Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/2277(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0047/2009

Testi mressqa :

A7-0047/2009

Dibattiti :

PV 24/11/2009 - 11
CRE 24/11/2009 - 11

Votazzjonijiet :

PV 25/11/2009 - 7.1
CRE 25/11/2009 - 7.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2009)0085

Testi adottati
PDF 234kWORD 55k
L-Erbgħa, 25 ta' Novembru 2009 - Strasburgu
Kwittanza tal-2007: Baġit ġenerali tal-UE - Kunsill
P7_TA(2009)0085A7-0047/2009
Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 Taqsima II - Kunsill (C6-0417/2008 – 2008/2277(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007(1),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007 - Volum I (C6-0417/2008)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fl-2007,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet verifikati(3),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assikurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(4),

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-23 ta" April 2009(5) li tipposponi d-deċiżjoni ta" kwittanza għas-sena finanzjarja 2007, kif ukoll ir-riżoluzzjoni ta" ma" dik id-deċiżjoni,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 60, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 190/2003 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni li tikkonċerna r-rimborż ta' spejjeż ta' vvjaġġar ta' delegati ta' Membri tal-Kunsill,

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda(7) (IIA),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-ewwel rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0150/2009),

–   wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0047/2009),

1.  Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2007;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU L 77, 16.3.2007.
(2) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 1.
(3) ĠU C 286, 10.11.2008, p. 1.
(4) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 111.
(5) ĠU L 255, 26.9.2009, p. 18.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima II – Il-Kunsill (C6-0417/2008 – 2008/2277(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007(1),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007 - Volum I (C6-0417/2008)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fl-2007,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet verifikati(3),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assikurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(4),

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-23 ta" April 2009(5) li jipposponi d-deċiżjoni ta" kwittanza għas-sena finanzjarja 2007, kif ukoll ir-riżoluzzjoni ta" ma" dik id-deċiżjoni,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 60, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 190/2003 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni li tikkonċerna r-rimborż ta' spejjeż ta' vvjaġġar ta' delegati ta' Membri tal-Kunsill,

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda(7) (IIA),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-ewwel rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0150/2009),

–   wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0047/2009),

1.  Jenfasizza l-fatt li kiseb sodisfazzjon mill-Kunsill dwar it-tliet talbiet l-aktar importanti li huwa għamel fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-23 ta" April 2009(8), li huma:

   a) laqgħa fl-24 ta" Settembru 2009 tal-President, ir-rapporteur u l-koordinaturi tal-kumitat kompetenti tal-Parlament ma" rappreżentanti tal-Presidenza Svediża u tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill biex jiddiskutu l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill għall-2007 (paragrafu 21(a) tar-riżoluzzjoni);
   b) tweġibiet bil-miktub għall-mistoqsijiet tal-Parlament rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill għall-2007 (paragrafu 22 tar-riżoluzzjoni);
   c) il-pubblikazzjoni fuq il-website tal-Kunsill ta" dokumenti relevanti rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill, inklużi t-tweġibiet għall-mistoqsijiet speċifiċi tal-Parlament (paragrafu 4 tar-riżoluzzjoni);

2.  Iqis li l-Parlament wettaq dmiru li jiggarantixxi t-trasparenza u r-responsabilità massima possibbli rigward l-użu tal-flus ta' min iħallas it-taxxa;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex ikompli jtejjeb il-koperazzjoni mal-kumitati kompetenti tal-Parlament fuq il-bażi tal-prattika riċenti tiegħu;

4.  Jitlob lill-istituzzjonijiet biex ifasslu u jinkludu fil-Ftehim Interistutuzzjonali anness li jittratta speċifikament il-proċedura ta' kwittanza għall-Kunsill;

5.  Jistieden lill-kumitat kompetenti tiegħu, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza tal-Kunsill li jmiss, biex jivverifika l-progress dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

   · l-għeluq tal-kontijiet ekstrabaġitarji tal-Kunsill skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-awditur intern tal-Kunsill;
   · it-titjib tal-verifika ta' fatturi skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-awditur intern tal-Kunsill;
   · il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet amministrattivi kollha meta dawn jintużaw bħala bażi legali għall-partiti tal-baġit;
   · skont il-prattika li issa hija adottata mill-istituzzjonijiet kollha , jgħaddi lill-Parlament u lill-kumitat kompetenti tiegħu r-rapport annwali tal-Kunsill dwar l-attività, kif mitlub li għandu jitħejja skont l-Artikolu 60(7) tar-Regolament Finanzjarju;
   · spjegazzjoni sħiħa dwar il-ħtieġa ta' trasferiment ta' flus minn partita għal oħra fi ħdan il-baġit tal-Kunsill;
   · l-għoti ta' spjegazzjonijiet bil-miktub għall-mistoqsijiet relevanti li jsirulu mill-kumitat kompetenti u mir-rapporteur tal-Parlament;
   · id-disponibilità u r-rieda tal-Kunsill li jipprovdi tweġiba orali lill-kumitat kompetenti tal-Parlament ibbażata fuq dawn it-tweġibiet bil-miktub, jekk ikunu jeħtieġu aktar kjarifiki;

6.  Itenni t-talba li saret fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta" April 2009 lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex fir-Rapporti Annwali tagħha li ħiereġ dalwaqt, tagħti attenzjoni speċjali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill.

(1) ĠU L 77, 16.3.2007.
(2) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 1.
(3) ĠU C 286, 10.11.2008, p. 1.
(4) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 111.
(5) ĠU L 255, 26.9.2009, p. 18.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(8) ĠU L 255, 26.9.2009, p. 19.

Avviż legali - Politika tal-privatezza