwati minn miżuri li jistgħu jiġu proposti mill-Kummissjoni taħt din id-Direttiva.

3.  Il-Grupp Konsultattiv Ewropew tas-ITS għandu jiġi kkonsultat biex jagħti opinjoni teknika dwar l-abbozzar tal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4.

4.  Ix-xogħol tal-Grupp Konsultattiv Ewropew tas-SIT għandu jsir b'mod trasparenti.

Artikolu 11

Rappurtar

1.  L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn ... (19) rapport dettaljat dwar l-attivitajiet u l-proġetti nazzjonali tagħhom dwar l-oqsma prijoritarji stipulati fl-Artikolu 4(1) u li jkun fih tal-anqas l-informazzjoni stipulata fl-Anness III.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn ...(20)* il-pjani tagħhom għall-azzjonijiet nazzjonali tas-SIT matul il-ħames snin ta' wara u li jkun fihom tal-anqas l-informazzjoni stipulata fl-Anness III.

3.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw kull sena minn hemm 'il quddiem dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta' dawn il-pjani.

4.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sitt xhur lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, flimkien ma' analiżi dwar it-tħaddim tar-regoli stipulati fl-Annessi I u II, u għandha tevalwa l-ħtieġa ta' emendar ta' din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sitt xhur lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'mod partikolari dwar is-sitwazzjoni rigward finanzjament u, jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta dwar l-iffinanzjament tal-implimentazzjoni tal-livell minimu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT.

Artikolu 12

It-traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn ...(21). Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

Destinatarji

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ║,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

PRINĊIPJI TAL-VARAR KIF IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 3

L-għażla u l-varar tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT għandhom ikun msejsa fuq evalwazzjoni tal-ħtiġijiet, u għandha tirrispetta l-prinċipji li ġejjin:

   (a) effikaċja – il-kapaċità li tagħmel kontribut tanġibbli lejn is-soluzzjoni tal-isfidi prinċipali li jaffettwaw it-trasport bit-triq fl-Ewropa (pereżempju li titnaqqas il-konġestjoni, it-tnaqqis tal-emissjonjiet, it-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija, il-ksib ta' livelli ogħla ta' sikurezza u sigurtà ul-indirizzar tal-kwistjonijiet relatati mal-vulnerabilità tal-utenti tat-triq);
   (b) effiċjenza tan-nefqa – il-proporzjon tan-nefqa f'relazzjoni mar-riżultati f'dak li għandu x'jaqsam mal-ilħiq tal-għanijiet;
   (c) il-kontinwità ġeografika – il-kapaċità li jkunu żgurati, mingħajr intoppi, is-servizzi fil-Komunità kollha u fil-fruntieri esterni tagħha,, b'mod partikolari fit-TEN-T;
   (d) interoperabbiltà – il-kapaċità tas-sistemi li jiskambjaw id-data u li jippermettu l-qsim tal-informazzjoni u t-tagħrif;
   (e) livell ta' maturità – il-livell tal-iżvilupp;
   (f) intermodalità - iċ-ċaqliq ta' ġarr ta' merkanzija fuq it-toroq għal ġarr bi vjaġġi qosra fuq il-baħar, bil-ferrovija, b'mogħdijiet tal-ilma interni jew b'taħlita ta' metodi ta' trasport, fejn il-vjaġġi bit-triq ikunu kemm jista' jkun effiċjenti.

ANNESS II

ELEMENTI PRINĊIPALI TAL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET KIF IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 4

(1)  Użu ottimali tad-data tat-toroq, it-traffiku u l-ivvjaġġar

L-ispeċifikazzjonijiet għal użu ottimali tad-data tat-toroq, it-traffiku u l-ivvjaġġar għandhom jinkludu dan li ġej:

  (a) id-definizzjoni tar-rekwiżiti meħtieġa biex l-informazzjoni f'ħin reali dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar tkun preċiża u disponibbli bejn il-konfini għall-utenti tas-SIT, partikolarment:
   id-disponibbiltà tad-data preċiża dwar it-toroq pubbliċi u t-traffiku f'ħin reali użata għall-informazzjoni f'ħin reali dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar lill-fornituri tas-servizzi tas-SIT;
   il-faċilitazzjoni tal-iskambju elettroniku bejn l-awtoritajiet rilevanti pubbliċi u l-partijiet konċernati u l-fornituri rilevanti tas-servizzi tas-SIT, bejn il-konfini;
   l-aġġornar immedjat tad-data dwar it-toroq pubbliċi u t-traffiku użata għall-informazzjoni f'ħin reali dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti u mill-partijiet konċernati;
   l-aġġornar immedjat, mill-fornituri tas-servizzi tas-SIT, tal-informazzjoni f''ħin reali dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar;
  (b) id-definizzjoni tar-rekwiżiti meħtieġa għall-ġbir mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti tad-data dwar it-toroq u t-traffiku (fosthom, pereżempju, l-pjanti taċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku, ir-regolamenti tat-traffiku u r-rotot rakkommandati, speċjalment għall-vetturi kbar tal-merkanzija) u għall-forniment tagħhom lil fornituri tas-servizzi tas-SIT, partikolarment:
   id-disponibbiltà, għall-fornituri tas-servizzi tas-SIT, tad-data dwar it-toroq pubbliċi u t-traffiku (fosthom, pereżempju l-pjanti taċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku, ir-regolamenti tat-traffiku u r-rottot rakkommandati) li tkun inġabret mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti;
   il-faċilitazzjoni tal-iskambju elettroniku bejn l-awtoritajiet rilevanti pubbliċi u l-fornituri tas-servizzi tas-SIT;
   l-aġġornar immedjat tad-data dwar it-toroq pubbliċi u t-traffiku (fosthom il-pjanti taċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku, ir-regolamenti tat-traffiku u r-rottot rakkommandati) mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti;
   l-aġġornar immedjat tas-servizzi u l-applikazzjonijiet tas-SIT permezz ta' din id-data dwar it-toroq pubbliċi u t-traffiku mill-fornituri tas-serviziz tas-SIT;
  (c) id-definizzjoni tar-rekwiżiti meħtieġa biex id-data dwar it-toroq pubbliċi u t-traffiku użata għall-mapep diġitali preċiżi u disponibbli għall-produtturi tal-mapep diġitali u għall-fornituri tas-servizzi, partikolmenti:
   id-disponibbiltà tad-data dwar it-toroq pubbliċi u t-traffiku użata għall-mapep diġitali għall-produtturi tal-mapep diġitali u għall-fornituri tas-servizzi;
   il-faċilitazzjoni tal-iskambju elettroniku bejn l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti u l-partijiet konċernati u l-produtturi privati tal-mapep diġitali u l-fornituri;
   l-aġġornar immedjat tad-data dwar it-toroq pubbliċi u t-traffiku għall-mapep diġitali mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti u mill-partijiet konċernati;
   l-aġġornar immedjat tal-mapep diġitali mill-produtturi tal-mapep diġitali u mill-fornituri tas-servizzi;
  (d) id-definizzjoni tar-rekwiżiti minimi għall-forniment b'xejn tal-"messaġġi universali dwar it-traffiku" lill-utenti kollha tat-toroq, kif ukoll tal-kontenut tagħhom, partikolarment:
   l-użu ta' lista standard ta' avvenimenti tat-traffiku marbuta mas-sikurezza ("messaġġi universali dwar it-traffiku") li għandhom jiġu kkomunikati lill-utenti tas-SIT mingħajr ħlas;
   il-kompatibbiltà ta' u l-integrazzjoni tal-"messaġġi universali dwar it-traffiku" fis-servizzi tas-SIT għall-informazzjoni f'ħin reali dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar.

(2)  Il-kontinwità tas-servizzi tas-SIT tal-immaniġġjar tat-traffiku u l-merkanzija fil-kurituri Ewropej tat-trasport u fil-konurbanazzjonijiet

L-ispeċifikazzjonijiet għall-kontinwità u l-interoperabbiltà tas-servizzi tal-immaniġġjar tat-traffiku u l-merkanzija u fil-kurituri Ewropej tat-trasport u fil-konurbanazzjonijiet għandhom jinkludu:

  (a) id-definizzjoni tar-rekwiżiti minimi/meħtieġa għall-kontinwità tas-servizzi tas-SIT għall-merkanzija u l-passiġġieri tul il-kuruturi tat-trasport u fil-modi differenti, partikolarment:
   il-faċilitazzjoni tal-iskambju elettroniku tad-data dwar it-traffiku u l-informazzjoni min-naħa għall-oħra tal-fruntieri, mir-reġjuni, jew iż-żoni urbani u interurbani bejn iċ-ċentri rilevanti tal-informazzjoni/kontroll tat-traffiku,
   l-użu ta' flussi standardizzati tal-informazzjoni jew l-interkonnessjonijiet tat-traffiku bejn iċ-ċentri rilevanti tal-informazzjoni/kontroll tat-traffiku;
  (b) id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-użu tat-teknoloġiji innovattivi tas-SIT (l-Apparati għall-Identifikazzjoni tal-Frekwenza tar-Radju (RFID) id-DSRC, jew il-Galileo/Egnos) fir-realizzazzjoni tal-applikazzjonijiet tas-SIT (speċjalment l-ittraċċar u llokalizzar tal-merkanzija matul il-vjaġġ tagħha u fil-modi kollha) għal-loġistika tat-trasport tal-merkanizija (Merkanzija-e), partikolarment:
   id-disponibbiltà tat-teknoloġiji rilevanti tas-SIT għal u l-użu tagħhom mill-iżviluppaturi tal-applikazzjonijiet tas-SIT;
   l-integrazzjoni tar-riżultati tal-lokalizzazzjoni (permezz, per eżempju, tar-RFID id-DRSC u/jew tal-Galileo/EGNOS) fiċ-ċentri u l-għodod tal-immaniġġjar tat-traffiku;
  (c) id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp tal-istruttura tas-SIT għall-mobbiltà urbana fosthom approċċ integrat u multimodali għall-ippjanar tal-ivvjaġġar, id-domanda għat-trasport u l-immaniġġjar tat-traffiku, partikolarment:
   id-disponibbiltà tat-trasport pubbliku, l-ippjanar tal-ivvjaġġar, id-domanda għat-trasport, id-data dwar it-traffiku u d-data tal-ipparkjar għaċ-ċentri urbani tal-kontroll;
   il-faċilitazzjoni tal-iskambju tad-data elettronika bejn iċ-ċentri urbani differenti tal-kontroll għat-trasport pubbliku u privat u bejn il-modi kollha possibbli ta' trasport;
   l-integrazzjoni tad-data u l-informazzjoni kollha rilevanti fi struttura waħda;
   (d) id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa sabiex jiġi żgurati servizzi tas-SIT mingħajr xkiel fil-Komunità u mal-fruntieri esterni tagħha.

(3)  Sikurezza u sigurtà fit-toroq

L-ispeċifikazzjonijiet tal-applikazzjonijiet tas-SIT għas-sikurezza u s-sigurtà fit-toroq għandhom jinkludu dan li ġej:

  (a) id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-introduzzjoni armonizzata tas-Sejħa-e pan-Ewropea, fosthom:
   id-disponibbiltà tad-data meħtieġa tas-SIT fil-vetturi biex tiġi skambjata;
   id-disponibbiltà għaċ-ċentri (tas-salvataġġ) tat-tagħmir meħtieġ fl-infrastruttura tat-toroq (Punti tal-Aċċess għas-Servizz Pubbliku) biex jirċievu d-data mibgħuta mill-vetturi;
   il-faċilitazzjoni tal-iskambju tad-data elettronika bejn il-vetturi u ċ-ċentri (tas-salvataġġ) tal-infrastruttura tat-toroq (Punti tal-Aċċess għas-Servizz Pubbliku);
   (b) id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jiżguraw is-sikurezza tal-utenti tat-toroq fir-rigward tal-HMI fil-vetturi tagħhom u l-użu tal-apparat nomadiku, kif ukoll tas-sigurtà tal-komunikazzjonijiet mill-vetturi;
   (c) id-definizzjoni ta' miżuri biex tkun garantita s-sikurezza tal-utenti vulnerabbli tat-triq permezz tas-sistemi ta' ġestjoni tal-mobilità għall-fornituri tas-servizzi u tal-utenti fir-rigward tat-tħaddim tas-Sistemi tal-Assistenza Avanzata fis-Sewqan (ADAS) u l-HMI;
   (d) id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jiżguraw is-sigurtà u l-kumdità tal-utenti vulnerabbli tat-toroq fl-applikazzjonijiet kollha tas-SIT;
  (e) id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jiġu pprovduti postijiet sikuri għall-ipparkjar għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali u s-sistemi tal-ipparkjar u r-riżervazzjoni bbażati fuq is-SIT, partikolarment:
   id-disponibbiltà ta' biżżejjed faċilitajiet għall-ipparkjar;
   id-disponibblità ta' informazzjoni dwar l-ipparkjar fit-toroq għall-utenti;
   il-faċilitazzjoni tal-iskambju tad-data elettronika bejn is-siti tal-ipparkjar fit-toroq, iċ-ċentri u l-vetturi;
   l-integrazzjoni tat-teknoloġiji rilevanti tas-SIT kemm fil-vetturi u fil-faċilitajiet tal-ipparkjar fit-toroq biex tiġi aġġornata l-informazzjoni dwar l-ispazji tal-ipparkjar disponibbli għal raġunijiet ta' riżervazzjoni.

(4)  Integrazzjoni tal-vetturi fl-infrastruttura tat-trasport

L-ispeċifikazzjonijiet għas-SIT għall-integrazzjoni tal-vetturi fl-infrastruttura tat-trasport għandhom jinkludu dan li ġej:

  (a) id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa sabiex jiġu integrati l-applikazzjonijiet differenti tas-SIT fi pjattaforma miftuħa fil-vetturi, imsejsa partikolarment fuq:
   l-identifikazzjoni tar-rekwiżiti għat-tħaddim tal-applikazzjonijiet tas-SIT eżistenti jew pjanati;
   id-definizzjoni ta' struttura ta' sistema miftuħa li tiżgura l-interoperabbiltà/interkonnessjoni mas-sistemi u l-faċilitajiet tal-infrastruttura;
   l-integrazzjoni tal-applikazzjonijiet tas-SIT ġodda fil-futur jew aġġornati b'manjiera "qabbad u uża" fi pjattaforma mifuħa fil-vetturi;
   l-użu tal-proċessi ta' istandardizzazzjoni għall-adozzjoni tal-istruttura, u l-ispeċifikazzjonijiet miftuħa fil-vetturi;
  (b) id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa sabiex jinġib aktar 'il quddiem l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-sistemi kooperattivi (infrastruttura tal-vetturi), partikolarment:
   il-faċilitazzjoni tal-iskambju tad-data u l-informazzjoni bejn vettura u oħra, bejn il-vetturi u l-infrastruttura u bejn infrastruttura u infrastruttura;
   id-disponibbiltà għall-partijiet rispettivi (vetturi jew infrastruttura tat-toroq) tad-data jew l-informazzjoni rilevanti biex tiġi skambjata;
   l-użu ta' format standardizzat tal-messaġġi għal dan l-iskambju tad-data bejn il-vetturi u l-infrastruttura;
   id-definizzjoni ta' infrastruttura tal-komunikazzjoni għal kull tip ta' skambju ta' data u tagħrif bejn vettura u oħra, bejn il-vetturi u l-infrastruttura u bejn infrastruttura u infrastruttura;
   id-definizzjoni ta' qafas regolatorju dwar l-interkonnessjoni bejn il-bniedem u l-magna (HMI) biex jindirizza l-kwistjonijiet ta' responsabilità u jipprovdi aġġustament aktar kredibbli tal-fatturi ta' sikurezza funzjonali tas-SIT fir-rigward tal-imġieba tal-bniedem;
   l-użu ta' proċessi tal-istandardizzazzjoni għall-adozzjoni tal-istrutturi rispettivi.

ANNESS III

Linji gwida għal kontenut tar-rapporti dwar l-azzjonijiet nazzjonali tas-SIT imsemmija fl-Artikolu 11

(1)  Ir-rapporti fir-rigward tal-oqsma prijoritarji stipulati fl-Artikolu 4(1) ipprovduti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 11 għandhom ikopru l-livell nazzjoanli. Madankollu jistgħu jiġu estiżi għal-livell reġjonali u/jew lokali magħżul, jekk rilevanti.

(2)  Ir-rapport li għandu jiġi pprovdut skont l-Artikolu 11(1) għandu jinkludi, mill-anqas, l-informazzjoni li ġejja:

   (a) l-istrateġija nazzjonali attwali fir-rigward tas-SIT;
   (b) l-għanijiet tagħha u r-raġunijiet li ssejset fuqhom;
   (c) deskrizzjoni fil-qosor tal-istat tal-kundizzjonijiet tal-varar tas-SIT u tal-qafas;
   (d) oqsma prijoritarji tal-azzjonijiet attwali u l-miżuri marbuta magħhom;
   (e) indikazzjoni dwar kif din l-istrateġija u dawn l-azzjonijiet jew miżuri ssostnu l-varar koordinat u interoperabbli tal-applikazzjonijiet tas-SIT u l-kontinwità tas-servizzi fil-Komunità (ara l-Artikolu 4(1)).

(3)  Ir-rapport li għandu jiġi pprovdut skont l-Artikolu 11(2) għandu jinkludi, tal-anqas, l-informazzjoni li ġejja:

   (a) l-istrateġija nazzjonali fir-rigward tas-SIT, fosthom l-għanijiet tagħha;
   (b) deskrizzjoni dettaljata kundizzjonijiet tal-varar tas-SIT u tal-qafas;
   (c) l-oqsma pjanati ta' prijorità għall-azzjonijiet u l-miżuri relatati, fosthom indikazzjoni dwar kif dawn jindirizzaw l-oqsma ta' prijorità stipulati fl-Artikolu 4(1);
  (d) dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet attwali u pjanati fir-rigward ta'
   L-istrumenti,
   Ir-riżorsi,
   Il-konsultazzjoni u l-partijiet konċernati attivi,
   L-istadji ewelieni,
   Il-monitoraġġ.

(1) Opinjoni tat-13 ta' Mejju 2009 (għadha mhux ppublikata fil-ĠU).
(2) ĠU C
(3)3 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 April 2009.
(4) http://www.esafetysupport.org/download/European_Commission/048-esafety.pdf
(5) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(6) ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
(7) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90.
(8) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(9) ĠU L 124, 9.5.2002, p. 1.
(10) ĠU L 171; 09.07.2003, p. 1.
(11) Ara r-Regolament (KE) Nru 1/2005 tal-Kunsill, (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1) u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1).
(12) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(13) ĠU L 166, 30.4.2004, p. 124.
(14) ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.
(15) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(16) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.
(17)* ĠU: Tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(18)* ĠU: Sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(19)* ĠU: Sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(20)** ĠU: Sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' din d-Direttiva.
(21)* ĠU: 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


It-tieni programm "Marco Polo" għall-għoti ta" għajnuna finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija ("Marco Polo II") ***I
PDF 285kWORD 37k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1692/2006 li jistabbilixxi t-tieni programm "Marco Polo" għall-għoti ta" għajnuna finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija ("Marco Polo II") (COM(2008)0847 – C6-0482/2008 – 2008/0239(COD))
P6_TA(2009)0284A6-0217/2009

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2008)0847),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 71(1) u 80(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0482/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0217/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1692/2006 li jistabbilixxi t-tieni programm 'Marco Polo' għall-għoti ta" għajnuna finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija ('Marco Polo II')

P6_TC1-COD(2008)0239


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 923/2009.)


Netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiv ***I
PDF 509kWORD 175k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiv (COM(2008)0852 – C6-0509/2008 – 2008/0247(COD))
P6_TA(2009)0285A6-0220/2009

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0852),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0509/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0220/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiv

P6_TC1-COD(2008)0247


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 71(1) tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni║,

wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

waqt li jaġixxu b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),

Billi:

(1)  Fil-qafas tal-Istrateġija ta" Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi u tal-Istrateġija tal-Iżvilupp Sostenibbli tal-Komunità, il-ħolqien ta" suq ferrovjarju intern, b'mod partikolari għat-trasport tal-merkanzija, huwa element essenzjali tal-progress lejn il-ħolqien ta" mobilità sostenibbli.

(2)  Id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta" kapaċità ta" infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta" piżijiet għall-użu ta" infrastruttura tal-ferroviji ║(4) rrappreżentat stadju importanti fl-istabbiliment tas-suq ferrovjarju intern.

(3)  Sabiex ikunu kompetittivi mal-modi tat-trasport l-oħra, is-servizzi ferrovjarji internazzjonali u nazzjonali tal-merkanzija, miftuħa għall-kompetizzjoni mill-1 ta' Jannar 2007, għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn infrastruttura ferrovjarja ta" kwalità tajba, jiġifieri li tippermetti l-provvista ta" servizzi ta" trasport tal-merkanzija f'kundizzjonijiet tajba f'termini ta' veloċità kummerċjali u ta' ħin tal-vjaġġ, u għandhom ikunu ta' min joqgħod fuqhom, jiġifieri li s-servizz li jipprovdu jkun tabilħaqq jikkorrispondi mal-impenji kuntrattwali li jkunu daħlu għalihom l-operaturi ferrovjarji.

(4)  Minkejja li l-liberalizzazzjoni tat-traffiku tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija ppermettiet li jidħlu operaturi ġodda fin-netwerk, il-mekkaniżmi tas-suq mhumiex biżżejjed biex jorganizzaw, jirregolaw u jassiguraw it-traffiku tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija. L-ottimizzazzjoni u l-iżgurar tal-affidabilità tiegħu jimplikaw, b'mod partikulari, it-tisħiħ tal-proċeduri għall-koperazzjoni u l-allokazzjoni tal-mogħdijiet ferrovjarji bejn l-amministratturi tal-infrastruttura.

(5)  Il-Kunsill, fil-laqgħa tiegħu tas-7 ║ta' April 2008, kkonkluda li għandha tingħata preferenza għall-użu effikaċi tal-infrastrutturi u, jekk ikun il-każ, jitjiebu l-kapaċitajiet tal-infrastruttura ferrovjarja b'miżuri meħuda fuq livell Ewropew u nazzjonali, u b'mod partikolari permezz ta" testi leġiżlattivi.

(6)  F'dan il-kuntest, il-ħolqien ta" netwerk ferrovjarju għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva li fuqu l-ferroviji tal-merkanzija jkunu jistgħu jiċċirkolaw f'kundizzjonijiet tajbin u jgħaddu faċilment minn netwerk nazzjonali għal ieħor jippermetti li jitjiebu il-kundizzjonijiet tal-użu tal-infrastruttura.

(7)  Biex jinħoloq netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva, l-inizjattivi diġà mnedija għall-infrastruttura ferrovjarja juru li l-ħolqien ta" kurituri internazzjonali, li jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifiċi ta" wieħed jew bosta setturi tas-suq tat-trasport tal-merkanzija identifikati b'mod ċar, jirrapreżenta l-metodu l-aktar xieraq.

(8)  ▌In-netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva għandu jsir b'mod koerenti man-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) u mal-kurituri tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju ("ERTMS"). Għal dan l-iskop, l-iżvilupp koordinat taż-żewġ netwerks huwa meħtieġ, u b'mod partikolari l-integrazzjoni tal-kurituri internazzjonali għat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija mat-TEN-T li diġà jeżisti u mal-kurituri tal-ERTMS. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti fuq livell Komunitarju ║regoli armonizzanti relatati ma" dawn il-kurituri tal-merkanzija. Jekk ikun il-każ, il-ħolqien ta" dawn il-kurituri għandu jkun appoġġat finanzjarjament fil-qafas tat-TEN-T, ta' programmi ta" riċerka u tal-programm Marco Polo, u ta" linji politiċi u fondi Komunitarji oħrajn, bħall-Fond ta" Koeżjoni.

(9)  Il-ħolqien ta' kuritur għall-merkanzija għandu jqis l-importanza partikulari tal-estensjoni ppjanata tan-netwerk TEN-T għall-pajjiżi tal-Politka Ewropea tal-Viċinat (ENP) bil-ħsieb li jiġu żgurati interkonnessjonijiet aħjar mal-infrastruttura ferrovjarja ta" pajjiżi terzi Ewropej.

(10)  Fil-qafas ta" kuritur għall-merkanzija, għandha tiġi assigurata koordinazzjoni tajba bejn l-Istati Membri u l-amministraturi tal-infrastruttura kkonċernati, li tingħata faċilità aħjar u suffiċjenti għat-traffiku tal-merkanzija bil-ferrovija, biex jinħolqu komunikazzjonijiet biżżejjed u effiċjenti mal-modi l-oħra tat-trasport sabiex jiġi żviluppat netwerk effiċjenti u integrat għat-trasport tal-merkanzija, u jiġu stabbiliti kundizzjonijiet li huma ta" inċentiv għall-iżvilupp tal-kompetizzjoni bejn dawk li jipprovdu s-servizz tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija.

(11)  Il-ħolqien ta" kuritur għall-merkanzija għandu jkun bbażat fuq proposti magħmula mill-Istati Membri b'konsultazzjoni mal-amministraturi tal-infrastruttura. Fit-tieni fażi għandu jkun approvat fil-livellEwropew skont kriterji u proċedura trasparenti u definita b'mod ċar. Il-kriterji għall-ħolqien ta" kurituri għall-merkanzija għandhom ikunu definiti b'mod li jkun adattat għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-Istati Membri u tal-amministraturi tal-infrastruttura b'mod li jippermettulhom li jkollhom spazju biżżejjed għat-teħid ta' deċiżjonijiet u għall-ġestjoni ▌.

(12)  Biex titħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, l-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji, kull kuritur għall-merkanzija għandu jkun appoġġjat minn korp ta" governanza, magħmul minn amministraturi diversi tal-infrastruttura li għandhom x'jaqsmu ma" dan il-kuritur għall-merkanzija.

(13)  Biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-suq, il-metodi għall-ħolqien ta" kuritur għall-merkanzija għandhom jiġu ppreżentati fi pjan ta" implimentazzjoni li għandu jinkludi l-identifikazzjoni u l-issettjar ta' skeda għall-miżuri li ttejjeb il-prestazzjoni tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija. Barra minn hekk, biex jiġi assigurat li l-azzjonijiet ippjanati jew implimentati għall-ħolqien ta" kuritur għall-merkanzija jissodisfaw il-ħtiġijiet jew l-aspettattivi tas-suq, l-impriżi ferrovjarji utenti kollha għandhom jiġu kkonsultati regolarment, skont proċeduri xierqa kif definiti mill-korp ta" governanza.

(14)  Biex tiġi assigurata l-koerenza u l-kontinwità tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura disponibbli tul il-kuritur għall-merkanzija, għandhom jiġu kkoordinati l-investimenti fuq il-kuritur għall-merkanzija bejn l-Istati Membri, l-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji kkonċernati kif ukoll, jekk ikun applikabbli, bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi Ewropej, u jiġu ppjanati skont loġika li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-kuritur għall-merkanzija. Il-programm tal-ħolqien tagħhom għandu jkun ippubblikat biex jiġi żgurat li l-impriżi ferrovjarji li jistgħu joperaw fil-kuritur ikunu mgħarrfa tajjeb. . Dawn għandhom jinkludu proġetti ta" intervent relatati mal-iżvilupp ta" sistemi interoperabbli u maż-żieda tal-kapaċità tal-ferroviji.

(15)  Għall-istess raġunijiet, ix-xogħol estensiv ta" manutenzjoni, li s-soltu jkollu impatt kbir fuq il-kapaċitajiet tal-infrastruttura ferrovjarja, għandu wkoll ikun ikkoordinat fuq il-livell tal-kuritur għall-merkanzija u jkun soġġett għal pubblikazzjonijiet aġġornati.

(16)  Il-ħolqien ta" infrastrutturi u ta" sistemi għall-iżvilupp tas-servizzi tat-trasport intermodali tal-merkanzija huwa wkoll meħtieġ biex jiffavorixxi l-iżvilupp tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija fil-Komunità.

(17)  L-Istati Membri kkonċernati u l-awtoritajiet nazzjonali ta" sigurtà kompetenti fil-kuritur għall-merkanzija jistgħu jikkonkludu ftehimiet dwar l-għarfien reċiproku tal-vetturi minn naħa waħda, u tal-ħiliet ta' xufiera tal-ferroviji min-naħa l-oħra. L-awtoritajiet għas-sikurezza tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-kuritur għall-merkanzija għandhom jikkooperaw sabiex jassiguraw l-implimentazzjoni ta" dawn il-ftehimiet.

(18)  Sabiex jiġu ffaċilitati d-domandi ta" kapaċitajiet tal-infrastruttura għas-servizzi ferrovjarji internazzjonali tal-merkanzija, huwa xieraq li tiġi stabbilita ġestjoni ċentralizzata għal kull kuritur għall-merkanzija. Għal dan jeħtieġ li wieħed jibbaża ruħu fuq l-inizjattivi li diġà jeżistu, b'mod partikolari dawk imnedija minn RailNetEurope, korp li huwa strument ta" koordinazzjoni tal-amministraturi tal-infrastruttura u li jipprovdi servizzi lill-operaturi tal-merkanzija internazzjonali.

(19)  Minħabba l-iskedi differenti ta" programmar tal-ħinijiet għat-tipi differenti tat-traffiku, ikun tajjeb li wieħed jara li d-domandi ta" kapaċità tal-infrastruttura għat-traffiku tal-merkanzija jkunu kompatibbli mad-domandirelatati mat-trasport ta" passiġġieri, b'mod partikolari fir-rigward tal-valuri soċjo-ekonomiċi rispettivi tagħhom. L-ispejjeż għall-użu tal-infrastruttura għandhom ivarjaw skont il-kwalità u l-affidabbiltà tal-mogħdija ferrovjarja allokata.

(20)  Il-ferroviji li jassiguraw trasport tal-merkanzija sensittivi ħafna għad-dewmien ta" trasport u għall-puntwalità, kif definiti mill-korp ta" governanza, għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn prijorità suffiċjenti f'każ ta' problemi tat-traffiku.

(21)  Biex jiġi assigurat l-iżvilupp tal-kompetizzjoni bejn dawk li jipprovdu servizzi ferrovjarji tat-trasport tal-merkanzija, ▌applikanti oħra minbarra l-impriżi ferrovjarji jew il-gruppi tagħhom għandhom ikunu jistgħu biex jitolbu l-kapaċitajiet tal-infrastruttura.

(22)  Sabiex tiġi ottimizzata l-ġestjoni tal-kuritur għall-merkanzija u jiġi assigurat fluss u prestazzjoni aħjar tas-servizzi ferrovjarji internazzjonali tal-merkanzija, huwa meħtieġ li jkun hemm koordinazzjoni tajba bejn il-korpi ta" kontroll fir-rigward tan-netwerks differenti koperti mill-kuritur għall-merkanzija. Bl-iskop li jiġi assigurat użu aħjar tal-infrastrutturi ferrovjarji, huwa meħtieġ li tiġi kkoordinata l-ġestjoni ta" dawn l-infrastrutturi u tat-terminals strateġiċi li jinsabu tul il-kuritur għall-merkanzija.

(23)  Biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-informazzjoni relatata mal-użu tal-infrastruttura kollha ewlenija tal-kuritur għall-merkanzija u jiġi assigurat aċċess mhux diskriminatorju għal dawn, jidher li jkun tajjeb li dawk li jipprovdu servizzi ferrovjarji internazzjonali tal-merkanzija jkollhom disponibbli dokument ta" referenza li jiġbor din l-informazzjoni kollha.

(24)  Sabiex wieħed ikun jista" jikkalkula b'mod oġġettiv il-benefiċċji tal-azzjonijiet li jwasslu għall-ħolqien ta" kuritur għall-merkanzija u jassigura monitoraġġ effikaċi ta" dawn l-azzjonijiet, għandhom jiġu stabbiliti u jiġu ppubblikati b'mod regolari indikaturi tal-prestazzjoni tas-servizz tul il-kuritur għall-merkanzija. Id-definizzjoni tal-indikaturi ta" prestazzjoni għandha tkun ifformulata b'konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha li jipprovdu u jużaw is-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija.

(  25) Minħabba li l-għan ta" dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta" netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva magħmul minn kurituri tal-merkanzija, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħidhom u għalhekk jista" jintlaħaq aħjar, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista" tieħu miżuri b'mod konformi mal-prinċipju ta" sussidjarità msemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat. B'mod konformi mal-prinċipju ta" proporzjonalità bħal m'huwa msemmi f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dan l-għan.

(26)  Għandhom jiddaħħalu regoli ġusti, ibbażati fuq kooperazzjoni bejn amministraturi tal-infrastruttura li għandhom jipprovdu servizz ta" kwalità lill-operaturi tal-merkanzija fil-qafas ta" kuritur ferrovjarju internazzjonali, fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-investimenti, il-ġestjoni tal-kapaċitajiet u tat-traffiku.

(27)  Jeħtieġ li jittieħdu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament skont id-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat għall-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni(5).

(28)  Jeħtieġ b'mod partikolari li jingħata d-dritt lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-kriterji meħtieġa biex jiġi implimentat dan ir-Regolament. Billi dawn il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma ddisinjati biex jemendaw xi elementi mhux essenzjali ta" dan ir-Regolament billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolamentarja b'kontroll stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(29)  L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jtejjeb l-effiċjenza tat-trasport ta' merkanzija bil-ferrovija meta mqabbel ma" metodi oħra ta" trasport, iżda dan l-iskop jeħtieġ li jintlaħaq ukoll permezz tal-azzjonijiet politiċi u l-involviment finanzjarju tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea. Il-koordinazzjoni għandha tiġi żgurata fl-ogħla livell fost l-Istati Membri sabiex jiġi garantit it-tħaddim l-aktar effiċjenti tal-kurituri tal-merkanzija. L-impenn finanzjarju fl-infrastruttura u f'tagħmir tekniku bħall-ERTMS għandu jkollu l-għan li jżid il-kapaċità u l-effiċjenza tal-merkanzija bil-ferrovija b'konformità mal-għan ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

L-għan u l-ambitu

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-ħolqien u l-organizzazzjoni tan-netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva fil-kurituri ferrovjarji internazzjonali għall-merkanzija kompetittiva ("kurituri għall-merkanzija"). Huwa jistabbilixxi r-regoli ta" għażla u ta" organizzazzjoni tal-kurituri tal-merkanzija u tal-prinċipji kooperattivi relatati mal-ippjanar tal-investimenti, mal-ġestjoni tal-kapaċitajiet u tat-traffiku.

2.  Dan ir-Regolament japplika għall-ġestjoni u l-użu ta" infrastrutturi ferrovjarji għas-servizzi ferrovjarji nazzjonali u internazzjonali, ħlief:

   a) netwerks lokali u reġjonali awtonomi li jintużaw għas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri li jissellfu infrastruttura ferrovjarja, ħlief meta tali servizzi joperaw fuq parti mill-kuritur għall-merkanzija;
   b) netwerks li jintużaw biss għall-użu ta" servizzi urbani u suburbani tat-trasport tal-passiġġieri;
     ċ) netwerks reġjonali li jintużaw biss, għas-servizzi ta" trasport tal-merkanzija reġjonali, minn impriża ferrovjarja waħda li ma taqax taħt id-Direttiva 91/440/KEE tal-Kunsill tad-29 ta' Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità(6) sakemm applikant ieħor jitlob biex juża l-kapaċità tan-netwerk imsemmi;
   d) infrastrutturi ferrovjarji privati ristretti għall-użu mill-proprjetarju tagħhom biss għall-attivitajiet tat-trasport tal-merkanizja tiegħu stess.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.  Għall-fini ta" dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/14/KE għandhom japplikaw.

2.  Flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1:

   a) "kuritur għall-merkanzija" għandha tfisser il-linji ferrovjarji kollha stabbiliti fit-territorju tal-Istati Membri u, jekk ikun il-każ, ta' pajjiżi terzi Ewropej li huma kollegati ma" żewġ terminals strateġiċi jew iżjed, inklużi fus ewlieni, rotot alternattivi u binarji li jikkomunikawhom, kif ukoll l-infrastrutturi ferrovjarji u t-tagħmir tagħhom fit-terminals tal-merkanzija, l-istazzjonijiet ta" tqassim u ta" kompożizzjoni, kif ukoll il-binarji ta" kollegament ta" dawn tal-aħħar, inkużi s-servizzi kollha relatati mal-ferrovija kif stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2001/14/KE;
   b) "pjan ta" implimentazzjoni" għandu jfisser dokument li jippreżenta l-istrateġija║u l-mezzi li l-partijiet kkonċernati għandhom jimplimentaw sabiex jiżviluppaw matul perjodu determinat l-attivitajiet meħtieġa u suffiċjenti biex jinħoloq il-kuritur għall-merkanzija;
     ċ) "xogħol estensiv ta" manutenzjoni" għandu jfisser kwalunkwe intervent jew tiswija, li jkunu ppjanati mill-inqas sena qabel, tal-infrastruttura ferrovjarja u tat-tagħmir tagħha meħtieġa għaċ-ċirkolazzjoni tal-ferroviji tul il-kuritur għall-merkanzija li tinvolvi l-kapaċita ta' infrastruttura riservata skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2001/14/KE;
   d) "terminal" għandu jfisser l-installazzjoni tul il-kuritur għall-merkanzija mgħammar b'mod speċjali biex jippermetti t-tagħbija u/jew il-ħatt ta" oġġetti mill-ferroviji tal-merkanzija u l-integrazzjoni tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija mas-servizzi tat-triq, marittimi, ta" fuq ix-xmajjar u tal-ajru, jiġifieri l-formazzjoni jew il-modifikazzjoni tal-kompożizzjoni tal-ferroviji tal-merkanzija;
   e) "terminal strateġiku" għandu jfisser it-terminal tal-kuritur għall-merkanzija, miftuħ għall-applikanti kollha u li diġà għandu rwol importanti, jew hemm il-ħsieb li jkollu rwol importanti fit-trasport ferrovjarju tal-merkanzija tul il-kuritur għall-merkanzija;
   f) "punt wieħed ta' waqfa" hija d-dipartiment konġunt stabbilit minn kull amministratur tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija li tagħti lill-applikanti l-possibbiltà li jitolbumogħdija ferrovjarja għal vjaġġ li jaqsam tal-inqas fruntiera waħda.

KAPITOLU II

ID-DISINN U L-GOVERNANZA TAN-NETWERK FERROVJARJU EWROPEW GĦALL-MERKANZIJA KOMPETITTIVA

Artikolu 3

Għażla tal-kurituri tal-merkanzija

1.  Il-kuritur għall-merkanzija għandu jgħaqqad mill-inqas żewġ Stati Membri u jħaddem servizzi ferrovjarji internazzjonali u nazzjonali tal-merkanzija ▌. Dan għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

   a) ikun jagħmel parti, jew tal-anqas ikun kompatibbli, mat-TEN-T, jew, fejn ikun applikabbli, mal-kurituri tal-ERTMS. Jekk ikun meħtieġ, xi sezzjonijiet li mhumiex inklużi fit-TEN-T, li jkollhom volum qawwi jew potenzjalment qawwi ta' traffiku tat-trasport tal-merkanzija, jistgħu wkoll jagħmlu parti mill-kuritur;
   b) jippermetti żvilupp sinifikattiv tat-traffiku tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u jqis il-flussi ewlenin tal-kummerċ u tat-traffiku tal-merkanzija;
     ċ) huwa ġġustifikat fuq il-bażi ta" analiżi soċjo-ekonomika. Din tiġbor l-impatti fuq l-elementi tas-sistema tat-trasport fejn l-allokazzjoni tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija jaffettwa b'mod sinifikanti t-traffiku tal-merkanzija u tal-passiġġieri. Hija tinkludi l-analiżi tal-effetti ewlenin f'termini tal-ispejjeż esterni;
   d) għandu jippermetti interkonnessjonijiet aħjar bejn l-Istati Membri tal-fruntiera u l-pajjiżi terzi Ewropej;
     e) huwa appoġġat minn pjan ta" implimentazzjoni.

2.  Il-ħolqien jew il-modifikazzjoni ta" kuritur għall-merkanzija għandhom ikunu deċiżi mill-Istati Membri kkonċernati, wara li jkunu għarrfu lill-Kummissjoni bl-intenzjonijiet tagħhom, flimkien ma' proposta mfassla flimkien mal-amministraturi tal-infrastruttura kkonċernati u filwaqt li jqisu l-inizjattivi u l-opinjonijiet ta" impriżi ferrovjarji li jużaw il-kuritur jew li jkunu interessati li jagħmlu dan u l-kriterji msemmija fl-Anness. L-impriżi ferrovjarji interessati jistgħu jipparteċipaw fil-proċess, kull meta jkun hemm investimenti sostanzjali li jirrigwardawhom.

3.  Il-kurituri tal-merkanzija jinħolqu skont ir-regoli li ġejjin:

   a) sa mhux aktar tard minn ...(7), it-territorju ta" kull Stat Membru li għandu għallinqas żewġ konnessjonijiet ferrovjarji diretti ma" xi Stati Membri oħra għandu jaċċetta għallinqas proposta waħda ta" kuritur għall-merkanzija;
   b) sa, mhux aktar tard minn ...(8)*, it-territorju ta" kull Stat Membru għandu jaċċetta għallinqas kuritur għall-merkanzija wieħed.

4.  Il-Kummissjoni għandha tinnota l-proposti ta" ħolqien ta" kurituri tal-merkanzija stabbiliti fil-paragrafu 2 u għandha teżamina l-konsistenza tagħhom mal-kriterji ta" evalwazzjoni stabbiliti fl-Anness. Il-Kummissjoni tista" tistqarr l-oġġezzjonijiet tagħha jew tipproponi bidliet f'konformità ma" dak li tqis xieraq.

5.  Il-kuritur għall-merkanzija jista" jinkludi xi elementi tan-netwerk ferrovjarju ta" pajjiżi terzi Ewropej. Jekk ikun il-każ, dawn l-elementi għandhom jaqblu mal-politika tat-TEN-T.

6.  Meta jkun hemm xi diffikultajiet bejn żewġ jew bosta Stati Membri fir-rigward tal-ħolqien jew il-modifikazzjoni ta" kuritur tal-merkanizja, li jikkonċerna l-infrastruttura ferrovjarja li tinsab fit-territorju tagħhom, il-Kummissjoni, fuq talba ta" wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, għandha tikkonsulta lill-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 18 dwar dan is-suġġett. L-opinjoni tal-Kumitat għandha tiġi rrapportata lill-Istati Membri kkonċernati. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkunsidraw din l-opinjoni sabiex isibu soluzzjoni.

7.  Il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta" dan ir-Regolament billi jiġi adattat l-Anness għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 18(3).

Artikolu 4

Governanza tal-kurituri tal-merkanzija

1.  L-Istati Membri kkonċernati ma" kuritur għall-merkanzija għandhom jikooperaw biex jassiguraw l-iżvilupp ta" kuritur għall-merkanzija b'mod konformi mal-pjan tiegħu ta" implimentazzjoni. Huma jiddefinixxu l-għanijiet ġenerali tal-kuritur għall-merkanzija u jassiguraw li l-pjan ta" implimentazzjoni jimmira għal dawn l-għanijiet.

2.  Għal kull kuritur għall-merkanzija, l-amministraturi tal-infrastruttura kkonċernati║ għandhom jistabbilixxu korp ta" governanza inkarigat bid-definizzjoni, it-twettiq u l-aġġornament tal-pjan ta" implimentazzjoni tal-kuritur għall-merkanzija. L-impriżi ferrovjarji interessati, jew il-gruppi ta" impriżi ferrovjarji interessati, li jużaw il-kuritur regolarment għandhom ikollhom il-jedd li jipparteċipaw f'dan il-korp fuq bażi konsultattiva. Il-korp ta" governanza għandu jirrapporta b'mod regolari dwar l-attivitajiet tiegħu lill-Istati Membri kkonċernati, u jekk ikun il-każ lill-Kummissjoni u lill-koordinaturi Ewropej tal-proġetti prijoritarji tat-TEN-T integrati bil-kuritur għall-merkanzija u li huma stabbiliti fl-Artikolu 17a tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 fuq linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew(9).

3.  L-Istati Membri kkonċernati jistgħu iwaqqfu bord eżekuttiv li jkun responsabbli mill-awtorizzazzjoni tal-pjan ta" implimentazzjoni tal-kuritur mill-korp ta" governanza u mis-superviżjoni tat-twettiq tiegħu. F'dan il-każ, il-membri individwali tal-bord eżekuttiv għandu jkollhom mandat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

4.  Il-korp ta" governanza huwa entità ġuridika indipendenti. Jista" jkun ikkostitwit fil-forma ta" grupp Ewropew ta" interess ekonomiku skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2137/85(10) u jibbenefika mill-istatus ta" grupp bħal dan.

5.  Il-membri tal-korp ta" governanza għandhom jaħtru d-direttur tiegħugħal mhux inqas minn 3 snin.

6.  Għandu jiġi stabbilit grupp ta" ħidma magħmul minn amministraturi u proprjetarji tat-terminals strateġiċi tal-kuritur għall-merkanzija, inklużi l-portijiet tal-baħar u tal-mogħdijiet tal-ilma interni, imsemmija fl-Artikolu 9. Dan jista" jagħti opinjoni fuq kull proposta tal-korp ta" governanza li jkollha konsegwenzi diretti fuq l-investimenti u l-ġestjoni tat-terminals strateġiċi. Il-korp ta" governanza ma jistax jieħu deċiżjoni kontra din l-opinjoni.

Artikolu 5

Miżuri ta" implimentazzjoni tal-kuritur għall-merkanzija

1.  Il-pjan ta" implimentazzjoni, approvat u aġġustat regolarment mill-korp ta" governanza, għandu jinkludi mill-inqas:

   a) desrkrizzjoni tal-kwalitajiet tal-kuritur għall-merkanzija, fosthom il-punti ta" konġestjoni potenzjali, kif ukoll il-programm ta" implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jiġi ffaċilitat il-ħolqien tiegħu;
   b) l-elementi essenzjali tal-istudju tas-suq stabbilit fil-paragrafu 2;
     ċ) l-għanijiet tal-korp ta" governanza u l-programm tiegħu għat-titjib tal-prestazzjoni tal-kuritur għall-merkanzija, ▌b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16.

2.  Għandu jsir studju dwar is-suq li jiġi aġġornat perjodikament, rigward il-progress osservat u mistenni fir-rigward tal-kuritur għall-merkanzija kif ukoll l-elementi tas-sistema tat-trasport marbuta ma' dan tal-aħħar, bil-ħsieb li jiġi żviluppat jew adattat, jekk ikun meħtieġ, il-pjan tal-implimentazzjoni tiegħu. Għandu jeżamina l-bidliet fid-diversi tipi ta" traffiku, u jiġbor fih l-elementi ewlenin tal-analiżi soċjoekonomika msemmija fl-Artikolu 3(1)(ċ)kif ukoll ix-xenarji possibbli fir-rigward tal-ispejjeż u l-benefiċċji u l-impatt finanzjarju fuq żmien twil.

3.  Qed jiġi stabbilit programm ta" ħolqien u ta" titjib tal-prestazzjoni tal-kuritur għall-merkanzija. Dan il-programm jinkludi b'mod partikolari l-għanijiet komuni, l-għażliet tekniċi u l-iskeda għall-involviment meħtieġ mal-infrastruttura ferrovjarja u t-tagħmir tagħha biex jiġu implimentati l-miżuri kollha stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 16. Dawn il-miżuri għandhom jevitaw jew inaqqsu kemm jista" jkun ir-restrizzjonijiet li jolqtu l-kapaċità ferrovjarja.

Artikolu 6

Konsultazzjoni mal-applikanti

1.  Għall-finijiet ta" parteċipazzjoni xierqa tal-applikanti, ║ li jistgħu jużaw il-kuritur ║.

2.  L-applikanti għall-użu tal-kuritur għall-merkanzija, inklużi l-operaturi ferrovjarji tat-trasport tal-merkanzija, l-operaturi tal-passiġġieri, ix-shippers, il-burdnara u l-korpi rappreżentattivi tagħhom, għandhom jiġu kkonsultati mill-korp ta" governanza qabel l-approvazzjoni tal-pjan ta" implimentazzjoni u qabel l-aġġornament tiegħu. Jekk ikun hemm nuqqas ta" qbil bejn il-korp ta" governanza u l-applikanti, dawn tal-aħħar jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-korpi regolatorji msemmijin fl-Artikolu 17.

KAPITOLU III

INVESTIMENTI FIL-KURITUR GĦALL-MERKANZIJA

Artikolu 7

Ippjanar tal-investimenti

1.  Il-korp ta" governanza għandu jistabbilixxi u japprova:

   a) pjan komuni ta" investimenti fl-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija fuq żmien twil, jiġifieri għal mhux inqas minn 10 snin;
   b) jekk ikun il-każ, pjan komuni ta" investimenti fuq żmien medju (ta" mill-inqas sentejn) tul il-kuritur għall-merkanzija.

Il-pjani ta" investment għandhom jistabbilixxu l-lista ta" proġetti previsti għall-estensjoni, it-tiġdid jew l-iżvilupp mill-ġdid tal-infrastrutturi ferrovjarji u tat-tagħmir tagħhom li jeżistu tul il-kuritur u tal-ħtiġijiet finanzjarji relatati u s-sorsi tal-finanzjament.

2.  Il-pjani ta" investimenti stabbiliti fil-paragrafu 1 jinkludu wkoll strateġija relatata mat-tħaddim tas-sistemi interoperabbli tul il-kuritur għall-merkanzija li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta" interoperabbiltà applikabbli għan-netwerks ferrovjarji msemmija fid-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità(11). Din l-istrateġija hija bbażata fuq analiżi ta" spejjeż-benefiċċji tat-tħaddim ta" dawn is-sistemi. Din għandha tkun koerenti mal-pjani nazzjonali u Ewropej tat-tħaddim ta" sistemi interoperabbli, b'mod partikolari mal-pjan tat-tħaddim tal-ERTMS, kif ukoll mal-interkonnessjonijiet transkonfinali u s-sistemi interoperabbli ma' pajjiżi terzi Ewropej, fejn ikun applikabbli.

3.  Jekk ikun il-każ, il-pjani ta" investiment għandhom isemmu l-kontribuzzjoni Komunitarja prevista skont il-programm TEN-T jew kwalunkwe politika, fondi jew programmi oħra u jippruvaw li l-istrateġija tagħhom hija konsistentimagħhom.

4.  Il-pjani ta" investiment stabbiliti fil-paragrafu 1 jinkludu wkoll strateġija relatata mat-tkabbir tal-kapaċità tal-ferroviji tal-merkanzija, jiġifieri, biex jitneħħew iz-zoni ta" konġestjoni tat-traffiku, biex tittejjeb l-infrastruttura eżistenti u biex tinbena infrastruttura ġdida. Din l-istrateġija tista" ttinkludi miżuri biex jiżdiedu t-tul, il-wisa" tal-linji, il-loading gauge, il-ġestjoni tal-veloċità, it-tagħbija mgħobbija jewit-tagħbija tal-fus awtorizzati għall-ferroviji li jiċċirkolaw tul il-kuritur għall-merkanzija.

5.  Il-pjani ta" investimenti stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ppubblikati fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 15 u aġġornati b'mod regolari. Dawn jagħmlu parti mill-pjan ta" implimentazzjoni tal-kuritur għall-merkanzija.

Artikolu 8

Koordinazzjoni tax-xogħlijiet

L-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija għandhom jikkoordinaw , b'mod u fi żmien xieraq u b'konformità mal-ftehimiet kontrattwali rispettivi tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/14/KE,l-iskeda tagħhom biex isir ix-xogħol kollu tal-infrastruttura u tat-tagħmir tagħha li jista" jillimita l-kapaċità disponibbli fin-netwerk.

Artikolu 9

Terminals strateġiċi

1.  Bi ftehim mal-grupp ta" ħidma stabbilit fl-Artikolu 4(6), il-korp ta" governanza għandu jadotta strateġija integrata relatata mal-iżvilupp tat-terminals strateġiċi biex ikunu jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija li jiċċirkola tul il-kuritur għall-merkanzija, b'mod partikulari bħala ċentri intermodali tul il-kurituri tal-merkanzija. Dan għandu jinkludi l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali, lokali u nazzjonali. l-akkwist tal-art għall-iżvilupp ta' terminals għall-merkanzija ferrovjarja u l-iffaċilitar tal-aċċess għall-fondi sabiex jiġu inkoraġġiti żviluppi bħal dawn. Il-korp ta' governanza għandu jiżgura li jinħolqu biżżejjed terminals f'postijiet strateġiċi, skont il-volum mistenni ta' traffiku.

2.  Il-korp ta" governanza għandu jieħu l-miżuri adegwati għal-istabbiliment ta" din l-istrateġija. Huwa għandu jirrevediha b'mod regolari.

KAPITOLU IV

ĠESTJONI TAL-KURITUR GĦALL-MERKANZIJA

Artikolu 10

Ġestjoni ċentralizzata għat-talbiet ta" mogħdijiet ferrovjarji internazzjonali

1.  Il-korp ta" governanza għandu jistabbilixxi ġestjoni ċentralizzata iex tirrispondi għal talbiet għal mogħdijiet ferrovjarji għal ferroviji tal-merkanzija li taqsam ▌mill-inqas fruntiera waħda tul il-kuritur għall-merkanzija jew tuża bosta netwerks.

2.  Lill-amministraturi individwali tal-infrastruttura ta' kuritur jistgħu jingħatawlhom il-funzjonijiet ta' front office tat-one-stop shop għall-applikanti li jitolbu mogħdijiet ferrovjarji.

3.  Il-korpi ta" kontroll ikkonċernati, kif jingħad fl-Artikolu 17║, għandhom jassiguraw li l-attivitajiet tal-ġestjoni ċentralizzata jkunu pprattikati f'kundizzjonijiet trasparenti u mhux diskriminatorji.

Artikolu 11

Kategoriji standard ta" mogħdijiet ferrovjarji fil-kurituri tal-merkanzija

1.  Il-korp ta" governanza għandu jiddefinixxi u jaġġorna regolarment il-kategoriji standard ta' mogħdijiet ferrovjarji tal-merkanzija, li għandhom ikunu validi tul il-kuritur għall-merkanzija kollu. Mill-inqas waħda minn dawn il-kategoriji║, għandha tinkludi, fost dawn il-kategoriji ta" mogħdijiet, mogħdija ferrovjarja tal-merkanzija b'ħin ta" trasport effiċjenti u b'puntwalità ggarantita ("trasport tal-merkanzija ffaċilitat").

2.  Il-kriterji ta" definizzjoni tal-kategoriji tat-tip ta" traffiku tal-merkanzija għandhom jiġu adottati mill-korp ta' governanza wara konsultazzjoni mal-applikanti li x'aktarx jużaw il-kuritur għall-merkanzija.

Artikolu 12

Mogħdijiet ferrovjarji allokati għall-ferroviji tal-merkanzija

1.  Barra l-każi msemmija fl-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2001/14/KE, l-amministraturi tal-infrastruttura kkonċernati, għandhom iżommu riserva ta' kapaċità, fuq il-bażi tal-evalwazzjoni tal-ħtiġijiet tas-suq għar-riserva tal-kapaċità. L-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jippubblikaw l-iskeda tal-ħinijiet ta" xogħol għall- mogħdija ferrovjarju meħtieġa biex tissodisfa l-bżonnijiet tat-traffiku tal-merkanzija bi prijorità internazzjonali ffaċilitata għas-sena finanzjarja li ġejja, qabel l-eżerċizzju annwali biex tiġi definita l-iskeda ta' xogħol imsemmija fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2001/14/KE abbażi tat-traffiku tal-merkanzija osservat u l-istudju tas-suq imsemmi fl-Artikolu 5(2) ta' dan ir-Regolament.

2.  L-amministraturi tal-infrastruttura għandhom iżommu, wara l-evalwazzjoni tal-ħtieġa xierqa biex tiġi kostitwita riżerva ta" kapaċitajiet għal talbiet ad hoc, din ir-riżerva, filwaqt li jiggarantixxu livell biżżejjed ta" kwalità ta" mogħdijiet ferrovjarji għall-ħin tal-vjaġġ u skedi tal-ħinijiet li jkunu adattati għat-traffiku internazzjonali ffaċilitat tal-merkanzija fi ħdan l-iskeda finali tal-ħinijiet sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw malajr u b'mod xieraq it-talbiet ad hoc għal kapaċitajiet stabbiliti fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2001/14/KE.

3.  Ħlief fil-każ ta" forza maġġuri, mogħdija ferrovjarja allokata biex tiffaċilita l-operazzjoni tal-merkanzija skont dan l-Artikolu ma tistax tiġi mħassra inqas minn xahar qabel il-ħin ta" servizz fl-iskeda sakemm l-applikant ikkonċernat ma japprovax it-tħassir. L-applikant jista" jirreferi l-każ lill-korp regolatorju. Skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2001/14/KE l-amministraturi tal-infrastruttura jistgħu jispeċifikaw, fil-kondizzjonijiet tad-dikjarazzjoni tagħhom tan-netwerk li permezz tagħhom għandhom iqisu l-livelli ta' qabel ta' użu tal-mogħdijiet ferrovjarji tal-merkanzija faċilitati meta jiddeterminaw il-prijoritajiet fil-proċess ta' allokazzjoni.

4.  L-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija u l-grupp ta" ħidma stabbilit fl-Artikolu 4(6), għandhom jistabbilixxu proċeduri biex jassiguraw l-aħjar koordinazzjoni possibbli tal-allokazzjoni tal-kapaċitajiet b'konformità ma' dan l-Artikolu, , billi jqisu l-aċċessgħat-terminals strateġiċi, stabbiliti fl-Artikolu 9.

5.  L-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jinkludu fil-kondizzjonijiet tagħhom tal-użu, ħlas għall-mogħdijiet li jkunu ġew allokati imma mbagħad ma jintużawx. L-ammont ta' dan il-ħlas għandu jkun xieraq, dissważiv u effettiv.

Artikolu 13

Applikanti awtorizzati

Minkejja l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2001/14/KE, applikanti oħra minbarra l-impriżi ferrovjarji u l-gruppi internazzjonali li dawn jikkostitwixxu jistgħu jitolbu mogħdijiet ferrovjarji għat-trasport tal-merkanzija meta dawn tal-aħħar jikkonċernaw sezzjoni bosta tal-kuritur għall-merkanzija.

Artikolu 14

Ġestjoni tat-traffiku

1.  Wara proposta mill-korp ta' governanza tal-kuritur għall-merkanzija u filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji u l-pjani imsemmija fil-paragrafu 2, l-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw ir-regoli ta" prijorità bejn it-tipi differenti ta" mogħdijiet ferrovjarji, b'mod partikolari għall- mogħdijiet ferrovjarji allokati għal ferroviji li jaslu tard, f'każ ta" tfixkil fiċ-ċirkolazzjoni għal kull partital-kuritur għall-merkanzija fid-dokument ta" referenza tan-netwerk stabbilit fl-Artikolu 3 u fl-Anness I tad-Direttiva 2001/14/KE.

2.  Ir-regoli ta" prijorità msemmija fil-paragrafu 1 ║għandhom║ mill-inqas jistipulaw, bl-eċċezzjoni tas-sigħat l-aktar intensi meta dan il-paragrafu ma japplikax, li l-mogħdija ferrovjarja allokata lil ferrovija tal-merkanzija faċilitata li tissodisfa d-dispożizzjonijiet inizjali għall-mogħdija ferrovjarja tagħha għandha tkun irrispettata kemm jista" jkun jew għall-inqas jitnaqqas id-dewmien totali b'enfasi fuq id-dewmien tal-ferroviji tal-merkanzija faċilitati. Il-korp ta' tmexxija, flimkien mal-applikanti, għandu jiżviluppa u jippubblika:

   a) prinċipji tar-regolamentazzjoni ferrovjarji li għandhom jiżguraw li l-ferroviji tal-merkanzija rapidi jieħdu l-aħjar trattament possibbli f'dak li għandu x'jaqsam mal-allokazzjoni tal-kapaċità mnaqqsa;
   b) pjanijiet ta' kontinġenza fil-każ ta' tfixkil fil-kuritur, li jkunu bbażati fuq dawn il-prinċipji.

Kull Stat Membru permezz tal-amministratur tal-infrastruttura għandu jiddefinixxi s-sigħat l-aktar intensi fid-dokument ta" referenza tan-netwerk. Sigħat l-aktar intensi japplikaw biss għall-jiem tax-xogħol u għandhom ikunu limitati għal massimu ta" tliet sigħat filgħodu u għal massimu ta" tliet sigħat wara nofsinhar. Fid-definizzjoni ta" sigħat l-aktar intensi għandhom jitqiesu t-traffiku tal-passiġġieri reġjonali u dak fuq distanzi twal.

3.  L-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija għandhom jistabbilixxu proċeduri ta" koordinazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku tul il-kuritur għall-merkanzija.

4.  L-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija u l-grupp ta" ħidma stabbilit fl-Artikolu 4(6) għandhom jistabbilixxu proċeduri biex jassiguraw l-aħjar koordinazzjoni possibbli bejn il-ġestjoni, fir-rigward tal-kapaċitajiet u ta" ċirkolazzjoni, tal-infrastruttura ferrovjarja u tat-terminals strateġiċi, stabbiliti fl-Artikolu 9.

Artikolu 15

Informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-użu tal-kuritur għall-merkanzija

Il-korp ta" governanza għandu jistabbilixxi u jippubblika rapport li jkun fih:

   a) it-tagħrif kollu li tinsab fid-dokumenti ta" referenza tan-netwerks nazzjonali li jikkonċernaw il-kuritur għall-merkanzija, stabbilit b'mod konformi mal-proċedura tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/14/KE;
   b) il-lista tal-kwalitajiet tat-terminals strateġiċi; l-informazzjoni kollha dwar il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti ta" aċċess għat-terminals strateġiċi.

Artikolu 16

Kwalità tas-servizz fil-kuritur għall-merkanzija

1.  L-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija għandhom jassiguraw il-koerenza bejn is-sistemi użati biex titjieb il-prestazzjoni kurrenti tul il-kuritur għall-merkanzija, kif jingħad fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/14/KE. Din il-koerenza għandha tkun ikkontrollata mill-korpi regolatorji, li għandhom jikkooperaw f'dan il-kontroll b'konformità mal-Artikolu 17(1) ta' dan ir-Regolament.

2.  Sabiex tiġi kkalkolata l-kwalità tas-servizz u l-kapaċità tas-servizzi internazzjonali u nazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija tul il-kuritur għall-merkanzija, il-korp ta" governanza għandu jikkonsulta lill-applikanti li x'aktarx ikunu se jużaw il-kurituri u l-utenti tas-servizzi tal-merkanzija ferrovjarja dwar l-indikaturi tal-prestazzjoni fil-kuritur għall-merkanzija. Wara din il-konsultazzjoni, il-korp tal-governanza għandu jiddefinihomu jippubblikahom mill-inqas darba fis-sena.

Artikolu 17

Korpi ta" kontroll

1.  Il-korpi ta" kontroll stabbiliti fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14/KE li huma kompetenti għall-kuritur għall-merkanzija għandhom jikkooperaw biex jissorveljaw l-attivitajiet internazzjonali tal-amministraturi tal-infrastruttura u tal-applikanti tul il-kuritur għall-merkanzija. Huma għandhom jikkonsultaw lil xulxin u jagħtu informazzjoni lil xulxin. Huma għandhom jitolbu, jekk ikun il-każ, l-informazzjoni meħtieġa mingħand l-amministraturi tal-infrastruttura tal-Istat Membru li għalih ikunu kompetenti. L-amministraturi tal-infrastruttura u l-partijiet terzi l-oħrajn involuti fl-allokazzjoni tal-kapaċità internazzjonali huma obbligati jagħtu lill-korpi regolatorji kkonċernati, mingħajr dewmien, t-tagħrif kollu meħtieġ dwar il-mogħdijiet ferrovjarji u l-kapaċità internazzjonali li huma responsabbli għalihom.

2.  F'każ li jkun hemm ilment minn xi applikant dwar is-servizzi internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, jew fil-qafas ta" investigazzjoni ex-officio, il-korp ta" kontroll ikkonċernat għandu jikkonsulta lill-korp ta" kontroll ta" Stat Membru ieħor li jkollu l-kuritur għall-merkanzija għaddej mit-territorju tiegħu u jitolbu l-informazzjoni meħtieġa qabel ma jieħu d-deċizjoni tiegħu. Il-korpi ta" kontroll l-oħra għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha li huma stess għandhom id-dritt jitolbu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Jekk ikun il-każ, il-korp ta" kontroll li jkun irċieva l-ilment jew li jkun beda l-investigazzjoni ex-officio għandu jittrasferixxi l-każ lill-korp ta" kontroll kompetenti sabiex jippermettilu jieħu miżuri fil-konfron tal-partijiet ikkonċernati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30(5) u (6) tad-Direttiva 2001/14/KE.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 18

Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat.

2.  Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE japplikaw, b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

▌.

3.  Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1 sa 4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 19

Deroga

Jekk ikun il-każ, Stat Membru jista" jidderoga mid-dispożizzjonijiet ta" dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, huwa għandu jinnotifika talba motivata ta" deroga lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta Deċiżjoni fuq din it-talba, skont il-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 18(2) filwaqt li tikkunsidra s-sitwazzjoni ġeografika kif ukoll l-iżvilupp tas-servizzi ferrovjarji tat-trasport tal-merkanzija fl-Istat Membru li jkun għamel it-talba għad-deroga.

Artikolu 20

Monitoraġġ tal-implimentazzjoni

Kull sentejn sa minn meta nħoloq il-kuritur għall-merkanzija, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport li juri r-riżultati tal-kooperazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 4(1). Il-Kummissjoni għandha tanalizza dan ir-rapport u tinnotifika lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 18 b'din l-analiżi.

Artikolu 21

Rapport

Il-Kummissjoni għandha teżamina perjodikament l-applikazzjoni ta" dan ir-Regolament. Hija għandha tħejji rapport għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill, l-ewwel darba sa ...(12), u mbagħad kull tliet snin.

Artikolu 22

Reviżjoni

Jekk, f'każ ta" reviżjoni tal-linji gwida tat-TEN-T, skont it-termini tal-Artikolu 18(3) tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE, il-Kummissjoni tikkonkludi li jkun xieraq jekk jiġi adattat dan ir-Regolament għal dawn il-linji gwida, hija għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta biex dan ir-Regolament ikun emendat kif imiss. Bl-istess mod, ċerti deċiżjonijiet meħudin skont dan ir-Regolament jistgħu jwasslu għall-ħtieġa ta' reviżjoni tal-linji gwida tat-TEN-T.

Artikolu 23

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ għoxrin jum wara li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ║,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

Kriterji ta" evalwazzjoni tal-proposti ta" ħolqien ta" kuritur għall-merkanzija

L-għażla tal-kurituri tal-merkanzija msemmija fl-Artikolu 3, kif ukoll l-aġġornament tan-netwerk ferrovjarju għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva, għandhom isiru skont il-kriterji li ġejjin:

   (a) l-eżistenza ta" ittra ta" intenzjoni tal-Istati Membri kkonċernati li tikkonferma r-rieda tagħhom li joħolqu l-kuritur għall-merkanzija;
   ( b) meta l-itinerarju tal-kuritur għall-merkanzija jikkoinċidi ma" sezzjoni (jew parti minn sezzjoni) ta" wieħed jew bosta proġetti prijoritarji tat-TEN-T(13), din għandha tkun integrata mal-kuritur għall-merkanzija, ħlief jekk tkun użata għas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri;
   ( c) il-kuritur għall-merkanzija li l-ħolqien tiegħu huwa propost jgħaddi mit-territorju ta" mill-inqas tliet Stati Membri jew ta" mill-inqas żewġ Stati Membri jekk id-distanza bejn fejn jiltaqgħu l-linji tal-ferrovija moqdija mill-kuritur għall-merkanzija propost hija ta" aktar minn 500 kilometru;
   ( d) il-vijabbiltà ekonomika u l-benefiċċji soċjo-ekonomiċi tal-kuritur għall-merkanzija;
   ( e) il-koerenza tal-kurituri tal-merkanzija kollha proposti mill-Istati Membri biex jaslu għall-istabbiliment ta" netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva;
   ( f) il-koerenza man-netwerks ferrovjarji Ewropej li diġà jeżistu bħall-kurituri ERTMS u l-kurituri definiti minn RailNetEurope;
   ( g) il-preżenza ta" interkomunikazzjoni tajba mal-modi tat-trasport l-oħra, b'mod partikolari permezz ta" netwerk adegwat ta" terminals strateġiċi, inklużi fir-rigward ta' portijiet marittimi u portijiet 'l ġewwa mix-xtajta;
   ( h) l-approċċ propost biex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 16.

(1) ĠU C , , p.
(2) ĠU C , , p.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009.
(4) ĠU L 75, 15.3.2001, p. 29.
(5) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(6) ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25.
(7)* ĠU: Sena wara d-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament.
(8)** ĠU: Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament.
(9) ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1.
(10) ĠU L 199, 31.7.1985, p. 1.
(11) ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.
(12)* ĠU: ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament.
(13) Stabbiliti fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE.


Id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali ***I
PDF 837kWORD 345k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali (COM(2008)0414 – C6-0257/2008 – 2008/0142(COD))
P6_TA(2009)0286A6-0233/2009

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0414),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0257/2008),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li ikkunsidra r-rapport ta' Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0233/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali

P6_TC1-COD(2008)0142


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Wara li kkonsultaw il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data(3),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(4),

Billi:

(1)  Skond l-Artikolu 152(1) tat-Trattat, irid jiġi żgurat livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa umana fit-tifsira u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-Komunità. Dan jimplika li jrid jiġi żgurat livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa umana, anki meta l-Komunità taġixxi taħt dispożizzjonijiet oħrajn tat-Trattat.

(2)  Meta wieħed iqis li l-kundizzjonijiet għar-rikors għall-Artikolu 95 tat-Trattat bħala bażi legali ntlaħqu, il-Komunità għandha toqgħod fuq din il-bażi legali anke meta l-ħarsien tas-saħħa pubblika hija fattur deċiżiv fl-għażliet li jsiru; f'dan ir-rigward l-Artikolu 95(3) tat-Trattat b'mod espliċitu jitlob li ▌għandu jiġi garantit livell għoli ta" ħarsien tas-saħħa umana filwaqt li jitqies b'mod partikolari kull żvilupp ġdid imsejjes fuq fatti xjentifiċi.

(3)  Fid-9 ta' Ġunju 2005, b'554 vot favur u 12-il vot kontra, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar il-mobilità tal-pazjenti u l-iżviluppi fil-kura tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea(5), li fiha appella sabiex ikun hemm ċertezza legali u ċarezza dwar id-drittijiet u l-proċeduri għall-pazjenti, għall-professjonisti fil-qasam tas-saħħa u għall-Istati Membri.

(4)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji ġenerali tal-liġi kif rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea(6)("il-Karta"). Id-dritt għall-aċċess għall-kura tas-saħħa u d-dritt li tibbenefika minn trattament mediku taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi u l-prassi nazzjonali huma rikonoxxuti mill-Artikolu 35 tal-Karta ║. B'mod speċifiku, din id-Direttiva trid tiġi implimentata u applikata b'rispett għad-drittijiet għall-ħajja privata u tal-familja, il-ħarsien ta' data personali, l-ugwaljanza quddiem il-liġi u l-prinċipju tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni u d-dritt ta' rimedju effettiv u proċess ġust, skond il-prinċipji ġenerali tal-liġi, kif imniżżla fl-Artikoli 7, 8, 20, 21, 47 tal-Karta.

(5)  Is-sistemi tas-saħħa tal-Komunità huma parti ċentrali mill-livelli għolja ta" ħarsien soċjali ta" l-Ewropa, u jikkontribwixxu għal koeżjoni soċjali u ġustizzja soċjali kif ukoll għall-iżvilupp sostenibbli║.

(6)  Din id-Direttiva tirrispetta u ma tippreġudikax il-libertà ta' kull Stat Membru li jiddeċiedi liema tip ta' kura tas-saħħa jqis bħala dik adegwata. L-ebda dispożizzjoni ta' din id-Direttiva ma għandha tkun interpretata b'mod li jiġu mminati l-għażliet etiċi fundamentali tal-Istati Membri.

(7)  Kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja f'bosta okkażjonijiet, filwaqt li tagħraf in-natura speċifika tagħhom, kull tip ta" kura tas-saħħa taqa" fi ħdan l-ambitu tat-Trattat.

(8)  Xi kwistjonijiet relatati mal-kura tas-saħħa transkonfinali, b'mod partikolari l-ħlas lura tal-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru għajr għal dak fejn ir-riċevitur tal-kura huwa residenti, diġà ġew indirizzati mill-Qorti tal-Ġustizzja. ▌Huwa importanti li dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati fi strument legali Komunitarju speċifiku biex tinkiseb applikazzjoni aktar ġenerali u effettiva tal-prinċipji żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-bażi ta" każ b'każ.

(9)  Fil-Konklużjonijiet tiegħu ta" l-1 u t-2 ta' Ġunju 2006 dwar il-valuri u l-prinċipji komuni fis-sistemi tas-saħħa tal-Unjoni Ewropea(7) ("Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 u t-2 ta' Ġunju 2006"), il-Kunsill ║adotta stqarrija dwar "Il-valuri u l-prinċipji komuni ║" u għaraf il-valur partikolari ta' inizjattiva dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali li tiżgura ċarezza għaċ-ċittadini Ewropej dwar id-drittijiet tagħhom meta jispustaw ruħhom minn Stat Membru għal ieħor biex tkun żgurata ċertezza legali.

(10)  Din id-Direttiva għandha l-għan li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-provvediment ta" kura tas-saħħa transkonfinali sigura, ta" kwalità għolja u effiċjenti fil-Komunità fir-rigward tal-mobilità tal-pazjenti kif ukoll livell għoli ta" ħarsien tas-saħħa, filwaqt li tirrispetta kompletament ir-responsabbiltajiet ta" l-Istati Membri għat-tifsira tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali relatati mas-saħħa u l-organizzazzjoni u l-għoti ta' kura tas-saħħa kif ukoll il-kura medika u benefiċċji tas-sigurtà soċjali b'mod partikolari għall-mard.

(11)  Din id-Direttiva dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali tapplika għat-tipi tal-kura tas-saħħa kollha. Kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja, la n-natura speċjali tal-kura tas-saħħa u lanqas il-mod li bih hi organizzata jew iffinanzjata ma jneħħiha mill-ambitu tal-prinċipju fundamentali tal-moviment ħieles. B'rigward għall-kura għal terminu twil ta" żmien, din id-Direttiva ma tapplikax għal għajnuna u appoġġ għal familji jew individwi li huma matul ║ perjodu estiż ta' żmien, fi ħtieġa partikolari ta' kura minn infermieri, appoġġ jew kura sakemm dan ikun jinvolvi trattament espert speċifiku jew għajnuna pprovduta minn sistema tas-sigurtà soċjali. Hija tkopri l-ewwel u qabel kollox dawk is-servizzi ta' kura li jingħataw fit-tul li jkunu meqjusa meħtieġa sabiex il-persuna li tkun tinħtieġ il-kura tkun ipprovduta ħajja kemm jista' jkun mimlija u indipendenti. Din id-Direttiva ma tapplikax pereżempju għal djar soċjali residenzjali jew djar, jew għajnuna mogħtija lix-xjuħ jew tfal minn ħaddiema soċjali jew dawk volontarji jew professjonisti għajr għal professjonisti tas-saħħa.

(12)  Din id-Direttiva ma tapplikax għat-trapjanti tal-organi. Minħabba fin-natura speċifika tagħhom, dawn għandhom ikunu rregolati b'direttiva separata.

(13)  Għall-għanijiet ta" din id-Direttiva, il-kunċett ta" "kura tas-saħħa transkonfinali" ikopri biss l-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih il-pazjent huwa assikurat. Din hi dik li tissejjaħ "mobbiltà tal-pazjent";

(14)  Kif rikonoxxut mill-Istati Membri fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 u t-2 ta' Ġunju 2006, jeżisti sett ta' prinċipji operattivi li huma komuni fis-sistemi tas-saħħa madwar il-Komunità. Dawk il-prinċipji operattivi jinkludu l-kwalità, is-sigurtà, kura li hija msejsa fuq evidenza u etika, l-involviment tal-pazjent, rimedji, id-dritt fundamentali għall-privatezza fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali, u l-kunfidenzjalità. Pazjenti, professjonisti u awtoritajiet responsabbli mis-sistemi tas-saħħa jridu jaraw li dawk il-prinċipji komuni huma rispettati u li qed jiġu pprovduti strutturi għall-implimentazzjoni tagħhom madwar il-Komunità. Għalhekk huwa xieraq li jkun meħtieġ li huma l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li qed tingħata l-kura tas-saħħa fit-territorju tiegħu, li huma responsabbli għall-iżgurar tal-konformità ma' dawn il-prinċipji operattivi. Dan huwa meħtieġ biex tkun żgurata l-fiduċja tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali, li minnha nnifisha hija meħtieġa għall-kisba tal-mobbiltà tal-pazjenti ▌ kif ukoll livell għoli ta" ħarsien tas-saħħa. Minkejja dawk il-valuri komuni huwa aċċettat li l-Istati Membri jieħdu deċiżjonijiet differenti għal raġunijiet etiċi fir-rigward tad-disponibbilta' ta' ċerti trattamenti u l-kondizzjonijiet ta' aċċess konkreti. Din id-Direttiva hi mingħajr ħsara għad-diversità etika.

(15)  Meta wieħed iqis li huwa impossibbli li tkun taf minn qabel jekk provveditur tal-kura tas-saħħa partikolari hux se jipprovdi kura tas-saħħa lil pazjent li jkun ġej minn Stat Membru ieħor jew pazjent li jkun mill-Istat Membru tiegħu stess, huwa meħtieġ li r-rekwiżiti li jiżguraw li l-kura tas-saħħa tingħata skond il-prinċipji komuni u li standards ċari ta' kwalità u sigurtà jkunu applikabbli għas-servizzi tal-kura tas-saħħa kollha sabiex ikun żgurat il-ħelsien għall-għoti u l-ksib tas-servizzi tas-saħħa transkonfinali li huwa l-għan tad-direttiva. L-awtoritajiet ta' l-Istati Membri jridu jirrispettaw il-valuri globali komuni ta' universalità, aċċess għall-kura ta" kwalità tajba, ekwità u solidarjetà, li diġà ġew rikonoxxuti b'mod ġenerali mill-istituzzjonijiet Komunitarji u mill-Istati Membri kollha bħala li jikkostitwixxu sensiela ta' valuri li huma komuni għas-sistemi tas-saħħa fl-Ewropa. L-Istati Membri jridu jiżguraw ukoll li dawn il-valuri huma rispettati fir-rigward tal-pazjenti u ċ-ċittadini minn Stati Membri oħrajn, u li l-pazjenti kollha huma trattati b'mod ekwu fuq il-bażi tal-ħtieġa tagħhom għall-kura tas-saħħa aktar milli fuq il-bażi ta" l-Istat Membru ta" affiljazzjoni ta' sigurtà soċjali. Fit-twettiq ta" dan, l-Istati Membri jridu jirrispettaw il-prinċipji ta' moviment ħieles tal-individwi fis-suq intern, in-nuqqas ta' diskriminazzjoni inter alia fir-rigward taċ-ċittadinanza ▌in-neċessità u l-proporzjonalità ta" kull restrizzjoni tal-moviment ħieles. Madankollu, f'din id-Direttiva ma hemm xejn li jeħtieġ lill-provvedituri tal-kura tas-saħħa li jaċċettaw trattament ippjanat jew li jagħtu prijorità lil pazjenti minn Stati Membri oħrajn għad-detriment ta' pazjenti oħrajn bi bżonnijiet ta' saħħa simili, bħaż-żieda taż-żmien ta" stennija għat-trattament. Sabiex il-pazjenti jkunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata meta jfittxu li jirċievu kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq talba, il-pazjenti jirċievu l-informazzjoni rilevanti dwar l-istandards tas-saħħa u tal-kwalità infurzati fl-Istat Membru tat-trattament kif ukoll dwar il-karatteristiċi tal-kura tas-saħħa provduta minn fornitur speċifiku tal-kura tas-saħħa. Din l-informazzjoni għandha wkoll tkun disponibbli fil-formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità.

(16)  B'żieda ma" dan, pazjenti minn Stati Membri oħrajn għandhom igawdu minn trattament ugwali bħaċ-ċittadini ta" l-Istat Membru tat-trattament u, skond il-prinċipji ġenerali ta" l-ekwità u n-nuqqas ta" diskriminazzjoni, kif rikonoxxuti fl-Artikolu 21 tal-Karta ma għandhom bl-ebda mod jiġu diskriminati fuq il-bażi tas-sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, fatturi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew oħra, sħubija ma' minorità nazzjonali, proprejtà, twelid, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jvarjaw fit-trattament skond il-gruppi differenti ta" pazjenti biss meta jistgħu juru li dan huwa ġġustifikat minn raġunijiet mediċi leġittimi, bħal fil-każ ta" miżuri speċifiċi għan-nisa jew għal gruppi ta' ċerta età (pereżempju tilqim mingħajr ħlas għat-tfal jew għax-xjuħ). Barra minn hekk, minħabba li din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta ║, trid tiġi implimentata u applikata bir-rispett mistħoqq lid-drittijiet ta' ugwaljanza quddiem il-liġi u l-prinċipju ta" nuqqas ta" diskriminazzjoni skond il-prinċipji ġenerali tal-liġi, kif imniżżla fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta. Din id-Direttiva tapplika bla ħsara għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità(8), id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta" Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta" merkanzija u servizzi(9), id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta" Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għal trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol(10), u d-Direttiva tal-Kunsill 2009/.../KE ta'... dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta" trattament ugwali bejn persuni irrispettivament mir-reliġjon jew twemmin, diżabiltà, età jew orjentazzjoni sesswali(11) li jagħtu effett lill-Artikolu 13 tat-Trattat ║. Fid-dawl ta" dan, din id-Direttiva tistipula li l-pazjenti għandhom igawdu minn trattament ugwali għal dak mogħti liċ-ċittadini ta" l-Istat Membru ta" trattament, inkluż il-benefiċċju mill-ħarsien kontra diskriminazzjoni stipulat skond il-liġi Komunitarja kif ukoll mil-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru ta' trattament.

(17)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva l-pazjenti ma jkunux imħeġġa li kontra qalbhom jirċievu t-trattament barra l-Istat Membru ta' affiljazzjoni.

(18)  Huwa importanti wkoll li jkunu implimentati miżuri biex ikun iggarantit lin-nisa l-aċċess ekwu għas-sistemi ta" saħħa pubblika u għal dik il-kura li hija speċifika għalihom, b'mod partikulari il-kura tas-saħħa ġinekoloġika u ostetrika kif ukoll dik riproduttiva.

(19)  Fi kwalunkwe każ, kull miżura meħuda mill-Istati Membri bil-għan li jiżguraw li l-kura tas-saħħa hija mogħija skond standards ta" kwalità u ta" sigurtà ċari, m'għandhiex tikkostitwixxi ostakli ġodda għall-moviment ħieles tal-professjonisti tas-saħħa kif stipulat mit-Trattat u b'mod partikolari regolat mid-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali(12).

(20)  Sforzi sistematiċi u kontinwi għandom isiru biex jiżguraw li l-kwalità u l-istandards tas-sikurezza jitjiebu, bi qbil mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1-2 ta' Ġunju 2006 ║u billi jitqies il-progress tax-xjenza medika internazzjonali u tal-prattiki tajba rikonoxxuti b'mod ġenerali kif ukoll tat-teknoloġiji ġodda relatati mal-kura tas-saħħa.

(21)  Ir-riċerka tissuġġerixxi li f"10 % tal-każi tirriżulta l-ħsara mill-kura tas-saħħa. Għalhekk huwa essenzjali li jkunu żgurat li l-Istati Membri ta" trattament ikollhom sistemi li qed jaħdmu (inkluż il-provvediment tal-kura wara jingħata t-trattament) biex jindirizzaw dannu allegatli joħroġ mill-kura tas-saħħa kif definita mill-Istat Membru tat-trattament biex ikun evitat in-nuqqas ta' fiduċja f'dawk li mekkaniżmi li jaġixxu bħala ostaklu għall-għażla ta' kura tas-saħħa transkonfinali. Il-kopertura għall-ħsara u l-kumpens mis-sistemi tal-Istat Membru tat-trattament għandha tkun bla ħsara għall-possibbiltà għall-Istati Membri li jestendu l-kopertura tas-sistemi domestiċi tagħhom għal pazjenti minn Stat Membru wieħed li jkunu qed ifittxu l-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, fejn dan ikun aktar xieraq għall-pazjent, b'mod partikolari fil-każ ta" pazjenti li għalihom l-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor huwa meħtieġ.

(22)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi għall-ħarsien ta" pazjenti u kumpens għal ħsara tali għal kura tas-saħħa mogħtija fit-territorju tagħhom u li dawn huma xierqa għan-natura u l-estent tar-riskju. Madankollu, l-Istat Membru jrid jistabbilixxi n-natura u/jew il-modalitajiet ta' mekkaniżmu tali.

(23)  Id-dritt għall-ħarsien tad-data personali huwa dritt fundamentali rikonoxxut mill-Artikolu 8 tal-Karta ║. L-iżgurar tal-kontinwità tal-kura tas-saħħa transkonfinali jiddependi mit-trasferiment ta" data personali dwar is-saħħa tal-pazjent. Dik id-data personali għandha tiġi ttrasferita b'mod ħieles minn Stat Membru għal ieħor, iżda fl-istess waqt għandhom jitħarsu d-drittijiet fundamentali ta" l-individwi. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta" data personali u dwar il-moviment liberu ta" dik id-data(13) tistabbilixxi d-dritt għal individwi li jkollhom aċċess għad-data personali tagħhom dwar saħħithom, pereżempju fir-reġistri mediċi tal-pazjent dwar kwistjonijiet bħal dijanjożi, riżultati ta' l-eżamijiet, l-evalwar tat-tobba u kull trattament jew intervenzjoni mogħtija. Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw ukoll fil-kuntest tal-kura tas-saħħa transkonfinali koperta minn din id-Direttiva. Il-pazjent għandu jkun jista' jwaqqaf ir-rilaxx tad-data tiegħu fi kwalunkwe punt u jirċievi konferma li d-data tiegħu ġiet imħassra.

(24)  Id-dritt għall-ħlas lura ta" l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor mill-iskema ta" sigurtà soċjali statutorja ta' pazjenti bħala persuni assigurati ġie rikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja f'bosta sentenzi. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat jinkludu il-ħelsien ▌għar-riċevituri tal-kura tas-saħħa, inklużi persuni li jeħtieġu trattament mediku, li jmorru fi Stat Membru ieħor sabiex jirċivuh hemmhekk. ▌

(25)  F'konformità mal-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja, u mingħajr ma jkun hemm tfixkil fil-bilanċ finanzjarju tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u tas-sigurtà soċjali ta" l-Istati Membri, il-pazjenti, il-professjonisti tas-saħħa, il-provvedituri tal-kura tas-saħħa u l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għandhom jingħataw ċertezza legali akbar fir-rigward tal-ħlas lura ta' l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa.

(26)  Din id-Direttiva ma tindirizzax il-ġarr ta' l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa li ssir meħtieġa għal raġunijiet mediċi matul żjara temporanja ta' persuni assigurati fi Stat Membru ieħor. Din id-Direttiva lanqas ma taffettwa d-drittijiet tal-pazjent li jingħata awtorizzazzjoni għal trattament fi Stat Membru ieħor fejn il-kundizzjonijiet stipulati mir-regolamenti dwar il-koordinazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali, b'mod partikolari l-Artikolu 22 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill ta" l-14 ta' Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta" skemi ta" sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jispustaw ruħhom fil-Komunità(14) u l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta" sistemi ta" sigurtà soċjali, jintlaħqu(15).

(27)  ▌Għandha tingħata garanzija lill-pazjenti li l-ispejjeż ta' din il-kura tas-saħħa u l-prodotti konnessi mal-kura tas-saħħa provduta fi Stat Membru li mhux dak l-Istat Membru li fih huma affiljati jinġarru talanqas fil-livell mogħti għall-kura li hija l-istess jew ugwalment effettiva, kieku ġiet ipprovduta jew imħallsa fl-Istat Membru ta" affiljazzjoni tagħhom. Dan jirrispetta fis-sħiħ ir-responsabbilta ta" l-Istati Membri li jistabbilixxu l-livell tal-kopertura għall-mard disponibbli għaċ-ċittadini tagħhom u jipprevjeni kull effett sinifikanti fuq il-finanzjament tas-sistemi tal-kura tas-saħħa nazzjonali. L-Istati Membri, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, xorta waħda jistgħu jipprovdu għall-ħlas lura ta' l-ispejjeż tat-trattament fil-livell tat-tariffi fis-seħħ fl-Istat Membru tat-trattament jekk dan huwa ta' benefiċċju akbar għall-pazjent. Dan jista" jkun il-każ b'mod partikolari għal kull trattament mogħti permezz tan-netwerks ta" referenza Ewropej kif imsemmi fl-Artikolu 17 ta'din id-Direttiva.

(28)  Għalhekk għall-pazjent jeżistu żewġ sistemi li huma koerenti; jew tapplika din id-Direttiva, jew japplika r-Regolament (KEE) Nru 1408/71. Fi kwalunkwe każ, kull persuna assigurata li titlob awtorizzazzjoni biex tirċievi trattament xieraq għall-kundizzjoni tagħha fi Stat Membru ieħor għandha dejjem tingħata din l-awtorizzazzjoni skond il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u (KE) Nru 883/2004 meta t-trattament ikkonċernat ma jistax jingħata fiż-żmien ġustifikat medikament, filwaqt li jitqies l-istat tas-saħħa attwali u ż-żmien probabbli tal-marda. Il-pazjent ma għandux jiċċaħħad mid-drittijiet aktar benefiċjarji garantiti minn dawk ir-Regolamenti 2004 meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet.

(29)  Il-pazjent jista" jagħżel liema mekkaniżmu jippreferi, iżda fi kwalunkwe każ, fejn l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 hija ta' benefiċċju akbar għall-pazjent, il-pazjent ma għandux jiċċaħħad mid-drittijiet garantiti minn dan ir-Regolament.

(30)  Il-pazjent m'għandu qatt jieħu vantaġġ finanzjarju mill-kura tas-saħħa mogħtija jew prodotti mixtrija fi Stat Membru ieħor ▌. Il-ġarr ta' l-ispejjeż għandu għalhekk jiġi limitat biss għall-ispejjeż attwali. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jkopru spejjeż relatati oħra, bħal m'hu t-trattament terapewtiku, sakemm l-ispiża totali ma taqbiżx l-ammont li jitħallas fl-Istati Membri ta' affiljazzjoni.

(31)  Din id-Direttiva m'għandhiex l-għan li toħloq dritt għall-ħlas lura ta" trattament jew għall-ispejjeż tax-xiri ta" prodotti fi Stat Membru ieħor, jekk trattament jew prodotti tali mhux fost il-benefiċċji pprovduti fil-leġiżlazzjoni ta" l-Istat Membru ta" affiljazzjoni tal-pazjent. Bl-istess mod, din id-Direttiva ma twaqqafx lill-Istati Membri milli jestendu l-iskemi ta" benefiċċji fi flus tagħhom għal kura tas-saħħa u prodotti mogħtija fi Stat Membru ieħor skond id-dispożizzjonijiet tagħha. Din id-Direttiva tirrikonoxxi li d-dritt għal trattament mhux dejjem huwa determinat b'mod nazzjonali mill-Istati Membri, u li l-Istati Membri jistgħu jorganizzaw is-sistemi tagħhom ta" kura tas-saħħa u ta' sigurtà soċjali b'mod li jistipulaw li d-dritt għat-trattament ikun determinat fil-livell reġjonali jew lokali.

(32)  Jekk hemm diversi metodi disponibbli biex tkun ittrattata ċerta marda jew ċerta ferita, il-pazjent għandu jkollu d-dritt li jieħu l-flus lura għall-metodi kollha ta' trattament li jkunu ppruvati u ttestjati b'mod suffiċjenti mix-xjenza medika internazzjonali, anke jekk dawn mhumiex disponibbli fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni tal-pazjent.

(33)  Din id-Direttiva lanqas ma tipprovdi għat-trasferiment tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali bejn l-Istati Membri jew għal koordinazzjoni oħra ta' sistemi ta" sigurtà soċjali. L-uniku għan tad-dispożizzjonijiet fir-rigward ta' awtorizzazzjoni minn qabel u ħlas lura għal kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor huwa li jkun possibbli l-ħelsien ta' l-għoti ta' kura ta' saħħa kemm għall-pazjenti kif ukoll għal dawk li jipprovdu l-kura tas-saħħa u li jitneħħew ostakli mhux iġġustifikati għal dak il-ħelsien fundamentali fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni tal-pazjent. Din id-Direttiva b'hekk tirrispetta bis-sħiħ id-differenzi bejn is-sistemi tal-kura tas-saħħa nazzjonali u r-responsabbiltajiet ta' l-Istati Membri għall-organizzazzjoni u l-għoti ta' servizzi tas-saħħa u kura medika.

(34)  Din id-Direttiva tipprovdi ukoll għad-dritt ta' pazjent li jirċievi prodott jew tagħmir mediċinali awtorizzat għat-tqegħid fis-suq fl-Istat Membru tat-trattament, anke jekk il-prodott mediċinali jew it-tagħmir mediku mhux awtorizzat għat-tqegħid fis-suq fl-Istat Membru ta" affiljazzjoni, minħabba li dan huwa parti indispensabbli mill-kisba ta" dan it-trattament speċifiku u effettiv għall-pazjent fi Stat Membru ieħor.

(35)  L-Istati Membri jistgħu jżommu kundizzjonijiet ġenerali, kriterji għall-eliġibbiltà u formalitajiet regolatorji u amministrattivi għall-kisba tal-kura tas-saħħa u l-ħlas lura ta' l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa, bħar-rekwiżit ta' konsultazzjoni ma' prattikant ġenerali qabel ma jikkonsultaw speċjalist jew qabel ma jirċievu l-kura fl-isptar, inkluż fir-rigward tal-pazjenti li jfittxu kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, dan sakemm kundizzjonijiet tali mhumiex diskrezzjonarji jew diskriminatorji. Għalhekk huwa xieraq li jkun meħtieġ li dawk il-kundizzjonijiet ġenerali u formalitajiet jiġu applikati b'mod oġġettiv, trasparenti u mhux diskriminatorju u huma magħrufa minn qabel, huma msejsa primarjament fuq konsiderazzjonijiet mediċi u ma jimponux piż addizzjonali fuq pazjenti li jfittxu kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor meta mqabbla ma pazjenti li jkunu qed jiġu trattati fl-Istat Membru ta" affiljazzjoni, u li d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista" jkun malajr. Dan huwa bla ħsara għad-drittijiet ta" l-Istati Membri biex jistipulaw kriterji jew kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni minn qabel fil-każ ta" pazjenti li jkunu qed ifittxu kura tas-saħħa fl-Istat Membru ta" affiljazzjoni tagħhom.

(36)  Kull kura tas-saħħa li ma titqiesx bħala kura fl-isptar skond id-dispożizzjonijiet ta" din id-Diretttiva għandha titqies bħala kura mhux fl-isptar. Fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-moviment ħieles tas-servizzi, huwa xieraq li ma jiġix stabbilit rekwiżit ta' awtorizzazzjoni minn qabel għal ħlas lura mis-sistema tas-sigurtà soċjali statutorja ta" Stat Membru ta' affiljazzjoni għal kura mhux fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor. Sakemm il-ħlas lura ta" kura tali jibqa" fil-limiti tal-kopertura garantita mill-iskema ta" assigurazzjoni ta" mard ta" l-Istat Membru ta" affiljazjoni, in-nuqqas ta" rekwiżit ta" awtorizzazzjoni mill-qabel mhux se jfixkel l-ekwilibrju finanzjarju tas-sistemi ta" sigurtà soċjali.

(37)  Ma hemm l-ebda tifsira għal x'tikkostitwixxi kura fl-isptar fis-sistemi tas-saħħa differenti tal-Komunità, u l-interpretazzjonijiet differenti jistgħu għalhekk ikunu ta" ostaklu għall-ħelsien tal-pazjenti li jirċievu kura tas-saħħa. Sabiex jingħeleb dan l-ostaklu, huwa meħtieġ li tingħata tifsira Komunitarja ta" kura fl-isptar. Kura fl-isptar ġeneralment tfisser kura li teħtieġ li l-pazjent iqatta' l-lejl fl-isptar. Madankollu, jista" jkun ukoll xieraq li jiddaħħlu ║ ċerti tipi oħra ta' kura tas-saħħa fl-istess reġim ta' kura fl-isptar, jekk dik il-kura tas-saħħa teħtieġ l-użu ta' infrastruttura medika jew tagħmir mediku speċjalizzati jew għoljin ħafna (pereżempju scanners ta" teknoloġija avvanzata użati għad-dijanjożi) jew jinvolvi trattamenti ta' riskju partikolari għall-pazjent jew għall-popolazzjoni (pereżempju trattament għal mard infettiv serju). ▌

(38)  L-evidenza disponibbli tindika li l-applikazzjoni ta" prinċipji ta" moviment ħieles fir-rigward ta" l-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor fi ħdan il-limiti tal-kopertura garantita mill-iskema statutorja ta" assigurazzjoni għall-mard ta' l-Istat Membru ta' affiljazzjoni ma tfixkilx is-sistemi tas-saħħa ta' l-Istati Membri jew is-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi ta" sigurtà soċjali tagħhom. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja għarfet li wieħed ma jistax jeskludi li r-riskju possibbli ta' tfixkil serju għall-bilanċ finanzjarju tas-sistema ta" sigurtà soċjali jew l-għan taż-żamma ta" servizz mediku u ta" l-isptar bilanċjat miftuħ għal kullħadd jista" jikkostitwixxi raġunijiet kunflinġenti fl-isteress ġenerali li kapaċi jiġġustifika ostaklu għall-prinċipju ta" ħelsien ta" l-għoti ta" servizzi. Il-Qorti tal-Ġustizzja għarfet ukoll li għadd ta" sptarijiet, id-distribuzzjoni ġeografika tagħhom, il-mod kif huma organizzati u l-faċilitajiet li huma mogħtija, u anke n-natura tas-servizzi mediċi li huma kapaċi joffru, huma kollha kwistjonijiet li għalihom irid ikun possibbli l-ippjanar. Din id-Direttiva għandha tistipula sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel għall-ġarr ta' l-ispejjeż għal kura fl-isptar riċevuta fi Stat Membru ieħor, fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin: kieku t-trattament ingħata fit-territorju tiegħu, l-ispiża kienet tinġarr mis-sistema tas-sigurtà soċjali tiegħu u l-ħruġ konsegwenti ta" pazjenti kawża ta" l-implimentazzjoni tad-direttiva jfixkel b'mod serju jew hemm probabbiltà li jfixkel b'mod sejru l-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali u/jew dak il-ħruġ ta" pazjenti jfixkel b'mod serju, jew huwa probabbli li jfixkel l-ippjanar u r-razzjonalizzazzjoni mwettqa fis-settur ta" l-isptarijiet sabiex tiġi evitata kapaċità żejda fl-isptar, żbilanċ fil-provvista tal-kura tas-saħħa u ħela loġistika u finanzjarja, iż-żamma ta' servizz mediku u ta' l-isptar bilanċjat miftuħ għal kulħadd, jew iż-żamma ta" kapaċità ta" trattament jew kompetenza medika fit-territorji tal-Membru kkonċernat. Hekk kif l-evalwazzjoni ta" l-impatt preċiż tal-ħruġ mistenni ta' pazjenti jeħtieġ suppożizzjonijiet u kalkoli kumplessi, din id-Direttiva tippermetti sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel jekk ikun hemm raġuni biżżejjed biex wieħed jistenna li s-sistema tas-sigurtà soċjali se tiġi mfixkla b'mod serju. Dan għandu jkopri wkoll każi ta" sistemi ta" awtorizzazzjoni minn qabel li jeżistu diġà li huma f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8.

(39)  Fi kwalunkwe każ, jekk Stat Membru jiddeċiedi li jistabbilixxi sistema ta" awtorizzazzjoni minn qabel għall-ġarr ta" l-ispejjeż ta" kura fl-isptar jew kura speċjalizzata fi Stati Membri oħrajn skond id-dispożizzjoni ta" din id-Direttiva, l-ispejjeż ta" kura tali mogħtija fi Stat Membru ieħor għandha wkoll titħallas lura mill-Istat Membru ta" affiljazzjoni sal-livell ta" l-ispejjeż li kienu jinġarru li kieku ngħatat l-istess trattament, jew wieħed effettiv bl-istess mod għall-pazjent, fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni, mingħajr ma jinqabżu l-ispejjeż attwali tal-kura tas-saħħa riċevuta. Minkejja dan, fejn il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 huma sodisfatti, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata u l-benefiċċji pprovduti f'konformità ma" dan ir-Regolament. Dan japplika b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet fejn l-awtorizzazzjoni hija mogħtija wara reviżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja tat-talba u wara li l-persuna kkonċernata rċeviet it-trattament fi Stat Membru ieħor. F'dan il-każ, l-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta" din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw. Dan huwa konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li speċifikat li pazjenti li ġew miċħuda l-awtorizzazzjoni li sussegwentement instabet li kienet mingħajr bażi, huma intitolati li jkollhom l-ispiża tat-trattament miksub fi Stat Membru ieħor imħallsa kollha skond id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru ta' trattament.

(40)  Awtorizzazzjoni minn qabel għandha tkun miċħuda biss fil-kuntest ta" proċedura ġusta u trasparenti. Ir-regoli stabbiliti mill-Istati Membri għas-sottomissjoni ta" rikjesta ta" awtorizzazzjoni u r-raġunijiet possibbli għal ċaħda għandhom ikunu dikjarati minn qabel. Iċ-ċaħdiet għandhom ikunu limitati għal dak li hu meħtieġ, u għandhom ikunu proporzjonali għall-għanijiet tal-istabbiliment ta" sistema ta" awtorizzazzjoni minn qabel.

(41)  Pazjenti li huma fuq lista ta" stennija għal trattament mediku fil-pajjiż fejn joqogħdu u għandhom bżonn urġenti ta" kura, m'għandhomx ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel, peress li din il-proċedura tista" tipprevjeni pazjenti milli jkollhom trattament f'waqtu fi Stat Membru ieħor.

(42)  Proċeduri fir-rigward tal-kura tas-saħħa transkonfinali stabbiliti mill-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pazjenti garanziji ta" oġġettività, nuqqas ta" diskriminazzjoni u trasparenza, b'tali mod sabiex ikun żgurat li d-deċiżjonijiet ta" l-awtoritajiet nazzjonali jsiru fil-ħin u b'rispett kemm għall dawk il-prinċipji ġenerali kif ukoll għaċ-ċirkustanzi individwali ta' kull każ. Dan japplika wkoll għall-ħlas lura ta' l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa mwettqa fi Stat Membru ieħor wara r-ritorn tal-pazjent. Huwa xieraq li l-pazjenti jirċievu risposta dwar id-deċiżjoni fir-rigward tal-kura tas-saħħa transkonfinali fi żmien ħmistax-il jum kalendarji. Madankollu, dan il-perjodu jista" jkun iqsar fejn it-trattament ikkonċernat ikun urġenti. Fi kwalunkwe każ, il-proċeduri ta" rikonoxximent u r-regoli dwar il-provvediment ta' servizzi kif stipulati fid-Direttiva 2005/36/KE ║ m'għandhomx jiġu affettwati minn dawn ir-regoli ġenerali.

(43)  Huwa meħtieġ tagħrif xieraq dwar l-aspetti essenzjali kollha tal-kura tas-saħħa transkonfinali sabiex il-pazjenti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom għall-kura tas-saħħa transkonfinali fil-prattika. Għall-kura tas-saħħa transkonfinali l-aktar mekkaniżmu effettiv għall-provvediment ta" tagħrif tali huwa li jiġu stabbiliti punti ta" kuntatt ċentrali f'kull Stat Membru li jistgħu jirreferu għalihom il-pazjenti, u li jistgħu jipprovdu tagħrif dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali filwaqt li jitqies ukoll il-kuntest tas-sistema tas-saħħa f'dak l-Istat Membru. Minħabba li l-mistoqsijiet dwar aspetti ta' kura tas-saħħa transkonfinali se jeħtieġu wkoll kollegament bejn l-awtoritajiet fl-Istati Membri differenti, dawk il-punti ta' kuntatt ċentrali għandhom jikkostitwixxu netwerk li permezz tiegħu dawn il-mistoqsijiet jistgħu jiġu indirizzati bl-aktar mod effiċjenti. Dawn il-punti ta' kuntatt għandhom jikkooperaw ma' xulxin u għandhom jippermettu lill-pazjenti li jagħmlu għażliet infurmati dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali. Għandhom jipprovdu wkoll tagħrif dwar l-għażliet disponibbli fil-każ ta" problemi bil-kura tas-saħħa transkonfinali, b'mod partikolari dwar skemi ta" riżoluzzjoni barra l-qrati għal tilwim transkonfinali. Fl-iżvilupp tal-arranġamenti għall-forniment ta" informazzjoni dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-ħtieġa li tiġi pprovduta informazzjoni f'formati aċċessibbli kif ukoll sorsi potenzjali ta" assistenza addizzjonali għall-pazjenti vulnerabbli, il-persuni b'diżabilità u dawk bi bżonnijiet kumplessi.

(44)  Meta l-kura tas-saħħa tingħata lil pazjent fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru fejn huwa assigurat, jeħtieġ li l-pazjent ikun jaf minn qabel liema regoli għandhom jiġu applikati. Huwa meħtieġ livell ekwivalenti ta" ċarezza ▌meta l-kura tas-saħħa tingħata transkonfinalment, bħal fil-każ tat-telemediċina. F'dawn il-każi, ir-regoli applikabbli għall-kura tas-saħħa huma dawk stipulati mil-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru ta" trattament skond il-prinċipji ġenerali stipulati fl-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva, dan sakemm, f'konformità ma" l-Artikolu 152(5) tat-Trattat l-organizzazzjoni u t-twettiq tas-servizzi tas-saħħa u l-kura medika huma r-responsabbiltà ta" l-Istati Membri. Dan se jgħin biex il-pazjent jagħmel għażla informata, u se jevita ideat żbaljati u nuqqas ta' ftehim. Se jistabbilixxi wkoll livell għoli ta" fiduċja bejn il-pazjent u l-provveditur tal-kura tas-saħħa.

(45)  L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-forma tal-punti ta' kuntatt nazzjonali kif ukoll dwar kemm se jkun hemm minnhom. Il-punti ta" kuntatt nazzjonali jistgħu jiġu wkoll inkorporati fi jew mibnija fuq attivitajiet ta' ċentri tat-tagħrif eżisteni, dan sakemm jiġi indikat b'mod ċar li huma wkoll punti ta' kuntatt nazzjonali għall-kura tas-saħħa transkonfinali. Il-punti ta" kuntatt nazzjonali għandu jkollhom il-faċilitajiet xierqa biex jagħtu tagħrif dwar l-aspetti prinċipali tal-kura tas-saħħa transkonfinali u biex jagħtu għajnuna prattika lill-pazjenti fejn ikun meħtieġ. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-parteċipazzjoni ta' korpi li jirrappreżentaw il-professjonisti tas-saħħa f'dawn l-attivitajiet. L-eżistenza tal-punti ta" kuntatt nazzjonali ma għandux iwaqqaf lill-Istati Membri milli jistabbilixxu punti ta" kuntatt marbuta oħra fil-livell reġjonali jew lokali, li jirriflettu l-organizzazzjoni speċifika tas-sistema tal-kura tas-saħħa tagħhom. Il-punti ta' kuntatt nazzjonali għandhom ikunu kapaċi jipprovdu lill-pazjenti b'informazzjoni relevanti dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali u jgħinuhom. Dan preferibbilment ma jkunx jinkludi pariri legali.

(46)  ▌Il-kooperazzjonihija meħtieġa bejn il-provvedituri, ix-xerrejja u r-regolaturi ta" Stati Membri differenti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali biex jiżguraw kura transkonfinali sigura, ta" kwalità għolja u effiċjenti. Dan huwa partikolarment il-każ għall-kooperazzjoni fir-reġjuni mal-fruntiera, fejn il-provvediment tas-servizzi transkonfinali tista' tkun l-aktar mod effettiv ta' l-organizzazzjoni tas-servizzi tas-saħħa għall-popolazzjonijiet lokali, iżda fejn il-kisba ta' provvediment transkonfinali tali fuq bażi sostnuta teħtieġ kooperazzjoni bejn is-sistemi tas-saħħa ta' l-Istati Membri differenti. Kooperazzjoni bħal din tista' tirrigwardja ppjanar konġunt, rikonoxximent reċiproku jew adattament tal-proċeduri jew standards, interoperabbiltà ta" sistemi tat-teknoloġija tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni nazzjonali rispettiva, mekkaniżmi prattiċi sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-kura jew l-iffaċilitar pratiku tal-provvediment transkonfinali tal-kura tas-saħħa minn professjonisti tas-saħħa fuq bażi temporanja jew okkażjonali. ▌

(47)  Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-oqsma stipulati fil-Kapitolu IV ta' din id-Direttiva u tista", f'konformità ma" l-Artikolu 152(2) tat-Trattat tieħu, f'kuntatt mill-qrib ma' l-Istati Membri, kwalunkwe inizjattiva utli biex tiffaċilita u tippromwovi kooperazzjoni tali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-użu possibbli tal-Grupp Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali (REKT).

(48)  Fejn prodotti mediċinali huma awtorizzati fl-Istat Membru tal-affiljazzjoni tal-pazjent skond id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma" prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem(16)inklużi d-Direttivi futuri dwar il-prodotti mediċinali kontraffatti ║u l-farmakoviġilanza ║u ġew preskritti fi Stat Membru ieħor għal pazjent individwali, fil-prinċipju għandu jkun possibbli għal preskrizzjonijiet tali li jkunu rikonoxxuti medikalment jew fi spiżeriji u użati fl-Istat Membru tal-pazjent. It-tneħħija ta' barrieri regolatorji u amministrattivi għal rikonoxximent tali hija mingħajr ħsara għall-ħtieġa ta' ftehim xieraq tat-tabib li qed jitratta l-pazjenti jew l-ispiżjar f'kull każ individwali, jekk dan huwa ġustifikat mill-ħarsien tas-saħħa umana u huwa meħtieġ u proporzjonali għal dan l-għan. Rikonoxximent mediku tali għandu jkun wkoll mingħajr ħsara għad-deċiżjoni ta" l-Istat Membru ta" affiljazzjoni fir-rigward ta' l-inklużjoni ta' prodotti mediċinali tali fil-benefiċċji koperti mis-sistema ta' sigurtà soċjali ta" affiljazzjoni u mingħajr ħsara għall-validità tal-ipprezzar nazzjonali u r-regoli ta' pagament. L-implimentazzjoni tal-prinċipju ta" rikonoxximent se tkun iffaċilitata mill-adozzjoni ta' miżuri meħtieġa għall-ħarsien tas-sigurtà ta" pazjent, u l-evitar ta' l-użu ħażin jew it-taħlit ta' prodotti mediċinali.

(49)  In-netwerks ta" referenza Ewropej għandhom jipprovdu l-kura tas-saħħa lill-pazjenti kollha li għandhom kundizzjonijiet li jitolbu konċentrazzjoni partikolari ta' riżorsi jew għarfien espert, sabiex jipprovdu kura bi prezz raġjonevoli, ta' kwalità għolja u effettivi meta mqabbla ma" l-ispejjeż u jistgħu jkunu wkoll punti importanti għat-taħriġ u r-riċerka medika, it-tqassim tat-tagħrif u l-valutazzjoni. Il-mekkaniżmu għall-identifikazzjoni u l-iżvilupp tan-netwerks ta" referenza Ewropej għandhom jiġu stabbiliti bil-għan li jiġi organizzat aċċess ugwali fil-livell Ewropew għall-għarfien espert komuni f'livell għoli f'qasam mediku partikolari għall-pazjenti kollha kif ukoll għall-professjonisti tas-saħħa.

(50)  L-iżviluppi teknoloġiċi fil-provvediment tal-kura tas-saħħa transkonfinali permezz ta" l-użu tat-teknoloġiji ta" tagħrif u komunikazzjoni jistgħu jwasslu biex l-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet ta' superviżjoni ta" l-Istati Membru ma jkunx ċar, u għalhekk jista" jfixkel il-moviment ħieles tal-kura tas-saħħa u jżid riskji addizzjonali possibbli għall-ħarsien tas-saħħa permezz ta" dan il-mod ta" provvista. Formati u standards li huma differenti ħafna u mhumiex kompatibbli huma użati għall-provvediment transkonfinali tal-kura tas-saħħa bl-użu tat-teknoloġiji tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni fil-Komunità, u dawn joħolqu ostakli għal dan il-metodu ta" provvediment ta" kura tas-saħħa transkonfinali kif ukoll riskji possibbli għall-ħarsien tas-saħħa. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi pprovdut għall-armonizzazzjoni Komunitarja f'dawn l-oqsma, u li dan isir permezz ta" l-għoti tas-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta miżuri ta" implimentazzjoni sabiex tippermetti l-ħolqien rapidu u l-aġġornar tar-responsabbiltajiet u l-istandards f'dan il-qasam biex jirrifletti l-progress kontinwu fit-teknoloġiji u tekniċi rilevanti.

(51)  L-interoperabilità tas-soluzzjonijiet e-health għandha tintlaħaq filwaqt li jiġu rrispettati r-regolamenti nazzjonali dwar id-dispożizzjonijiet tas-servizzi tas-saħħa adottati sabiex jipproteġu lill-pazjent, inkluża l-leġiżlazzjoni dwar l-ispiżeriji fuq l-internet, b'mod partikolari l-projbizzjonijiet nazzjonali dwar l-ordni postali ta' prodotti mediċinali mogħtija biss bil-preskrizzjonijiet bi qbil mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 1997 dwar il-ħarsien tal-konsumatur fir-rigward tal-kuntratti ta' distanza(17).

(52)  Statistiċi regolari u data komplimentari dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali huma meħtieġa għas-sorveljanza, l-ippjanar u t-tmexxija effiċjenti tal-kura tas-saħħa b'mod ġenerali u l-kura tas-saħħa b'mod partikolari, u l-produzzjoni tagħhom għandha tkun integrata sakemm ikun possibbli fis-sistemi ta' ġbir ta' data eżistenti, inklużi strutturi xierqa fil-livell Komunitarju bħas-sistema statistika Komunitarja u b'mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u sigurtà fuq ix-xogħol(18) ║ is-sistema ta" tagħrif dwar is-saħħa stabbilita fil-qafas tal-programm ta" saħħa stabbilit mid-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tadotta programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008)(19) u attivitajiet ta' sorveljanza oħrajn bħal dawk imwettqa miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard(20).

(53)  Il-progress kontinwu fix-xjenza medika u t-teknoloġiji tas-saħħa jippreżentaw kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi għas-sistemi tas-saħħa ta" l-Istati Membri. Madankollu, l-evalwazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa u r-restrizzjoni possibbli ta' aċċess għal teknoloġiji ġodda b'ċertu deċiżjonijiet minn korpi amministrattivi jqajmu numru ta' kwistjonijiet soċjali fundamentali li jeħtieġu kontribuzzjonijiet minn firxa wiesgħa ta' partijiet interessati u t-twaqqif ta' mudell ta' tmexxija vijabbli. Għalhekk, kwalunkwe kooperazzjoni għandha tinkludi mhux biss lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha, iżda wkoll lill-partijiet interessati kkonċernati inklużi l-professjonisti tas-saħħa u r-rappreżentanti tal-pazjenti u tal-industrija. Barra minn hekk, din il-kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq prinċipji vijabbli ta" tmexxija tajba bħat-trasparenza, il-ftuħ, l-oġġettività u l-imparzjalità tal-proċeduri.

(54)  Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(21).

(55)  B'mod partikolari, is-setgħa għandha tiġi konferita fuq il-Kummissjoni biex tadotta, b'kollaborazzjoni mal-esperti relevanti u partijiet interessati, lista ta" kriterji u kundizzjonijiet speċifiċi li jridu jiġu sodisfatti min-netwerks ta" referenza Ewropej u il-proċedura għall-ħolqien ta" netwerks ta" referenza Ewropej. Billi dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u ġew mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplementaha biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(56)  Billi l-għan ta" din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi stabbilit qafas ġenerali għal-provvediment ta" kura tas-saħħa transkonfinali sigura, ta" kwalità għolja u effiċjenti fl-Unjoni Ewropea ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-iskala ta' l-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċesarju biex jintlaħaq dak l-għan.

(57)  L-Istat Membru ta' affiljazzjoni u l-Istat Membru ta' trattament għandhom b'kooperazzjoni bilaterali minn qabel u f'konsultazzjoni mal-pazjent jiżguraw li l-kura ta' wara u l-appoġġ xierqa jsiru disponibbli f'dawn l-Istati Membri wara t-trattament mediku awtorizzat u li informazzjoni ċara ssir disponibbli għall-pazjenti dwar l-għażliet u l-ispejjeż tal-kura ta' wara. Biex isir dan, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri biex jiżguraw li d-data tal-kura medika u soċjali neċessarja tintbagħat billi tiġi rrispettata l-kunfidenzjalità tal-pazjent; kif ukoll lil-professjonisti tal-kura medika u soċjali f'dawn iż-żewġ pajjiżi jkunu jistgħu jikkonsultaw lil xulxin biex jiżguraw l-ogħla kwalità fit-trattament u l-kura ta' wara (inkluż appoġġ soċjali) għall-pazjent.

(58)  Billi tiffaċilità l-libertà ta' moviment ta' pazjenti fl-Unjoni Ewropea din id-Direttiva tista' twassal għal kompetizzjoni bejn dawk li jipprovdu l-kura tas-saħħa. Din il-kompetizzjoni tikkontribwixxi għaż-żieda fil-kwalità tal-kura tas-saħħa għal kulħadd u sabiex jiġu stabbiliti ċentri ta' eċċellenza,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Għan

Din id-Direttiva tagħti r-regoli għall-aċċess għall-kura tas-saħħa sikura u ta' kwalità għolja fi Stat Membru ieħor u tistabbilixxi l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni għall-kura tas-saħħa bejn l-Istati Membri, b'rispett sħiħ lejn il-kompetenzi nazzjonali fl-organizzazzjoni u l-għoti tal-kura tas-saħħa.

Fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom iqisu l-prinċipji tal-kura ta kwalità tajba u l-ekwità.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-provvediment ta" kura tas-saħħa transkonfinali irrispettivament minn kif tiġi organizzata, mogħtija jew iffinanzjata jew jekk hix pubblika jew privata. Għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-qafas legali eżistenti dwar il-koordinament tas-sistemi tas-sigurtà soċjali kif jinsab fir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament suċċessur tiegħu, ir Regolament (KE) Nru 883/2004.

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal servizzi li huma maġġorment iffokati fil-qasam tal-kura fit-tul, l-aktar inklużi dawk mogħtijin fuq perijodu estiż ta' żmien li l-iskop tagħhom ikun li tingħata għajnuna lil dawk in-nies li jeħtieġu l-assistenza biex jagħmlu ħwejjeġ ta' kuljum u ta' rutina.

Din id-Direttiva ma tapplikax għat-trapjanti tal-organi.

Artikolu 3

Relazzjoni ma" dispozizzjonijiet Komunitarji oħrajn

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika bla ħsara għal:

   (a) Id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta" kwalifiki professjonali;
   (b) Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern ("Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku")(22);
   (c) Id-Direttiva 95/46/KE dwar il-protezzjoni ta" individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (23);
   (d) Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-prodotti mediċinali għall-użu veterinarju u mill-bniedem u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Mediċini(24) u d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma" prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem;
   (e) Id-Direttiva 2001/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' April 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li jirrelataw għall-implimentazzjoni ta' prattika korretta ta' klinika fit-twettiq ta' provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem(25);
   (f) Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas tal-provvediment ta' servizzi(26);
   (g) Id-Direttiva ║ 2000/43/KE ║li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità;
   (h) Id-Direttiva 2004/113/KE tistabbilixxi qafas għat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi;
   (i) Id-Direttiva 2000/78/KE li tistabbilixxi qafas ġenerali għal trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol;
   (j) Direttiva 2009/.../KE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew twemmin, diżabiltà, età jew orjentazzjoni sesswali;
   (k) Regolamenti dwar il-koordinazzjoni ta" skemi ta" sigurtà soċjali, b'mod partikolari l-Artikolu 22 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 ║dwar l-applikazzjoni ta" skemi ta" sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jispustaw ruħhom fil-Komunità u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 ║dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta" sigurtà soċjali;
   (l) Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar il-Grupp Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali (REKT)(27);
   (m) Id-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 li tiffissa l-istandards ta' kwalità u sikurezza għall-ġbir, ittestjar, proċessar, ħżin, u distribuzzjoni tad-demm uman u komponenti tad-demm(28);
   (n) Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar l-iffissar ta' standards ta' kwalità u sikurezza fid-donazzjoni, ksib, testjar, proċessar, preservazzjoni, ħżin, u distribuzzjoni tat-tessuti u ċelluli umani(29);
   (o) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-koordinament tal-liġijiet, ir-Regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi marbutin mal-assikurazzjoni diretta ħlief l-assikurazzjoni fuq il-ħajja(30), għal dak li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni tal-poteri konferiti mill-Kummissjoni.

2.  Din id-Direttiva ma tindirizzax il-kwistjoni dwar min iġarrab l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa li ssir meħtieġa għal raġunijiet mediċi matul żjara temporanja ta' persuni assigurati fi Stat Membru ieħor. Din id-Direttiva ma taffettwax lanqas id-drittijiet tal-pazjenti li għandhom jingħataw awtorizzazzjoni għal trattament fi Stat Membru ieħor meta l-kundizzjonijiet stipulati fir-regolamenti dwar il-koordinazzjoni ta" skemi ta" sigurtà soċjali, b'mod partikolari l-Artikolu 22 tar-Regolament (KEE)  Nru 1408/71, u l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru883/2004, ikunu sodisfatti.

3.  L-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta" din id-Direttiva f'konformità mat-Trattat.

Artikolu 4

Tifsiriet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:

   (a) "kura tas-saħħa" tfisser servizzi u prodotti tas-saħħa mogħtijin jew preskritti minn professjonisti tas-saħħa lill-pazjenti biex jiġi vvalutat, miżmum jew miġjub lura l-istat tas-saħħithom jew biex jiġu prevenut li jimirdu, irrispettivament mill-modi li bihom qed tiġi organizzata, mogħtija u ffinanzjata fil-livell nazzjonali jew jekk il-kura hix pubblika jew privata;
   (b) "dejta tas-saħħa" tfisser kwalunkwe informazzjoni li tirrigwarda s-saħħa fiżika jew mentali ta" individwu, jew il-provvediment tas-servizzi tas-saħħa lill-individwu, li tista" tinkludi: informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-individwu għall-provvediment ta" servizzi tas-saħħa; informazzjoni dwar pagamenti jew eliġibiltà għall-kura tas-saħħa fir-rigward tal-individwu; numru, simbolu jew dettall assenjat lil individwu sabiex l-individwu jkun identifikat b'mod uniku għal raġunijiet tas-saħħa; kwalunkwe informazzjoni dwar l-individwu miġbura matul il-provvediment ta" servizzi tas-saħħa lill-individwu; informazzjoni li tirriżulta mill-ittestjar jew l-eżaminazzjoni ta" parti tal-ġisem jew sustanza tal-ġisem; u l-identifikazzjoni ta" persuna (professjonista tal-kura tas-saħħa) bħala provveditur tal-kura tas-saħħa lill-individwu;
   ( c) "kura tas-saħħa transkonfinali" tfisser kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru għajr għal dak fejn il-pazjent huwa persuna assigurata ▌;
   (d) "professjonist tas-saħħa" tfisser tabib tal-mediċina jew infermiera responsabbli għall-kura ġenerali jew dentist jew qabla jew spiżjar fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2005/36/KE jew professjonist ieħor li jeżerċita attivitajiet fis-settur tal-kura tas-saħħa li huma ristretti għal professjoni regolata kif imfisser fl-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 2005/36/KE, jew persuna li tkun qed teżerċita attivitajiet ta' kura tas-saħħa fl-Istat Membru ta' trattament;
   (e) "provveditur tal-kura tas-saħħa" tfisser kull professjonista tas-saħħa fis-sens definit f'(d) aktar "il fuq jew jew persuna legali li tipprovdi b'mod legali kura tas-saħħa fit-territorju ta' Stat Membru;
   (f) "pazjent" tfisser kull persuna naturali li tirċievi jew tixtieq tirċievi kura tas-saħħa fi Stat Membru;
   (g) "persuna assigurata" tfisser persuna li hija assigurata skont id-definizzjoni fl-Artikolu 1(c) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, jew kif definit fil-kondizzjonijiet tal-politika tal-iskemi privati tal-assikurazzjoni tal-mard;

(h)  "Stat Membru ta" affiljazzjoni" tfisser ▌l-Istat Membru fejn il-pazjent huwa persuna assigurata jew l-Istat Membru fejn il-pazjent jirrisjedi jekk dan l-IStat Membru ma jkunx l-istess bħall-ieħor;

Meta, minħabba l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) 1408/71 u r-Regolament (KE) Nru 883/2004 rispettivament, entità ta" assigurazzjoni tas-saħħa fl-Istat Membru ta" residenza tal-pazjent tkun responsabbli għall-għoti ta" benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni tal-istat, allura dak l-Istat Membru jitqies bħala l-Istat Membru ta" affiljazzjoni għall-finijiet ta" din id-Direttiva;

(i)  "Stat Membru ta" trattament" tfisser l-Istat Membru li tingħata l-kura tas-saħħa transkonfinali fit-territorju tiegħu;

   (j) "tagħmir mediku" tfisser tagħmir mediku kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta' Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi(31) fid-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta' Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f'xi parti tal-ġisem(32) jew id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro(33);
   (k) "il-prodotti użati in konnessjoni mal-kura tas-saħħa" tfisser prodotti li huma użati biex jippreservaw jew itejbu s-saħħa ta' persuna bħalma huma t-tagħmir mediku u l-mediċini;
   ( l) "prodott mediċinali" tfisser prodott mediċinali kif imfisser mid-Direttiva 2001/83/KE;
   ( m) "preskrizzjoni" tfisser preskrizzjoni mediċinali kif imfissra mid-Direttiva 2001/83/KE inklużi l-preskrizzjonijiet maħruga u trażmessi b'mod elettroniku(preskrizzjonijiet-e);
   (n) "teknoloġija tas-saħħa" tfisser prodott mediċinali jew tagħmir mediku jew proċeduri mediċi jew kirurġiċi kif ukoll il-miżuri għall-prevenzjoni tal-mard, id-dijanjożi jew it-trattament użati fil-kura tas-saħħa;
   ( o) "ħsara" hija definita fil-kura tas-saħħa transkonfinali permezz tar-referenza għall-kwadru leġiżlattiv eżistenti tal-Istat Membru tat-trattament u kif jinftiehem x'jikkonsisti fi ħsara jista' jvarja minn Stat Membru għal ieħor;
   (p) "il-fajl mediku tal-pazjent" jew "l-istorja medika" tfisser id-dokumenti kollha li jkun fihom dejta, valutazzjonijiet u informazzjoni ta' kull tip dwar il-qagħda tal-pazjent u l-iżvilupp kliniku matul il-proċess tal-kura.

Kapitolu II

Awtoritajiet ta' l-Istat Membru responsabbli mill-konformità mal-prinċipji komuni għall-kura tas-saħħa

Artikolu 5

Responsabbiltajiet ta" l-awtoritajiet ta" l-Istat Membru li jipprovdi t-trattament

1.  L-Istati Membri ta" trattament għandhom ikunu responsabbli mill-organizzazzjoni u l-għoti ta" kura tas-saħħa. F'dan il-kuntest u filwaqt li jqisu l-prinċipji ta" l-universalità, l-aċċess għal kura ta" kwalità, l-ekwità u s-solidarjetà, dawn għandhom jiddefinixxu standards ċari ta" kwalità ▌għal kura tas-saħħa mogħtija fit-territorju tagħhom, jiżguraw ottempranza mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar l-istandards tas-sigurtà, u li:

   (a) meta tingħata kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor għajr dak fejn il-pazjent huwa persuna assigurata, tali servizz tal-kura tas-saħħa jingħata skond il-leġiżlazzjoni ta" l-Istat Membru ta" trattament f'konformità ma" l-Artikolu 5;
   (b) il-kura tas-saħħa msemmija fil-paragrafu 1(a) hija pprovduta skont l-istandards u l-linji gwida dwar il-kwalità u s-sikurezza definiti mill-Istat Membru li jipprovdi t-trattament;
   (c) il-pazjenti u l-fornituri tal-kura tas-saħħa minn Stati Membri oħrajn jingħataw it-tagħrif mill-punt ta' kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru fejn qed isir it-trattament, inter alia b'mezzi elettroniċi, dwar l-istandards u l-linji gwida tal-kwalità, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar is-superviżjoni, u dwar id-disponibilità, il-kwalità u s-sikurezza, l-opzjonijiet tat-trattament, il-prezzijiet, l-eżiti tal-kura tas-saħħa pprovduta, l-aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità u d-dettalji tal-istatus ta' reġistrazzjoni ta' min jipprovdi l-kura tas-saħħa u l-koperta assikurattivi jew il-mezzi l-oħra ta' protezzjoni personali jew kollettiva f'dak li għandu x'jaqsam mar-responsabilità professjonali;
   ( d) il-provvedituri tas-saħħa jipprovdu t-tagħrif rilevanti kollu sabiex jippermettu lill-pazjenti li jagħmlu għażla infurmata ▌;
   ( e) il-pazjenti għandhom il-mezz biex jagħmlu l-ilmenti tagħhom l-jedd li jfittxu ║kumpens meta jsofru minn ħsara li tirriżulta mill-kura tas-saħħa li jirċievu u hemm mekkaniżmi lesti biex jiggarantixxu r-rimedji;
   ( f) sistemi ta" assigurazzjoni ta" responsabbiltà professjonali jew garanzija jew arranġament simili, ▌li huma xierqa għan-natura u l-estent tar-riskju huma fis-seħħ għal trattament mogħti fit-territorju tagħhom;
   ( g) id-dritt funadamentali għall-privatezza fir-rigward ta" l-ipproċessar tad-data personali huwa mħares f'konformità mal-miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-ħarsien tad-data personali, b'mod partikolari d-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE;
   ( h) pazjenti minn Stati Membri oħrajn għandhom igawdu minn trattament ugwali għal dak mogħti liċ-ċittadini ta" l-Istat Membru ta" trattament, inkluż il-ħarsien kontra diskriminazzjoni stipulat skond il-liġi Komunitarja kif ukoll mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru ta' trattament. Madankollu, din id-Direttiva ma tobbligax il-provvedituri tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru jew biex jipprovdu l-kura tas-saħħa għal persuna assigurata minn Stat Membru ieħor jew biex jagħmlu prijorità fil-provvediment tal-kura tas-saħħa għal persuna assigurata minn Stat Membru ieħor għad-detriment ta' persuna li għandha bżonnijiet tas-saħħa simili u hija persuna assigurata fl-Istat Membru ta' trattament;
   (i) il-pazjenti li jkunu rċevew trattament huma intitolati li jkollhom rapport bil-miktub jew f'sura elettronika dwar dan it-trattament u dwar kull parir mediku għall-kontinwità tal-kura tagħhom.

2.  L-awtoritajiet pubbliċi fl-Istat Membru fejn jingħata t-trattament għandhom jissorveljaw regolarment l-aċċessibilità, il-kwalità u l-istat finanzjarju tas-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom fuq il-bażi tad-dejta miġbura skont l-Artikolu 21.

3.  Sabiex tiġi garantita bl-aħjar mod possibbli s-sigurtà tal-pazjenti, l-Istati Membri li jittrattawhom u dawk ta' affiljazzjoni għandhom jaraw illi:

   (a) il-pazjenti jkunu jistgħu jressqu lment, u jiġu garantiti rimedji u kumpens meta jġarrbu ħsara mill-kura tas-saħħa li huma jkunu rċevew;
   (b) ir-regoli ta' kwalità u ta' sigurtà tal-Istat Membru fejn huwa trattat il-pazjent għandhom ikunu pubblikati f'lingwa u format ċari u aċċessibbli għaċ-ċittadini;
   (c) ikun hemm id-dritt għall-kontinwità tal-kura, notevolment permezz tal-inoltrar tad-dejta medika relevanti konċernanti l-pazjent fir-rispett dovut għad-dispożizzjonijiet tal-punt (g) tal-paragrafu 1 u skont l-Artikolu 15 u l-pazjenti li rċevew it-trattament ikunu intitolati għal reġistrazzjoni miktuba jew elettronika ta' tali trattament u ta' kull parir mediku għal matul il-bqija tal-kura tagħhom;
   (d) f'każ ta' kumplikazzjoni li tirriżulta minn kura tas-saħħa rċevuta barra l-pajjiż, jew jekk kontroll mediku partikolari jkun meħtieġ, l-Istat Membru ta' affiljazzjoni għandu jiggarantixxi ħlas ekwivalenti għal dak previst għal kura tas-saħħa rċevuta fit-territorju tiegħu;
   (e) għandhom jgħarrfu lil xulxin minnufih u b'mod proattiv dwar dawk il-fornituri jew professjonisti tal-kura tas-saħħa meta tittieħed azzjoni regolatorja kontra r-reġistrazzjoni tagħhom jew kontra d-dritt tagħhom li jagħtu servizzi.

4.  Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 22(2), tadotta l-miżuri meħtieġa għall-ilħiq ta" livell komuni tas-sigurtà tad-dejta tas-saħħa f'livell nazzjonali, waqt li jitqiesu l-istandards tekniċi eżistenti f'dan il-qasam.

5.  Sakemm ikun meħtieġ li jiġi ffaċiltat il-provvediment tal-kura tas-saħħa transkonfinali u b'livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa bħala l-bażi, il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni ma" l-Istati Membri, tista' tiżviluppa linji ta" gwida biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1.

6.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu trasparenti għall-kalkolu tal-kosti li għandhom jitħallsu għall-kura tas-saħħa mogħtija. Dak il-mekkaniżmu ta' kalkolu għandu jkun imsejjes fuq kriterji objettivi u mhux diskriminatorji li jkunu magħrufin bil-quddiem u għandu jkun applikat fil-livell amministrattiva relevanti fil-każijiet fejn l-Istat Membru li jagħti t-trattament ikollu sistema ta' kura tas-saħħa deċentralizzata.

7.  Minħabba l-importanza kbira, partikolarment għall-pazjenti, li jiġu ssalvagwardjati l-kwalità u s-sikurezza tal-kura transkonfinali, l-organizzazzjonijiet involuti fit-tfassil tan-normi u l-linjigwida kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 5 għandhom tal-anqas jinkludu organizzazzjonijiet tal-pazjenti (b'mod partikolari dawk ta" natura transkonfinali).

Kapitolu III

L-użu tal-kura tas-saħħa ║

Artikolu 6

Responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tal-Istat Membru li jipprovdi t-trattament

1.  Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta" din id-Direttiva, b'mod partikolari l-Artikoli 7, 8 u 9, l-Istat Membru ta" affiljazzjoni għandu jiżgura li l-persuni assigurati li jivjaġġaw lejn Stat Membru ieħor bil-għan li jirċievu kura tas-saħħa hemm jew li qed ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru ieħor, ma jitwaqqfux milli jirċievu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor fejn it-trattament ikkonċernat huwa fost il-benefiċċji pprovduti mil-leġiżlazzjoni regolamenti amministrattivi, linji gwida u kodiċijiet ta' mġiba fil-professjonijiet mediċi, ta' l-Istat Membru ta' affiljazzjoni li hija intitolata għalihom il-persuna assigurata. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u, mid-data tal-applikazzjoni tiegħu "l quddiem ir-Regolament (KE) Nru 883/2004, l-Istat Membru ta" affiljazzjoni għandu jħallas lura l-ispejjeż lill-Istat Membru tat-trattament jew lill-persuna assigurata, li kienu jitħallsu mis-sistema ta" sigurtà soċjali statutorja tiegħu li kieku l-istess kura tas-saħħa, ugwalment effettiva kienet ipprovduta fit-territorju tiegħu. Jekk l-Istat Membru ta' affiljazzjoni jiċħad il-ħlas lura għal trattament bħal dan, l-Istat Membru jrid jagħti raġuni medika għad-deċiżjoni tiegħu. Fi kwalunkwe każ, huwa l-Istat Membru ta" affiljazzjoni li jistabbilixxi l-kura tas-saħħa li qed tiġi mħallsa, irrilevanti minn fejn qed tiġi pprovduta.

Il-pazjenti affetti minn mard rari tajjeb li jkollhom il-jedd li tingħatalhom il-kura għal saħħithom fi Stat Membru ieħor u li jiġu rimborżati ukoll jekk it-trattament in kwestjoni ma jkunx fost il-benefiċċji msemmijin mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tal-affiljazzjoni.

2.  L-ispejjeż tal-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom jitħallsu direttament jew jiġu rimborżati mill-Istat Membru ta' affiljazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva sal-livell ta' l-ispejjeż li kienu jinġarru kieku l-istess kura tas-saħħa tkun ingħatat għall-istess kondizzjoni medika bl-istess kondizzjonijiet kif jingħad fil-paragrafu 1 fl-Istat Membru ta" affiljazzjoni, mingħajr ma jinqabżu l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa riċevuta. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jkopru spejjeż oħra relatati, bħall-ispejjeż ta" akkomodazzjoni jew ta" vjaġġar.

3.  L-ispejjeż żejda li jistgħu jġarrbu l-persuni b'diżabilità meta jirċievu l-kura għal saħħithom fi Stat Membru ieħor kaġun ta' xi diżabilità jew oħra għandhom jitħallsu lura mill-Istat Membru ta' affiljazzjoni skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, bil-kundizzjoni li jkun hemm dokumentazzjoni suffiċjenti dwar dawn l-ispejjeż.

4.  L-Istat Membru ta" affiljazzjoni jista" jimponi fuq pazjent li jfittex il-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor l-istess kundizzjonijiet, kriterji ta" eliġibbiltà u formalitajiet regolatorji u amministrattivi irrispettivament jekk ikunux stipulati fuq livell lokali, nazzjonali jew reġjonali, għall-kisba tal-kura tas-saħħa u t-teħid ta" l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa li kieku jimponi kieku ▌kura tas-saħħa ▌waħda simili ngħatat fit-territorju tiegħu, dan sakemm ma jkunux diskriminatorji u lanqas ostaklu għall-moviment ħieles tal-pazjenti u l-oġġetti, bħalma huma l-farmaċewtiċi u t-tagħmir mediku, u jkunu magħrufin bil-quddiem . Dan jista" jinkludi rekwiżit li l-persuna assigurata tkun evalwata bil-għan li jkunu applikati dawk il-kundizzjonijiet, kriterji jew formalitajiet, minn professjonist tas-saħħa jew amministraturi tal-kura tas-saħħa li jipprovdu servizzi għas-sistema tas-sigurtà soċjali statutorja tal-Istat Membru ta" affiljazzjoni, fejn tali evalwazzjoni tkun meħtieġa wkoll għall- aċċess għas-servizzi fl-Istat Membru ta" affiljazzjoni.

5.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-Istat Membri għandu jkollhom mekkaniżmu trasparenti għall-kalkolu ta" l-ispejjeż li għandhom jittieħdu mis-sistema ta' sigurtà soċjali statutorja jew sistema pubblika statutorja oħra għall-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor. Dan il-mekkaniżmu għandu jissejjes fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji magħrufa minn qabel u l-ispejjeż imħallsa lura skond dan il-mekkaniżmu m'għandhomx ikunu anqas minn dawk li kienu jinġarru li kieku l-istess kura tas-saħħa ▌kellha tingħata fit-territorju ta' l-Istat Membru ta' affiljazzjoni. L-ispiża għandha tkun ikkalkulata fil-livell amministrattiv rilevanti f'każi meta l-Istat Membru ta' affiljazzjoni jkollu sistema tal-kura tas-saħħa deċentralizzata.

6.  Pazjenti ▌li jirċievu kura tas-saħħa fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru ta" affiljazzjoni tagħhom jew ║ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom jiġu garantiti aċċess għar-reġistri mediċi tagħhom, f'konformità mal-miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-ħarsien ta' data personali, b'mod partikolari d-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE. Jekk ir-rekords mediċi jinżammu f'forma elettronika, il-pazjenti għandu jkollhom id-dritt garantit li jiksbu kopja ta" jew id-dritt li jkollhom aċċess mill-bogħod għal dawk ir-rekords. Id-dejta għandha tkun trażmessa biss bil-kunsens espliċitu bil-miktub tal-pazjent jew tal-qraba tal-pazjent.

7.  Id-dispożizzjonijiet ta" dan il-Kapitolu m'għandhomx jolqtu l-ilħiq ta" ftehimiet kuntrattwali transkonfinali għall-kura tas-saħħa ppjanata.

Artikolu 7

Kura mhux fl-isptar

L-Istat Membru ta" affiljazzjoni m'għandux iħallas lura l-ispejjez ta' kura mhux fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor jew ix-xiri ta" oġġetti marbuta mal-kura tas-saħħa li jinxtraw fi Stat Membru ieħor soġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel, fejn l-ispiża ta' kura tali, kieku ngħatat fit-territorju tiegħu, jew ta" dawk l-oġġetti, kieku nxtraw fit-territorju tiegħu, kienet titħallas mis-sistema ta' sigurtà soċjali tiegħu.

Artikolu 8

Kura fl-isptar ▌

1.  Għall-għanijiet ta" ħlas lura ta" kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor f'konformità ma" din id-Direttiva, id-definizzjoni ta' kura fl-isptar kif stabbilit mill-Istat Membri tal-affiljazzjoni, għandha tkun limitata għal:

   (a) kura tas-saħħa li teħtieġ akkomodazzjoni mal-lejl għall-pazjent ikkonċernat għal mill-anqas lejl wieħed; jew
   (b) kura tas-saħħa, li hija speċjalizzata ħafna u/jew li teħtieġ l-użu ta" infrastruttura medika jew tagħmir mediku li jiswew ħafna; jew
   (c) kura tas-saħħa li tinvolvi trattamenti li huma ta' riskju partikolari għall-pazjent jew għall-popolazzjoni.

  2. L-Istat Membru ta" affiljazzjoni jista" jistipula sistema ta" awtorizzazzjoni minn qabel għal ħlas lura mis-sistema tas-sigurtà soċjali tiegħu ta" l-ispiża ta" kura fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

   (a) li kieku l-kura tas-saħħa ingħatat fit-territorji tiegħu, din kienet tinġarr mis-sistema tas-sigurtà soċjali ta" l-Istat Membru; kif ukoll
  (b) in-nuqqas ta' awtorizzazzjoni minn qabel tista' timmina serjament jew għandha mnejn timmina:
   (i) il-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali ta" l-Istat Membru; u/jew
   (ii) l-ippjanar u r-razzjonalizzazzjoni mwettqa fis-settur ta" l-isptarijiet sabiex tiġi evitata kapaċità żejda fl-isptar, żbilanċ fil-provvista tal-kura tas-saħħa u ħela loġistika u finanzjarja, iż-żamma ta' servizz mediku u ta' l-isptar bilanċjat miftuħ għal kulħadd, jew iż-żamma ta" kapaċità ta" trattament jew kompetenza medika fit-territorji tal-Membru kkonċernat.

Din is-sistema għandha tkun mingħajr ħsara għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, u mid-data tal-applikazzjoni tiegħu, ir-Regolament (KE) Nru 883/2004.

3.  Is-sistema ta" awtorizzazzjoni minn qabel għandha tapplika bla ħsara għall-Artikolu 3(2) u għandha tiġi limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonali, għandhom ikunu msejsin fuq kriterji ċari u trasparenti sabiex jiġi evitat impatt tali, u m'għandhiex tikkostitwixxi mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew ostaklu għal-libertà tal-moviment tal-pazjenti.

4.  Meta ssir talba u tingħata awtorizzazzjoni minn qabel, l-Istat Membru ta' affiljazzjoni għandu jiżgura li l-pazjenti ikunu mistennija jħallsu minn qabel dawk l-ispejjeż biss li jkunu mistennija li jitħallsu kieku l-kura kellha tingħata fis-sistema tas-saħħa ta' pajjiżhom. Għal kwlaunkwe spejjeż oħra, l-Istati Membri għandhom jittrasferixxu l-ħlasijiet direttament bejn min jiffinanzja u min qed jipprovdi l-kura tas-saħħa.

5.  Is-sistemi ta' talba għall-awtorizzazzjoni minn qabel jeħtieġ li jkunu disponibbli fuq livell lokali/reġjonali u għandhom ikunu aċċessibbli u trasparenti għall-pazjenti. Ir-regoli għall-applikazzjoni u ċ-ċaħda ta" awtorizzazzjoni minn qabel għandhom ikunu disponibbli minn qabel applikazzjoni sabiex l-applikazzjoni tkun tista" ssir b'mod ġust u trasparenti.

6.  Lill-pazjenti li qed ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor għandu jkun iggarantit id-dritt li japplikaw għal awtorizzazzjoni minn qabel fl-Istat membru ta' affiljazzjoni.

7.  L-Istat Membru tal-affiljazzjoni għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku kull tagħrif rilevanti dwar is-sistemi ta' awtorizzazzjoni minn qabel introdotti skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3,inklużi l-proċeduri ta' appell fil-każ li jiġi miċħud li l-għoti ta' awtorizzazzjoni.

8.  Fir-rigward ta" kwalunkwe rikjesta għal awtorizzazzjoni magħmula minn persuna assigurata bl-għan li tirċievi kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, l-Istat Membru ta" affiljazzjoni għandu jivverifika jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 kinux milħuqa, u, jekk iva, għandu jagħti awtorizzazzjoni minn qabel skont dak ir-Regolament.

9.  Pazjenti b'mard rari m'għandhomx ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel.

Artikolu 9

Garanziji proċedurali fir-rigward ║tal-kura tas-saħħa transkonfinali

1.  L-Istat Membru ta" affiljazzjoni għandu jiżgura li l-proċeduri amministrattivi dwar l-użu tal-kura tas-saħħa transkonfinali li għandu x'jaqsam ma' kull awtorizzazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 8(2), ħlas lura ta' spejjeż ta' kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor u kundizzjonijiet u formalitajiet oħrajn imsemmija fl-Artikolu 6(4), huma msejsa fuq kriterji oġġettivi, mhux diskriminatorji li huma ppubblikat minn qabel, u li huma meħtieġa u proporzjonali sabiex jintlaħqu l-għanijiet. Fi kwalunkwe każ, persuna assigurata għandha tingħata dejjem l-awtorizzazzjoni skond ir-Regolamenti dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu 3(1) (k) ta' din id-Direttiva kull meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet ta" l-Artikolu 22(1)(c) u l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71.

2.  Sistemi proċedurali tali għandhom ikunu aċċessi