Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0048(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0036/2009

Testi mressqa :

A7-0036/2009

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 24/11/2009 - 4.22
CRE 24/11/2009 - 4.22
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2009)0083

Testi adottati
PDF 202kWORD 35k
It-Tlieta, 24 ta' Novembru 2009 - Strasburgu
Aġġustament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju - It-Titolu V ***I
P7_TA(2009)0083A7-0036/2009

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta ċerti atti suġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill, f'dak li jirrigwarda l-proċedura regolatorja bi skrutinju – Aġġustament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju - It-Titolu V (COM(2009)0142 – C7-0047/2009 – 2009/0048(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2009)0142),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 152 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0047/2009),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Settembru 2008 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-allinjament ta" atti legali mad-Deċiżjoni l-ġdida dwar il-Komitoloġija(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0036/2009),

1.  Jiċħad il-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tissottometti proposta ġdida li tqis id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona, b'mod partikolari l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u r-riżoluzzjoni tal-Parlament imsemmija hawn fuq tat-23 ta' Settembru 2008;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni tissottometti proposti li jallinjaw l-acquis communautaire għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adotatti, P6_TA(2008)0424.

Avviż legali - Politika tal-privatezza