Ftehima bejn il-KE u l-Mongolja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru *
196k
31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Mongolja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (COM(2007)0731 – C7-0001/2009 – 2007/0252(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0731),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 80(2) u 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0001/2009),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55, 90(8) u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0001/2009),
1. Japprova l-konklużjoni tal-ftehima;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Mongolja.
Ftehima bejn il-KE u ċ-Ċina: operazzjonijiet ta' trasport marittimu; adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija *
203k
33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2009 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (08127/2009 – 13698/2008 – C7-0030/2009 – 2008/0133(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0405)
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (08127/2009),
– wara li kkunsidra il-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra (13698/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 80(2) u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0030/2009),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 90 (8) u l-Artikolu 46 (1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0002/2009),
1. Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-Ftehima;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-15 ta' Settembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2009)0308 – C7-0051/2009 – 2009/2048(BUD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0308 – C7-0051/2009),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1), u b'mod partikolari l-punt 26 tagħha,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(2),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008 dwar il-Fond ta' Solidarjetà,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tat-trijalogu tas-7 ta' Lulju 2009,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0008/2009),
1. Japprova d-deċiżjoni annessa ma" din ir-riżoluzzjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, inkluż l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikolari l-punt 26 tagħha,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(4),
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il "Fond") biex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta" reġjuni milqutin minn diżastri.
(2) Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-livell massimu annwali ta' EUR 1 biljun.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li bihom il-fond jista' jkun immobilizzat.
(4) Franza ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, dwar diżastru li sar kawża ta' tempesta.
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta" EUR 109 377 165 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-15 ta' Settembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2009)0371 – C7-0115/2009 – 2009/2066(BUD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0371 – C7-0115/2009),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(2) (Regolament EGF),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0006/2009),
A. billi l-Unjoni Ewropea stabbilixxiet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jipprovdu appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li jsofru mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fil-kummerċ globali u biex jgħinuhom jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol,
B. billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ġew qegħda għandha tkun għajnuna dinamika u tkun disponibbli b'mod effiċjenti u malajr kemm jista' jkun, b'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u wara kunsiderazzjoni xierqa tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 rigward l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-Fond,
C. billi Spanja u l-Portugall talbu l-assistenza fir-rigward ta" każijiet li jikkonċernaw dawk il-ħaddiema li ingħataw is-sensja fis-settur tat-tessuti fir-reġjuni ta" Cataluña(3) u Norte-Centro(4) u billi ssodisfaw il-kriterji ta" eliġibilità kif stipulat fir-Regolament EGF,
1. Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jaghmlu l-isforzi necessarji biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-Fond;
2. Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea għandha tuża l-mezzi taghha kollha biex tiffaċċja l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika u finanzjarja fid-dinja; f'dan ir-rigward, jinnota li l-EGF jista' jkollha rwol kruċjali fl-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol ta" dawk il-ħaddiema li sfaw bla xogħol;
3. Ifakkar li l-mobilizzazzjoni tal-EGF fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet m'għandhomx jipperikolaw l-iffinanzjar tal-Fond Soċjali Ewropew; jesprimi ċerti dubji dwar jekk il-kumplimentarjetà ma" strumenti oħra eżistenti bħall-Fond Soċjali tal-UE hijiex iggarantita;
4. Jimpenja ruħu li jevalwa l-funzjonament u l-valur miżjud tal-EGF fil-kuntest tal-evalwazzjoni ġenerali tal-programmi u ta" strumenti varji oħra maħluqa mill-IIA tas-17 ta" Mejju 2006, fi ħdan il-proċess tar-reviżjoni tal-baġit tal-qafas finanzjarju plurijennali 2007-2013;
5. Japprova d-deċiżjoni annessa ma" din ir-riżoluzzjoni;
6. Jaghti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma din id-deċiżjoni mal-President tal-Kunsill u biex jagħmel arranġamenti sabiex tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
7. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, inkluż l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'applikazzjoni tal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(5), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) Il-Fond Ewropew ta" Aġġustament ghall-Globalizzazzjoni (EGF) ġie stabbilit sabiex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li ingħataw is-sensja li jbatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.
(3) Spanja ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-EGF, fir-rigward ta' sensji fis-settur tat-tessuti, fid-29 ta' Diċembru 2008. Din l-applikazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti sabiex jigu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex tuża l-ammont ta' EUR 3 306 750.
(4) Il-Portugall ressaq applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-EGF, fir-rigward ta' sensji fis-settur tat-tessuti, fit-23 ta' Jannar 2009. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiziti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex tuża l-ammont ta' EUR 832 800.
(5) L-EGF għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjonijiet imressqa minn Spanja u l-Portugall,
IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Ghall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 4 139 550 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2009 dwar l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 6/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III - (11888/2009 – C7-0098/2009 – 2009/2047(BUD))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, adottat b'mod definittiv fit-18 ta' Diċembru 2008(2),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja solida(3),
– wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 6/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 ippreżentat mill-Kummissjoni fit-18 ta' Ġunju 2009 (COM(2009)0288),
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 6/2009 mħejji mill-Kunsill fit-13 ta' Lulju 2009 (11888/2009 – C7-0098/2009)
– wara li kkunsidra l-Artikolu 75 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0003/2009),
A. billi l-abbozz preliminari tal-baġit ta" emenda Nru 6 tal-baġit għall-2009 jkopri r-reviżjoni tal-previżjoni tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali, tal-bażijiet tal-VAT u tad-DGN, tal-ibbaġitjar tal-korrezzjonijiet relevanti tar-Renju Unit kif ukoll l-iffinanzjar tagħhom u r-reviżjoni tal-iffinanzjar tat-tnaqqis tad-DGN favur l-Olanda u l-Iżvezja fl-2009,
B. billi l-għan tal-abbozz tal-baġit ta" emenda Nru 6/2009 huwa li dawn l-aġġustamenti baġitarji jiddaħħlu b'mod formali fil-baġit tal-2009,
1. Japprova l-abbozz tal-baġit ta" emenda Nru 6/2009 mingħajr emendi;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2009 dwar l-Abbozz ta" baġit ta" emenda Nru 7/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, il-maltempata Klaus fi Franza (12951/2009– C7-0130/2009 – 2009/2046(BUD))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, kif ġie adottat finalment fit-18 ta' Diċembru 2008(2),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3),
– wara li kkunsidra l-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 7/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, ippreżentat mill-Kummissjoni fit-22 ta' Ġunju 2009 (SEC(2009)0827),
– wara li kkunsidra l-Abbozz ta" baġit ta" emenda Nru 7/2009, li l-Kunsill stabbilixxa fis-7 ta" Settembru 2009 (12951 /2009 – C7-0130/2009),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 75 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0009/2009),
A. billi l-abbozz ta" baġit ta" emenda Nru 7 għall-baġit ġenerali 2009 jkopri l-Mobilizzazzjoni tal-Fond ta" Solidarjetà tal-UE għall-ammont ta" EUR 109,4 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet relatati mal-effetti tal-maltempata li laqtet lil Franza f'Jannar 2009,
B. billi l-iskop tal-abbozz ta" baġit ta" emenda Nru 7/2009 huwa li jiddaħħal formalment dan l-aġġustament baġitarju fil-baġit 2009,
1. Jinnota l-abbozz ta" baġit ta" emenda Nru 7/2009, li huwa r-raba' baġit ta' emenda ddedikat biss għall-Fond ta' Solidarjetà tal-UE;
2. Jieħu nota li l-finanzjament tal-Fond ta" Solidarjetà tal-UE se jkun ipprovdut mill-Kapitolu 1 4 tad-Dħul tal-Baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej li jikkonċerna r-Riżorsi proprji bbażati fuq id-Dħul Gross Nazzjonali skont l-Artikolu 2(1)(c) tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom sabiex jiġi ffinanzjat il-Kapitolu 13 06 tal-Baġit 2009 li jikkonċerna l-Fond ta" Solidarjetà;
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2009 dwar l-abbozz ta" baġit ta" emenda Nru 8/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009: Europol, Eurojust, OLAF (12952/2009 – C7-0131/2009 – 2009/2050(BUD))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, kif ġie adottat finalment fit-18 ta' Diċembru 2008(2),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3),
– wara li kkunsidra l-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 8/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, ippreżentat mill-Kummissjoni fit-3 ta' Lulju 2009 (COM(2009)0337),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta" baġit ta" emenda Nru 8/2009, li l-Kunsill stabbilixxa fis-7 ta" Settembru 2009 (12952 /2009 – C7-0131/2009),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 75 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0010/2009),
A. billi l-abbozz ta" baġit ta" emenda Nru 8 għall-Baġit Ġenerali 2009 jkopri:
–
żieda fl-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-eradikazzjoni tal-mard tal-annimali u programmi ta" monitoraġġ tal-kundizzjonijiet fiżiċi tal-annimali li jistgħu jkunu ta" riskju għas-saħħa pubblika konnessi ma" fattur estern,
–
il-ħolqien ta' partita fil-baġit "Operazzjoni tal-programmi Supplementari HFR tar-reattur ta' fluss għoli (HFR)",
–
il-ħolqien ta' partita fil-baġit bl-isem Uffiċju Ewropew tal-Pulizija – l-ispejjeż tat-tranżizzjoni,
–
rinforz tas-sussidju Komunitarju għall-Eurojust,
–
modifika ghall-pjan ta' stabbiliment tal-OLAF,
B. billi l-iskop tal-abbozz ta" baġit ta" emenda Nru 8/2009 huwa li jiddaħħlu formalment dawn l-aġġustamenti baġitarji fil-baġit 2009,
1. Japprova bla emendi l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 8/2009 wara r-riżultati tat-trijalogu tal-1 ta" Settembru 2009(4);
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
ANNESS
TRIJALOGU TAL-1 TA' SETTEMBRU 2009
Sommarju ta" konklużjonijiet
Skont il-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta" Mejju 2006, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu dwar dan li ġej:
–
abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni fil-programmar finanzjarju tagħha, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jinnotaw li l-finanzjament tal-Europol bħala Aġenzija Komunitarja jista" jiġi żgurat fl-ambitu tal-limitu massimu tan-nefqa tas-sottointestatura 3a tal-Qafas Finanzjarju Plurijennali (MFF) għall-perjodu 2007-2013; l-ammont annwali se jiġi stabbilit fil-qafas ta" kull proċedura annwali tal-baġit;
–
abbażi tal-abbozz preliminari ta" baġit ta" emenda Nru 8/2009 ippreżentat mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaċċettaw l-ispejjeż ta" tranżizzjoni ta" EUR 1 250 miljun fis-sena 2009, koperti minn allokazzjonijiet mill-ġdid fi ħdan is-sottointestatura 3a tal-MFF 2007-2013;
–
il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jitolbu lill-Kummissjoni biex mill-aktar fis possibbli tippreżenta abbozz ta" linji gwida komuni sabiex jiġi implimentat il-Punt 47 tal-IIA.