Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 20 ta' Ottubru 2009 - Strasburgu
L-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA) *
 Ċerti atti tal-Kunsill li skadew fil-qasam tal-Politika Agrikola Komuni *
 Id-delegazzjoni ta' xogħol ta' analiżi fil-laboratorji *
 Rati mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa f'Madejra u fl-Ażores *
 Il-konservazzjoni ta' għasafar selvaġġi (verżjoni kodifikata) ***I
 Appliances li jużaw il-gass (verżjoni kodifikata) ***I
 Il-forniment ta" servizzi tal-midja awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja awdjoviżiva) (verżjoni kodifikata) ***I
 Il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-esposizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (verżjoni kodifikata) ***I
 L-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta" kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (verzjoni kkodifikata) *
 Netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni ta' kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea (verżjoni kkodifikata) *
 Il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta" bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta" tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (verżjoni kkodifikata) *
 L-annimali tal-fart ta" razza pura għat-tnissil (verżjoni kkodifikata) *
 L-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir *

 Abbozz tal-baġit ta' Emenda 9/2009: Terremot fl-Italja
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (Ġermanja)
 It-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Marek Siwiec

L-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA) *
PDF 194kWORD 31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA) mill-Komunità Ewropea u dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet u l-obbligi tagħha (COM(2009)0326 – C7-0092/2009 – 2009/0085(CNS))
P7_TA(2009)0030A7-0026/2009

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2009)0326),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 175(1), 300(2), l-ewwel subparagrafu, u 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0092/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55, 90(8) u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0026/2009),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-Istatut;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

Ċerti atti tal-Kunsill li skadew fil-qasam tal-Politika Agrikola Komuni *
PDF 196kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jirrevoka ċerti atti tal-Kunsill li skadew fil-qasam tal-Politika Agrikola Komuni (COM(2009)0377 – C7-0134/2009 – 2009/0103(CNS))
P7_TA(2009)0031A7-0018/2009

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0377),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0134/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0018/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Id-delegazzjoni ta' xogħol ta' analiżi fil-laboratorji *
PDF 196kWORD 31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill biex temenda d-Direttiva 2000/29/KE rigward id-delegazzjoni ta' xogħol ta' analiżi fil-laboratorji (COM(2009)0424 – C7-0160/2009 – 2009/0117(CNS))
P7_TA(2009)0032A7-0017/2009

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0424),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-KE li skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsuklta l-Parlament (C7-0160/2009),

–   wara li kkonsulta l-Artikolu 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0017/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-intenzjoni li jemenda b'mod sustanzjali l-proposta tal-Kummissjoni

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Rati mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa f'Madejra u fl-Ażores *
PDF 198kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Portugall japplika rati mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa fir-reġjun awtonomu ta' Madejra fir-rigward ta' rum u likuri prodotti u kkonsmati lokalment u fir-reġjun awtonomu tal-Ażores fir-rigward ta' likuri u eaux-de-vie prodotti u kkonsmati lokalment (COM(2009)0259 – C7-0104/2009 – 2009/0075(CNS))
P7_TA(2009)0033A7-0039/2009

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0259),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 299(2) tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0104/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 u l-Artikolu 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0039/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Il-konservazzjoni ta' għasafar selvaġġi (verżjoni kodifikata) ***I
PDF 199kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni ta' għasafar selvaġġi (verżjoni kodifikata) (COM(2009)0129 – C6-0102/2009 – 2009/0043(COD))
P7_TA(2009)0034A7-0024/2009

(Proċedura ta' kodeċiżjoni– kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0129),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0102/2009),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 swar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0024/2009),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta konċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

Appliances li jużaw il-gass (verżjoni kodifikata) ***I
PDF 200kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward appliances li jużaw il-gass (verżjoni kodifikata) (COM(2007)0633 – C6-0393/2007 – 2007/0225(COD))
P7_TA(2009)0035A7-0025/2009

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0633),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0393/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0025/2009),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p.2.

Il-forniment ta" servizzi tal-midja awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja awdjoviżiva) (verżjoni kodifikata) ***I
PDF 201kWORD 34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta" ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta" servizzi tal-midja awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja awdjoviżiva) (verżjoni kodifikata) (COM(2009)0185 – C7-0041/2009 – 2009/0056(COD))
P7_TA(2009)0036A7-0029/2009

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0185),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 47(2) u 55 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0041/2009),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0029/2009),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni,

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

Il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-esposizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (verżjoni kodifikata) ***I
PDF 200kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-esposizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (verżjoni kodifikata) (COM(2009)0071 – C7-0206/2009 – 2006/0222(COD))
P7_TA(2009)0037A7-0033/2009

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0071),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 137(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0206/2009),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċelerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0033/2009),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta konċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

L-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta" kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (verzjoni kkodifikata) *
PDF 201kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta" kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (verzjoni kkodifikata) (COM(2008)0873 – C6-0033/2009 – 2008/0253(CNS))
P7_TA(2009)0038A7-0028/2009

(Proċedura ta' konsultazzjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0873),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-KE, li skont it-termini tiegħu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0033/2009),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-20 ta" Diċembru 1994 - Fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġislattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0028/2009),

A.   billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u il-Kummissjoni, il-proposta in kwestjoni fiha kodifikazzjoni diretta tat-testi eżistenti mingħajr ebda bidla fis-sostanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattat għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tass-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u il-Kummissjoni;

2.  Jagħti struzzjonijiet lill-President jgħaddi l-pożizzjoni tal-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p.2.

Netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni ta' kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea (verżjoni kkodifikata) *
PDF 202kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni ta' kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea (verżjoni kkodifikata) (COM(2009)0125 – C7-0005/2009 – 2009/0040(CNS))
P7_TA(2009)0039A7-0031/2009

(Proċedura ta' konsultazzjoni - kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0125),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37(2) tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0005/2009),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0031/2009),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) {0><}0{>ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.<0}

Il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta" bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta" tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (verżjoni kkodifikata) *
PDF 202kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta" bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta" tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (verżjoni kkodifikata) (COM(2009)0227 – C7-0048/2009 – 2009/0067(CNS))
P7_TA(2009)0040A7-0027/2009

(Proċedura ta' konsultazzjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0227),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill(C7-0048/2009),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġislattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0027/2009),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

L-annimali tal-fart ta" razza pura għat-tnissil (verżjoni kkodifikata) *
PDF 201kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill fuq l-annimali tal-fart ta" razza pura għat-tnissil (verżjoni kkodifikata) (COM(2009)0235 – C7-0045/2009 – 2006/0250(CNS))
P7_TA(2009)0041A7-0032/2009

(Proċedura ta' konsultazzjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0235),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 37 and 94 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0045/2009),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0032/2009),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

L-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir *
PDF 210kWORD 31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (COM(2009)0048 – C7-0015/2009 – 2009/0012(CNS))
P7_TA(2009)0042A7-0019/2009

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2009)0048),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62(2)(b)(i) u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0015/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7−0019/2009),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Mawrizju.

L-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir *
PDF 199kWORD 30k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta" Seychelles dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (COM(2009)0052 – C7-0012/2009 – 2009/0015(CNS))
P7_TA(2009)0043A7-0012/2009

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2009)0052),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62(2)(b)(i) u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0012/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7–0012/2009),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tas-Seychelles.

L-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir *
PDF 197kWORD 30k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (COM(2009)0050 – C7-0017/2009 – 2009/0014(CNS))
P7_TA(2009)0044A7-0013/2009

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2009)0050),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62(2)(b)(i) u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0017/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7–0013/2009),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Barbados.

L-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir *
PDF 199kWORD 31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni ta" Saint Kitts u Nevis dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (COM(2009)0053 – C7-0013/2009 – 2009/0017(CNS))
P7_TA(2009)0045A7-0014/2009

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2009)0053 ),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62(2)(b)(i) u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0013/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0014/2009),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis.

L-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir *
PDF 198kWORD 31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Antigwa u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (COM(2009)0049 – C7-0016/2009 – 2009/0013(CNS))
P7_TA(2009)0046A7-0015/2009

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2009)0049),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 62(2)(b)(i) u 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0016/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0015/2009),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u ta" Antigwa u Barbuda.

L-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir *
PDF 198kWORD 30k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Baħamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (COM(2009)0055 – C7-0014/2009 – 2009/0020(CNS))
P7_TA(2009)0047A7-0016/2009

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2009)0055),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 62(2)(b)(i) u 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0014/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0016/2009),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u l-Commonwealth tal-Baħamas .

Abbozz tal-baġit ta' Emenda 9/2009: Terremot fl-Italja
PDF 210kWORD 45k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ottubru 2009 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 9/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, terremot fl-Italja, Taqsima III – Il-Kummissjoni (14265/2009 - C7-0214/2009 - 2009/2087(BUD))
P7_TA(2009)0048A7-0023/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009(2), adottat b'mod aħħari fit-18 ta' Diċembru 2008,

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3),

–   wara li kkunsidra l-Abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 9/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, ippreżentat mill-Kummissjoni fit-28 ta" Awwissu 2009 (COM(2009)0448),

–   wara li kkunsidra l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 9/2009, imħejji mill-Kunsill fid-9 ta' Ottubru 2009 (14265/2009 – C7-0214/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 75 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0023/2009),

A.   billi l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 9 għall-baġit ġenerali 2009 jkopri l-punti li ġejjin:

   Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE għall-ammont ta' EUR 493 780 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas li għandhom x'jaqsmu mal-effetti tat-terremot li laqat l-Italja f'April 2009,
   Tnaqqis korrispondenti f'approprjazzjonijiet ta' ħlas globali ta' EUR 493 780 000 mil-linji baġitarji li ġejjin:

05 04 02 01 Tlestija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija, Taqsima tal-Gwida – Reġjuni tal-Objettiv 1 (2000-2006);
06 02 06 Programm Marco Polo II;
06 04 06 Programm ta' Qafas tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni, il-Programm "Intelligent Energy Europe";
06 06 01 02 Riċerka relatata mal-enerġija – Impriża Konġunta Ċelloli tal-Fjuwil u Idroġenu (FCH);
06 06 02 01 Riċerka relatata mat-trasport (inkluża l-Aeronawtika);
06 06 02 03 Impriża Konġunta SESAR;
06 06 05 02 Tlestija tas-sitt programm ta' qafas tal-KE (2003-2006);
07 03 07 - LIFE+ (Strument Finanzjarju għall-Ambjent – 2007-2013;
08 02 01 000: Koperazzjoni – Saħħa;
08 07 02 Koperazzjoni – Trasport - Impriża Konġunta Sema Nadif;
08 10 01 Ideas;
11 06 01 Tlestija tal-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (FIFG) – Objettiv 1 (2000-2006); u
11 06 04 Tlestija tal-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (FIFG) – barra ż-żoni tal-Objettiv 1 (2000-2006),

B.   billi l-iskop tal-Abbozz tal-baġit ta" emenda Nru 9/2009 huwa li jiddaħħal b'mod formali l-aġġustament baġitarju fil-baġit 2009,

1.  Jinnota l-Abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 9/2009, li huwa l-ħames baġit ta' emenda ddedikat biss għall-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, kif mitlub mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fid-dikjarazzjoni konġunta adottata waqt il-laqgħa ta' Konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008;

2.  Japprova l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 9/2009 mingħajr emendi;

3.  Jagħti istruzzjonijet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 69, 13.3.2009.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (Ġermanja)
PDF 366kWORD 49k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2009)0423 – C7-0113/2009 – 2009/2078(BUD))
P7_TA(2009)0049A7-0022/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0423 – C7-0113/2009),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (IIA tas-17 ta' Mejju 2006)(1), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,

–   wara li kkunsidra ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (Regolament tal-EGF)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0022/2009),

A.   billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jbatu mill-konsegwenzi ta" bidliet strutturali maġġuri fir-ritmi tal-kummerċ dinji u biex tgħin l-integrazzjoni tagħhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol,

B.   billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jsiru redundant għandha tkun waħda dinamika u għandha ssir disponibbli malajr u bl-aktar mod effiċjenti kemm jista" jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta" konċiljazzjoni fis-17 ta" Lulju 2008, u filwaqt li titqies kif jixraq il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 rigward l-adozzjoni ta" deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond,

C.   billi l-Ġermanja talbet l-għajnuna fir-rigward ta" każijiet li jikkonċernaw redundancies fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet, fir-rigward ta" ħaddiema li saru redundant min-Nokia GmbH fis-6 ta" Frar 2009 fir-reġjun ta" Bochum(3) u ssodisfat il-kriterji ta" eliġibilità stabbiliti mir-Regolament tal-EGF,

1.  Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex jaċċelleraw il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF);

2.  Jisħaq li l-Unjoni Ewropea għandha tuża l-mezzi kollha tagħha biex tiffaċċja l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika u finanzjarja globali; jinnota, f'dan ir-rigward, li l-EGF jista" jkollu parti kruċjali fl-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol tal-ħaddiema li jkunu sfaw redundant;

3.  Ifakkar li l-mobilizzazzjoni tal-EGF f'approprjazzjonijiet ta' ħlas m'għandhiex titfa" fil-periklu l-finanzjament tal-Fond Soċjali tal-Unjoni Ewropea; jesprimi dubji dwar jekk il-kumplimentarità ma" strumenti oħra eżistenti bħal m'hu l-Fond Soċjali tal-UE hix garantita;

4.  Jintriga ruħu li jevalwa l-funzjonament u l-valur miżjud tal-EGF fil-kuntest tal-valutazzjoni ġenerali tal-programmi u ta" strumenti varji oħra maħluqa mill-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, fi ħdan il-proċess tal-eżami mill-ġdid tal-baġit tal-qafas finanzjarju plurijennali 2007-2013;

5.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma" din ir-riżoluzzjoni;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jagħmel arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, inkluż l-annes tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidraw l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(4), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,

wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)  Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) kien stabbilit biex jipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li sfaw redundant li jsofru mill-konsegwenzi ta" bidliet strutturali maġġuri li jseħħu fir-ritmi tal-kummerċ u biex jgħinhom fl-integrazzjoni tagħhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

(2)  Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-EGF fil-livell massimu annwali ta' EUR 500 miljun.

(3)  Il-Ġermanja ressqet applikazzjoni biex l-EGF jiġi mobilizzat, fir-rigward ta" ħaddiema li spiċċaw redundant min-Nokia GmbH fis-6 ta" Frar 2009. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li tattiva l-ammont ta' EUR 5 553 850.

(4)  L-EGF, għalhekk, għandu jkun mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mill-Ġermanja,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 5 553 850 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(3) EGF/2009/002 DE / Nokia.
(4) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(5) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

It-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Marek Siwiec
PDF 198kWORD 34k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ottubru 2009 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Marek Siwiec (2009/2067(IMM))
P7_TA(2009)0050A7-0030/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta" Marek Siwiec, imressqa mill-Prosekutur Ġenerali Pollakk fis-27 ta" Settembru 2006, u mħabbra fis-seduta plenarja tal-10 ta" April 2008,

–   wara li sema' lil Marek Siwiec bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regola ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, tat-8 ta" April 1965, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta" Settembru 1976,

–   wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Mejju 1964 u tal-10 ta' Lulju 1986(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 105 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja tat-2 ta' April 1997,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 7b(1) tal-Liġi Pollakka tad-9 ta' Mejju 1996 dwar it-twettiq tal-mandat ta' deputat jew senatur,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0030/2009),

A.   billi ttieħdu passi legali privati kontra Marek Siwiec,

B.   billi jidher li ż-żmien li ntgħażel għall-prosekuzzjoni huwa proprju matul kampanja elettorali tliet snin wara li twettqu l-allegati reati, u li l-iskopijiet tal-kwerelant privat huma apertament politiċi, kif evidenzjat b'mod partikolari mid-dokumenti ppreżentati minn dak l-individwu nnifsu lill-President tal-Parlament u mill-fatt li qal li qed jaġixxi f'isem dawk iċ-ċittadini li joġġezzjonaw f'termini ġenerali għall-fatt li s-Sur Siwiec qed iwettaq xi għamla ta' attività pubblika, kollha jindikaw li l-kwerela inkwistjoni tikkostitwixxi fumus persecutionis, peress li hemm raġunijiet serji li jwasslu għall-konklużjoni li l-akkużi miġjuba kontra s-Sur Siwiec tressqu minn avversarju politiku bl-għan ewlieni li tiddgħajjef l-attività tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew,

1.  Jeddiċiedi li ma jneħħix l-immunità ta" Marek Siwiec;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli lill-awtorità xierqa tar-Repubblika tal-Polonja.

(1) Kawża 101/63, Wagner v Fohrmann u Krier, Ġabra 1964, p. 383, u Kawża 149/85 Wybot v Faure u oħrajn, Ġabra 1986, p. 2391.

Avviż legali - Politika tal-privatezza