Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0221(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0076/2009

Testi mressqa :

A7-0076/2009

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 25/11/2009 - 7.2
CRE 25/11/2009 - 7.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2009)0086

Testi adottati
PDF 205kWORD 35k
L-Erbgħa, 25 ta' Novembru 2009 - Strasburgu
It-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra ***II
P7_TA(2009)0086A7-0076/2009
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (14639/6/2009 – C7-0287/2009 – 2008/0221(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (14639/6/2009 – C7-0287/2009),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0779),

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2009)0348),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0076/2009),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni;

2.  Jinnota d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni komuni;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, 22.04.2009, P6_TA(2009)0248.


ANNESS

STQARRIJA TAL-KUMMISSJONI

Il-Kummissjoni tappoġġa l-użu tal-istrumenti tal-Komunità bħalma hu l-Programm "Enerġija intelliġenti – Ewropa sabiex tikkontribwixxi għall-inizjattivi li jqajmu l-kuxjenza tal-utenti aħħarin dwar il-benefiċċji tat-tikkettar fuq it-tajers.

Sa Ġunju 2012, il-Kummissjoni se tagħmel disponibbli, b'mod partikolari għall-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u l-manifatturi tat-tajers fuq il-websajt tagħha ec.europa, informazzjoni li tispjega kull wieħed mill-komponenti tat-tikketta ta' fuq it-tajer u kalkulatur armonizzat tal-fjuwil iffrankat.

Avviż legali - Politika tal-privatezza