Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 dwar l-adattament tar-Regoli ta' Proċedura għat-Trattat ta' Liżbona (2009/2062(REG))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 211 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali li jinkorpora l-emendi proposti mill-Kumitat għall-Baġits fl-opinjoni tiegħu tal-31 ta' Marzu 2009 (A7-0043/2009),
1. Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;
2. Jiddeċiedi li l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, għal skopijiet ta" informazzjoni.
Test fis-seħħ
Emenda
Emenda 3 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 11 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.Il-Paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis sakemm jidħol fis-seħħ l-arranġament1li permezz tiegħu numru ta" siġġijiet addizzjonali fil-Parlament ikunu allokati lil ċerti Stati Membri sal-aħħar tas-seba" leġislatura. L-Istati Membri konċernati għandhom jiġu mistiedna jaħtru osservaturi skont il-liġi nazzjonali tagħhom.
____________________________ 1 Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta" Diċembru 2008.
Emenda 6 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 36
Eżami tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, ta' l-istat tad-dritt u ta' implikazzjonijiet finanzjarji
Rispett għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea
Waqt l-eżami ta' proposta leġiżlattiva, il-Parlament għandu jagħti attenzjoni partikulari lir-rispett tad-drittijiet fundamentali u b'mod partikulari biex l-att leġiżlattiv jkun konformi mal-Karta ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali, il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità u l-istat tad-dritt. Barra minn hekk, fejn proposta jkollha implikazzjonijet finanzjarji, il-Parlament għandu jistabbilixxi jekk ikunux ipprovduti riżorsi finanzjarji suffiċjenti.
1.Il-Parlament għandu fl-attivitajiet kollha tiegħu jirrispetta b'mod sħiħ id-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Il-Parlament għandu jirrispetta wkoll b'mod sħiħ id-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 2 u fl-Artikolu 6(2) u (3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
2.Fejn il-kumitat responsabbli mis-suġġett, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jkunu tal-opinjoni li proposta għal att leġiżlattiv jew partijiet minnha ma jkunux konformi ma" drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-kwistjoni għandha, fuq talba tagħhom, tkun riferuta lill-kumitat responsabbli għall-interpretazzjoni tal-Karta. L-opinjoni ta" dak il-kumitat għandha tkun annessa mar-rapport tal-kumitat responsabbli mis-suġġett.
(Ara l-emenda tar-Regola 38 – paragrafu 1 (ġdid) u r-Regola 38 a (ġdida))
-1.Fejn proposta għal att legislattiv ikollha implikazzjonijet finanzjarji, il-Parlament għandu jistabbilixxi jekk ikunux ipprovduti riżorsi finanzjarji biżżejjed.
(Test tal-emenda identiku għall-Artikolu 36, l-aħħar frażi)
Emenda 8 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 38 a (ġdid)
Artikolu 38a
Eżami tar-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà
1.Waqt l-eżami ta" proposta għal att legislattiv, il-Parlament għandu jagħti attenzjoni partikulari lir-rispett tal-prinċipji ta" sussidjarjetà u ta" proporzjonalità.
2.Il-kumitat responsabbli għar-rispett tal-prinċipju ta" sussidjarjetà jista" jiddeċiedi li jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-attenzjoni tal-kumitat responsabbli fir-rigward ta" kwalunkwe proposta għal att leġislattiv.
3.Jekk Parlament nazzjonali jibgħat lill-President opinjoni motivata skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-irwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas- sussidjarjetà u l-proporzjonalità, dak id-dokument għandu jkun riferut lill-kumitat responsabbli għas-suġġett u mgħoddi għall-informazzjoni lill-kumitat responsabbli għar-rispett tal-prinċipju ta" sussidjarjetà.
4.Ħlief fil-każijiet ta" urġenza stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar l-irwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, il-kumitat responsabbli mis-suġġett m'għandux jgħaddi għall-votazzjoni aħħarija tiegħu qabel tmiem l-iskadenza ta" tmien ġimgħat li hija stipulata fl-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.
5.Meta l-opinjonijiet motivati li jallegaw in-nuqqas ta" konformità ta" proposta għall- att leġislattiv mal-prinċipju ta" sussidjarjetà jirrappreżentaw mill-inqas terz tal-voti kollha allokati għall-parlamenti nazzjonali jew kwart fil-każ ta" proposta għall-att leġislattiv ippreżentat skont l-Artikolu 76 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament m'għandux jieħu deċiżjoni sakemm l-awtur tal-proposta jistipula kif ikun biħsiebu jipproċedi.
6.Meta, skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, opinjonijiet motivati li jallegaw in-nuqqas ta" konformità ta" proposta għal att leġislattiv mal-prinċipju ta" sussidjarjetà jirrappreżentaw mill-inqas maġġoranza sempliċi tal-voti allokati lill-parlamenti nazzjonali, il-kumitat responsabbli mis-suġġett, wara li jkun qies l-opinjonijiet motivati mressqa mill-parlamenti nazzjonali u mill-Kummissjoni, u wara li jkun sema" l-opinjonijiet tal-kumitat responsabbli għall-osservanza tal-prinċipju ta" sussidjarjetà jista" jirrakkomanda lill-Parlament li huwa jiċħad il-proposta fuq il-bażi ta" ksur tal-prinċipju ta" sussidjarjetà jew jippreżenta lill-Parlament kwalunkwe rakkomandazzjoni oħra, li tista" tinkludi suġġerimenti għal emendi li jkollhom x'jaqsmu mal-osservanza tal-prinċipju ta' sussidjarjetà. L-opinjoni mogħtija mill-kumitat responsabbli għall-osservanza tal-prinċipju ta" sussidjarjetà għandha tkun annessa ma" kwalunkwe rakkomandazzjoni bħal din.
Ir-rakkomandazzjoni għandha tiġi ippreżentata lill-Parlament għal dibattitu u għal votazzjoni. Jekk rakkomandazzjoni biex tkun miċħuda l-proposta tkun adottata b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, il-President għandu jiddikjara l-proċedura magħluqa. Meta l-Parlament ma jiċħadx il-proposta, il-proċedura għandha tkompli, filwaqt li jitqiesu kwalunkwe rakkomandazzjonijiet approvati mill-Parlament.
Emenda 9 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 44
Konsultazzjoni dwar inizjattivi preżentati minn Stat Membru
Proċeduri leġislattivi dwar inizjattivi preżentati minn Stati Membri
1. Inizjattivi ppreżentati minn Stat Membru skond l-Artikolu 67 (1) tat-Trattat KE jew l-Artikoli 34 (2) u 42 tat-Trattat UE għandhom jiġu trattati skond dan l-Artikolu u skond l-Artikoli 36 sa 39, 43 u 55.
1. Inizjattivi ppreżentati minn Stat Membru skont l-Artikolu 67 (1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu trattati skont dan l-Artikolu u skont l-Artikoli 36 sa 39, 43 sa 55.
2. Il-kumitat responsabbli jista' jistieden rappreżentant ta' l-Istat Membru li ħareġ bl-inizjattiva biex jippreżentaha lill-kumitat. Ir-rappreżentant jista' jiġi akkompanjat mill-Presidenza tal-Kunsill.
2. Il-kumitat responsabbli jista' jistieden rappreżentanti ta' l-Istati Membri li ħarġu bl-inizjattiva biex jippreżentawha lill-kumitat. Ir-rappreżentanti jistgħu jiġu akkompanjati mill-Presidenza tal-Kunsill.
3. Qabel ma l-kumitat responsabbli jgħaddi għall-votazzjoni, għandu jistaqsi lill-Kummissjoni jekk ippreparatx pożizzjoni fuq l-inizjattiva u, jekk dan ikun l-każ, jagħmel talba lill-Kummissjoni sabiex tiddikjara l-pożizzjoni tagħha lill-kumitat.
3. Qabel ma l-kumitat responsabbli jgħaddi għall-votazzjoni, għandu jistaqsi lill-Kummissjoni jekk ippreparatx pożizzjoni fuq l-inizjattiva u, jekk dan ikun l-każ, jagħmel talba lill-Kummissjoni sabiex tiddikjara l-pożizzjoni tagħha lill-kumitat.
4. Fejn żewġ proposti jew aktar li joriġinaw mill-Kummissjoni u/jew minn Stat Membru bl-istess għan leġiżlattiv jiġu ppreżentati lill-Parlament fl-istess ħin jew f'perjodu qasir ta' żmien, dawn għandhom jitqiesu f'rapport wieħed. Fir-rapport tiegħu, il-kumitat responsabbli għandu jindika għal liema test qed jiġu proposti l-emendi u jsemmi it-testi l-oħra kollha fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva.
4. Fejn żewġ proposti jew aktar li joriġinaw mill-Kummissjoni u/jew minn Stat Membru bl-istess għan leġiżlattiv jiġu ppreżentati lill-Parlament fl-istess ħin jew f'perjodu qasir ta' żmien, dawn għandhom jitqiesu f'rapport wieħed. Fir-rapport tiegħu, il-kumitat responsabbli għandu jindika għal liema test qed jiġu proposti l-emendi u jsemmi it-testi l-oħra kollha fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva.
5.Il-perjodu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE għandu jibda meta jitħabbar f'seduta plenarja li l-Parlament ikun irċieva inizjattiva bil-lingwi uffiċjali, flimkien ma' nota spjegattiva li tikkonferma li l-inizjattiva tkun konformi mal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità annessi mat-Trattat KE.
1. Fiż-żmien li jiġi wara li l-Parlament ikun adotta il-pożizzjoni tiegħu dwar xi proposta mill-Kummissjoni, il-president u r-rapporteur tal-kumitat responsabbli għandhom isegwu l-progress tal-proposta fil-kors tal-proċedura li twassal għall-adozzjoni tagħha mill-Kunsill, b'mod partikulari sabiex jiżguraw li l-impenji meħuda mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni lejn il-Parlament fir-rigward ta' l-emendi tiegħu jkunu osservati kif jixraq.
1. Fiż-żmien li jiġi wara li l-Parlament ikun adotta il-pożizzjoni tiegħu dwar xi proposta mill-Kummissjoni, il-president u r-rapporteur tal-kumitat responsabbli għandhom isegwu l-progress tal-proposta fil-kors tal-proċedura li twassal għall-adozzjoni tagħha mill-Kunsill, b'mod partikulari sabiex jiżguraw li l-impenji meħuda mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni lejn il-Parlament fir-rigward tal-pożizzjoni tiegħu jkunu osservati kif jixraq.
(Emenda orizzontali: il-kliem "kodeċiżjoni", "proċedura ta' kodeċiżjoni" jiġu sostitwiti fit-test kollu tar-Regoli ta' Proċedura bil-kliem "proċedura leġiżlattiva ordinarja".)
Emenda 13 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 60
Artikolu 60
imħassar
Proċedura ta' konċiljazzjoni kif provdut fid-dikjarazzjoni konġunta ta' l-1975
1.Meta, fil-każ ta' ċerti deċiżjonijiet importanti tal-Komunità, il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mill-opinjoni tal-Parlament, il-Parlament jista', meta jkun qed jagħti l-opinjoni tiegħu, jiftaħ proċedura ta' konċiljazzjoni mal-Kunsill, bil-parteċipazzjoni attiva tal-Kummissjoni.
2.Din il-proċedura għandha tinbeda mill-Parlament, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq inizjattiva tal-Kunsill.
3.L-Artikolu 68 għandu japplika għall-kompożizzjoni u għall-proċedura tad-delegazzjoni għall-kumitat ta' konċiljazzjoni u għar-rappurtaġġ tar-riżultati lill-Parlament.
4.Il-kumitat responsabbli għandu jħejji rapport dwar ir-riżultati tal-konċiljazzjoni. Dan ir-rapport għandu jkun diskuss u għandu jittieħed vot fuqu fil-Parlament.
(Emenda orizzontali: il-kliem "posizzjoni komuni tal-Kunsill", jew "posizzjoni komuni" jkun sostitwit tul it-test kollu tar-Regoli ta" Proċedura bil-kliem "pożizzjoni tal-Kunsill" jew "pożizzjoni".)
Għal kull estensjoni tal-limitu ta' żmien skond l-Artikolu 252(g) tat-Trattat KE jew l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE l-President għandu jfittex li jilħaq qbil mal-Kunsill.
2. Il-President għandu javża lill-Parlament dwar kull estensjoni tal-limitu ta' żmien skond l-Artikolu 251(7) tat-Trattat KE, sew jekk ikun fuq inizjattiva tal-Parlament sew jekk ikun fuq inizjattiva tal-Kunsill.
2. Il-President għandu javża lill-Parlament b'kull estensjoni tal-limitu ta' żmien skond l-Artikolu 294(14) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sew jekk ikun fuq inizjattiva tal-Parlament sew jekk ikun fuq inizjattiva tal-Kunsill.
(Emenda orizzontali: l-innumerar tal-Artikoli tat-Trattat UE u tat-Trattat KE jiġi adattat tul ir-Regoli ta" Proċedura għall-verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)
3.Il-President, wara li jikkonsulta lill-president tal-kumitat responsabbli, jista' jilqa' talba tal-Kunsill għall-estensjoni ta' kwalunkwe limitu ta' żmien skond l-Artikolu 252(g) tat-Trattat KE.
4.B'deroga mill-paragrafu 3, jekk ċaħda mill-Parlament taqa' taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 252 tat-Trattat KE, il-President għandu jitlob lill-Kummissjoni sabiex tirtira l-proposta tagħha. Jekk il-Kummissjoni tagħmel dan, il-President għandu jħabbar fil-Parlament li l-proċedura leġiżlattiva tkun magħluqa.
imħassar
Emendi 73 u 88 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Titolu II - Kapitolu 6 a (ġdid) - intestatura (għandha tiddaħħal wara l-Artikolu 74)
KAPITOLU 6a
AFFARIJIET KOSTITUZZJONALI
Emenda 20 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 74 a (ġdid) (li jrid ikun imdaħħal skont il-Kapitolu 6 a (ġdid))
Artikolu 74a
Reviżjoni Ordinarja tat-Trattati
1.Skont l-Artikoli 41 u 48 il-kumitat responsabbli jista" jippreżenta lill-Parlament rapport li fih proposti lill-Kunsill għal emendi għat-Trattati.
2.Jekk il-Kunsill Ewropew jiddeċiedi li jsejjaħ Konvenzjoni, ir-rappreżentanti tal-Parlament jistgħu jinħatru mill-Parlament fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti.
Id-delegazzjoni tal-Parlament għandha teleġġi l-mexxej u l-kandidati tagħha għas-sħubija fi kwalunkwe grupp ta" tmexxija jew bureau mwaqqaf mill-Konvenzjoni.
3.Fejn il-Kunsill Ewropew jitlob il-kunsens tal-Parlament għal deċiżjoni biex ma tissejjaħx Konvenzjoni għall-eżami ta' emendi proposti għat-Trattati, il-kwistjoni għandha tkun riferuta għall-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 81.
Emenda 21 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 74 b (ġdid) (li jrid ikun imdaħħal fil-Kapitolu 6 a (ġdid))
Artikolu 74b
Reviżjoni simplifikata tat-Trattati
Skont l-Artikoli 41 u 48, il-kumitat responsabbli jista" jippreżenta lill-Parlament, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 48(6) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, rapport li jkun fih proposti indirizzati lill-Kunsill Ewropew għal reviżjoni tad-dispożizzjonijiet kollha jew parti minnhom tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 22 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 74 c (ġdid) (li jrid ikun imdaħħal fil-Kapitolu 6 a (ġdid))
Artikolu 74c
Trattati ta' adeżjoni
1.Kull applikazzjoni minn xi Stat Ewropew sabiex isir membru tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi referuta lill-kumitat responsabbli biex tkun ikkunsidrata.
2.Il-Parlament jista' jiddeċiedi, fuq proposta tal-kumitat responsabbli, ta' xi grupp politiku jew ta' mhux inqas minn erbgħin Membru, li jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jieħdu sehem f'dibattitu qabel ma jibdew in-negozjati ma' l-Istat applikant.
3.Matul in-negozjati l-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jgħarrfu lill-kumitat responsabbli regolarment u bis-sħiħ dwar il-progress fin-negozjati u, jekk ikun meħtieġ, dan it-tagħrif għandu jingħata b'mod kunfidenzjali.
4.Fi kwalunkwe stadju tan-negozjati, l-Parlament jista', fuq il-bażi ta' rapport mill-kumitat responsabbli, jadotta rakkomandazzjonijiet u jitlob li dawn jitqiesu qabel jiġi konkluż xi trattat għall-adeżjoni ta' Stat applikant fl-Unjoni Ewropea.
5.Meta jitlestew in-negozjati, imma qabel ma jiġi ffirmat kwalunkwe ftehim, l-abbozz tal-ftehim għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament għall-kunsens.
(L-Artikolu 89 huwa mħassar.)
Emenda 23 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 74 d (ġdid) (li jrid ikun imdaħħal fil-Kapitolu 6 a (ġdid))
Artikolu 74d
Irtirar mill-Unjoni
Jekk Stat Membru jiddeċiedi, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jirtira mill-Unjoni, il-kwistjoni għandha tkun riferuta lill-kumitat responsabbli. L-Artikolu 74c għandu japplika mutatis mutandis. Il-Parlament għandu jiddeċiedi dwar il-kunsens għal ftehima dwar l-irtirar b'maġġoranza tal-voti mitfugħa.
Emenda 24 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 74 e (ġdid) (li jrid ikun imdaħħal fil-Kapitolu 6 a (ġdid))
Artikolu 74e
Ksur ta' prinċipji findamentali minn Stat Membru
1.Il-Parlament jista", fuq il-bażi ta" rapport speċifiku tal-kumitat responsabbli mfassal skont l-Artikoli 41 u 48:
(a) jivvota fuq proposta motivata li titlob lill-Kunsill biex jaġixxi skond l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;
(b) jivvota fuq proposta li titlob lill-Kummissjoni jew lill-Istati Membri sabiex iressqu proposta skond l-Artikolu 7(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;
(c) jivvota fuq proposta li titlob lill-Kunsill sabiex jaġixxi skond l-Artikolu 7(3) jew, sussegwentement, skond l-Artikolu 7(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
2.Kull talba mill-Kunsill għal kunsens dwar proposta ppreżentata skont l-Artikolu 7(1) u (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea flimkien mal-osservazzjonijiet ippreżentati mill-Istat Membru kkonċernat għandhom jitħabbru lill-Parlament u jiġu riferuti lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 81. Ħlief fil-każ ta' ċirkustanzi urġenti u ġustifikati, il-Parlament għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu fuq proposta mill-Kumitat responsabbli.
3.Deċiżjonijiet skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu jeħtieġu maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti mitfugħa, li tkun tikkostitwixxi l-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament.
4.Il-kumitat responsabbli jista" jippreżenta mozzjoni għal riżoluzzjoni li takkumpanja d-deċiżjoni, bl-awtorizzazzjoni tal-Konferenza ta' Presidenti. Dik il-mozzjoni għal riżoluzzjoni għandha turi l-fehmiet tal-Parlament dwar xi ksur serju minn xi Stat Membru, dwar is-sanzjonijiet xierqa u dwar kif dawk is-sanzjonijiet jiġu mibdula jew revokati.
5.Il-kumitat responsabbli għandu jiżgura li l-Parlament ikun infurmat b'mod sħiħ u, fejn ikun meħtieġ, li jintalab jagħti l-fehmiet tiegħu dwar il-miżuri li jsegwu l-kunsens tiegħu mogħti skont il-paragrafu 3. Il-Kunsill għandu jkun mistieden sabiex jagħti l-iżviluppi skont kif ikun xieraq. Fuq proposta mill-kumitat responsabbli mħejjija bl-awtorizzazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti, il-Parlament jista' jadotta rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill.
(Il-Kapitolu 15 tat-titolu II huwa mħassar.)
Emenda 25 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 74 f (ġdid) (li jrid ikun imdaħħal fil-Kapitolu 6 a (ġdid))
Artikolu 74f
Kompożizzjoni tal-Parlament
F'ħin xieraq qabel it-tmiem ta" leġislatura, il-Parlament jista", fuq il-bażi ta" rapport imfassal mill-kumitat responsabbli tiegħu skont l-Artikolu 41, jagħmel proposta biex tinbidel il-kompożizzjoni tiegħu. L-abbozz ta" deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament għandu jkun eżaminat skont l-Artikolu 81.
Emenda 26 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 82 (li jrid jiġi mdaħħal bħala l-Artikolu 74 g fil-Kapitolu 6 a (ġdid))
Artikolu 82
Artikolu 74g
Proċeduri fil-Parlament
Kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri
1. Talbiet minn Stati Membri jew proposti tal-Kummissjoni sabiex ikun hemm koperazzjoni msaħħa bejn Stati Membri u konsultazzjonijiet tal-Parlament skond l-Artikolu 40(2) tat-Trattat UE għandhom jitressqu mill-President quddiem il-Kumitat responsabbli biex jikkunsidrahom. L-Artikoli 37, 38, 39, 43, 53 sa 60 u 81 għandhom japplikaw kif imiss.
1. Talbiet sabiex ikun hemm koperazzjoni msaħħa bejn Stati Membri skontl-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandhom jitressqu mill-President quddiem il-Kumitat responsabbli biex jikkunsidrahom. L-Artikoli 37, 38, 39, 43, 53 sa 59 u 81 għandhom japplikaw kif imiss.
2. Il-kumitat responsabbli għandu jivverifika l-ħarsien ta' l-Artikolu 11 tat-Trattat KE u l-Artikoli 27a, 27b, 40, 43, 44 u 44a tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea.
2. Il-kumitat responsabbli għandu jivverifika l-konformità mal-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 326 sa 334 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
3. Atti sussegwenti proposti taħt reġim ta' koperazzjoni msaħħa, malli dan ikun stabbilit, għandhom ikunu trattati mill-Parlament skond l-istess proċeduri bħal meta l-koperazzjoni msaħħa ma tkunx tapplika.
3. Atti sussegwenti proposti taħt reġim ta' koperazzjoni msaħħa, malli dan ikun stabbilit, għandhom ikunu trattati mill-Parlament skond l-istess proċeduri bħal meta l-koperazzjoni msaħħa ma tkunx tapplika. Għandu japplika l-Artikolu 43.
(Il-Kapitolu 10 tat-Titolu II huwa mħassar.)
Emendi 27 u 28 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 75
Baġit Ġenerali
Il-Qafas finanzjarju plurijennali
Proċeduri ta' implimentazzjoni għall-eżami tal-Baġit Ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea u tal-baġits supplimentari, skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji tat-Trattati li jistabilixxu l-Komunitajiet Ewropej, għandhom jiġu adottati b'riżoluzzjoni tal-Parlament u annessi ma' dawn ir-Regoli1.
Fejn il-Kunsill jitlob il-kunsens tal-Parlament rigward il-proposta għal regolament li tistabbilixxi l-qafas finanzjarju plurijennali, il-kwistjoni għandha tkun riferuta lill-kumitat responsabbli skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 81. Il-kunsens tal-Parlament għandu jkun jeħtieġ il-voti tal-maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu.
1 Ara l-Anness V.
(L-Anness V huwa mħassar.)
Emenda 29 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 75 a (ġdid)
Artikolu 75a
Dokumenti ta' ħidma
1.Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu disponibbli għall-Membri:
(b) ġabra fil-qosor mill-Kunsill tad-deliberazzjonijiet tiegħu dwar l-abbozz tal-baġit;
(c) il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit imfassal skont l-Artikolu 314(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
(d) kull abbozz ta" deċiżjoni dwar il-qsim proviżorju fi tnax-il parti skont l-Artikolu 315 tat-Trattat dwar l-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
2.Dawk id-dokumenti għandhom ikunu rreferuti lill-kumitat responsabbli. Kull kumitat ikkonċernat jista' jagħti opinjoni.
3.Jekk kumitati oħra jkunu jixtiequ jagħtu opinjoni, il-President għandu jistabbilixxi żmien sa meta dawn l-opinjonijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-kumitat responsabbli.
(L-Artikolu 1 tal-Anness V huwa mħassar.)
Emenda 30 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 75 b (ġdid)
Artikolu 75b
Kunsiderazzjoni tal-abbozz tal-baġit - l-ewwel fażi
1.Bla ħsara għall-kundizzjonijiet imsemmija hawn taħt, kull Membru jista' jqiegħed fuq il-Mejda u jitkellem favur abbozzi ta' emendi għall-abbozz tal-baġit.
2.L-abbozzi ta' emendi għandhom ikunu ammissibbli biss jekk jiġu ppreżentati bil-miktub, ikunu ffirmati minn mhux inqas minn erbgħin Membru jew jitqiegħdu fuq il-Mejda f'isem grupp politiku jew kumitat, ikunu jindikaw it-titolu tal-baġit li għalih jirreferu u jkunu jiżguraw li jinżamm bilanċ bejn id-dħul u l-infiq. L-abbozzi ta' emendi għandhom jinkludu t-tgħrif rilevanti kollu dwar ir-rimarki li għandhom jitniżżlu ħdejn it-titolu tal-baġit ikkonċernat.
L-abbozzi ta" emendi kollha għall-abbozz tal-baġit għandhom ikunu ġustifikati bil-miktub.
3.Il-President għandu jiffissa l-limitu ta' żmien għat-tqegħid fuq il-Mejda tal-abbozzi ta' emendi.
4.Il-kumitat responsabbli għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar it-testi ppreżentati qabel ma jiġu diskussi fil-Parlament.
M'għandux jittieħed vot fil-Parlament fuq abbozzi ta' emendi li jiġu miċħuda mill-kumitat responsabbli ħlief jekk issir talba għal votazzjoni bil-miktub minn kumitat jew mhux inqas minn erbgħin Membru, qabel ma jiskadi ż-żmien iffissat mill-President; din l-iskadenza m'għandha fl-ebda każ tkun ta' anqas minn 24 siegħa qabel ma tibda l-votazzjoni.
5.L-abbozzi ta' emendi għall-estimi tal-Parlament li jkunu simili għal dawk li jkunu diġà ġew miċħuda mill-Parlament fiż-żmien meta tfasslu l-estimi għandhom jiġu diskussi biss fil-każ fejn il-kumitat responsabbli ikun ta opinjoni favorevoli.
6.Minkejja l-Artikolu 55(2) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament għandu jieħu votazzjonijiet separati u suċċessivi fuq:
– kull abbozz ta" emenda,
– kull taqsima tal-abbozz tal-baġit,
– mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-abbozz tal-baġit.
Madankollu, għandu japplika l-Artikolu 161 (4) u (8).
7.L-artikoli, il-kapitoli, it-titoli u t-taqsimiet tal-abbozz tal-baġit li dwarhom ma tqiegħdu fuq il-Mejda l-ebda abbozzi ta' emendi jew proposti għal modifikazzjonijiet għandhom jitqiesu bħala li ġew adottati.
8.Sabiex jiġu adottati, l-abbozzi ta' emendi għandhom jiksbu l-maġġoranza tal-voti tal-Membri kollha tal-Parlament.
9.Jekk il-Parlament ikun emenda l-abbozz tal-baġit, l-abbozz tal-baġit kif emendat għandu jiġi mgħoddi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, flimkien mal-ġustifikazzjonijiet.
10.Il-minuti tas-seduta li fiha l-Parlament ikun ta l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz tal-baġit għandhom jiġu mgħoddija lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
(L-Artikolu 3 tal-Anness V huwa mħassar.)
Emenda 31 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 75 c (ġdid)
Artikolu 75c
Trialogu Finanzjarju
Il-President għandu jieħu sehem f'laqgħat regolari bejn il-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li jissejħu, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, taħt il-proċeduri tal-baġit imsemmija fit-Titolu II tas-Sitt Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-President għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jippromwovi konsultazzjoni u rikonċiljazzjoni tal-posizzjonijiet tal-istituzzjonijiet sabiex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-proċeduri msemmija qabel.
Il-President tal-Parlament jista" jiddelega dan id-dover lil xi Viċi President li jkollu esperjenza fi kwistjonijiet baġitarji jew lill-President tal-kumitat responsabbli għal kwistjonijiet baġitarji.
Emenda 32 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 75 d (ġdid)
Artikolu 75d
Konċiljazzjoni baġitarja
1.Il-President għandu jlaqqa" l-Kumitat ta" Konċiljazzjoni skont l-Artikolu 314(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
2.Id-delegazzjoni li tirrappreżenta l-Parlament f'laqgħat tal-Kumitat ta" Konċiljazzjoni fil-proċedura tal-baġit għandha tikkonsisti minn numru ta" membri indaqs bħal dak tad-delegazzjoni tal-Kunsill.
3.Il-membri tad-delegazzjoni għandhom ikunu maħtura mill-gruppi politiċi kull sena qabel il-votazzjoni tal-Parlament dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill, preferibilment minn fost il-membri tal-kumitat responsabbli għal kwistjonijiet baġitarji u kumitati oħrajn ikkonċernati. Id-delegazzjoni għandha titmexxa mill-President tal-Parlament. Il-President jista" jiddelega dan l-irwol lil xi Viċi President li jkollu esperjenza fi kwistjonijiet baġitarji jew lill-President tal-kumitat responsabbli għal kwistjonijiet baġitarji.
4.Għandu japplika l-Artikolu 68(2), (4), (5), (7) u (8).
5.Fejn jintlaħaq ftehim dwar test konġunt fi ħdan il-Kumitat ta" Konċiljazzjoni, il-kwistjoni għandha titpoġġa fuq l-aġenda ta" seduta tal-Parlament li trid issir fi żmien erbatax-il ġurnata mid-data ta" dak il-ftehim. It-test konġunt għandu jkun disponibbli għall-Membri kollha. Għandu japplika l-Artikolu 69(2) u (3).
6.Għandha tittieħed votazzjoni waħdanija fuq it-test konġunt sħiħ. Il-votazzjoni għandha tittieħed b'sejħa tal-ismijiet. It-test konġunt għandu jitqies li huwa approvat ħlief jekk jiġi miċħud mill-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament.
7.Jekk il-Parlament japprova t-test konġunt filwaqt li l-Kunsill jiċħdu, il-kumitat responsabbli jista" jqiegħed fuq il-Mejda l-emendi kollha jew uħud minnhom tal-Parlament għall-pożizzjoni tal-Kunsill għal konferma skont il-punt (d) tal-Artikolu 314(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Il-votazzjoni fuq il-konferma għandha titqiegħed fuq l-aġenda ta' seduta tal-Parlament li ssir fi żmien erbatax-il ġurnata mid-data tal-komunikazzjoni mill-Kunsill taċ-ċaħda tat-test konġunt.
L-emendi għandhom jitqiesu li ġew ikkonfermati jekk ikunu approvati minn maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament u minn tlieta minn kull ħamsa tal-voti mitfugħa.
Emenda 33 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 75 e (ġdid)
Artikolu 75e
Adozzjoni definittiva tal-baġit
Fejn il-President ikun sodisfatt li l-baġit ġie adottat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa għandu jiddikjara fil-Parlament li l-baġit kien adottat b'mod definittiv. Huwa għandu jara għall-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(L-Artikolu 4 tal-Anness V huwa mħassar.)
Emenda 34 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 75 f (ġdid)
Artikolu 75f
Is-sistema tal-qsim proviżorju fi tnax-il parti
1.Kull deċiżjoni mill-Kunsill li tawtorizza nefqa li tisboq parti waħda minn tnax mill-qsim proviżorju fi tnax-il parti għall-infiq għandha tkun riferuta lill-kumitat responsabbli.
2.Il-kumitat responsabbli jista" jressaq abbozz ta" deċiżjoni biex inaqqas in-nefqa msemmija fil-paragrafu 1. Il-Parlament għandu jiddeċiedi dwarha fi żmien 30 jum wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill.
3.Il-Parlament għandu jaġixxi b'maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu.
(L-Artikolu 7 tal-Anness V huwa mħassar.)
Emenda 35 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 79 a (ġdid)
Artikolu 79a
Proċedura li għandha tapplika fit-tfassil tal-estimi tal-Parlament
1.Għall-baġit tal-Parlament, il-Bureau u l-kumitat responsabbli għall-kwistjonijiet dwar il-baġit għandhom jieħdu deċiżjonijiet fi stadji suċċessivi dwar:
(a) l-organigramma;
(b) l-abbozz preliminari u l-abbozzi ta' l-estimi.
2.Id-deċiżjonijiet dwar l-organigramma jittieħdu skont il-proċedura li ġejja:
(a) il-Bureau għandu jfassal l-organigramma għal kull sena finanzjarja;
(b) għandha tinbeda proċedura ta' konċiljazzjoni bejn il-Bureau u l-kumitat responsabbli għall-baġit f'każ li l-kumitat responsabbli għall-baġit ma jaqbilx mad-deċiżjonijiet inizjali meħuda mill-Bureau;
(c) fit-tmiem tal-proċedura, il-Bureau għandu jieħu d-deċiżjoni aħħarija dwar l-estimi għall-organigramma, skont l-Artikolu 207(3), mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet meħuda skond l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
3.Għall-estimi nfushom, il-proċedura għat-tfassil tal-estimi tinbeda malli l-Bureau jieħu deċiżjoni aħħarija dwar l-organigramma. L-istadji ta' din il-proċedura għandhom ikunu dawk stipulati fl-Artikolu 79. Għandha tinbeda proċedura ta' konċiljazzjoni f'każ li l-pożizzjonijiet tal-kumitat responsabbli għall-baġit u tal-Bureau jkunu differenti ħafna.
(L-Artikolu 79(7) u l-Artikolu 8 tal-Anness V huma mħassrin.)
1. Meta l-Parlament jintalab li jagħti l-kunsens tiegħu għal att propost, għandu jieħu deċiżjoni fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni mill-kumitat responsabbli li japprova jew jirrifjuta l-att.
1. Meta l-Parlament jintalab li jagħti l-kunsens tiegħu għal att propost, għandu jieħu deċiżjoni fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni mill-kumitat responsabbli li japprova jew jiċħad l-att.
Il-Parlament għandu jieħu deċiżjoni dwar l-att li jkun jeħtieġ il-kunsens tiegħu skond it-Trattat KE jew it-Trattat UE permezz ta' votazzjoni waħdanija, u ebda emenda ma tista' titqiegħed fuq il-Mejda. Il-maġġoranza meħtieġa għall-adozzjoni tal-kunsens għandha tkun il-maġġoranza stipulata fl-Artikolu tat-Trattat KE jew tat-Trattat EU li joħolqu l-bażi legali għall-att propost.
Il-Parlament għandu jieħu deċiżjoni dwar l-att li jkun jeħtieġ il-kunsens tiegħu skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea permezz ta' votazzjoni waħda, u ebda emenda ma tista' titqiegħed fuq il-mejda. Il-maġġoranza meħtieġa għall-adozzjoni tal-kunsens għandha tkun il-maġġoranza stipulata fl-Artikolu tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li joħolqu l-bażi legali għall-att propost.
2. Għal trattati ta' adeżjoni u ftehimiet internazzjonali u biex ikun determinat jekk jeżistix ksur serju u persistenti ta' prinċipji komuni mill-Istati Membri, għandhom japplikaw l-Artikoli 89, 90 u 102 rispettivament. Għal proċedura ta' koperazzjoni msaħħa f'qasam li jaqa' taħt il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat KE, għandu japplika l-Artikolu 82.
2. Għal trattati ta' adeżjoni u ftehimiet internazzjonali u biex ikun determinat jekk jeżistix ksur serju u persistenti ta' prinċipji komuni mill-Istati Membri, għandhom japplikaw l-Artikoli 74c, 74e u 90 rispettivament. Għal proċedura ta' koperazzjoni msaħħa f'qasam li jaqa' taħt il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandu japplika l-Artikolu 74g.
(Emenda orizzontali: il-kliem 'il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat KE' jiġi sostitwit matul it-test kollu tar-Regoli tal-Proċedura mill-kliem 'il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.)
3. Meta l-kunsens tal-Parlament ikun meħtieġ għal proposta leġiżlattiva, il-kumitat responsabbli jista', sabiex jiffaċilita r-riżultat pożittiv tal-proċedura, jiddeċiedi li jippreżenta rapport interim dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament b'mozzjoni għal risoluzzjoni li jkun fiha rakkomandazzjonijiet għall-modifika jew għall-implimentazzjoni tal-proposta.
3. Meta l-kunsens tal-Parlament ikun meħtieġ għal xi att leġislattiv propost jew xi ftehim internazzjonali maħsub, il-kumitat responsabbli jista', sabiex jiffaċilita r-riżultat pożittiv tal-proċedura, jiddeċiedi li jippreżenta rapport interim dwar il-proposta lill-Parlament b'mozzjoni għal risoluzzjoni li jkun fiha rakkomandazzjonijiet għall-modifika jew għall-implimentazzjoni tal-att propost.
Jekk il-Parlament japprova mill-inqas rakkomandazzjoni waħda, il-President għandu jitlob li ssir iktar diskussjoni mal-Kunsill.
Il-kumitat responsabbli għandu jagħmel ir-rakkomandazzjoni aħħarija tiegħu għall-kunsens tal-Parlament fid-dawl tar-riżultat tad-diskussjoni mal-Kunsill.
(Emenda orizzontali: ħlief għall-Artikoli 56 u 57, il-kliem 'Proposta tal-Kummissjoni' u 'proposta leġiżlattiva' jinbidlu matul it-test kollu tar-Regoli ta' Proċedura bil-kliem 'proposta għal att leġiżlattiv' jew 'att leġiżlattiv propost' minħabba li hi grammatikalment xierqa.)
Emenda 76 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Artikolu 87 a (ġdid)
Artikolu 87a
Atti delegati
Meta att leġiżlattiv jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tissuplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta" att leġiżlattiv, il-kumitat responsabbli:
– għandu jeżamina kull abbozz ta' att delegat meta jintbagħat lill-Parlament għal skrutinju;
– jista' jressaq lill-Parlament permezz ta" mozzjoni għal riżoluzzjoni kwalunkwe proposta xierqa l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-att leġiżlattiv.
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 88(1), (2) u (3) għandhom japplikaw mutatis mutandis.
Emenda 41 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Titolu II a (ġdid) (li jrid jiġi mdaħħal qabel il-Kapitolu 12)
Emenda 43 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 92
Artikolu 92
imħassar
Ħatra ta' Rappreżentant Għoli għall-politika estera u ta' sigurtà komuni.
1.Qabel ma jinħatar Rappreżentant Għoli għall-politika estera u ta' sigurtà komuni, il-President għandu jistieden lill-President kurrenti tal-Kunsill sabiex jagħmel stqarrija lill-Parlament, skond l-Artikolu 21 tat-Trattat UE. Il-President għandu jistieden lill-President tal-Kummissjoni sabiex jagħmel stqarrija dwar l-istess ħaġa.
2.Meta jinħatar ir-Rappreżentant Għoli il-ġdid għall-politika estera u ta' sigurtà komuni, skond l-Artikolu 207(2) tat-Trattat KE, u qabel ma dan ir-rappreżentant jibda uffiċjalment iwettaq id-doveri tiegħu, il-President għandu jistiednu sabiex jagħmel stqarrija lill-kumitat responsabbli u jwieġeb il-mistoqsijiet li jsirulu mill-istess kumitat.
3.Wara li jsiru l-istqarrijiet u t-tweġibiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 u fuq inizjattiva tal-kumitat responsabbli, jew skond l-Artikolu 121, il-Parlament jista' jagħmel rakkomandazzjoni.
Ħatra ta' rappreżentanti speċjali għall-finijiet tal-politika estera u ta' sigurtà komuni
Rappreżentanti speċjali
Emenda 45 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 93 – paragrafu 4 a (ġdid)
4a.Rappreżentant speċjali maħtur mill-Kunsill b'mandat li jkollu x'jaqsam ma' kwistjonijiet ta' politika partikulari jista' jiġi mistieden mill-Parlament, jew jista' jitlob li jiġi mistieden, sabiex jagħmel stqarrija lill-kumitat responsabbli.
(L-Artikolu 94(3) huwa mħassar.)
Emenda 46 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 94
Artikolu 94
imħassar
Stqarrijiet mir-Rappreżentant Għoli għall-politika estera u ta' sigurtà komuni jew minn rappreżentanti speċjali oħra
1.Ir-Rappreżentant Għoli għandu jiġi mistieden sabiex jagħmel stqarrijiet lill-Parlament mhux inqas minn erba' darbiet fis-sena. Għandu japplika l-Artikolu 110. 2.Ir-Rappreżentant Għoli għandu jiġi mistieden mhux inqas minn erba' darbiet fis-sena sabiex jattendi laqgħat tal-kumitat responsabbli biex jagħmel stqarrija u jwieġeb mistoqsijiet. Ir-Rappreżentant Għoli jista' wkoll jiġi mistieden f'okkażjonijiet oħra, fuq inizjattiva tiegħu jew kull meta il-kumitat jidhirlu li dan ikun meħtieġ.
3.Kull meta jinħatar rappreżentant speċjali mill-Kunsill b'mandat li jkollu x'jaqsam ma kwistjonijiet ta' politika partikulari, huwa jista' jiġi mistieden sabiex jagħmel stqarrija lill-kumitat responsabbli, fuq inizjattiva tiegħu jew fuq inizjattiva tal-Parlament.
2. Il-kumitati kkonċernati għandhom ifittxu li jiżguraw li r-Rappreżentant Għoli għall-politika estera u ta' sigurtà komuni, il-Kunsill u l-Kummissjoni jipprovduhom b'tagħrif regolari u f'waqtu dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika estera u ta' sigurtà komuni ta' l-Unjoni, dwar l-ispiża mistennija kull darba li tiġi adottata deċiżjoni li tinvolvi infiq skond dik il-politika u dwar kwalunkwe konsiderazzjonijiet finanzjarji oħra li jkollhom x'jaqsmu ma' l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet skond dik il-politika. Eċċezzjonalment, fuq talba tal-Kummissjoni, tal-Kunsill jew tar-Rappreżentant Għoli, kumitat jista' jiddeċiedi li l-proċeduri tiegħu jsiru fil-magħluq.
2. Il-kumitati kkonċernati għandhom ifittxu li jiżguraw li l-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, il-Kunsill u l-Kummissjoni jipprovduhom b'tagħrif regolari u f'waqtu dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni ta' l-Unjoni, dwar l-ispiża mistennija kull darba li tiġi adottata deċiżjoni li tinvolvi infiq skond dik il-politika u dwar kwalunkwe konsiderazzjonijiet finanzjarji oħra li jkollhom x'jaqsmu ma' l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet skond dik il-politika. Eċċezzjonalment, fuq talba tal-Kummissjoni, tal-Kunsill jew tal-Viċi President/tar-Rappreżentant Għoli, kumitat jista' jiddeċiedi li l-proċeduri tiegħu jsiru fil-magħluq.
(Emenda orizzontali: Il-kliem "ir-Rappreżentant Għoli għall-politika barranija u ta' sigurtà komuni" jinbidlu bil-kliem "Viċi-President tal-Kummissjoni/Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u għall-Politika ta' Sigurtà" fit-test kollu tar-Regoli ta' Proċedura.)
3. Għandu jsir dibattitu annwali fuq id-dokument konsultattiv stabbilit mill-Kunsill dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tal-politika estera u ta' sigurta` komuni, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit ta' l-Unjoni. Il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 110 għandhom japplikaw.
3. Għandu jsir dibattitu darbtejn fis-sena fuq id-dokument konsultattiv stabbilit mill-Viċi-President /Rappreżentant dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tal-politika estera u ta' sigurta` komuni, inklużi l-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni u l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit ta' l-Unjoni. Il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 110 għandhom japplikaw.
PULIZIJA U KOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA F'AFFARIJIET KRIMINALI
imħassar
Emenda 50 Regola ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 99
imħassar
Għoti ta' informazzjoni lill-Parlament fl-oqsma tal-pulizija u l-koperazzjoni ġudizzjarja f'affarijiet kriminali
1.Il-kumitat responsabbli għandu jiżgura li l-Parlament ikun mgħarraf regolarment u b'mod sħiħ dwar attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-pulizija u mal-koperazzjoni ġudizzjarja f'affarijiet kriminali u li l-opinjonijiet tiegħu jitqiesu meta l-Kunsill jadotta posizzjonijiet komuni li jfasslu l-attitudni ta' l-Unjoni għal kwistjoni partikulari skond l-Artikolu 34(2)(a) tat-Trattat UE.
2.Eċċezzjonalment, fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill, kumitat jista' jiddeċiedi li l-proċeduri tiegħu jsiru fil-magħluq.
3.Id-dibattitu imsemmi fl-Artikolu 39(3) tat-Trattat UE għandu jsir skond l-arranġamenti stipulati fl-Artikolu 110(2), (3) u (4).
Emenda 51 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 100
Artikolu 100
imħassar
Konsultazzjoni tal-Parlament fl-oqsma tal-pulizija u l-koperazzjoni ġudizzjarja f'affarijiet kriminali
Il-konsultazzjoni tal-Parlament skond l-Artikolu 34(2)(b),(c) u (d) tat-Trattat UE għandha ssir skond l-Artikoli 36 sa 39, 43, 44 u 55.
Fejn hu applikabbli, l-eżami tal-proposta għandu jitqiegħed fl-aġenda, l-aktar tard, ta' l-aħħar seduta li tkun se ssir qabel ma jiskadi ż-żmien stabbilit skond l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE.
Meta l-Parlament jiġi kkonsultat dwar abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill għall-ħatra ta' Direttur u membri tal-Bord tal-Europol, l-Artikolu 108 japplika mutatis mutandis.
Emenda 52 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 101
Artikolu 101
imħassar
Rakkomandazzjonijiet fl-oqsma tal-pulizija u l-koperazzjoni ġudizzjarja f'affarijiet kriminali
1.Il-kumitat responsabbli għal affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-pulizija u l-koperazzjoni ġudizzjarja f'affarijiet kriminali jista' jħejji rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill fl-oqsma li jaqgħu taħt it-Titolu VI tat-Trattat UE wara li jkun kiseb awtorizzazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti jew fuq proposta skond it-tifsira fl-Artikolu 121.
2.F'każi urġenti, l-awtorizzazzjoni msemmija f'paragrafu 1, tista' tingħata mill-President li jista' bl-istess mod jawtorizza laqgħa ta' emerġenza tal-kumitat konċernat.
3.Rakkomandazzjonijiet li jitħejjew b'dan il-mod għandhom ikunu inklużi fl-aġenda tas-sessjoni parzjali li jkun imiss. L-Artikolu 97(4) għandu japplika 'mutatis mutandis'.
(Ara wkoll l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 121)
Emenda 53 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 105
1. Meta l-Kunsill ikun laħaq ftehim dwar in-nomina ta' President tal-Kummissjoni, il-President għandu jitlob lill-persuna nominata biex tagħmel stqarrija u tippreżenta l-orjentamenti politiċi tagħha lill-Parlament. L-istqarrija għandha tkun segwita minn dibattitu.
1. Meta l-Kunsill Ewropew jipproponi kandidat għal President tal-Kummissjoni, il-President għandu jitlob lill-kandidat biex jagħmel stqarrija u jippreżental-linji gwida politiċi tiegħu lill-Parlament. L-istqarrija għandha tkun segwita minn dibattitu.
Il-Kunsill għandu jkun mistieden jieħu sehem fid-dibattitu.
Il-Kunsill Ewropew għandu jkun mistieden jieħu sehem fid-dibattitu.
2. Il-Parlament għandu japprova jew jiċħad in-nomina b'maġġoranza tal-voti mitfugħa.
2. Il-Parlament għandu jeleġġi l-President tal-Kummissjoni b'maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu.
Għandu jittieħed vot sigriet.
Il-votazzjoni għandha ssir permezz ta' vot sigriet.
3. Jekk il-persuna nominata tiġi eletta, il-President għandu jgħarraf b'dan lill-Kunsill u jitlob lilu u lill-President elett tal-Kummissjoni biex jipproponu bi ftehim bejniethom il-persuni nominati għall-karigi differenti bħala Kummissarji.
3. Jekk il-kandidat jiġi elett, il-President għandu jgħarraf b'dan lill-Kunsill u jitlob lilu u lill-President elett tal-Kummissjoni biex jipproponu bi ftehim bejniethom il-persuni nominati għall-karigi differenti bħala Kummissarji.
4. Jekk il-Parlament jiċħad in-nomina, il-President għandu jitlob lill-Kunsill jinnomina kandidat ieħor.
4. Jekk il-kandidat ma jiksibx il-maġġoranza meħtieġa, il-President għandu jistieden lill-Kunsill Ewropew sabiex fi żmien xahar jipproponi kandidat ieħor għall-elezzjoni, skont l-istess proċedura.
Emenda 54 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 107 a (ġdid)
Artikolu 107a
In-Nomina tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Fuq proposta tal-kumitat responsabbli, il-Parlament għandu jaħtar il-persuna nominata minnu fuq il-kumitat ta' seba' persuni inkarigat biex jevalwa l-adegwatezza tal-kandidati biex jingħataw il-kariga ta' Imħallfin jew Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.
1. Grupp politiku jew inkella mhux inqas minn erbgħin Membru, jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar suġġetti li jaqgħu taħt it-Titoli V u VI tat-Trattat UE, jew jekk il-Parlament ma jkunx ġie kkonsultat dwar ftehima internazzjonali fl-ambitu ta l-Artikoli 90 jew 91.
1. Grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru, jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar suġġetti li jaqgħu taħt it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jew jekk il-Parlament ma jkunx ġie kkonsultat dwar ftehima internazzjonali fl-ambitu tal-Artikoli 90 jew 91.
-1.Fejn it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-President għandu jibda l-proċedura ta' konsultazzjoni u jgħarraf lill-Parlament b'dan.
Emenda 57 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 124 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.L-opinjonijiet mogħtija mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandhom jiġu riferuti lill-kumitat responsabbli.
-1.Fejn it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni, il-President għandu jibda l-proċedura ta' konsultazzjoni u jgħarraf lill-Parlament b'dan.
Emenda 59 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 125 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.L-opinjonijiet mogħtija mill-Kumitat tar-Reġjuni għandhom jiġu riferuti lill-kumitat responsabbli.
Emenda 91 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 129
Artikolu 129
imħassar
Konsegwenzi f'każ li l-Kunsill jonqos milli jaġixxi wara l-approvazzjoni tal-posizzjoni komuni tiegħu taħt il-proċedura ta' koperazzjoni
Jekk, fi żmien tliet xhur, jew bi qbil mal-Kunsill, fi żmien erba' xhur mill-komunikazzjoni tal-pożizzjoni komuni skond l-Artikolu 252 tat-Trattat KE, il-Parlament la jkun ċaħad u lanqas emenda l-pożizzjoni, u l-Kunsill ikun naqas milli jadotta il-leġiżlazzjoni proposta skond il-pożizzjoni komuni, il-President jista', f'isem il-Parlament u wara li jikkonsulta mal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali, jibda proċeduri kontra l-Kunsill quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond l-Artikolu 232 tat-Trattat KE.
Emenda 61 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 132
Il-Konferenza tal-Presidenti għandha taħtar il-membri tad-delegazzjoni tal-Parlament għal kull kungress, konferenza jew organizzazzjoni simili li tinvolvi rappreżentanti mill-Parlament u għandha tagħtihom mandat li jkun jaqbel ma' kull riżoluzzjoni rilevanti tal-Parlament. Id-delegazzjoni għandha teleġġi l-president tagħha u, fejn ikun il-każ, viċi president wieħed jew aktar.
Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tinnomina l-membri tad-delegazzjoni tal-Parlament għal kull konferenza jew korp simili li jinvolvi rappreżentanti ta' parlamenti u għandha tagħtiha mandat li jkun jaqbel ma' kwalunkwe riżoluzzjoni rilevanti tal-Parlament. Id-delegazzjoni għandha teleġġi l-president tagħha u, fejn ikun il-każ, viċi president wieħed jew aktar.
12. Bla ħsara għall-Artikolu 197 tat-Trattat KE, il-President għandu jfittex li jilħaq ftehim mal-Kummissjoni u mal-Kunsill biex huma jkollhom allokazzjoni xierqa ta' ħin għad-diskorsi.
12. Bla ħsara għall-Artikolu 230 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-President għandu jfittex li jilħaq ftehim mal-Kummissjoni, mal-Kunsill u mal-President tal-Kunsill Ewropewdwar allokazzjoni xierqa ta' ħin għad-diskorsi għalihom.
(Dan il-paragrafu għandu jsir l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 149)
7. Il-persuna maħtura għandha tissejjaħ minnufih sabiex tieħu ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
7. Il-persuna eletta għandha tissejjaħ minnufih sabiex tieħu ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
Emenda 69 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness V – Artikolu 2
Artikolu 2
imħassar
Rata
1.Bla ħsara għall-kundizzjonijiet imsemmija hawn taħt, kull Membru jista' jqiegħed fuq il-Mejda jew jitkellem favur proposti għal deċiżjonijiet li jiffissaw l-ogħla rata mill-ġdid.
2.Biex ikunu ammissibbli, dawn il-proposti għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda bil-miktub u għandhom ikunu ffirmati minn mhux inqas minn erbgħin Membru jew għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda f'isem grupp politiku jew kumitat.
3.Il-President għandu jistabbilixxi limitu ta' żmien għat-tqegħid fuq il-Mejda ta' dawn il-proposti.
4.Il-kumitat responsabbli għandu jippreżenta rapport dwar dawn il-proposti qabel ma jiġu diskussi fil-Parlament.
5.Wara, jittieħed vot fil-Parlament fuq dawn il-proposti.
Il-Parlament jiddeċiedi permezz ta' maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament u fuq il-bażi ta' tlieta minn kull ħames voti mitfugħa.
F'każ li l-Kunsill jinforma lill-Parlament li jaqbel ma' l-iffissar ta' rata ġdida, il-President għandu jiddikjara fil-Parlament illi r-rata emendata ġiet adottata.
F'każ li dan ma jsirx, il-kumitat responsabbli għandu jiġi mgħarraf bil-pożizzjoni tal-Kunsill.
Emenda 70 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness V – Artikolu 5
Artikolu 5
imħassar
Kunsiderazzjoni tad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill – it-tieni fażi
1.Jekk il-Kunsill ikun immodifika waħda jew aktar mill-emendi adottati mill-Parlament, it-test kif immodifikat mill-Kunsill għandu jintbagħat lill-kumitat responsabbli.
2.Bla ħsara għall-kundizzjonijiet imsemmija hawn taħt, kull Membru jista' jqiegħed fuq il-Mejda jew jitkellem favur abbozzi ta' emendi għat-testi mmodifikati mill-Kunsill.
3.Biex ikunu ammissibbli, dawn l-abbozzi ta' emendi għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub u għandhom ikunu ffirmati minn mhux inqas minn erbgħin Membru jew għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda f'isem kumitat u għandhom jiżguraw li jinżamm bilanċ bejn id-dħul u l-infiq. L-Artikolu 49(5) ma japplikax
L-abbozzi ta' emendi huma ammissibbli biss jekk jirreferu għat-testi mmodifikati mill-Kunsill.
4.Il-President għandu jiffissa limitu ta' żmien għat-tqegħid fuq il-Mejda ta' l-abbozzi ta' emendi.
5.Il-kumitat responsabbli għandu juri fehmtu fir-rigward tat-testi mmodifikati mill-Kunsill u għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozzi ta' emendi għat-test immodifikat.
6.Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3(4), għandu jittieħed vot fuq l-abbozzi ta' emendi għat-testi mmodifikati mill-Kunsill. Il-Parlament jiddeċiedi permezz ta' maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament u fuq il-bażi ta' tlieta minn kull ħames voti mitfugħa. Jekk l-abbozzi ta' emendi jiġu adottati, it-testi mmodifikati mill-Kunsill jitqiesu li ġew miċħuda. Jekk jiġu miċħuda, it-testi mmodifikati mill-Kunsill jitqiesu li ġew adottati.
7.Għandu jsir dibattitu fuq il-ġabra fil-qosor magħmulha mill-Kunsill dwar ir-riżultati tad-deliberazzjonijiet tiegħu fir-rigward tal-proposti għal modifikazzjonijiet adottati mill-Parlament u wara jista' jittieħed vot fuq mozzjoni għal riżoluzzjoni.
8.Meta tiġi konkluża l-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6, il-President għandu jiddikjara fil-Parlament li l-baġit ġie adottat b'mod aħħari. Il-President għandu jagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex il-baġit jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.
Emenda 71 Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness V – Artikolu 6
Artikolu 6
imħassar
Ċaħda tal-baġit fis-sħuħija tiegħu
1.Kumitat jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu, għal raġunijiet serji, iqiegħdu fuq il-Mejda proposta sabiex l-abbozz tal-baġit jiġi miċħud fis-sħuħija tiegħu. Biex tkun ammissibbli, proposta bħal din għandha tinkludi motivazzjoni bil-miktub u għandha titqiegħed fuq il-Mejda qabel ma jagħlaq iż-żmien iffissat mill-President. Ir-raġunijiet għaċ-ċaħda ma jistgħux ikunu kontradittorji.
2.Il-kumitat responsabbli għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar din il-proposta qabel ma jittieħed vot fuqha fil-Parlament.
Il-Parlament jiddeċiedi permezz ta' maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament u ta' żewġ terzi tal-voti mitfugħa. Jekk il-proposta tiġi adottata, l-abbozz tal-baġit fis-sħuħija tiegħu għandu jintbagħat lura lill-Kunsill.