Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0803(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0052/2009

Testi mressqa :

A7-0052/2009

Dibattiti :

PV 23/11/2009 - 19
CRE 23/11/2009 - 19

Votazzjonijiet :

PV 24/11/2009 - 4.23
CRE 24/11/2009 - 4.23
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2009)0084

Testi adottati
PDF 654kWORD 345k
It-Tlieta, 24 ta' Novembru 2009 - Strasburgu
L-Użu tat-Teknoloġija tal-Informatika fil-Qasam Doganali *
P7_TA(2009)0084A7-0052/2009

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar l-inizjattiva tar-Repubblika Franċiża bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Użu tat-Teknoloġija tal-Informatika fil-Qasam Doganali (17483/2008 –C6-0037/2009 – 2009/0803(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Franċiża (17483/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 30(1)(a) tat-Trattat UE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) u l-Artikolu 34(2)(c) tat-Trattat UE, skond liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0037/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 100 u 55 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0052/2009),

1.  Japprova l-inizjattiva tar-Repubblika Franċiża kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kunsill sabiex konsegwentement ibiddel it-test;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jistieden lill-Kunsill biex jerġa" jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-inizjattiva tar-Repubblika Franċiża b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvern tar-Repubblika Franċiża.

Test propost mir-Repubblika Franċiża   Emenda
Emenda 1
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Premessa 3
(3)  Huwa neċessarju li tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali, billi jiġu stabbiliti proċeduri li taħthom l-amministrazzjonijiet doganali jkunu jistgħu jaġixxu konġuntement u jiskambjaw data personali u data oħra dwar attivitajiet ta" traffikar illegali, bl-użu ta" teknoloġija ġdida għal ġestjoni u t-trażmissjoni ta" tali informazzjoni, subordinatament għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali, li saret fi Strasburgu fit-28 ta" Jannar 1981, u għall-prinċipji li jinsabu fir-Rakkomandazzjoni R (87) 15 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa tas-17 ta' Settembru 1987, maħsub sabiex jirregola l-użu tad-data personali fis-settur tal-pulizija.;
(3)  Huwa neċessarju li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali, billi jiġu stabbiliti proċeduri li taħthom l-amministrazzjonijiet doganali jkunu jistgħu jaġixxu konġuntament u jiskambjaw data personali u data oħra dwar attivitajiet ta" traffikar illegali, bl-użu ta" teknoloġija ġdida għall-ġestjoni u t-trażmissjoni ta" tali informazzjoni, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali1 u l-prinċipji li jinsabu fir-Rakkomandazzjoni Nru R (87) 15 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa tas-17 ta' Settembru 1987, li tirregola l-użu tad-data personali fis-settur tal-pulizija.
__________________________
1 ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.
Emenda 2
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Premessa 4
(4)  Hu wkoll neċessarju li tiġi żgurata komplementarjetà akbar mal-azzjoni mwettqa fil-livell tal-koperazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u l-Korp ta' l-Unjoni Ewropea għall-koperazzjoni ġudizzjarja (Eurojust) biex dawn l-aġenziji jkollhom aċċess għas-sistema ta' informazzjoni doganali.
(4)  Hu wkoll neċessarju li tissaħħaħ il-komplementarjetà mal-azzjonijiet mwettqa fil-kuntest tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u l-Eurojust, billi tkun possibbli li data mis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali tiġi kkomunikata lil dawk l-aġenziji, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet.
Emenda 3
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Premessa 4 a (ġdida)
(4a)  L-aċċess permezz tal-qari għas-Sistema ta" Informazzjoni Doganali jippermetti li l-Eurojust jikseb informazzjoni immedjata meħtieġa għal ħarsa ġenerali preliminari preċiża minnufih sabiex jidentifika u jegħleb l-ostakoli legali u jikseb riżultati aħjar fil-prosekuzzjoni. L-aċċess permezz tal-qari għall-bażi ta' data ta' identifikazzjoni ta' fajls doganali jippermetti li l-Eurojust jirċievi informazzjoni dwar investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin u dawk konklużi fi Stati Membri differenti u għalhekk li jittejjeb l-appoġġ tal-awtoritajiet ġudizzjarji f'dawk l-Istati Membri.
Emenda 4
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Premessa 5 a (ġdida)
(5a)  L-Istati Membri jirrikonoxxu l-benefiċċji tal-aċċess għall-bażi ta' data ta' identifikazzjoni ta' fajls doganali fir-rigward tal-koordinazzjoni u t-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali. L-Istati Membri għandhom għaldaqstant jimpenjaw ruħhom li kemm jista" jkun idaħħlu data f'dik il-bażi ta" data.
Emenda 5
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Premessa 5 b (ġdida)
(5b)  Id-data miksuba mis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali fl-ebda ċirkostanza m'għandha tiġi trasferita għall-użu mill-awtoritajiet nazzjonali ta' pajjiżi terzi.
Emenda 6
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Premessa 8
(8)  Analiżi operattiva ta' l-attivitajiet, ir-riżorsi u l-intenzjonijiet ta' ċerti persuni jew intrapriżi li ma jikkonformawx jew li jidhru li ma jikkonformawx mal-liġijiet nazzjonali għandha tgħin lill-awtoritajiet doganali u lill-Kummissjoni biex jieħdu l-miżuri xierqa f'każijiet speċifiċi biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi.
(8)  Analiżi operattiva ta' l-attivitajiet ta' ċerti persuni jew intrapriżi li ma jikkonformawx mal-liġijiet nazzjonali u tar-riżorsi li huma jużaw, jew użaw, biex iwettqu, fi żmien qasir, ksur hekk kif definit f'din id-Deċiżjoni, jew li permezz tagħhom setgħu iwettqu tali ksur, għandha tgħin lill-awtoritajiet doganali u lill-Kummissjoni biex jieħdu l-miżuri xierqa f'każijiet speċifiċi biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi.
Emenda 7
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Premessa 9 a (ġdida)
(9a)  Din id-Deċiżjoni m'għandhiex iżżomm lill-Istati Membri milli japplikaw ir-regoli kostituzzjonali tagħhom fir-rigward tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti uffiċjali.
Emenda 8
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 2 - punt 1 - punt a
(a) il-moviment ta' merkanzija suġġetta għal miżuri ta' projbizzjoni, restrizzjoni jew kontroll, b'mod partikolari dawk il-miżuri msemmija fl-Artikoli 36 u 223 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
(a) il-moviment ta' merkanzija suġġetta għal miżuri ta' projbizzjoni, restrizzjoni jew kontroll, b'mod partikolari dawk il-miżuri msemmija fl-Artikoli 30 u 296 tat-Trattat KE,
Emenda 9
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 2 – punt 1 - punt a a (ġdid)
(aa) miżuri biex jikkontrollaw il-movimenti ta' flus kontanti fil-Komunità, fejn tali miżuri jittieħdu skont l-Artikolu 58 tat-Trattat KE;
Emenda 10
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 2 – punt 1 – punt b – punt i
(i) il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' Stat Membru li l-applikazzjoni tagħhom taqa' interament jew parzjalment taħt il-kompetenza tal-amministrazzjoni doganali ta' dak l-Istat Membru rigward iċ-ċirkolazzjoni transkonfinali tal-merkanzija suġġetta għal miżuri ta' projbizzjoni, restrizzjoni jew kontroll, b'mod partikolari, dawk il-miżuri msemmija fl-Artikoli 36 u 223 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, kif ukoll id-dazji mhux armonizzati;
(i) il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' Stat Membru li l-applikazzjoni tagħhom taqa' interament jew parzjalment taħt il-kompetenza tal-amministrazzjoni doganali ta' dak l-Istat Membru rigward iċ-ċirkolazzjoni transkonfinali tal-merkanzija suġġetta għal miżuri ta' projbizzjoni, restrizzjoni jew kontroll, b'mod partikolari, dawk il-miżuri msemmija fl-Artikoli 30 u 296 tat-Trattat KE, kif ukoll id-dazji mhux armonizzati;
Emenda 11
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 2 – punt 2
2) "data personali" tfisser kwalunkwe informazzjoni dwar persuna identifikata jew identifikabbli.
2) "data personali" tfisser kwalunkwe informazzjoni dwar persuna fiżika identifikata jew identifikabbli ("suġġett ta" data"), persuna fiżika identifikabbli tkun persuna li tista" tiġi identifikata, direttament jew indirettament, partikolarment b'referenza għal numru ta" identità jew għal fattur wieħed jew aktar li jkun speċifiku għall-identità fiżika, fiżjoloġika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tagħha;
Emenda 13
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt g a (ġdid)
(ga) flus kontanti miżmuma, sekwestrati jew ikkonfiskati.
Emenda 14
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a
(a) il-kunjom, il-kunjom ta' xebba, l-isem/ismijiet, il-kunjomijiet ta' qabel u l-psewdonomi;
(a) il-kunjomijiet, il-kunjom ta' xebba, l-isem/ismijiet u l-psewdonomi;
Emenda 15
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 4 – paragrafu 4 – parti introduttorja
4.  Rigward il-kategorija msemmija fl-Artikolu 3, punt (g), l-informazzjoni personali mdaħħla fis-sistema għandha tkun limitata għall-informazzjoni li ġejja:
4.  Rigward il-kategoriji msemmija fl-Artikolu 3(1)(g) u (ga), l-informazzjoni personali mdaħħla fis-sistema għandha tkun limitata għall-informazzjoni li ġejja:
Emenda 16
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 4 – paragrafu 5
5.  Fl-ebda każ m'għandha tiġi inkluża, data elenkata fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali, li saret fi Strasburgu fit-28 ta" Jannar 1981, minn hawn 'il quddiem imsejħa "il-Konvenzjoni ta" Strasburgu tal-1981".
5.  Fl-ebda każ m'għandha tiddaħħal data elenkata fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni ta" Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI.
Emenda 17
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 5 – paragrafu 1
1.  Id-data relattiva għall-kategoriji msemmija fl-Artikolu 3 hija inkluża fis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali esklussivament għall-iskop ta' osservazzjoni u ta' rappurtar, ta' sorveljanza diskreta, ta' verifiki speċifiċi u ta' analiżi operattiva.
1.  Id-data relattiva għall-kategoriji msemmija fl-Artikolu 3(1)(a) sa (g) għandha tiddaħħal fis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali esklussivament għall-iskop ta' osservazzjoni u ta' rappurtar, ta' sorveljanza diskreta, ta' verifiki speċifiċi u ta' analiżi strateġika jew operattiva.
Emenda 18
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 5 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  Id-data fil-kategorija msemmija fl-Artikolu 3(1)(ga) għandha tiddaħħal fis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali esklussivament għall-fini ta' analiżi strateġika jew operattiva.
Emenda 19
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 5 – paragrafu 2
2.  Għall-iskopijiet tal-azzjonijiet issuġġeriti msemmija il-paragrafu 1, jiġifieri, ta' osservazzjoni u ta' rappurtar, ta' sorveljanza diskreta, ta' verifiki speċifiċi u ta' analiżi operattiva, id-data personali li taqa' fil-kategoriji msemmija fl-Artikolu 3 tista" tkun inkluża fis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali biss jekk, l-aktar abbażi ta" attivitajiet illegali preċedenti, hemm indikazzjonijiet reali li jissuġġerixxu li l-persuna kkonċernata wettqet jew ser qiegħda twettaq jew ser twettaq ksur serju tal-liġijiet nazzjonali.
2.  Għall-iskopijiet tal-azzjonijiet issuġġeriti msemmija fil-paragrafu 1, jiġifieri, ta' osservazzjoni u ta' rappurtar, ta' sorveljanza diskreta, ta' verifiki speċifiċi u ta' analiżi strateġika jew operattiva, id-data personali li taqa' fil-kategoriji msemmija fl-Artikolu 3(1), ħlief għall-punt (e) tista" tiddaħħal fis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali biss jekk, l-aktar abbażi ta" attivitajiet illegali preċedenti, ikun hemm indikazzjonijiet ibbażati fuq fatti jew raġunijiet raġonevoli li jissuġġerixxu li l-persuna kkonċernata wettqet, qiegħda twettaq jew ser twettaq ksur serju tal-liġijiet nazzjonali.
Emenda 20
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt iv
(iv) il-persuni li jakkumpanjaw il-persuna in kwistjoni jew okkupanti tal-mezzi ta" trasport użati;
imħassar
Emenda 21
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 7 – paragrafu 2
2.  Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23 lista tal-awtoritajiet kompetenti nominati skont paragrafu 1n ta' dan l-Artikolu, biex ikollhom aċċess dirett għas-Sistema ta" Informazzjoni Doganali filwaqt li jippreċiża, għal kull awtorità, għal liema data hi għandu jkollha aċċess u għal liema fini.
2.  Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23 lista tal-awtoritajiet kompetenti nominati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu , biex ikollhom aċċess dirett għas-Sistema ta" Informazzjoni Doganali. Kull emenda magħmula għal din il-lista għandha tiġi mgħarrfa wkoll lill-Istati Membri l-oħra u lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 23. Il-lista għandha tispeċifika, għal kull awtorità, għal liema data hi għandu jkollha aċċess u għal liema finijiet. Kull Stat Membru għandu jiżgura li tiġi ppubblikata l-lista kif ukoll kwalunkwe emenda li ssirilha.
Emenda 22
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 7 – paragrafu 3
3.  B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu, permezz ta' ftehim unanimu, jippermettu aċċess għas-Sistema ta" Informazzjoni Doganali lil organizzazzjonijiet internazzjonali jew reġjonali. Dan il-ftehim għandu jieħu l-forma ta' Deċiżjoni tal-Kunsill. Biex jieħdu din id-deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont ta' kwalunkwe arranġament reċiproku u kwalunkwe opinjoni ta" Awtorità ta' Sorveljanza Konġunta msemmija fl-Artikolu 25 rigward l-adegwatezza ta" miżuri ta" protezzjoni tad-data.
imħassar
Emenda 23
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 8 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri jistgħu jużaw biss data miksuba mis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali biex jiksbu l-objettiv imsemmi fl-Artikolu 1(2). Madankollu, jistgħu jużawha għal finijiet amministrattivi jew finijiet oħra b'awtorizzazzjoni minn qabel, u bla ħsara għal kwalunkwe kondizzjoni imposta mill-Istat Membru li introduċa d-data fis-sistema. Tali użu ieħor simili għandu jkun skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri tal-Istat Membru li jipprova jużahom u għandhom jieħdu kont tal-Prinċipju 5.5 tar-Rakkomandazzjoni R (87) 15 tas-17 ta" Settembru 1987 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa maħsuba sabiex tirregola l-użu tad-data personali fil-qasam tal-pulizija, minn hawn 'il-quddiem "ir-Rakkomandazzjoni R (87) 15".
1.  L-Istati Membri, il-Europol u l-Eurojust jistgħu jużaw biss data miksuba mis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali biex jiksbu l-objettiv imsemmi fl-Artikolu 1(2).
Emenda 24
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 8 – paragrafu 2
2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 4 ta" dan l-Artikolu, tal-Artikolu 7(3) u tal-Artikoli 11 u 12, id-data miksuba mis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali għandha tintuża biss mill-awtoritajiet nazzjonali f'kull Stat Membru nominati mill-Istat Membru in kwistjoni, li huma kompetenti, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta" dak l-Istat Membru, biex jaġixxu biex jinkiseb l-objettiv imsemmi fl-Artikolu 1(2).
2.  Mingħajr preġudizzju għall- Artikoli 11 u 12, id-data miksuba mis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali għandha tintuża biss mill-awtoritajiet nazzjonali f'kull Stat Membru nominati mill-Istat Membru in kwistjoni, li huma kompetenti, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta" dak l-Istat Membru, biex jaġixxu biex jinkiseb l-objettiv imsemmi fl-Artikolu 1(2).
Emenda 25
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a(ġdid)
Kull emenda magħmula għal din il-lista għandha tiġi mgħarrfa wkoll lill-Istati Membri l-oħra u lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 23. Kull Stat Membru għandu jiżgura li tiġi ppubblikata l-lista kif ukoll kwalunkwe emenda li ssirilha.
Emenda 26
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 8 – paragrafu 4
4.  Id-data miksuba mis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali, b'awtorizzazzjoni minn qabel tal-Istat Membru li introduċiha fis-sistema, u bla ħsara għal kwalunkwe kondizzjoni li hu impona, tista' tkun ikkomunikata lill-awtoritajiet nazzjonali oħra minbarra dawk nominati taħt il-paragrafu 2, lil pajjiżi terzi kif ukoll lil organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali li jixtiequ jagħmlu użu minnha. Kull Stat Membru għandu jieħu miżuri speċjali biex jiżgura s-sigurtà ta" din id-data meta tkun trażmessa jew fornita lil servizzi li qegħdin barra mit-territorju tiegħu. Id-dettalji ta" dawn il-miżuri għandhim jiġu kkomunikati lill-Awtorità ta' Sorveljanza Konġunta msemmija fl-Artikolu 25.
imħassar
Emenda 27
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 11
1.  Bla ħsara għall-Kapitolu IX ta' din id-Deċiżjoni, l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) għandu d-dritt, fil-limiti tal-mandat tiegħu, li jkollu aċċess għad-data introdotta fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali b'konformità mal-Artikoli 2, 3, 4, 5 u 6, li jikkonsultaha direttament u li jintroduċi data f'din is-Sistema.
Bla ħsara għall-Kapitolu IX ta' din id-Deċiżjoni, l-Europol għandu d-dritt, fil-limiti tal-mandat tiegħu, li jagħmel talba debitament ġustifikata li membru tal-istaff tal-Europol identifikat biċ-ċar ikollu aċċess għad-data introdotta fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali b'konformità mal-Artikoli 2, 3, 4, 5 u 6.
2.  Jekk wara tfittxija fis-Sistema mill-Europol jirriżulta allert fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali, l-Europol għandu jinforma b'dan lill-Istat Membru li minnu ġej l-allert permezz tal-kanali definiti fid-Deċiżjoni ... tal-Kunsill li tistabbilixxi Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol), minn hawn 'l isfel imsejħa d-''Deċiżjoni Europol''.
Id-data kkomunikata bi qbil mal-ewwel inċiż għandha tinqered minnufih jekk jinstab li din ma tkunx utli għal inkjesta jew għal stħarriġ li jkunu qed jitmexxew mill-Europol, jew bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14. L-Europol għandu jinforma b'dan lill-awtorità kompetenti li tkun tatu d-data u r-raġunijiet li għalihom tkun ġiet deċiża l-qirda ta' din id-data. L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra din in-notifika.
3.  L-użu ta" informazzjoni miksuba minn tfittxija fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali huwa soġġett għall-kunsens tal-Istat Membru li jkun introduċa d-data fis-sistema. Jekk dan l-Istat Membru jawtorizza l-użu ta' din l-informazzjoni, it-trattament tagħha għandu jkun regolat mill-Deċiżjoni Europol. L-Europol jista" jikkomunika biss din l-informazzjoni lil pajjiżi jew korpi terzi bil-kunsens tal-Istat Membru li jkun introduċa d-data fis-sistema.
4.  L-Europol jista' jitlob informazzjoni oħra lill-Istati Membri kkonċernati, b'konformità mad-Deċiżjoni Europol.
5.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3 u 4, m'huwiex il-kompitu ta' l-Europolli jikkollega l-partijiet tas-Sistema ta' Informazzjoni Doganali li għandu aċċess għalihom ma' sistema kompjuterizzata għall-ġbir tad-data użata mill-Europol jew fi ħdanha u li jittrasferixxi d-data li hemm fiha f'sistema oħra bħal din, kif ukoll li jniżżel jew li jikkopja b'xi mod mod ieħor kwalunkwe parti tas-Sistema ta' Informazzjoni Doganali;
L-Europol għandu jillimita l-aċċess għad-data introdotta fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali għall-persunal debitament awtorizzat tal-Europol;
L-Europol għandu jawtorizza lill-Awtorità ta' Sorveljanza Konġunta, stabbilita bl-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni Europol, biex tissorvelja l-attivitajiet tal-Europol fl-eżerċizzju tad-dritt tiegħu għal aċċess għad-data introdotta fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali u ta' konsultazzjoni ta' din id-data.
Emenda 28
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 11 – paragrafu 5 a (ġdid)
5a.  Xejn f'dan l-Artikolu ma għandu jiġi interpretat li jkollu effett fuq id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizijia (Europol)1 ("id-Deċiżjoni Europol") dwar il-protezzjoni tad-data u r-responsabbiltà għal kwalunkwe pproċessar mhux awtorizzat jew skorrett ta" tali data mill-persunal tal-Europol jew li jkollu effett fuq is-setgħat tal-Korp ta' Sorveljanza Konġunta stabbilit skont dik id-Deċiżjoni.
__________________________
1 OJ L 121, 15.5.2009, p.37.
Emenda 29
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 12 – paragrafu 1
1.  Bla ħsara għall-Kapitolu IX, il-membri nazzjonali tal-Korp ta' l- Eurojust, kif ukoll l-assistenti tagħhom, għandhom id-dritt, fil-limiti tal-mandat tagħhom, li jkollhom aċċess għad-data introdotta fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali b'konformità mal-Artikoli 2, 3, 4, 5 u 6, u li jikkonsultaha.
1.  Il-membri nazzjonali tal-Korp tal-Eurojust, id-deputati u l-assistenti tagħhom, u l-persunal awtorizzat speċifikament, għandhom id-dritt, fil-limiti tal-mandat tagħhom u għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, li jkollhom aċċess għad-data introdotta fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali b'konformità mal-Artikoli 1, 3, 4, 5, 6, 15, 16, 17, 18 u 19, u li jikkonsultaha.
Emenda 30
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 12 – paragrafu 2
2.  F'każ li tfittxija minn membru nazzjonali tal-Eurojust turi l-eżistenza ta' allert fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali, din għandha tinforma lill-Istat Membru li ħareġ l-allert dwarha. L-informazzjoni miksuba waqt konsultazzjoni bħal din ma tistax tiġi kkomunikata lil pajjiżi jew lil korpi terzi ħlief jekk mhux bil-kunsens tal-Istat Membru li jkun ħareġ l-allert.
2.  F'każ li tfittxija minn membru nazzjonali tal-Eurojust, jew mid-deputati jew l-assistenti tiegħu, jew minn persunal awtorizzat speċifikament tirriżulta fi qbil bejn informazzjoni pproċessata mill-Europol u data mdaħħla fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali, dan għandu jinforma lill-Istat Membru li jkun daħħal id-data.
Emenda 31
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 12 – paragrafu 3
3.  L-ebda dispożizzjoni f'dan l-artikolu m'għandha tiġi interpretata bħala li taffettwa d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja dwar il-protezzjoni tad-data u r- responsabbiltà għal kwalunkwe ipproċessar mhux awtorizzat jew skorrett tad-data min-naħa tal-membri nazzjonali tal-Eurojust jew l-assistenti tagħhom, jew li jkollha effett fuq il-prerogattivi tal-Korp Konġunt ta' Sorveljanza stabbilit skont id-Deċiżjoni msemmija.
3.  L-ebda dispożizzjoni f'dan l-artikolu m'għandha tiġi interpretata bħala li taffettwa d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/426/ĠAI tas-16 ta" Diċembru 2008 dwar it-tisħiħ tal-Eurojust1 dwar il-protezzjoni tad-data u r-responsabbiltà għal kwalunkwe ipproċessar mhux awtorizzat jew skorrett tad-data min-naħa tal-membri nazzjonali tal-Eurojust, mid-deputati u mill-assistenti tagħhom, u mill-persunal awtorizzat speċifikament, jew li jkollha effett fuq il-prerogattivi tal-Korp Konġunt ta' Sorveljanza stabbilit skont id-Deċiżjoni msemmija.
__________________________
1 ĠU L 138, 4.6.2009, p. 14.
Emenda 32
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 12 – paragrafu 4
4.  L-ebda waħda mill-partijiet tas-Sistema ta' Informazzjoni Doganali li għalihom għandhom aċċess il-membri nazzjonali jew l-assistenti tagħhom ma tista' tkun konnessa ma' sistema tal-informatika għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data użata mill-Eurojust jew fi ħdanha, u l-ebda data li tinsab f'dawn tal-ewwel ma tista' tkun ittrasferita lil tat-tieni, u l-ebda parti tas-Sistema ta' Informazzjoni Doganali ma tista' tkun imniżżla.
4.  L-ebda waħda mill-partijiet tas-Sistema ta' Informazzjoni Doganali li għalihom għandhom aċċess il-membri nazzjonali tal-Eurojust, jew id-deputati jew l-assistenti tagħhom jew il-persunal awtorizzat speċifikament, ma tista' tkun konnessa ma' sistema tal-informatika għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data użata mill-Eurojust jew fi ħdanha, u l-ebda data li tinsab f'dawn tal-ewwel ma tista' tkun ittrasferita lil tat-tieni, u l-ebda parti tas-Sistema ta' Informazzjoni Doganali ma tista' titniżżel mis-sistema.
Emenda 33
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 12 – paragrafu 5
5.  L-aċċess għad-data introdotta fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali hu limitat għall-membri nazzjonali u l-assistenti tagħhom u m'għandux ikun estiż għall-persunal tal-Eurojust.
5.  L-aċċess għad-data mdaħħla fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali hu limitat għall-membri nazzjonali tal-Eurojust, id-deputati u l-assistenti tagħhom, u l-persunal awtorizzat speċifikament, u m'għandux ikun estiż għall-persunal ieħor tal-Eurojust.
Emenda 34
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 13 – paragrafu 1
1.  Huwa biss l-Istat Membru fornitur jew l-Europol li għandu jkollu d-dritt li jimmodifika, jissuplimenta, jikkoreġi jew iħassar data li jkun introduċa fis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali.
1.  Huwa biss l-Istat Membru fornitur li għandu jkollu d-dritt li jimmodifika, jissuplimenta, jirrettifika jew iħassar data li jkun daħħal fis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali.
Emenda 35
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 13 – paragrafu 2
2.  Jekk Stat Membru fornitur jew l-Europol jinnota, jew tinġibidlu l-attenzjoni li, id-data li introduċa hija fattwalment ineżatta jew ġiet introdotta jew hija maħżuna kuntrarjament għal din id-Deċiżjoni, huwa għandu jemenda, jissupplimenta, jikkoreġi jew iħassar din id-data, kif adatt, u jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Europol b'dan.
2.  Jekk Stat Membru fornitur jinnota, jew tinġibidlu l-attenzjoni, li d-data li daħħal hija fattwalment ineżatta jew iddaħħlet jew hija maħżuna kuntrarjament għal din id-Deċiżjoni, huwa għandu jemenda, jissupplimenta, jirrettifika jew iħassar din id-data, kif adatt, u jinforma lill-Istati Membri l-oħra, lill-Europol u lill-Eurojust b'dan.
Emenda 36
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 13 – paragrafu 3
3.  Jekk wieħed mill-Istati Membri jew l-Europol għandu provi li jindikaw li xi element tad-data huwa fattwalment ineżatt jew ġie introdott jew huwa maħżun fis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali kuntrarjament għal din id-Deċiżjoni, huwa għandu javża malajr kemm jista" jkun lill-Istat Membru fornitur jew lill-Europol. Dan tal-aħħar għandu jivverifika d-data kkonċernata u, jekk neċessarju, jikkoreġi jew iħassar mingħajr dewmien l-element in kwistjoni. L-Istat Membru fornitur jew l-Europol għandu javża lill-Istati Membri l-oħra u lill-Europol dwar il-korrezzjonijiet jew it-tħassir kollu mwettaq.
3.  Jekk wieħed mill-Istati Membri, l-Europol jew l-Eurojust għandu provi li jindikaw li xi element tad-data huwa fattwalment ineżatt jew iddaħħal jew huwa maħżun fis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali kuntrarjament għal din id-Deċiżjoni, huwa għandu javża malajr kemm jista" jkun lill-Istat Membru fornitur. L-Istat Membru fornitur għandu jivverifika d-data kkonċernata u, jekk neċessarju, jirrettifika jew iħassar mingħajr dewmien l-element in kwistjoni. L-Istat Membru fornitur għandu javża lill-Istati Membri l-oħra, lill-Europol u lill-Eurojust meta element tad-data jkun ġie irrettifikat jew imħassar.
Emenda 37
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 13 – paragrafu 4
4.  Jekk, meta jintroduċi data fis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali, Stat Membru jew l-Europol jinnota li r-rapport tiegħu jikkontradixxi rapport preċedenti dwar il-kontenut jew l-azzjoni meħtieġa, hu għandu immedjatament javża lill-Istat Membru jew lill-Europol li għamel ir-rapport preċedenti. Iż-żewġ Stati Membri jew l-Istat Membru u l-Europol għandhom jippruvaw jirrisolvu l-kwistjoni. F'każ ta" diżgwid, ikun validu l-ewwel rapport, iżda dawk l-elementi tar-rapport il-ġdid li mhumiex f'kontradizzjoni mal-ewwel rapport għandhom jiddaħħlu fis-Sistema.
4.  Jekk, meta jintroduċi data fis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali, Stat Membru jinnota li r-rapport tiegħu jikkontradixxi rapport preċedenti dwar il-kontenut jew l-azzjoni meħtieġa, hu għandu immedjatament javża lill-Istat Membru li għamel ir-rapport preċedenti. Iż-żewġ Stati Membri għandhom jippruvaw jirrisolvu l-kwistjoni. F'każ ta" diżgwid, ikun validu l-ewwel rapport, iżda dawk l-elementi tar-rapport il-ġdid li mhumiex f'kontradizzjoni mal-ewwel rapport għandhom jiddaħħlu fis-Sistema.
Emenda 38
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 13 – paragrafu 5
5.  Bla ħsara għal din id-Deċiżjoni, meta, fi kwalunkwe Stat Membru, qorti jew awtorità kompetenti rilevanti oħra f'dan l-Istat Membru, tieħu deċiżjoni definittiva li timmodifika, tissuplimenta, tikkoreġi jew tħassar data fis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali, l-Istati Membri u l-Europol għandhom jimpenjaw lilhom infushom reċiprokament biex jinfurzaw din id-deċiżjoni. F'każ ta" kunflitt bejn dawn id-deċiżjonijiet ta" qrati jew awtoritajiet kompetenti oħra, inklużi d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 22(4) dwar il-korrezzjoni jew it-tħassir, l-Istat Membru jew l-Europol li daħħal id-data in kwistjoni għandu jħassarha mis-Sistema.
5.  Suġġett għad-dispożizzjonijiet ta" din id-Deċiżjoni, meta, fi kwalunkwe Stat Membru, qorti jew awtorità kompetenti rilevanti oħra f'dan l-Istat Membru, tieħu deċiżjoni definittiva li timmodifika, tissuplimenta, tirrettifika jew tħassar data fis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali, l-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom b'mod reċiproku biex jinfurzaw din id-deċiżjoni. F'każ ta" kunflitt bejn dawn id-deċiżjonijiet ta" qrati jew awtoritajiet kompetenti oħra, inklużi d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 22(4) dwar ir-rettifika jew it-tħassir, l-Istat Membru jew l-Europol li daħħal id-data in kwistjoni għandu jħassarha mis-Sistema.
Emenda 39
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 14 – paragrafu 1
1.  Id-data introdotta fis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali għandha tinżamm biss għaż-żmien neċessarju biex jinkiseb l-objettiv li għalih kienet introdotta. Il-bżonn għaż-żamma tagħha għandu jkun rivedut mill-inqas darba fis-sena mill-Istat Membru fornitur jew mill-Europol jekk id-data kienet introdotta mill-Europol.
1.  Id-data mdaħħla fis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali għandha tinżamm biss għaż-żmien neċessarju biex jinkiseb l-objettiv li għalih kienet iddaħħlet. Il-ħtieġa għaż-żamma tagħha għandu jkun rivedut mill-inqas darba fis-sena mill-Istat Membru fornitur.
Emenda 40
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 14 – paragrafu 2
2.  L-Istat Membru fornitur jew l-Europol, jekk id-data kienet introdotta mill-Europol, jista" fil-perijodu ta" reviżjoni, jiddeċiedi li jżomm din id-data sar-reviżjoni li jkun imiss jekk din iż-żamma hija meħtieġa għall-objettivi li għalihom kienet ġiet introdotta. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22, jekk m'hemmx deċiżjoni biex tinżamm din id-data, awtomatikament għandha tkun trasferita għall-parti tas-Sistema ta" Informazzjoni Doganali li għaliha jkun hemm aċċess limitat skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.
2.  L-Istat Membru fornitur jista", fil-perijodu ta" reviżjoni, jiddeċiedi li jżomm din id-data sar-reviżjoni li jkun imiss jekk din iż-żamma hija meħtieġa għall-objettivi li għalihom kienet iddaħħlet. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22, jekk m'hemmx deċiżjoni biex tinżamm din id-data, awtomatikament għandha tkun trasferita għall-parti tas-Sistema ta" Informazzjoni Doganali li għaliha jkun hemm aċċess limitat skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.
Emenda 41
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 14 – paragrafu 3
3.  Is-Sistema ta' Informazzjoni Doganali għandha tinforma awtomatikament lill-Istat Membru fornitur jew lill-Europol, jekk id-data kienet introdotta mill-Europol, dwar it-trasferiment skedat tad-data mis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali taħt il-paragrafu 2, u għandha tagħmel dan xahar minn qabel.
3.  Is-Sistema ta' Informazzjoni Doganali għandha tinforma awtomatikament lill-Istat Membru fornitur dwar it-trasferiment skedat tad-data mis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali taħt il-paragrafu 2, u għandha tagħmel dan xahar minn qabel.
Emenda 42
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 14 – paragrafu 4
4.  Id-data trasferita skont il-paragrafu 2 għandha tibqa" tinżamm għal sena fis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali iżda, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22, għandha tkun aċċessibbli biss għal rappreżentant tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23 jew għall-awtoritajiet superviżorji msemmija fl-Artikolu 24(1) u 25(1). Matul dan il-perijodu tista' tiġi kkonsultata d-data għal skopijiet ta" verifika tal-eżattezza u legalità tagħha, u wara dan għandha titħassar.
4.  Id-data trasferita skont il-paragrafu 2 għandha tibqa" tinżamm għal sena fis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali iżda, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22, għandha tkun aċċessibbli biss għal rappreżentant tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23 jew għall-awtoritajiet superviżorji msemmija fl-Artikolu 22a u 225a. Matul dan il-perijodu tista' tiġi kkonsultata d-data għal skopijiet ta" verifika tal-eżattezza u legalità tagħha, u wara dan għandha titħassar.
Emenda 43
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 15 – paragrafu 1
1.  Is-Sistema ta' Informazzjoni Doganali għandha tinkludi, barra d-data imsemmija l-Artikolu 3, data skont dan il-kapitolu, f'bażi tad-data speċjali, minn hawn 'il quddiem imsejħa "il-bażi tad-data ta' identifikazzjoni ta' fajls ta' investigazzjoni doganali". Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu u tal-Kapitoli VII u VIII, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw ukoll għall-bażi tad-data ta' identifikazzjoni ta' fajls ta' investigazzjoni doganali.
1.  Is-Sistema ta' Informazzjoni Doganali għandha tinkludi, barra d-data imsemmija l-Artikolu 3, data skont dan il-kapitolu, f'bażi tad-data speċjali, minn hawn 'il quddiem imsejħa "il-bażi tad-data ta' identifikazzjoni ta' fajls ta' investigazzjoni doganali". Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu u tal-Kapitoli VII u VIII, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw ukoll għall-bażi tad-data ta' identifikazzjoni ta' fajls ta' investigazzjoni doganali. L-eċċezzjonijiet fl-Artikolu 21(3) ma għandhomx japplikaw.
Emenda 44
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 15 – paragrafu 2
2.  L-objettiv tal-bażi tad-data ta' identifikazzjoni ta' fajls ta' investigazzjoni doganali għandu jkun li tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għat-tmexxija ta' investigazzjonijiet doganali nominati skont l-Artikolu 7, meta jiftħu fajl ta' investigazzjoni fuq jew jinvestigaw persuna jew iktar jew negozju, li jidentifikaw l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra li qed jinvestigaw jew li investigaw dawn il-persuni jew negozji, sabiex, permezz tal-informazzjoni dwar l-eżistenza ta' fajls ta' investigazzjoni, jilħqu l-għan imsemmi fl-Artikolu 1(2).
2.  L-objettiv tal-bażi tad-data ta' identifikazzjoni ta' fajls ta' investigazzjoni doganali għandu jkun li tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għat-tmexxija ta' investigazzjonijiet doganali nominati skont l-Artikolu 7, meta jiftħu fajl ta' investigazzjoni fuq jew jinvestigaw persuna jew iktar jew negozju, u l-Europol u l-Eurojust, li jidentifikaw l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra li qed jinvestigaw jew li investigaw dawn il-persuni jew negozji, sabiex, permezz tal-informazzjoni dwar l-eżistenza ta' fajls ta' investigazzjoni, jilħqu l-għan imsemmi fl-Artikolu 1(2).
Emenda 45
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 15 – paragrafu 3 – sub paragrafu 1 u sub paragrafu 2 parti introduttorja
3.  Għall-finijiet tal-bażi tad-data ta' identifikazzjoni ta' fajls ta' investigazjoni doganali, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23 lista ta' ksur serju tal-liġijiet nazzjonali tiegħu.
3.  Għall-finijiet tal-bażi ta' data ta' identifikazzjoni ta' fajls doganali, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Istati Membri l-oħra, lill-Europol, lill-Eurojust u lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23 lista ta' kontravenzjonijiet serji tal-liġijiet nazzjonali tiegħu.
Din il-lista għandha tinkludi biss dak il-ksur li hu punibbli.
Din il-lista għandha tinkludi biss dawk il-kontravenzjonijiet li huma punibbli.
Emenda 46
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt b
(b) b'multa ta' mill-inqas EUR 15 000.
(b) b'multa ta' mill-inqas EUR 25 000.
Emenda 47
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 16 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jintroduċu data minn fajls ta' investigazzjoni fil-bażi tad-data ta' identifikazzjoni ta' fajls ta' investigazzjoni doganali għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 15(2). Din id-data għandha tinkludi biss dawn il-kategoriji li ġejjin:
1.  Id-data minn fajls ta' investigazzjoni għandha tiddaħħal fil-bażi ta' data ta' identifikazzjoni ta' fajls ta" investigazzjoni doganali unikament għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 15(2). Din id-data għandha tinkludi biss dawn il-kategoriji li ġejjin:
Emenda 49
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 17
Stat Membru m'għandux ikun obbligat li jintroduċi skont l-Artikolu 16 fi kwalunkwe każ partikolari jekk u għal dak iż-żmien li dan jista' jkun ta' ħsara għall-ordni pubbliku jew interessi essenzjali oħra, b'mod partikolari rigward il-protezzjoni tad-data, tal-Istat Membru kkonċernat.
Stat Membru m'għandux ikun obbligat li jintroduċi skont l-Artikolu 16 fi kwalunkwe każ partikolari jekk u għal dak iż-żmien li dan jista' jkun ta' ħsara għall-ordni pubbliku jew interessi essenzjali oħra, b'mod partikulari fejn dan jippreżenta theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta' dak l-Istat Membru, ta" Stat Membru ieħor jew ta' Stat terz; fejn interessi essenzjali oħrajn ta' importanza ugwali huma involuti; fejn tali entrati jistgħu joħolqu dannu serju lid-drittijiet ta' individwi jew jippreġudikaw investigazzjoni li għaddejja.
Emenda 50
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt b
(b) għall-intrapriżi: isem tan-negozju, l-isem użat mill-intrapriża fil-qafas tal-attività tagħha u/jew l-identifikazzjoni tal-VAT u/jew in-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa tas-sisa u/jew l-indirizz.
(b) għall-intrapriżi: l-isem tan-negozju, u/jew l-isem użat mill-intrapriża fil-qafas tal-attività tagħha u/jew l-indirizz u/jew l-identifikatur tal-VAT u/jew in-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa tas-sisa.
Emenda 51
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt b
(b) id-data dwar fajls ta' investigazzjoni li stabbilew li seħħ ksur iżda li għadhom ma wasslux għal kundanna jew impożizzjoni ta' multa m'għandhomx jinżammu għal perijodu ta' iktar minn 6 snin;
(b) id-data li tikkonċerna fajls ta' investigazzjoni li stabilixxew li twettaq ksur iżda li għadhom ma wasslux għal kundanna jew impożizzjoni ta' multa m'għandhiex tinżamm għal perijodu ta' iktar minn 3 snin;
Emenda 52
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 20
1.  Kull Stat Membru li għandu ħsieb jirċievi data personali minn, jew jinkludiha, fis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali, għandu, mhux aktar tard mill-...,, jaddotta dispożizzjonijiet biex jikseb livell ta" protezzjoni ta" data għall-inqas ugwali għall-prinċipji li jirriżultaw mill-Konvenzjoni ta" Strasburgu tal-1981.
Id-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI għandha tapplika għall-protezzjoni tal-iskambju ta' data f'konformità ma' din id-Deċiżjoni sakemm mhux previst mod ieħor f'din id-Deċiżjoni.
2.  Stat Membru jista' jirċievi data minn, jew jinkludiha, fis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali biss fejn l-arranġamenti għall-protezzjoni ta" din id-data li hemm previsti fil-paragrafu 1 daħlu fis-seħħ fit-territorju ta" dak l-Istat Membru. L-Istat Membru jkun qabel innomina awtorità superviżorja nazzjonali jew awtoritajiet skond l-Artikolu 24.
3.  Biex tassigura applikazzjoni proprja tad-dispożizzjonijiet ta" protezzjoni ta" data f'din id-Deċiżjoni, is-Sistema ta" Informazzjoni Doganali f'kull Stat Membru hi kkunsidrata bħala fajl tad-data nazzjonali soġġett għal dispożizzjonijiet nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 u dispożizzjonijiet aktar strinġenti li hemm f'din id-Deċiżjoni.
Emenda 53
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 21 – paragrafu 1
1.  Bla ħsara għall-Artikolu 8(1), kull Stat Membru għandu jiggarantixxi li għandu jkun kontra l-liġi taħt il-liġijiet, regolamenti u proċeduri tiegħu għal data mis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali li tintuża oltre dawk l-objettivi msemmija fl-Artikolu 1(2).
imħassar
Emenda 54
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 21 – paragrafu 3
3.  Bla ħsara għall-Artikolu 8(1), id-data personali introdotta minn Stati Membri oħra ma tistax tkun ikkuppjata mis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali għal fajls oħra ta' data nazzjonali ħlief fil-każ ta' kopji fis-sistemi ta' ġestjoni tar-riskju responsabbli biex jorjentaw lill-kontrolli doganali fil-livell nazzjonali jew fil-każ ta' kopji fis-sistema ta' analiżi operattiva li tippermetti li l-azzjonijiet ikunu kkordinati.
3.  Bla ħsara għall-Artikolu 8(1), id-data personali mdaħħla minn Stati Membri oħra ma tistax tkun ikkuppjata mis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali għal fajls oħra ta' data nazzjonali ħlief fil-każ ta' kopji fis-sistemi ta' ġestjoni tar-riskju responsabbli biex jorjentaw lill-kontrolli doganali fil-livell nazzjonali jew fil-każ ta' kopji fis-sistema ta' analiżi operattiva li tippermetti li l-azzjonijiet ikunu kkordinati. Tali kopji jistgħu jsiru sal-punt meħtieġ għal każijiet jew investigazzjonijiet speċifiċi.
Emenda 55
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 21 – paragrafu 4
4.  F'dawn iż-żewġ każijiet eċċezzjonali nsemmija fil-paragrafu 3, huma biss l-analisti nnominati mill-awtoritajiet nazzjonali ta' kull Stat Membru li għandu jkollhom is-setgħa li jipproċessaw id-data personali miksuba mis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali fil-qafas rispettivament ta' sistema ta' ġestjoni tar-riskji innominati mill-awtoritajiet nazzjonali jew fil-qafas ta' sistema ta' analiżi operattiva li tippermetti l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet.
4.  F'dawn iż-żewġ każijiet eċċezzjonali nsemmija fil-paragrafu 3, huma biss l-analisti awtorizzati mill-awtoritajiet nazzjonali ta' kull Stat Membru li għandu jkollhom is-setgħa li jipproċessaw id-data personali miksuba mis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali fil-qafas rispettivament ta' sistema ta' ġestjoni tar-riskji innominati mill-awtoritajiet nazzjonali jew fil-qafas ta' sistema ta' analiżi operattiva li tippermetti l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet.
Emenda 56
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 21 – paragrafu 7
7.  Id-data personali kkupjata mis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali għandha tinżamm biss għat-tul ta' żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-għan li għalih tkun ġiet ikkupjata. Il-ħtieġa taż-żamma tagħha għandha tkun riveduta mill-anqas darba kull sena mill-imsieħeb fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali li jkun ikkupjaha. L-iskadenza għaż-żamma ma tistax taqbeż l-għaxar snin. Id-data personali li mhix meħtieġa għat-tkomplija tal-analiżi titħassar minnufih jew issir anonima.
7.  Id-data personali kkupjata mis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali għandha tinżamm biss għat-tul ta' żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-għan li għalih tkun ġiet ikkupjata. Il-ħtieġa taż-żamma tagħha għandha tkun riveduta mill-anqas darba kull sena mill-Istat Membru fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali li jkun ikkupjaha. L-iskadenza għaż-żamma ma tistax taqbeż l-għaxar snin. Id-data personali li mhix meħtieġa għat-tkomplija tal-analiżi operattiva titħassar minnufih jew issir anonima.
Emenda 57
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 22 – paragrafu 1
1.  Id-drittijiet ta" persuni rigward data fis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali, b'mod partikolari d-dritt tagħhom ta" aċċess, jiġi eżerċitat konformement mal-liġijiet, regolamenti u proċeduri tal-Istat Membru fejn ikunu invokati dawn id-drittijiet.
Id-drittijiet ta" persuni fir-rigward tad-data personali fis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali, b'mod partikolari d-dritt tagħhom ta" aċċess, rettifika, tħassir jew imblukkar għandu jiġi eżerċitat b'konformità mal-liġijiet, regolamenti u proċeduri tal-Istat Membru li jimplimenta d-Deċiżjoni ta" Qafas 2008/977/ĠAI fejn huma invokati dawn id-drittijiet. L-aċċess għandu jiġi miċħud safejn ċaħda bħal din hija neċessarja u proporzjonata sabiex ma tiġix ipperikolata kwalunkwe investigazzjoni nazzjonali li tkun għaddejja, jew matul perjodu ta' sorveljanza diskreta jew ta' osservar u rappurtar. Meta l-applikabbiltà ta' eżenzjoni tiġi evalwata, għandhom jitqiesu l-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata.
Jekk stabbilit fil-liġijiet, regolamenti u proċeduri tal-Istat Membru kkonċernat, l-awtorità superviżorja nazzjonali prevista fl-Artikolu 23 għandha tiddeċiedi dwar jekk informazzjoni għandhiex tkun ikkomunikata u l-proċeduri biex isir dan.
Stat Membru li ma forniex id-data kkonċernata jista" biss jikkomunika data jekk l-ewwel ta lill-Istat Membru fornitur opportunità biex jaddotta l-pożizzjoni tiegħu.
Emenda 58
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 22 – paragrafu 2
2.  Stat Membru, li ssirlu applikazzjoni għal aċċess ta" data, għandu jiċħad l-aċċess jekk l-aċċess jimminimizza l-operat ta" xogħol legali speċifikat fir-rapport skont l-Artikolu 5(1), jew biex jipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn. L-aċċess għandu jinċaħad fil-każijiet kollha waqt il-perijodu ta' sorveljanza diskreta jew ta' allert u rappurtar kif ukoll waqt il-perijodu li waqtu għaddejja analiżi operattiva tad-data jew l-inkjesta amministrattiva jew ta' investigazzjoni kriminali.
imħassar
Emenda 59
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 22 – paragrafu 3
3.  F'kull Stat Membru, persuna tista", skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta" Stat Membru kkonċernat, ikollha data dwarha kkorreġuti jew imħassra jekk id-data hija fattwalment mhux eżatta, jew kienet inkluża jew maħżuna fis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali kontra l-objettiv imsemmi fl-Artikolu 1(2) ta" din id-Deċiżjoni jew għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni ta" Strasburgu tal-1981.
imħassar
Emenda 60
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 22 – paragrafu 4 – l-ewwel subparagrafu - punt c a (ġdid)
(ca) timblokka data personali;
Emenda 61
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 22 – paragrafu 4 – it-tieni subparagrafu
L-Istati Membri kkonċernati reċiprokament jinfurzaw deċiżjonijiet finali li ttieħdu mill-qrati, jew awtorita kompetenti oħra, skond il-punti a), b) u c).
L-Istati Membri kkonċernati reċiprokament jinfurzaw deċiżjonijiet finali li ttieħdu mill-qrati, jew awtorita kompetenti oħra, skond il-punti a) sa c) bla ħsara għall-Artikolu 29.
Emenda 62
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 22 – paragrafu 5
5.  Ir-referenzi f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 13(5) għal "deċiżjoni finali" ma jimplikawx xi obbligazzjoni min-naħa ta" xi Stat Membru biex jappella kontra deċiżjoni li ttieħdet minn qorti jew awtorità kompetenti oħra.
imħassar
Emenda 63
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 22 a (ġdid)
Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità superviżorja nazzjonali jew awtoritajiet superviżorji nazzjonali responsabbli għall-protezzjoni tad-data biex iwettqu superviżjoni indipendenti ta" tali data mdaħħla fis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali f'konformità mad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI.
Emenda 64
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 23 – paragrafu 3
3.  Il-Kumitat għandu jirrapporta kull sena lill-Kunsill, skont it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-effiċjenza u effettività ta" Sistema ta" Informazzjoni Doganali, u jagħmel rakkomandazzjonijiet kif neċessarju.
3.  Il-Kumitat għandu jirrapporta kull sena lill-Kunsill, skont it-Titolu VI tat-Trattat UE, dwar l-effiċjenza u effettività ta" Sistema ta" Informazzjoni Doganali, u jagħmel rakkomandazzjonijiet kif neċessarju. Dak ir-rapport għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew għall-informazzjoni.
Emenda 65
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 24
Artikolu 24
imħassar
1.  Kull Stat Membru jinnomina awtorità superviżorja nazzjonali jew awtoritajiet responsabbli għall-protezzjoni tad-data biex iwettqu superviżjoni indipendenti ta" din it-tip ta' data introdotta fis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali.
L-awtoritajiet sorveljanti, skond il-liġijiet nazzjonali rispettivi tagħhom, għandhom iwettqu superviżjoni u kontrolli indipendenti, biex jassiguraw li l-ipproċessar u użu tad-data miżmuma fis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali ma jmorrux kontra d-drittijiet tal-persuni kkonċernati. Għal din ir-raġuni l-awtoritajiet li jissorveljaw għandu jkollhom aċċess għas-Sistema ta" Informazzjoni Doganali.
2.  Kwalunkwe persuna tista" ssaqsi lil kwalunkwe awtorità superviżorja nazzjonali biex tivverifika data personali dwarha li tikkonċernaha fis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali, u l-użu li sar jew qed isir minn din id-data. Dan id-dritt għandu jkun regolat mil-liġijiet, regolamenti, u proċeduri tal-Istat Membru fejn issir it-talba. Jekk id-data ddaħħlet minn Stat Membru ieħor, il-verifika ssir b'kollaborazzjoni stretta mal-awtorità superviżorja nazzjonali f'dan l-Istat Membru ieħor.
Emenda 66
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 25
Artikolu 25
imħassar
1.  Għandha tiġi stabbilita Awtorità ta' Sorveljanza Konġunta, komposta minn żewġ rappreżentanti minn kull Stat Membru li ġejjin mill-awtorità jew awtoritajiet superviżorji nazzjonali indipendenti ta' kull wieħed minn dawn l-Istati.
2.  L-Awtorità ta' Sorveljanza Konġunta għandha teżerċita l-funzjonijiet tagħha skont id-dispożizzjonijiet ta" din id-Deċiżjoni u tal-Konvenzjoni ta" Strasburgu tal-1981 billi tieħu kont tar-Rakkomandazzjoni R (87) 15.
3.  L-Awtorità ta' Sorveljanza Konġunta għandha tkun kompetenti biex tissorvelja l-operazzjoni tas-Sistema ta" Informazzjoni Doganali, biex teżamina kwalunkwe diffikultà ta" applikazzjoni jew interpretazzjoni li jistgħu jqumu waqt it-tħaddim tagħha, biex tistudja problemi li jistgħu jinqalgħu dwar l-eżerċizzju ta" sorveljanza indipendenti mill-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza tal-Istati Membri, jew fl-eżerċizzju ta" drittjiet ta" aċċess minn individwi għas-Sistema, u tressaq proposti sabiex jinstabu soluzzjonijiet konġunti għal problemi.
4.  Biex teżerċita r-responsabbiltajiet tagħha, l-Awtorità ta' Sorveljanza Konġunta għandu jkollha aċċess għas-Sistema ta" Informazzjoni Doganali.
5.  Ir-rapporti mfassla mill-Awtorità ta' Sorveljanza Konġunta għandu jintbagħtu lill-awtoritajiet li lilhom l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza jibagħtu r-rapporti tagħhom.
Emenda 67
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 25 a (ġdid)
Artikolu 25a
1.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jissorvelja l-attivitajiet tal-Kummissjoni fir-rigward tas-Sistema ta" Informazzjoni Doganali. Id-dmirijiet u s-setgħat imsemmija fl-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment ħieles ta' tali data1 għandhom japplikaw konsegwentement.
2.  L-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, filwaqt li kull wieħed jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, għandhom jikkoperaw b'mod attiv fil-qafas tar-responsabiltajiet tagħhom u għandhom jiżguraw kontroll ikkoordinat tas-Sistema ta" Informazzjoni Doganali.
3.  L-awtoritajiet nazzjonali ta" kontroll u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jiltaqgħu għal dak il-fini mill-inqas darba fis-sena. L-ispejjeż u s-servizzi ta" appoġġ ta" dawn il-laqgħat għandhom jitħallsu mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Rapport tal-attivitajiet għandu jingħata kull sentejn lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
__________________________
1 ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.
Emenda 68
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt a
(a) mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar it-terminals ta" Sistema ta" Informazzjoni Doganali li jinsabu fl-Istati rispettivi tagħhom;
(a) mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar it-terminals tas-Sistema ta" Informazzjoni Doganali li jinsabu fl-Istati Membri rispettivi tagħhom u mill-Europol u l-Eurojust;
Emenda 69
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 26 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  B'mod partikolari l-awtoritajiet kompetenti u l-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23 għandhom jieħdu miżuri biex:
2.  B'mod partikolari l-awtoritajiet kompetenti, l-Europol, l-Eurojust u l-kumitat imsemmi fl-Artikolu 23 għandhom jieħdu miżuri biex:
Emenda 70
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 26 - paragrafu 2 - punt d a (ġdid)
(da) jiżgura li persuni awtorizzati li jkollhom aċċess għas-Sistema ta" Informazzjoni Doganali jkollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni għall-aċċess tagħhom, u biss permezz ta' identitajiet ta' utenti individwali u uniċi u modalitajiet ta' aċċess kunfidenzjali (kontroll tal-aċċess għad-data);
Emenda 71
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt e
(e) jiggarnatixxu li, b'rispett għall-użu tas-Sistema ta" InformazzjoniDoganali, persuni awtorizzati għandhom dritt ta" aċċess biss għal data li dwarha għandhom kompetenza;
imħassar
Emenda 72
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt e a (ġdid)
(ea) jiżgura li l-awtoritajiet kollha bid-dritt tal-aċċess għas-Sistema ta" Informazzjoni Doganali joħolqu profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-persuni li huma awtorizzati li jkollhom aċċess għad-data u li jidħlu, jirrettifikaw, iħassru u jagħmlu tfittix fid-data u jippermettu li dawn il-profili tagħhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet superviżorji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 22a mingħajr dewmien fuq talba tagħhom (profili tal-persunal);
Emenda 73
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt h a (ġdid)
(ha) jimmonitorja l-effettività tal-miżuri ta' sigurtà msemmijin f'dan il-paragrafu u jieħu l-miżuri organizzattivi meħtieġa relatati mal-monitoraġġ intern biex jiżgura l-konformità ma' din id-Deċiżjoni (awto-verifika).
Emenda 74
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 28 – paragrafu 1
1.  Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-eżattezza, l-aġġornar u l-legalità tad-data li jkun introduċa fis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali. Barra minn hekk, kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-osservanza tal-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni ta" Strasburgu tal-1981.
1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li d-data li huwa daħħal fis-Sistema ta" Informazzjoni Doganali f'konformità mal-Artikoli 3, 4(1) u 8 tad-Deċiżjoni ta" Qafas 2008/977/ĠAI hija preċiża, aġġornata, kompleta u affidabbli u li ddaħħlet legalment.
Emenda 75
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 28 – paragrafu 2
2.  Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli, skond il-liġijiet, regolamenti u proċeduri tiegħu, għal inġurja li ssir lil persuna bl-użu ta" Sistema ta" Informazzjoni Doganali fl-Istat Membru kkonċernat. Dan ikun ukoll il-każ fejn l-inġurja twettqet mill-Istat Membru forna d-data, li introduċa d-data żbaljata jew li introduċiha fis-Sistema kuntrarjament għal din id-Deċiżjoni.
2.  Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli skont il-liġi nazzjonali tiegħu għal kwalunkwe dannu li jsir lil persuna bl-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni Doganali. Dan għandu japplika wkoll għal dannu kkawżat minn Stat Membru li jdaħħal data mhux preċiża jew li jdaħħal jew jaħżen data illegalment.
Emenda 76
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 28 – paragrafu 3
3.  Jekk l-Istat Membru li titressaq azzjoni kontrih dwar data żbaljata m'huwiex l-Istat Membru li forniha, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jfittxu ftehim dwar liema proporzjon, jekk hemm, ta" ammonti li tħallsu b'kumpens, għandu jkun rimborżat lill-Istat Membru l-ieħor mill-Istat Membru li forna d-data. L-ammonti miftiehma b'dan il-mod għandhom jiġu rimborżati fuq talba.
3.  Jekk Stat Membru riċevitur iħallas kumpens għal dannu kkawżat mill-użu ta' data mhux preċiża mdaħħla fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali minn Stat Membru ieħor, l-Istat Membru li daħħal id-data mhux preċiża għandu jħallas lura lill-Istat Membru riċevitur l-ammont imħallas f'danni, filwaqt li titqies kwalunkwe ħsara li ġejja mill-Istat Membru riċevitur.
Emenda 77
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 28 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.  L-Europol u l-Eurojust għandhom ikunu responsabbli b'konformità mar-regoli kostitwenti tagħhom.
Emenda 79
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 31
L-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-
L-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta" Lulju 2011.
Emenda 80
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 32
Din id-Deċiżjoni tissostitwixxi l-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika fil-qasam doganali kif ukoll il-Protokoll tat-12 ta' Marzu 1999 dwar il-kamp ta' applikazzjoni ta' laundering minn rikavati fil-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika fil-qasam doganali u l-inklużjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tal-mezzi ta' trasport fil-Konvenzjoni (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Protokoll dwar il-kamp ta' applikazzjoni ta' laundering minn rikavati") u l-Protokoll tat-8 ta' Mejju 2003 stabbilit skond l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jemenda, f'dak li jirrigwarda l-ħolqien ta' database ta' identifikazzjoni ta' fajls ta' investigazzjoni doganali, il-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika fil-qasam doganali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Protokoll dwar il-ħolqien ta' database ta' identifikazzjoni ta' fajls ta' investigazzjoni doganali") sa mid-data ta'…
Din id-Deċiżjoni tissostitwixxi l-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika fil-qasam doganali kif ukoll il-Protokoll tat-12 ta' Marzu 1999 dwar il-kamp ta' applikazzjoni ta' laundering minn rikavati fil-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika fil-qasam doganali u l-inklużjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tal-mezzi ta' trasport fil-Konvenzjoni (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Protokoll dwar il-kamp ta' applikazzjoni ta' laundering minn rikavati") u l-Protokoll tat-8 ta' Mejju 2003 stabbilit skond l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jemenda, f'dak li jirrigwarda l-ħolqien ta' database ta' identifikazzjoni ta' fajls ta' investigazzjoni doganali, il-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika fil-qasam doganali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Protokoll dwar il-ħolqien ta' database ta' identifikazzjoni ta' fajls ta' investigazzjoni doganali") sa mid-data tal-1 ta" Lulju 2011.
Emenda 81
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 32 – paragrafu 1 a (ġdid)
Għaldaqstant, il-Konvenzjoni u l-protokolli msemmija fl-ewwel paragrafu m'għandhomx jibqgħu fis-seħħ mid-data tal-applikazzjoni ta" din id-Deċiżjoni.
Emenda 82
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 33
Sakemm mhuwiex stabbilit mod ieħor f'din id-Deċiżjoni, il-miżuri ta' implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika fil-qasam doganali u l-Protokolli dwar il-kamp ta' applikazzjoni ta' laundering minn rikavati, u dwar il-ħolqien ta' database ta' identifikazzjoni ta' fajls ta' investigazzjoni doganali huma revokati b'effett mill-
Sakemm mhuwiex stabbilit mod ieħor f'din id-Deċiżjoni, il-miżuri ta' implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika fil-qasam doganali u l-Protokolli dwar il-kamp ta' applikazzjoni ta' laundering minn rikavati, u dwar il-ħolqien ta' database ta' identifikazzjoni ta' fajls ta' investigazzjoni doganali huma revokati b'effett mill-1 ta" Lulju 2011.
Emenda 83
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 34
Artikolu 34
imħassar
Kwalunkwe disputa bejn l-Istati Membri dwar l-interpretazzjoni jew applikazzjoni ta" din id-Deċiżjoni għandha, fi stadju inizjali, tkun eżaminata mill-Kunsill skont il-proċedura stabbilita f'Titolu VI tat-Trattat bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni.
Jekk ma tinstabx soluzzjoni fi żmien sitt xhur, id-disputa tista" tiġi riferita lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej minn waħda min-naħat involuti fid-disputa.
Emenda 84
Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża
Artikolu 35 – paragrafu 2
2.  Hija għandha tapplika mill-
2.  Hija għandha tapplika mill-1 ta" Lulju 2011.
Avviż legali - Politika tal-privatezza