Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0104(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0042/2009

Testi mressqa :

A7-0042/2009

Dibattiti :

PV 11/11/2009 - 20
CRE 11/11/2009 - 20

Votazzjonijiet :

PV 12/11/2009 - 8.1
CRE 12/11/2009 - 8.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2009)0062

Testi adottati
PDF 415kWORD 89k
Il-Ħamis, 12 ta' Novembru 2009 - Brussell
Pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa *
P7_TA(2009)0062A7-0042/2009
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (COM(2009)0366 – C7-0112/2009 – 2009/0104(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2009)0366),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 67 u l-Artikolu 62(2)(b)(i) tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0112/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0042/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Japprova d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill annessa.

3.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

4.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament tal-Kunsill – att li jemenda
Premessa 1
(1)  Il-kompożizzjoni tal-listi ta" pajjiżi terzi fl-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta" Marzu 2001 għandu jkun, u għandu jibqa", konsistenti mal-kriterji imniżżla fil-premessa (5) tiegħu. Uħud mill-pajjiżi terzi, li għalihom inbidlet is-sitwazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kriterji, għandhom jkunu trasferiti minn Anness għall-ieħor.
(1)  Il-Kummissjoni bdiet id-djalogu attwali dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża b'approċċ reġjonali u b'perspettiva Ewropea li tinvolvi l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fuq livell ugwali u mingħajr diskriminazzjoni.Il-kompożizzjoni tal-listi ta" pajjiżi terzi fl-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta" Marzu 2001 għandu jkun, u għandu jibqa", konsistenti mal-kriterji mniżżla fil-premessa (5) tiegħu. Uħud mill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent (l-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja), li għalihom inbidlet is-sitwazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kriterji, għandhom ikunu trasferiti minn Anness għall-ieħor. L-istess kriterji stabbiliti fil-pjanijiet direzzjonali għal-liberalizzazzjoni tal-viża għandhom japplikaw għall-pajjiżi kollha kkonċernati.
Emenda 2
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 1 a (ġdida)
(1a)  Il-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent li laħqu l-kriterji stabbiliti għandhom jitħallew jidħlu fis-sistema ta" vvjaġġar ħieles mill-viża mill-bidu tal-2010. Dawk il-pajjiżi li, minkejja li jkunu għamlu progress sostanzjali, ma jkunux laħqu kompletament il-kriterji stabbiliti, għandhom jingħataw l-istess privileġġ ladarba jilħqu dawn il-livelli fil-pjanijiet direzzjonali korrispondenti għal-liberalizzazzjoni tal-viża.
Emenda 3
Proposta għal regolament tal-Kunsill – att li jemenda
Premessa 2
(2)  B'ħames pajjiżi Balkani tal-Punent - l-Abanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja - Il-ftehimiet għall-Faċilitazzjoni tal-Viża daħlu fis-seħħ fl-1 ta" Jannar 2008, bħala l-ewwel pass konkret fit-triq stipulata mill-aġenda ta" Tessalonika lejn reġim ħieles mil-viża għaċ-ċittadini tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. Ma kull wieħed minn dawn il-pajjiżi, fl-2008 infetaħ djalogu dar il-liberalizzazzjoni tal-viża u ġew stabbiliti pjani direzjonali għal-liberalizazzjoni tal-viża. Fil-valutazzjoni tagħha tal-implimentazzjoni tal-pjani direzzjonali ta' Mejju 2009, il-Kummissjoni ikkunsidrat li dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja laħqet mar-parametri kollha fil-pjan direzzjonali tagħha. Il-Montenegro u s-Serbja laħqu mal-maġġoranza tar-rekwiżiti mininimi fil-pjani direzzjonali rispettivi tagħhom.
(2)  B'ħames pajjiżi Balkani tal-Punent il-ftehimiet għall-Faċilitazzjoni tal-Viża daħlu fis-seħħ fl-1 ta" Jannar 2008, bħala l-ewwel pass konkret fit-triq stipulata mill-aġenda ta" Tessalonika lejn reġim ħieles mill-viża għaċ-ċittadini tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. Ma kull wieħed minn dawn il-pajjiżi, fl-2008 infetaħ djalogu dar il-liberalizzazzjoni tal-viża u ġew stabbiliti pjani direzjonali għal-liberalizazzjoni tal-viża. Fil-valutazzjoni tagħha tal-implimentazzjoni tal-pjani direzzjonali ta' Mejju 2009, il-Kummissjoni ikkunsidrat li dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja laħqet mal-parametri kollha fil-pjan direzzjonali tagħha. Il-Montenegro u s-Serbja laħqu mal-maġġoranza tar-rekwiżiti mininimi fil-pjani direzzjonali rispettivi tagħhom. L-Albanija u l-Bosnja-Ħerzegovina għamlu aktar progress fir-rigward tal-kriterji relevanti mill-evalwazzjoni tal-Kummissjoni ta' Mejju 2009.
Emenda 4
Proposta għal regolament tal-Kunsill – att li jemenda
Premessa 2 a (ġdida)
(2a)  Bil-għan li titmexxa 'l quddiem l-implimentazzjoni tal-aġenda ta' Tessaloniki, u bħala parti mill-approċċ reġjonali, il-Kummissjoni, fil-limiti tal-kompetenza tagħha u fid-dawl tar-Riżoluzzjoni 1244(1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, għandha tibda djalogu dwar il-viża mal-Kosovo u tistabbilixxi pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni u l-faċilitazzjoni tal-viża bħal dawk stabbiliti ma' pajjiżi oħra tal-Balkani tal-Punent.
Emenda 5
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 3 a (ġdida)
(3a)  Bil-għan li jissaħħaħ il-proċess ta' stabilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni, l-ivvjaġġar ħieles mill- viża jtejjeb il-parteċipazzjoni fis-suq komuni, li qed tkun stabbilita gradwalment mal-Albanija, mal-Bosnja-Ħerzegovina, mal-Montenegro u ma" dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, u b'hekk jikkontribwixxi għall-kummerċ, l-innovazzjoni u t-tkabbir.
Emenda 14
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 4
(4)  Għalhekk dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegrro u s-Serbja (l-aħħar tnejn jilħqu l-parametri kollha sad-data tal-adozzjoni tar-Regolament preżenti), għandhom ikunu trasferiti għall-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 539/2001. It-tneħħija tal-viża għandha tapplika biss għal dawk id-detenturi tal-passaporti biometriċi maħruġa minn kull wieħed mit-tlett pajjiżi involuti.
(4)  Għalhekk dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja, l-Albanija u l-Bosnja-Ħerzegovina, għandhom ikunu trasferiti għall-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 539/2001. Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja laħqu l-benchmarks kollha sad-data tal-adozzjoni ta" dan ir-Regolament. L-eżenzjoni mir-rekwiżit ta" viża għandha tapplika għall-Albanija u l-Bosnja-Ħerzegovina wara evalwazzjoni mill-Kummissjoni li kull wieħed minnhom laħaq il-benchmarks kollha stabiliti fil-pjan direzzjonali relevanti għal-liberalizzazzjoni tal-viżi u bi qbil mat-Trattat. It-tneħħija tal-viża għandha tapplika biss għal dawk id-detenturi tal-passaporti biometriċi maħruġa minn kull wieħed mill-ħames pajjiżi involuti.
Emenda 7
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 4 a (ġdida)
(4a)  Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien u mhux aktar mill-bidu tal-2010, tippreżenta rapport dwar il-progress li jkun sar minn dawn iż-żewġ pajjiżi fir-rigward tal-kriterji stabbiliti fil-pjan direzzjonali.
Emenda 8
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 4 b (ġdida)
(4b)  Għalkemm l-Albanija u l-Bosnja- Ħerzegovina għamlu progress biex jissodisfaw il-kriterji rispettivi tagħhom, l-awtoritajiet relevanti tal-Albanija u l-Bosnja-Ħerzegovina għandhom jadottaw, mingħajr dewmien, ir-riformi meħtieġa biex jissodisfaw b'mod sħiħ il-kriterji rispettivi tagħhom.
Emenda 9
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 4 c (ġdida)
(4c)  Il-Kummissjoni għandha tgħin lill-awtoritajiet rilevanti tal-Albanija u l-Bosnja-Ħerzegovina f'dan ir-rigward.
Emenda 10
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 5 a (ġdida)
(5a)  Il-proċess ta" liberalizzazzjoni tal-viża għandu jservi ta' referenza biex ikunu definiti r-relazzjonijiet mas-sħab tal-Lvant tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 11
Proposta għal regolament tal-Kunsill – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 1 – punt -a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 539/2001
Anness I - parti 1
(-a) f'Parti 1, ir-referenzi għall-Albanija u l-Bosnja-Ħerzegovina huma mibdula b'li ġej:
"L-Albanija *
Bosnja-Ħerzegovina *
--  -----------------
*L-isem tal-pajjiż għandu jitħassar u jiġi trasferit minn dan l-Anness għall-Anness II wara evalwazzjoni mill-Kummissjoni li l-pajjiż ikkonċernat jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni tal-viża u bi qbil mat-Trattat.";
Emenda 12
Proposta għal regolament tal-Kunsill – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 539/2001
Anness II – parti 1
2)  Fl-Anness 2, Parti 1 għandhom jiddaħħlu r-referenzi li ġejjin:
2)  Fl-Anness 2, Parti 1 għandhom jiddaħħlu r-referenzi li ġejjin:
"L-Albanija *
Bosnja-Ħerzegovina *
"dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja(*)
"dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja(*)
il-Montenegro (*)
il-Montenegro **
is-Serbja [eskluż detenturi ta" passaporti Serbi maħruġa mid-Direttorat tal-Kordinazzjoni Serb (bis-Serb Koordinaciona uprava) ] **
is-Serbja [eskluż detenturi ta" passaporti Serbi maħruġa mid-Direttorat tal-Kordinazzjoni Serb (bis-Serb Koordinaciona uprava) ](*) Koordinaciona uprava) ] **
--  -----------------
--  -----------------
*L-isem tal-pajjiż għandu jiġi trasferit minn dan l-Anness għall-Anness I wara evalwazzjoni mill-Kummissjoni li l-pajjiż ikkonċernat jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni tal-viża u bi qbil mat-Trattat. L-eżenzjoni mill-ħtieġa ta" viża tapplika biss għad-detenturi tal-passaporti biometriċi.
* L-eżenzjoni mill-ħtieġa ta" viża tapplika biss għad-detenturi tal-passaporti biometriċi".
** L-eżenzjoni mill-ħtieġa ta" viża tapplika biss għad-detenturi tal-passaporti biometriċi".

Anness

Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill

L-Unjoni Ewropea tappoġġa bis-saħħa l-għan tal-abolizzjoni tar-reġim tal-viża għallpajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirrikonoxxu li dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha għal-liberalizzazzjoni tal-viża. Dan ippermetta l-adozzjoni tal-emendi għar-Regolament (KE) Nru 539/2001 fi żmien debitu sabiex ikun permess li dawk it-tliet pajjiżi jingħaqdu marreġim mingħajr viża sad-19 ta' Diċembru 2009.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jesprimu t-tama tagħhom li l-Albanija u l-BosnjaĦerżegovina jkunu jistgħu jikkwalifikaw ukoll għal-liberalizzazzjoni tal-viża dalwaqt. Għal dan il-għan, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iħeġġu lil dawk iż-żewġ pajjiżi sabiex jagħmlu l-isforzi kollha sabiex jikkonformaw mal-parametri kollha stabbiliti filpjanijiet direzzjonali tal-Kummissjoni.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġislattiva biex jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 hekk kif ikun ivvalutat li kull pajjiżi jissodisfa l-parametri stabbiliti fil-pjanijiet direzzjonali tal-Kummissjoni, bil-ħsieb li tinkiseb kemm jista' jkun malajr il-liberalizzazzjoni mill-viża għaċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ser jeżaminaw proposta biex jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 fir-rigward tal-Albanija u l-Bosnja-Ħerżegovina bħala materja ta' urġenza.

Avviż legali - Politika tal-privatezza