Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 22 ta' Ottubru 2009 - Strasburgu
Abbozz ta' baġit ġenerali 2010 (Taqsima III)
 L-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (Taqsimiet I, II, IV,V, VII, VIII, u IX)
 Il-pagi bażiċi u l-allowances applikabbli għall-persunal tal-Europol *
 Proposta għal emenda tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 "OCM uniku" *
 L-istat ta' progress tal-SIS II u l-VIS
 Il-bini tad-demokrazija fir-relazzjonijiet barranin tal-UE
 L-aspetti istituzzjonali tal-ħolqien tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Barranija
 Tħejjija tal-laqgħa tas-CET u tas-Summit UE/USA (2 u 3 ta' Novembru 2009)
 Is-sitwazzjoni fil-Ginea
 L-Iran
 Is-Sri Lanka

Abbozz ta' baġit ġenerali 2010 (Taqsima III)
PDF 348kWORD 109k
Riżoluzzjoni
Anness
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2009 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni (C7-0127/2009 - 2009/2002(BUD)) u Ittra ta' Emenda Nru 1/2010 (SEC(2009)1133) għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010
P7_TA(2009)0051A7-0038/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tad-29 ta' Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej(1),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ir-Regolament Finanzjarju)(2),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda(3),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2009 dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja 2010(4),

–   wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, ippreżentat mill-Kummissjoni fid-29 ta" April 2009 (COM(2009)0300),

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, imħejji mill-Kunsill fl-10 ta' Lulju 2009 (C7-0127/2009),

–   wara li kkunsidra l-Ittra ta' emenda Nru 1/2010 (SEC(2009)1133) għall-abbozz tal-baġit preliminari tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 75 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A7-0038/2009),

Kwistjonijiet ewlenin

1.  Ifakkar li l-prijoritajiet politiċi tiegħu u l-evalwazzjoni tiegħu tal-qafas baġitarju għas-sena 2010 ġew stipulati fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta" Marzu 2009, li fiha l-Parlament esprima kritika qawwija għall-marġini ristretti li kien hemm disponibbli f'ħafna mill-intestaturi tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP);

2.  Jiddeplora l-fatt li, fl-abbozz ta" baġit tiegħu, il-Kunsill kompla jnaqqas l-Abbozz Preliminari tal-Baġit tal-Kummissjoni (APB): l-approprjazzjonijiet ta" impenn fl-abbozz ta" baġit jammontaw għal EUR 137 944 miljun u din is-somma tirrappreżenta tnaqqis ta' EUR 613 miljun fir-rigward tal-APB, filwaqt li l-approprazzjonijiet ta' ħlas ta" EUR 120 521 miljun jirrappreżentaw tnaqqis relattiv ta" EUR 1 795 miljun fir-rigward tal-APB; jenfasizza li dan kompla żied id-disparità bejn il-livell tal-impenji u l-ħlasijiet, li jmur kontra l-prinċipju tat-tmexxija finanzjarja soda;

3.  Ifakkar li l-għan ewlieni tal-baġit 2010 irid ikun li tingħata attenzjoni speċjali għall-kriżi ekonomika riċenti; jiddeċiedi li, f'dan il-kuntest, il-Parlament se jqis l-ewwel liċ-ċittadin Ewropew, biex b'hekk juri li l-Unjoni Ewropea mhix l-oriġini tal-problema, iżda strument għas-soluzzjoni tagħha; għaldaqstant huwa emenda l-abbozz ta" baġit tal-Kunsill, bil-għan li juża l-baġit tal-UE bħala għodda biex tgħin sabiex tingħeleb il-kriżi ta" bħalissa, billi jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku, lill-kompetittività, lill-koeżjoni u lill-ħarsien tal-impjiegi;

4.  Jafferma mill-ġdid, wara li eżamina l-abbozz ta" baġit, li s-sub-intestatura 1a ma tippermettix finanzjament xieraq tal-ħtiġijiet tal-UE dwar "Kompetittività għat-tkabbir u l-impjieg", fejn il-finanzjament huwa insuffiċjenti, l-aktar sabiex tindirizza l-kriżi ekonomika attwali u biex tillimita l-konsegwenzi li din tista" ġġib; iqis li din is-sub-intestatura għandha tkun eżaminata bir-reqqa u, jekk ikun jinħtieġ, tiġi rriveduta sabiex ikun żgurat li din tilħaq l-għanijiet tagħha fis-snin li ġejjin;

5.  Ifakkar fil-ftehima dwar id-dikjarazzjoni konġunta, annessa ma' din ir-riżoluzzjoni, mill-Parlament u mill-Kunsill fil-laqgħa ta" konċiljazzjoni għall-ewwel qari tal-baġit 2010, tal-10 ta" Lulju 2009; u kkunsidraha fit-tħejjija tal-emendi tiegħu għall-abbozz ta" baġit;

Dwar il-Pjan Ewropew ta" Rkupru

6.  Jenfasizza li l-finanzjament tat-tieni fażi tal-Pjan Ewropew ta" Rkupru Ekonomiku hija prijorità għall-Parlament Ewropew; bi ħsiebu juża l-għodod previsti fil-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) sabiex jiggarantixxi l-finanzjament tagħha; ifakkar, f'dan il-kuntest, li l-Kunsill Ewropew ma setgħax jippreżenta l-pjanijiet tiegħu fl-abbozz tiegħu tal-baġit; ifakkar li l-ftehima ta" finanzjament m'għandhiex tipperikola l-pakketti finanzjarji tal-programmi adottati b'kodeċiżjoni u lanqas il-proċedura annwali tal-baġit, kif imsemmi fid-dikjarazzjoni, adottata mill-awtorità baġitarja, dwar il-finanzjament tal-Pjan Ewropew ta" Rkupru Ekonomiku tat-2 ta" April 2009; ifakkar ukoll il-fehma tiegħu dwar il-prinċipji u l-prudenza meħtieġa meta jkunu qed jintużaw marġini disponibbli taħt intestatura partikulari;

Dwar is-sub-intestatura 1a

7.  Jinsab sorpriż bit-tnaqqis addizzjonali tal-Kunsill fir-rigward ta' linji li jappoġġjaw l-istrateġija ta' Liżbona li hija bbażata fuq deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew; jinnota li dan imur kontra dak li kellu jsir sabiex tiġi indirizzata l-kriżi ekonomika attwali;

8.  Impenja ruħu li jagħmel l-almu tiegħu sabiex jiżgura li jkun hemm finanzjament adegwat għall-attivitajiet u għall-politiki kollha taħt is-sub-intestatura 1a u li jrawmu t-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi u joffru soluzzjonijiet liċ-ċittadini Ewropej, jiġifieri billi tingħata akbar sigurtà tal-enerġija, jiżdied l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni, b'mod partikolari għal teknoloġiji għall-enerġija nadifa, jiġu promossi l-intrapriżi żgħar u ta" daqs medju u għal politiki għal tagħlim tul il-ħajja; huwa favur l-arrikkiment u l-iżvilupp ulterjuri tal-Programm Erasmus sabiex titrawwem il-promozzjoni tal-ħolqien tal-ewwel impjieg għaż-żgħażagħ; ifakkar fl-importanza li titjieb l-implimentazzjoni tal-programmi ta" qafas u jistieden lill-Kummissjoni biex tqis il-pożizzjoni tal-Parlament kif adottata fil-proċedura ta" kwittanza għall-Kummissjoni 2007(5) b'mod partikolari l-paragrafi 113 sa 123 dwar il-problemi ta" implimentazzjoni.

9.  Ifakkar fir-regoli riveduti tar-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li jemendaw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar it-twaqqif tal-Fond Ewropew ta" Aġġustament(6) għall-Globalizzazzjoni, għall-benefiċċju tal-ħaddiema li jsofru mill-konsegwenzi ta" bidliet strutturali ewlenin fit-tendenzi tal-kummerċ dinji, biex dawn jiġu megħjuna fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol; ifakkar li r-reviżjoni msemmija hawn fuq immirat li twessa' l-applikazzjoni tal-fond biex jitqiesu l-effetti tal-kriżi ekonomika attwali; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm eżami bir-reqqa tal-EGF fir-revizjoni ta' nofs it-terminu;

Dwar is-sub-intestatura 1b

10.  Jiddispjaċih dwar it-tnaqqis fl-APB li l-Kunsill daħħal fi żmien meta l-fondi strutturali u ta" koeżjoni misshom jintużaw biex jistimulaw it-tkabbir ekonomiku u l-irkupru; jipproponi li jkun hemm żidiet sistematiċi fil-ħlasijiet fuq il-linji ewlenin (ERDF, ESF, Fond ta" Koeżjoni) sabiex l-implimentazzjoni tal-politika strutturali fl-Istati Membri tingħata spinta, għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha Ewropej;

11.  Jinnota li l-implimentazzjoni dgħajfa attwali ta' politika strutturali u ta' koeżjoni hija dovuta għall-flessibilità baxxa fis-sistema komplikata ta' regoli u rekwiżiti li timponi l-Kummissjoni u li jimponu l-Istati Membri;

12.  Jinsisti li l-Istati Membri għandhom jużaw l-għodod kollha eżistenti biex jgħaġġlu jew saħansitra jirrevedu l-programmi operattivi sabiex jiġu indirizzati b'mod aktar effettiv il-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika u finanzjarja riċenti; jistieden lill-Kummissjoni biex tapprova dawn il-modifikazzjonijiet fl-iqsar żmien possibbli sabiex ma jkunx hemm dewmien fl-implimentazzjoni tagħhom;

13.  Iħeġġeġ lill-Kunsill sabiex jilħaq ftehim dwar il-proposta li għamlet il-Kummissjoni f'Lulju 2009 sabiex jiġu emendati d-dispożizzjonijiet ġenerali tal-ERD, l-ESF u l-Fondi ta' Koeżjoni għas-simplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-amministrazzjoni finanzjarja;

14.  Jenfasizza li għadd ta" politiki u attivitajiet importanti li l-għan tagħhom huwa li jiġġieldu l-bidla fil-klima u li jappoġġjaw it-tkattir tal-impjiegi huma finanzjati taħt din is-sottointestatura, u li għandu jsir aktar xogħol sabiex l-isforzi jkunu iffukati biex jiġu indirizzati dawn il-prijoritajiet;

15.  Itenni l-importanza li jagħti lill-prinċipju ta' solidarjetà fl-Unjoni; għandu l-ħsieb li jagħmel kull sforz biex jiġi garantit finanzjament aktar adegwat għall-politika ta' koeżjoni sabiex ikunu jistgħu jiġu ttrattati l-isfidi attwali u tal-ġejjieni iqis li hu aktar u aktar meħtieġ li wieħed jevalwa l-applikazzjoni tar-regola n+2 u n+3 bil-għan li tkun iggarantita eżekuzzjoni kompluta tal-Fondi Strutturali u tal-Fondi ta" Koeżjoni;

Dwar l-intestatura 2

16.  Huwa tal-opinjoni li l-baġit tal-UE fil-forma attwali tiegħu ma jistax jindirizza b'mod effettiv u realistiku l-għanijiet li l-Unjoni fasslet għall-bidla fil-klima; iqis li ċ-ċittadini Ewropej jeħtieġu inizjattiva tanġibbli Ewropea sabiex jiġġieldu l-bidla fil-klima, jaffrontaw il-konsegwenzi tagħha u jiffinanzjaw il-politiki meħtieġa;

17.  Ifakkar li, fid-dawl tal-konferenza ta" Kopenħagen ta" Diċembru 2009, il-ġlieda kontra l-bidla fil-klima se tibqa" waħda mill-ogħla prijoritajiet tiegħu għall-Baġit 2010; iqis, madankollu, li din il-prijorità mhix riflessa biżżejjed fl-abbozz tal-baġit u, għaldaqstant, bi ħsiebu jagħmel aktar enfasi fuq din il-politika importanti; ifakkar lill-Kummissjoni sabiex tressaq fi żmien dovut proposta finanzjarja raġjonevoli fi tmiem il-konferenza dwar il-bidla fil-klima;

18.  Jenfasizza l-prijorità li ngħatat mill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex il-produtturi tal-ħalib jiġu megħjuna; huwa deċiż li jagħti messaġġ ċar lill-Kummissjoni u lill-Kunsill billi jipproponi ammont ta" EUR 300 miljun għall-ħolqien ta" Fond tal-Produtturi tal-Ħalib; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex taddotta din it-talba meta tkun qed tressaq l-Ittra ta" Emenda Nru 2 tagħha;

19.  Jiddeċiedi li jiffinanzja l-miżuri ta" internet broadband għaż-żoni rurali tal-Pjan ta" Rkupru Ekonomiku Ewropew mill-marġini tal-intestatura 2, b'konformità mal-istqarrija rilevanti adottata mill-awtorità baġitarja dwar il-finanzjament, fit-2 ta" April 2009;

20.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu l-fondi ta" programmi bil-possibilità li jippromwovu l-konsum ta" prodotti agrikoli (pereżempju ħalib għall-iskejjel u skemi ta" frott għall-iskejjel);

Dwar is-sub-intestatura 3a

21.  Jagħraf ix-xewqa taċ-ċittadini Ewropej għal Ewropa sikura u jilqa" b'sodisfazzjon iż-żidiet f'din is-sottointestatura relattiva għall-baġit 2009; jagħraf li l-pajjiżi kollha tal-Unjoni qed jiffaċċjaw bosta sfidi rigward politiki li jaqgħu taħt din l-intestatura; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex japprofittaw ruħhom miż-żidiet taħt din l-intestatura tal-baġit għall-2009 sabiex jindirizzaw dawn l-isfidi flimkien;

22.  Jenfasizza l-importanza ta" aktar finanzjament disponibbli permezz tal-baġit tal-UE sabiex tiġi mmaniġġjata l-immigrazzjoni illegali u l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta" pajjiżi terzi filwaqt li, b'mod parallel, tiġi indirizzata l-immigrazzjoni illegali b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, u jissaħħaħ il-ħarsien tal-fruntieri, inkluż it-tisħiħ tal-Fond Ewropew għar-Ritorn u l-Fond Ewropew għar-Refuġjati sabiex tiġi ffaċilitata s-solidarjetà bejn l-Istati Membri;

Dwar is-sub-intestatura 3b

23.  Ifakkar li s-sottointestatura 3b tkopri politiki importanti li għandhom impatt dirett fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini Ewropej; ma jaqbilx mat-tnaqqis propost mill-Kunsill f'din is-sottointestatura u jaqbel mal-istrateġija tal-kumitati speċjalizzati, li tiżgura li ż-żieda fl-approprjazzjonijiet tkun ġustifikata;

24.  Ifakkar li l-persentaġġ baxx ta" nies li vvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej wera għal darb'oħra li l-politika dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni trid titjieb fil-baġit 2010; jirrikonoxxi li dan jirrapreżenta sfida komuni għall-Kummissjoni, l-Unjoni Ewropea u l-Parlament bħala parti neċessarja tal-proċess demokratiku; għaldaqstant ressaq emendi li għandhom l-għan li jwarrbu f'riserva parti mill-approprjazzzjonijiet maħsuba għall-politika dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta lill-Parlament il-pjanijiet tagħha dwar kif se timplimenta l-konklużjonijiet tal-Grupp Interistituzzjonali ta" Informazzjoni (IGI);

Dwar l-intestatura 4

25.  Jappoġġja l-ittra ta' emenda Nru 1 għall-abbozz preliminari tal-baġit 2010 adottata mill-Kummissjoni fit-2 ta' Settembru 2009, li tipprovdi għal żieda f'żewġ linji baġitarji: il-Palestina u l-bidla fil-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li huma żewġ prijoritajiet imressqa mill-Parlament;

26.  Iddeċieda li jżid il-linja baġitarja dwar il-bidla fil-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, sakemm joħorġu l-konklużjonijiet tal-konferenza dwar il-bidla fil-klima f'Kopenħagen; jenfasizza madankollu l-bżonn ta' strument finanzjarju ġdid sabiex jgħin lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jaffrontaw l-effetti tal-bidla fil-klima sabiex l-Istrument għall-Koperazzjoni fl-Iżvilupp (DCI)fil-futur ikun jista' jwettaq il-kompiti li ġew assenjati lilu oriġinarjament;

27.  Itenni t-tħassib serju tiegħu dwar l-ispazju limitat u perikoluż ħafna ta" manuvra li jirriżulta mill-finanzjament baxx kroniku ta" din l-intestatura, li dejjem hija taħt pressjoni minħabba l-kriżijiet li jseħħu fil-pajjiżi terzi;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tressaq pjan biex tirrialloka, tul il-perjodu 2010 sa 2013, il-mezzi finanzjarji riallokati mill-istrument għall-Istabilità għall-Faċilità għall-Ikel sabiex tiżgura li l-Unjoni jkollha l-mezzi finanzjarji kollha disponibbli, taħt l-intestura 4 tal-baġit, sabiex twettaq l-irwol tagħha fil-kamp internazzjonali kif jistennew iċ-ċittadini Ewropej; jistieden lill-Kummisssjoni sabiex tressaq pjan għall-mobilizzazzjoni ta' riżorsi finanzjarji għal kwalunkwe faċilitajiet jew mekkaniżmi ta' assistenza ta' emerġenza esterna li jinħolqu barra l-Istrument għall-Istabilità, hekk li jiġi evitat li jintużaw fondi intiżi għall-Istrument għall-Istabilità;

29.  Jistieden lill-Kunsill Ewropew sabiex ma jieħux impenji politiċi ambizzjużi li jirrikjedu appoġġ finanzjarju akbar milli tiflaħ l-UE mingħajr ma, fl-istess ħin, jaħseb għall-approprjazzjonijiet baġitarji meħtieġa meta jkun hemm kontradizzjoni ovvja mal-fondi disponibbli fil-limiti massimi annwali tal-Qafas Finanzjarju Pluriennjali;

30.  Iqis li l-garanzija tal-provvista tal-enerġija hija kwistjoni importanti fl-Unjoni; għaldaqstant jilqa" b'sodisfazzjon l-iffirmar tal-Proġett Nabucco mill-pajjiżi kollha li qed jieħdu sehem fih, u jistenna konsistenza minn għandhom kollha meta jiġu ttrattati proġetti oħrajn li jistgħu jipperikolaw il-proġett Nabucco;

31.  Jibqa" jibbaża fuq l-appoġġ għall-proċess ta" paċi fil-Palestina u l-ħtiġijiet ta" rikostruzzjoni fil-Medda ta" Gaza; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tgħid x'miżuri ħadet sabiex tnaqqas kemm jista" jkun ir-riskju li l-proġetti u l-programmi ffinanzjati taħt din il-linja baġitarja jintużaw għal atti terroristiċi jew minn organizzazzjonijiet terroristiċi, jew jiġu mgħoddija lilhom, jew għal burokrazija ineffiċjenti, u sabiex tispeċifika jekk parti mill-għajnuna hijiex intiża għall-bini mill-ġdid ta' bini jew infrastruttura li qabel kienu ġew iffinanzjai mill-Unjoni jew mill-Istati Membri tagħha u mġarrfa minn azzjoni militari;

32.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkunu allokati fondi biżżejjed lill-Istrateġija tal-UE għall-Baħar Baltiku sabiex ikunu finanzjati azzjonijiet li ma jistgħux ikunu finanzjati minn linji oħra tal-baġit (proġetti ta" koordinazzjoni, ta" informazzjoni u proġetti pilota f'xi wieħed mill-erba" pilastri tal-pjan ta" azzjoni);

Dwar l-intestatura 5

33.  Iddeċieda li jaċċetta parti mit-tnaqqis tal-Kunsill fil-linji ta" nefqa amministrattiva, fuq il-bażi ta" strateġija selettiva, billi jinħoloq bilanċ bejn il-prijoritajiet baġitarji ġenerali, inklużi dawk ġodda, u l-ħtiġijiet tal-implimentazzjoni tal-politiki eżistenti;

34.  Madankollu reġa" daħħal l-approprjazzjonijiet għan-nefqa għall-istaff; jirrimarka li l-ammont totali tat-tipi kollha ta" nefqa amministrattiva ffinanzjati barra mill-intestatura 5 żdied b'mod sinifikanti f'dawn l-aħħar snin; jitlob sabiex fil-ġejjieni, il-proposti mill-Kummissjoni sabiex in-nefqa amministrattiva tiġi trasferita għall-intestaturi operattivi jkunu ġġustifikati bis-sħiħ; jirrikonoxxi li programmi operattivi ma jistgħux jiffunzjonaw mingħajr l-appoġġ amministrattiv neċessarju; madankollu, huwa mħasseb ħafna dwar il-fatt li taħt il-QFP attwali parti mill-pakkett ġenerali għal programmi pluriennali taħt intestaturi oħrajn barra l-intestatura 5 qiegħda tintuża għal nefqa amministrattiva;

35.  Huwa mħasseb dwar is-sejħa attwali għal offerti għal Kwartier Ġdid Ewropew; itenni t-talba tiegħu li jkun dejjem mgħarraf bis-sħiħ dwar il-proċess ta" għażla u l-ħtieġa ta" aktar tagħrif dwar il-politika tal-Kummissjoni dwar il-binjiet b'mod ġenerali;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta kalendarju għall-proposti dwar ir-Reviżjoni triennali tar-Regolament Finanzjarju;

Dwar proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

37.  Ifakkar li il-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tipprovdi għal ammont totali għal proġetti pilota ta' massimu ta' EUR 40 miljun fi kwalunkwe sena finanzjarja, u għal ammont totali għal azzjonijiet preparatorji ta' massimu ta' EUR 100 miljun, li minnhom ammont massimu ta' EUR 50 miljun jista' jiġi allokat għal azzjonijiet preparatorji ġodda;

38.  Iqis dawn il-proġetti bħala għodda indispensabbli għall-Parlament sabiex jagħti bidu għal politiki ġodda għaċ-ċittadini Ewropej; jinnota li, għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji kollha għajr għal erbgħa li l-Kummissjoni inkludiet biss approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet, fatt li ppermetta lill-Parlament jikkontrolla bis-sħiħ jekk kienx meħtieġsegwitu jew le u jekk għandhiex issir votazzjoni għal impenji ġodda jew le; barra minn hekk analizza sensiela ta" proposti interessanti, li wħud minnhom biss setgħu jiddaħħlu fil-baġit 2010 minħabba l-limitazzjonijiet tal-livelli massimi tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) u tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali;

39.  Ta prijorità lill-implimentazzjoni tal-proġetti pilota u tal-azzjonijiet ta" tħejjija li jinsabu fit-tieni u fit-tielet sena tagħhom; bi ħsiebu li, waqt is-sena finanzjarja 2010, isegwi mill-qrib l-implimentazzjoni tagħhom u tal-proġetti u l-azzjonijiet stabbiliti ġodda;

o
o   o

40.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-emendi u mal-proposti għal modifika għat-Taqsima III tal-abbozz tal-baġit ġenerali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati.

ANNEX 1

STQARRIJIET MIFTIEHMA FIL-KONĊILJAZZJONI TAL-10 TA' LULJU 2009

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA BIEX TIDDAĦĦAL FIL-MINUTI TAL-KUNSILL

Reklutaġġ fir-rigward tat-tkabbir tal-2004 u l-2007

"Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għal darb'oħra jenfasizzaw l-importanza ta' reklutaġġ sħiħ fil-karigi kollha relatati mat-tkabbir tal-2004 u l-2007, speċjalment għal karigi ta' tmexxija fil-livell medju u f'dak għoli, u jinsisti li għandhom isiru l-isforzi kollha mill-istituzzjonijiet u speċifikament mill-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) biex jiġi żgurat li tittieħed l-azzjoni meħtieġa biex jitħaffef il-proċess kollu biex jimtlew il-karigi pprovduti mill-awtorita baġitarja b'uffiċjali. Il-kriterji għandhom ikunu kif stipulat fl-Artikolu 27 tar-Relogamenti tal-Persunal, u l-objettiv għandu jkun li tintlaħaq il-bażi proporzjonali ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli malajr kemm jista' jkun.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill bi ħsiebhom ikomplu jsegwu mill-qrib il-pro=ess ta' reklutaġġ li għaddej. Għal dan il-għan, huma jitolbu lil kull istituzzjoni u lill-EPSO biex jipprovdu informazzjoni darbtejn fis-sena, f'Marzu u f'Ottubru, lill-awtorita baġitarja dwar l-istat attwali tar-reklutaġġ fir-rigward tat-tkabbir tal-2004 u l-2007."

DIKJARAZZJONIJIET BIEX JIDDAĦĦLU FIL-MINUTI TAL-KUNSILL

1.  Approprjazzjonijiet ta' pagament

"Il-Kunsill jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta baġit emendatorju jekk l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit għall-2010 jirriżultaw li ma humiex biżżejjed biex ikopru l-infiq taħt is-sotto-intestatura 1a (Kompetittivita għat-tkabbir u l-impjiegi), is-sottointestatura 1b (Koeżjoni għat-tkabbir u l-impjiegi), l-intestatura 2 (Preservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali) u l-intestatura 4 (L-UE bħala attur globali)."

2.  Intestatura 4

"Il-Kunsill, waqt li jinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta ittra ta' emenda għall-APB 2010 li tkopri, fi stadju aktar tard, ħtiġijiet addizzjonali fil-qasam tal-azzjonijiet esterni, speċjalment il-prijoritajiet koperti minn ittri ta' emenda preċedenti u dawk imsemmija fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2009, stabbilixxa l-abbozz ta' baġit tiegħu għall-2010 b'marġni adatt taħt l-intestatura 4 li jippermetti li jittieħed kont tagħha."

3.  Il-politika tal-bini tal-Istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE

"Il-Kunsill ifakkar fil-konklużjonijiet tiegħu dwar ir-rapport speċjali Nru 2/2007 tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-infiq tal-Istituzzjonijiet fuq bini u, waqt li jagħraf li l-ispejjeż għall-bini jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-infiq amministrattiv ġenerali tal-Istituzzjonijiet tal-UE, jikkunsidra li tinħtieġ amministrazzjoni finanzjarja soda tal-ispejjeż tal-bini.

Il-Kunsill itenni l-importanza ta' kooperazzjoni interistituzzjonali b'saħħitha f'dan il-qasam. Huwa jenfasizza l-ħtieġa li l-Istituzzjonijiet jikkooperaw bl-akbar mod possibbli u li jingħaqdu flimkien, kemm għall-kiri jew l-bejgħ ta' bini kif ukoll għall-ispejjeż attwali marbuta magħhom. Huwa jistieden lill-Istituzzjonijiet sabiex jikkondividu l-faċilitajiet kull meta jkun adatt sabiex l-ispejjeż għall-bini jkunu limitati għall-minimu meħtieġ.

F'dan il-kuntest, il-Kunsill jilqa' l-isforzi li diġa saru mill-Istituzzjonijiet għall-kooperazzjoni fuq livell interistituzzjonali u għall-armonizzazzjoni tal-metodi tagħhom tal-ġestjoni tal-bini. Huwa jinnota b'sodisfazzjon il-ftehim li ntlaħaq reċentement minn gruppi ta' ħidma interistituzzjonali stabbiliti fi Brussell u fil-Lussemburgu dwar linji gwida komuni għad-definizzjoni u l-kejl tal-ispazju għall-bini. Il-Kunsill jitlob lill-Istituzzjonijiet sabiex jikkunsidraw il-potenzjal għal aktar kooperazzjoni interistituzzjonali li tista' tinkludi l-kondiviżjoni ta' bini, il-ġestjoni konġunta ta' bini u l-possibbilta ta' uffiċċju interistituzzjonali għall-bini.

Il-Kunsill jappella lill-Istituzzjonijiet sabiex jistabbilixxu strateġiji tal-bini għal perijodu fit-tul, ibbażati fuq estimi realistiċi tan-numru ta' persunal fil-futur u jiżguraw il-flessibbilta meħtieġa permezz ta' bilanċ bejn il-bini li tiegħu ikunu sidien u dak mikri, sabiex tkun evitata kemm jista' jkun kwalunkwe deċiżjoni ad hoc dwar il-bini. Huwa jitlob ukoll li l-Istituzzjonijiet jużaw l-ispazju disponibbli bl-aktar mod effiċjenti u biex jieħdu kwalunkwe miżura possibbli ta' razzjonalizzazzjoni interna. Il-Kunsill jilqa' l-ħidma mwettqa diġa mill-Istituzzjonijiet dwar metodi alternattivi ta' finanzjament u jistenna r-rapport li ġej mill-Kummissjoni.

Il-Kunsill jorbot importanza kbira mal-ħtieġa li jirċievi l-informazzjoni meħtieġa mid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Finanzjarju malajr kemm jista' jkun. L- informazzjoni għandha tinkludi valutazzjonijiet bir-reqqa tal-ħtiġijiet u analiżijiet komprensivi tal-benefiċċju meta mqabbel man-nefqa, id-diversi alternattivi, b'indikazzjonijiet dwar il-possibiltajiet għall-kiri jew għall-bejgħ kif ukoll il-possibbiltajiet alternattivi ta' finanzjament, b'kont meħud tal-ispejjeż kollha tal-finanzjament. Ħafna qabel ma jkun hemm il-ħtieġa li jittieħdu deċiżjonijiet, l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għaż-żewġ fergħat tal-awtorita baġitarja, sabiex huma jkunu jistgħu jistabbilixxu l-pożizzjoni tagħhom mingħajr il-pressjoni taż-żmien.

Barra minn hekk, huwa jtenni l-appell tiegħu lis-Segretarji Ġenerali tal-Istituzzjonijiet sabiex jipprovdu informazzjoni qabel il-preżentazzjoni tal-abbozz preliminari tal-baġit. Waqt li jagħraf l-ispeċifiċitajiet proprji ta' kull Istituzzjoni u l-partikolaritajiet addizzjonali li jikkaratterizzaw kull proġett, il-Kunsill jitlob lill-Istituzzjonijiet sabiex ikomplu l-ħidma tagħhom lejn l-armonizzazzjoni ta' din l-informazzjoni permezz ta' definizzjonijiet u indikaturi komuni sabiex ikun jista' jsir tqabbil bejn l-ispazju għall-bini u l-ispejjeż tal-bini bejn l-Istituzzjonijiet differenti, inkluż l-għarfien komuni tal-metodu għall-kalkolu tal-ispejjeż annwali tal-proprjeta tagħhom mifruxin fuq il-perijodu kollu tal-użu tagħha.

Il-Kunsill iħeġġeġ lill-Istituzzjonijiet sabiex ikomplu u biex jintensifikaw il-miżuri għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-miżuri fir-rigward tal-ambjent fil-bini tagħhom, inkluża ċ-ċertifikazzjoni skont standards ambjentali, kull fejn din tkun adatta u fattibbli skont ir-riżorsi disponibbli.

Il-Kunsill jieħu nota tal-kooperazzjoni eċċellenti bejn l-Istituzzjonijiet u l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri ospitanti tagħhom, li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-ġestjoni soda tal-kwistjonijiet dwar il-bini.

Il-Kunsill ifakkar li l-osservazzjonijiet tiegħu japplikaw ugwalment għas-sitwazzjoni speċifika tal-aġenziji eżekuttivi, u fejn applikabbli, għall-aġenziji deċentralizzati."

DIKJARAZZJONI UNILATERALI BIEX TIDDAĦĦAL FIL-MINUTI TAL-KUNSILL

"Fir-rigward tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit għall-2010 u fid-dawl tal-proċedimenti pendenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza, il-Ġermanja tiddikjara li l-programm "Għajnuna alimentari għal persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni Ewropea" għandu jiġi implimentat skont il-liġi Komunitarja. Il-Ġermanja tiddikjara l-fehma tagħha li x-xiri fis-suq m'għandux jintuża għal dan il-programm. Il-programm għandu jiġi implimentat fid-dawl tal-proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza."

ANNEX 2

Dikjarazzjonijiet tal-Parlament Ewropew maħruġa waqt il-konċiljazzjoni tal-Ewwel Qari tal-proċedura tal-baġit 2010

Implimentazzjoni tal-baġit għall-2009 (Twissija għall-Previżjoni tal-Baġit)

Il-Parlament Ewropew huwa mħasseb dwar is-sitwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Baġit għall-2009 kif deskritt fit-twissija għall-Previżjoni tal-Baġit l-aktar reċenti, b'mod partikolari l-impenji taħt is-subintestaturi 3a u 3b u l-pagamenti taħt is-subintestaturi 1a, 3a, 3b u 5. Huwa jisħaq fuq l-importanza ta' progressjoni skont l-iskeda ta' implimentazzjoni prevista fl-APB.

Il-Parlament Ewropew jitlob lill-Kummissjoni biex sal-31 ta' Awwissu 2009, tippreżenta rapport li jagħti informazzjoni aktar dettaljata rigward ir-raġunijiet (strutturali, organizzattivi, amministrattivi, proċedurali) għad-dewmien irreġistrat fl-implimentazzjoni ta' kull programm jew qasam ta' politika kkonċernat.

Il-Parlament Ewropew jitlob ukoll lill-Kummissjoni biex tagħti ġustifikazzjonijiet, għal kull programm jew qasam ta' politika, fejn l-implimentazzjoni tiżvija mid-deċiżjonijiet meħudin mill-awtorità baġitarja fil-baġit għall-2009.

Is-simplifikazzjoni u użu aktar immirat tal-Fondi Strutturali fil-kuntest tal-kriżi ekonomika

Il-Parlament Ewropew ifakkar fid-dikjarazzjonijiet konġunti tat-tliet istituzzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-politika ta' Koeżjoni ta' Novembru 2008 u April 2009 u jissottolinja n-neċessità li jitkomplew l-isforzi biex tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tal-fondi strutturali u ta' koeżjoni. Huwa jikkunsidra li l-progress li sar fis-simplifikazzjoni tal-proċeduri tal-valutazzjoni, l-approvazzjoni u l-amministrazzjoni ma kienx suffiċjenti, li jidher ċar fir-rata baxxa ta' approvazzjonijiet tas-Sistemi ta' Ġestjoni u Kontroll (MCSs) u l-Proġetti Maġġuri (MPs). Huwa jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli bl-isforzi tagħha biex tissimplifika l-proċeduri implimentattivi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u b'mod partikolari, biex taċċellera l-approvazzjoni tal-MCSs u l-MPs, u b'hekk taċċellera l-pagamenti filwaqt li tirrispetta r-regola ta' n+2.

"Il-Parlament Ewropew jemmen li l-opportunitajiet kollha li jirriżultaw mill-użu tal-Fondi Strutturali, inkluż l-adattament jew ir-reviżjoni tal-programmi operattivi, jistgħu jiġu mmobilizzati għal azzjonijiet aktar immirati biex ikun aktar faċli li jingħelbu l-effetti tal-kriżi ekonomika, b'mod partikolari dawk li jappoġġaw it-tkabbir u l-kompetittività, u li jiġi limitat it-telf ta' impjiegi, u jistieden lill-Istati Membri biex jużaw din il-possibbiltà. Huwa jappella lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi u tagħmel possibbli, permezz ta' proċeduri effiċjenti u rapidi, l-użu tal-miżuri kollha previsti mir-regolamenti tal-Fondi Strutturali mmirati lejn l-appoġġ għat-tkabbir u l-impjieg. Barra minn hekk il-Parlament Ewropew ifakkar fl-importanza ta' użu sħiħ u effiċjenti tal-approprjazzjonijiet disponibbli.

Approprjazzjonijiet ta' pagament

"Il-Parlament Ewropew jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta baġit emendatorju jekk l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit għall-2010 jirriżultaw li ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-infiq taħt intestatura speċifika, fejn meħtieġ."

Intestatura 4

Il-Parlament Ewropew, waqt li jinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta ittra ta' emenda għall-APB 2010 li tkopri, fi stadju aktar tard, ħtiġijiet addizzjonali fil-qasam tal-azzjonijiet esterni, speċjalment il-prijoritajiet koperti minn ittri ta' emenda preċedenti u dawk imsemmija fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2009. Il-Parlament Ewropew ifakkar li waqt il-proċedura ta' konċiljazzjoni tal-baġit fil-21 ta' Novembru 2008, il-Kummissjoni impenjat lilha nnfisha biex tippreżenta valutazzjoni tas-sitwazzjoni fl-intestatura 4 flimkien, jekk meħtieġ, mill-proposti rilevanti. Huwa jistenna li l-Kummissjoni, flimkien mal-ittra ta' emenda, tibgħat valutazzjoni pluriennali tal-ħtiġijiet f'dan il-qasam.

(1) ĠU L 253, 7.10.2000, p. 42.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(4) Testi adottati, P6_TA(2009)0095.
(5) ĠU L 255, 26.9.2009, p. 36.
(6) ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26.


L-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (Taqsimiet I, II, IV,V, VII, VIII, u IX)
PDF 362kWORD 102k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2009 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew, Taqsima II – Il-Kunsill, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew, u Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (C7-0128/2009 – 2009/2002B(BUD))
P7_TA(2009)0052A7-0037/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tad-29 ta' Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej(1),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda(3),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2009 dwar il-linji gwida għall-proċedura tal-baġit 2010 – it-Taqsimiet I u II u t-Taqsimiet minn IV sa IX(4),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2009 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2010(5),

–   wara li kkunsidra l-ftehim intern tiegħu, li sar fl-1988, biex l-approprjazzjonijiet baġitarji tiegħu jkunu limitati għal massimu ta" 20% tat-total tal-intestatura 5, li ma tinkludix in-nefqa ta" natura eċċezzjonali;

–   wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, ippreżentat mill-Kummissjoni fid-29 ta' April 2009 (COM(2009)0300),

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, li l-Kunsill stabbilixxa fis-13 ta' Lulju 2009 (C7-0128/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 75 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A7-0037/2009),

A.   billi l-Abbozz Preliminari tal-Baġit (APB) tal-istituzzjonijiet kollha ħalla marġni ta' EUR 236 597 323 taħt il-limitu tal-qafas finanzjarju għas-sena finanzjarja 2010,

B.   billi wara d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-13 ta" Lulju 2009, l-abbozz tal-baġit (AB) għandu marġni ta" EUR 276 153 415 taħt dan il-limitu,

C.   billi l-proċess pilota miftiehem għall-proċedura tal-2009, li fih kienu se jiġu applikati l-koperazzjoni msaħħa bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits u l-koperazzjoni reċiproka bikrija għall-partiti kollha b'implikazzjonijiet baġitarji sinifikanti, inżamm ukoll għall-proċedura tal-2010,

D.   billi saret laqgħa ta' konċiljazzjoni bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits fil-15 ta' Settembru 2009, qabel il-votazzjonijiet fil-Kumitat għall-Baġits u fil-plenarja,

Il-Qafas Ġenerali

1.  Ifakkar li l-istituzzjonijiet Ewropej iridu jistabbilixxu l-baġits tagħhom fil-kuntest tas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja li qed tiffaċċja l-Ewropa u li huwa essenzjali li dawn jirriflettu l-isforzi sabiex jintlaħqu l-objettivi politiċi b'użu ta' riżorsi kemm jista' jkun effettiv;

2.  Itenni l-konvinzjoni tiegħu li t-talbiet tal-baġit għandhom ikunu bbażati bis-sħiħ fuq l-ispiża u jirriflettu biss bżonnijiet reali sabiex jintlaħqu l-kompiti fdati lil kull istituzzjoni, filwaqt li jsir kull sforz sabiex jiġi identifikat iffrankar ta' flus, inkluż permezz ta' organizzazzjoni aħjar tax-xogħol, it-trasferiment ta' riżorsi eżistenti għall-prijoritajiet, kif ukoll anqas burokrazija, sabiex isir l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi finanzjajri skarsi;

3.  Jilqa' b' sodisfazzjon l-approċċ kostruttiv u koperattiv li ħadu l-istituzzjonijiet kollha fix-xogħol tagħhom mal-awtorità tal-baġit u huwa sodisfatt li t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet li tqajmu kienu pronti u preċiżi;

4.  Jenfasizza li nefqiet li jirrigwardaw speċifikament id-dħul fis-seħħ eventwali tat-Trattat ta' Liżbona li jemenda t-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, mhumiex inklużi fil-proposti; ifakkar li jekk dan it-trattat jidħol fis-seħħ, strumenti baġitarji eżistenti, bħalma huma ittra li temenda jew baġit li jemenda, jistgħu jkollhom jintużaw jekk ikun meħtieġ; huwa madankollu tal-fehma li f'każ bħal dan u fil-limiti massimi possibbli, jeħtieġ li tiġi eżaminata bis-sħiħ ir-riorganizzazzjoni tar-riżorsi eżistenti qabel ma ssir kwalunkwe talba għal riżorsi addizzjonali; itenni li, bi spirtu ta' prudenza għall-futur, jeħtieġ li jinżamm baġit sostenibbli u marġni finanazjarju b'saħħtu f'din l-intestatura;

5.  Ifakkar li f'għadd ta' oqsma għad hemm lok għal aktar titjib u għal użu aktar effettiv tar-riżorsi baġitarji u jixtieq jiffoka għal darb'oħra fuq il-qasam tal-koperazzjoni interistituzzjonali; jaqbel mal-Qorti tal-Awdituri li koperazzjoni akbar fil-qasam tas-servizzi lingwistiċi tista' tipprovdi xi ftit ta' marġni ta' ffrankar; huwa għalhekk għamel din bħala prijorità għall-2010 u jistieden lill-istituzzjonijiet sabiex itejbu aktar dawn l-aspetti, inkluż negozjar mill-ġdid tal-arranġamenti attwali sabiex jintużaw b'mod komuni r-riżorsi interni tat-traduzzjoni;

6.  Jiddeċiedi għal dan l-iskop li jintroduċi riżerva trasversali ta' 5% għas-servizzi ta' traduzzjoni esterni u jenfasizza li din l-emenda hija mmirata għall-istituzzjonijiet kollha li għandhom dipartimenti tat-traduzzjoni tagħhom; it-titjib li qed jintalab jinkludi n-negozjar mill-ġdid tal-arranġamenti attwali sabiex jintużaw b'mod komuni r-riżorsi tat-traduzzjoni interna bl-iskop li jkun hemm titjib fl-effiċjenza u ffrankar fil-qasam tat-traduzzjoni, bi qbil ukoll mar-rapport speċjali tal-Qorti tal-Awdituri rigward dan; jinnota l-punt li din ir-riżerva tista' tinħeles wara li tiġi ppreżentata proposta konkreta għal sistema ta" użu komuni tar-riżorsi interni tat-traduzzjoni mill-istituzzjonijiet u tkun ġiet eżaminata mill-awtorità tal-baġit;

7.  Jenfasizza x-xewqa tiegħu li terġa' tiġi eżaminata mill-istituzzjonijiet il-possibilità ta' " tele-working għat-tradutturi; jinnota li dan jista' jwassal għal iffrankar annwali, b'mod partikulari jekk l-ispazju tal-uffiċċji jkun disponibbli biex jista' jintuża għal skopijiet oħrajn; jinnota li din is-sistema qed tintuża (għalkemm b'mod limitat) mill-Qorti tal-Awdituri u li din qed taħdem tajjeb;

8.  Iddeċieda li jħalli marġni taħt il-limitu tal-intestatura 5 "Infiq Amministrattiv" ta" EUR 222 344 665, biex b'hekk jillimita ż-żieda ġenerali għal 2.1%; jenfasizza li dan jinkludi li terġa" tiżdied parti mit-tnaqqis li għamel il-Kunsill fil-baġit tal-istituzzjonijiet f'dawk il-każijiet fejn il-ħtiġijiet speċifiċi ta' kull istituzzjoni jkunu ġew ġustifikati;

9.  Jemmen li s-sistema baġitarja tal-UE għandha tiżviluppa b'mod li jippremja l-abilità u s-soluzzjonijiet innovattivi; jenfasizza, f'dan ir-rigward, u bħala inċentiv, li ż-żidiet fl-effiċjenza u l-iffrankar li jkunu r-riżultat ta' miżuri bħal dawn min-naħa tal-istituzzjonijiet jistgħu jintużaw għal prijoritajiet oħrajn li jista' jkollhom; jenfasizza, madankollu, li fondi mhux użati li jirriżultaw sempliċement minn implimentazzjoni lajmana jew avvenimenti mhux mistennija għandhom bħala regola ġenerali jiġu rritornati lill-kontributuri tat-taxxa;

Taqsima 1 - Il-Parlament Ewropew
Il-Qafas ġenerali

10.  Jilqa' b' sodisfazzjon l-ispirtu pożittiv u n-natura kostruttiva tal-laqgħa ta' konċiljazzjoni tal-15 ta' Settembru 2009 bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits; jemmen li dan għandu jkompli jsaħħaħ it-tiswira tal-Baġit tal-Parlament f'kundizzjonijiet ta' kooperazzjoni u fiduċja reċiproka, kif ukoll ta' applikazzjoni stretta ta' prinċipji baġitarji sodi u trasparenza; jenfasizza li l-prerogattivi ta' kull korp għandhom jinżammu b'mod sħiħ;

11.  Ifakkar li ntlaħaq ftehim dwar dawn il-kwistjonijiet li kienu jagħmlu parti mil-laqgħa ta' konċiljazzjoni:

   Riżervi (proġetti prijoritarji, riżerva dwar bini, u riżerva ta' kontinġenza)
   Ristrutturazzjoni tad-DĠ INLO u tas-servizz ta' sigurtà
   Bżonnijiet ta' persunal għall-2010
   Dar tal-Istorja Ewropea
   Partiti u fundazzjonijiet politiċi
   Multilingwiżmu
   Ġestjoni tal-għarfien;

12.  Jikkunsidra li l-fluss tal-informazzjoni u l-kalendarju tal-iskambji bejn il-Bureau tiegħu u l-Kumitat għall-Baġits huma kruċjali sabiex jiġu żgurat suċċess u sabiex ikun hemm aktar titjib fil-koperazzjoni ta' bejniethom;

13.  Jenfasizza l-ħtieġa li għandu l-Parlament, bħalma hu l-każ għall-istituzzjonijiet l-oħrajn kollha, li jipprovdi proposta għall-baġit preliminari sħiħa kemm jista' jkun fir-rebbiegħa u kmieni fis-sajf; jenfasizza li l-użu tal-ittra li temenda matul il-ħarifa għandha tkun verament limitata għal avvenimenti imprevisti u aġġornamenti tekniċi; jirrikonoxxi li sena ta' elezzjonijiet tikkostitwixxi sitwazzjoni speċifika li fiha wieħed irid jaħseb għal livell ogħla ta' flessibilità f'dawn il-proċeduri sabiex jitħarsu l-prerogattivi ta' Parlament li jkun għadu kemm ġie elett;

14.  Jinnota l-punt li l-livell ġenerali tal-baġit tiegħu jammonta għal 19,87% tan-nefqa awtorizzata skont l-intestatura 5 (approprjazzjonijiet amministrattivi) tal-qafas finanzjarju plurijennali, i.e. li nżammet taħt il-limitu proprju impost ta" 20%; itenni madanakollu li dan il-perċentaġġ ta' 19,87% ma jinkludix kwalunkwe adattamenti li jistgħu jkunu meħtieġa jekk jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Liżbona, partikolarment fil-qasam leġiżlattiv, u jkompli jżomm il-pożizzjoni tiegħu li huwa essenzjali li jkun hemm marġini konsiderevoli; jagħraf li, minabba l-limitazzjoni attwali tal-marġni, se jkunu meħtieġa aktar iffrankar u trasferimenti tal-flus biex ikun possibbli li jkunu ssodisfati ħtiġijiet addizzjonali;

15.  Jikkunsidra li distinzjoni bejn l-ispejjeż fissi u l-ispejjeż varjabbli tal-Parlament tiffaċilita d-deċiżjonijiet dwar il-livell ġenerali tal-baġit tiegħu u s-segwitu xieraq tiegħu biex jinżamm baġit sostenibbli; rigward dan, iddeċieda li jżomm f'riżerva parti minn tliet linji speċifiċi tal-baġit filwaqt li jitlob li jsir rapport li jidentifika l-ispejjeż taħt it-titoli 2 u 3 skont it-tipi differenti ta' spejjeż u sabiex jiddistingwi jekk dawn humiex ta' natura fissa jew varjabbli; jikkunsidra li din id-distinzjoni, l-istrateġiji għal perjodu twil ta' żmien għall-bini, il-politiki tal-komunikazzjoni u tal-informazzjoni kif ukoll analiżi li tqabbel l-ispiża u l-benefiċċji ta' diversi attivitajiet tal-Parlament tippermetti l-ħolqien ta' baġit b'bażi żero fis-snin li ġejjin; jikkunsidra li dan se jippermetti lill-baġit tal-Parlament jirrifletti biss ħtiġijiet reali u se jtejjeb it-trasparenza, il-preċiżjoni u l-effiċjenza baġitarja tiegħu;

16.  Jinnota l-punt li l-2010 hija l-ewwel sena ta' applikazzjoni sħiħa tal-Istatut tal-Membri l-ġdid u li dan qed ikollu impatt sinifikattiv fuq il-baġit tiegħu, li kellu jassumi hu dawn l-ispejjeż; jinnota li l-ammonti addizzjonali li ġew inklużi, meta mqabbla mal-2009 (sena ta' applikazzjoni parzjali), huma stmati li huma ta' madwar EUR 40 miljun u, meta mqabbla ma' snin preċedenti, għal madwar EUR 113 miljun;

17.  Jikkunsidra madankollu li għandha ssir distinzjoni f'dawn iċ-ċifri bejn dawk li huma konsegwenzi inevitabbli ta' natura legali u baġitarji u dawk li għalihom l-implimentazzjoni nnifisha tas-sistema tista' tagħmel differenza; jitlob għalhekk, minn perspettiva bagitarja, li jsir rapport dwar l-applikazzjoni tas-sistema tar-rimbors rigward ivjaġġar, ibbażat fuq informazzjoni preċiża u oġġettiva, li għandu jiġi ppreżent qabel it-30 ta' Ġunju 2010;

18.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ftehim li ntlaħaq fi tmien l-2008 dwar l-istatut il-ġdid għall-assistenti parlamentari u inkluda d-dispożizzjonijiet tal-baġit għall-ewwel sena sħiħa ta' applikazzjoni fl-2010; jilqa' b'sodisfazzjon wkoll it-twaqqif ta' Grupp Temporanju ta' Evalwazzjoni sabiex jeżamina kwalunkwe problemi prattiċi li jirriżultaw mill-introduzzjoni tal-Istatuti tal-Membri u tal-Assistenti u jistenna bil-ħerqa li jirċievi l-konklużjonijiet tiegħu kemm jista' jkun malajr, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-preżentazzjoni mill-Bureau tal-Istimi 2011;

19.  B'konnessjoni mal-livell ġenerali tal-baġit u l-elementi msemmija hawn fuq, jinnota wkoll li l-konċiljazzjoni wasslet għal ftehim dwar it-tnaqqis fir-riżervi proposti għal-livell ta' EUR 5 miljuni għal inizjattivi politiċi ġodda, iż-żamma ta' riżerva ta' kontinġenza ta' EUR 10 miljuni, kif ukoll ftehim dwar riżerva ta' EUR 15-il miljun għall-bini;

Riżorsi Umani

20.  Jilqa' b' sodisfazzjon il-ftehim dwar r-riżorsi ta' persunal għall-baġit tal-2010 u japprezza l-informazzjoni pprovduta mill-amministrazzjoni rigward pożizzjonijiet meqjusa neċessarji u l-miżuri ta' ristrutturazzjoni proposti b'mod parallel;

21.  Jiddeċiedi li jawtorizza l-approprjazzjonijiet għal 54 post għal xogħol ġdid fl-Organigramma tal-Parlament għall-2010 kif ġej:

jiddeċiedi wkoll li japprova l-approprjazzjonijiet għar-rivalutazzjonijiet li ġejjin: 5 AD5 għal 5 AD7 fir-rigward ta" reklutaġġ ta" interpreti, 30 AD7 għal 30 AD9 fir-rigward ta" kompetizzjonijiet interni, u 30 AST3 għal 30 AST5, ukoll fir-rigward ta" kompetizzjonijiet interni; jiddeċiedi wkoll li japprova l-approprjazzjonijiet għal bdil ta" 5 postijiet għal xogħol AST6 f"2 postijiet għal xogħol AD11 u 3 AD12 fir-rigward ta" kompetizzjonijiet "cross-over":

   - Postijiet għal xogħol permanenti: 8 AD9, 17 AD5 u 28 AST1,
   - Postijiet għal xogħol temporanju: 2 AD10, 1 AD9 u 1 AD5,
   - Tneħħija ta" 3 postijiet għal xogħol temporanju AST 1 li kienu approvati fl-Organigramma tal-2009;

22.  Minkejja dan, jinsisti li aktar sforzi favur ir-riallokazzjoni ta' riżorsi u postijiet diġà eżistenti għandhom ikunu parti integrali tal-proċess baġitarju; rigward dan, jemmen li jkun tajjeb li tadatta l-organizzazzjoni tax-xogħol u l-istuttura tas-servizzi tagħha għall-prijoritajiet politiċi sabiex jiġu massimizzati r-riżultati u, minn perspettiva baġitarja, jitnaqqas l-impatt tal-ispiża; rigward dan, ifakkar fit-talba tiegħu tas-sena l-oħra li huwa kruċjali li tiġi bbilanċjata b'mod ottimali d-distribuzzjoni tar-riżorsi umani fost l-attivitajiet leġiżlattivi bażiċi, is-servizzi diretti għall-Membri u funzjonijiet ta' appoġġ amministrattiv, kif ukoll li s-suppożizzjonijiet bażiċi u l-prijoritajiet bażiċi jkunu mifhuma aħjar;

23.  Jinnota b'mod partikulari l-ftehim fil-konċiljazzjoni li jissaħħaħ id-dipartiment tiegħu għall-bini u l-politika għall-bini sabiex jiġu żgurati l-manutenzjoni u s-sigurtà, jitjieb l-ippjanar u l-kontroll tiegħu u li wieħed jista' jistenna li jwassal, flimkien ma' politika tal-proprjetà koerenti u responsabbli, għal iffrankar ta' flus tul iż-żmien; għalhekk jaqbel li jipprovdi 49 post ġdid tul dawn it-tliet snin għal dan l-iskop; jinnota wkoll il-ftehim li jiġu ffinanzjati 5 postijiet mitluba għar-riorganizzazzjoni tas-servizz tas-sigurtà;

24.  Jilqa' wkoll bi pjaċir il-ftehim li kien hemm fil-konċiljazzjoni li ssir verifika organizzativa tad-DĠ INLO u tas-Servizz ta' Sigurtà sabiex jiġi evalwat jekk ir-riżorsi humiex jintużaw bl-aħjar mod possibbli;

Xogħol leġiżlattiv u multilingwaliżmu

25.  Ifakkar li l-multilingwiżmu kien element kruċjali tal-baġit tal-2010, kemm mill-perspettiva li jitħares, u infatti li jissaħħaħ, id-dritt tal-Membri kollha li jkollhom trattament ugwali rigward servizzi lingwistiċi, kif ukoll mill-perspettiva ta' sforzi sabiex ma jogħlewx l-ispejjeż permezz ta' koperazzjoni interistituzzjonali bejn l-istituzzjonijiet kollha; jilqa' b' sodisfazzjon u japprova l-finanzjamenti addizzjonali mmirati għal dan is-settur tal-baġit;

26.  Jemmen li l-inkarigu tar-responsabilitajiet leġiżlattivi akbar tal-Parlament ikun proċess kontinwu li jeħtieġ li tingħata għajnuna sħiħa lill-Membri biex iwettqu x-xogħol leġiżlattiv tagħhom; jilqa' b' sodisfazzjon f'dan il-kuntest id-deċiżjoni tal-Bureau tas-6 ta' Mejju 2009 li għandha l-iskop li sseddaq l-għajnuna diretta għall-Membri fix-xogħol leġiżlattiv tagħhom, b'mod partikulari matul il-fażi inizjali ta' abbozzar; jikkunsidra li għandha tingħata attenzjoni wkoll lill-fażijiet suċċessivi tal-proċeduri leġiżlattivi u jikkunsidra li hu essenzjali li l-Membri jkollhom aċċess għal testi korretti fil-lingwi kollha, f' konformita' mal-prinċipji ta' multilingwiżmu u f' konformita' mal-iskopijiet tal-politika għal leġiżlar aħjar tal-Unjoni sabiex tisseddaq it-trasparenza u l-leġittimità demokratika tal-pożizzjonijiet tal-Parlament fil-proċeduri leġiżlattivi;

27.  Ifakkar li l-Parlament jivvota regolarment għal atti leġiżlattivi miftiehma fil-forma ta' kompromessi politiċi bikrin, filwaqt li l-Kunsill jadotta atti bħal dawn wara li jkunu ġew finalizzati; jikkunsidra li hu essenzjali li l-Parlament ikun jista' jeżamina u jivvota fuq testi finali korretti fil-lingwi kollha; jitlob li jittieħdu passi fil-livelli interni u interistituzzjonali sabiex f'dan ir-rigward jiġi żgurat li l-Parlament ikun f'livell ta' parità mal-Kunsill;

28.  Jilqa' b' sodisfazzjon il-ftehim fil-konċiljazzjoni sabiex tiddaħħal riżerva trasversali ta' 5% għal linji tal-baġit speċifiċi għall-istituzzjonijiet kollha li għandhom is-servizzi ta' traduzzjoni tagħhom, kif diġà mfisser hawn fuq;

29.  Huwa lest li jikkunsidra mill-ġdid is-sistema u l-aċċessibilità ta' diskorsi fil-plenarja, l-hekk imsejħa rapporti verbatim, u kif dan jista' jitjieb permezz tal-użu tat-teknoloġija moderna filwaqt li fl-istess ħin jikkostitwixxi ffrankar kbir għall-baġit; jikkunsidra li dan jista' jinvolvi sistema ta' traduzzjoni bbażata fuq id-domanda li tista' wkoll tħaffef b'mod konsiderevoli d-disponibilità tat-testi mitluba;

Politika għall-bini

30.  Ifakkar fit-talba preċedenti tiegħu li l-Bureau jressaq strateġija koerenti u responsabbli għal medda ta' żmien fit-tul fil-qasam tal-proprjetà u l-bini li tqis ukoll il-problema partikolari tal-ispejjeż ta' manutenzjoni li qed jiżdiedu, il-bżonn ta' rinnovazzjonijiet u spejjeż ta' sigurtà, u li tiżgura s-sostenibilità tal-baġit tal-Parlament, u jistenna li din tiġi ppreżentata sa tmien l-2009; jieħu nota tat-tweġiba li rċieva wara r-riżoluzzjoni tal-baġit tas-sena l-oħra iżda ma jikkunsidrax li dan huwa biżżejjed; jenfasizza wkoll li jridu jitqiesu r-rifużjonijiet futuri possibbli mill-awtoritajiet Belġjani skont il-ftehim dwar il-bini eżistenti tal-Parlament fi Brussell;

31.  Itenni l-importanza li hu jagħti lill-kwistjonijiet ta" sigurtà, marbuta mill-qrib mal-politika tiegħu għall-bini, u jikkunsidra li hu meħtieġ metodu effettiv u bbilanċjat f'dan il-qasam; jenfasizza, b'mod partikolari, il-karattru speċifiku li għandu parlament kif ukoll il-ħtieġa ta" trasparenza u ta" aċċessibilità li jeżistu flimkien mar-rekwiżiti dwar is-sigurtà; fl-istess ħin, jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-ispiża li dejjem tikber f'dan il-qasam u jikkunsidra li hu meħtieġ approċċ differenzjat skont is-sitwazzjoni speċifika ta" kull post tax-xogħol;

32.  Jenfasizza li teħtieġ tingħata spjegazzjoni ċara dwar ir-raġuni li għaliha l-Bureau qed jikkontempla li jakkwista bini ġdid qrib il-faċilitajiet tiegħu fi Brussell, waqt li jikkunsidra li hemm wieħed mill-bini tiegħu li m'għadx hemm bżonnu għax-xogħol parlamentari;

Politika għall-komunikazzjoni u l-informazzjoni

33.  Jilqa' b' sodisfazzjon il-ftehim dwar il-finanzjament tal-partiti u fondazzjonijiet politiċi Ewropej li għandu jgħin biex tissaħħaħ il-komunikazzjoni maċ-ċittadini - kif ukoll il-parteċipazzjoni tagħhom - fil-ħajja politika tal-UE; jitlob li jkun hemm aktar diskussjonijiet dwar prinċipji baġitarji għal medda ta' żmien fit-tul f'dan il-qasam;

34.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni finali tal-Bureau dwar il-mudell maniġerjali għaċ-Ċentru tal-Viżitaturi ġdid u jiddeċiedi li jipprovdi t-tlettax-il post mitlub sabiex jiġi żgurat li saflaħħar dan jinfetaħ malajr kemm jista' jkun, u fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard mill-ewwel parti tal-2010;

35.  Jinnota l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Bureau tiegħu u l-Kumitat għall-Baġits dwar id-Dar tal-Istorja Ewropea; jiddeċiedi li jagħmel disponibbli EUR 1.5 miljun biex jiġu bbaġitjati taħt linja xierqa diġà eżistenti tal-baġit tal-2009, sabiex jiġi żgurat li l-kompetizzjoni tal-periti tkun tista' tkompli u li l-proposti għall-proġett ikunu jistgħu jaslu fil-ħin is-sena d-dieħla; itenni l-opinjoni tiegħu li jeħtieġ informazzjoni dwar l-ispiża kumplessiva tal-proġett; jilqa' b' sodisfazzjon il-ftehim sabiex isir tentattiv biex jinstab finanzjament addizzjonali minn sorsi esterni u biex isir stħarriġ dwar il-koperazzjoni possibbli fil-proġett;

36.  Jisħaq fuq l-importanza li jagħti lill-organizzazzjoni effettiva tal-bosta sorsi ta' informazzjoni u servizzi li huma disponibbli għall-Membri u l-persunal fil-Parlament; f'dan ir-rigward, ifakkar fl-istrateġija ġdida adottata għall-ICT taħt id-Direttorat Ġenerali tal-IT u fid-deċiżjoni għall-ħolqien ta' Direttorat għal-Librerija u l-Immaniġġjar tad-Dokumenti fi ħdan is-servizzi tal-Presidenza; jisħaq ukoll fuq il-ħtieġa li tiġi żviluppata "Sistema ta' Ġestjoni tal-Għarfien" ġenerali sabiex tiffaċilita t-tixrid ta' kull informazzjoni, kemm fil-livell politiku, kif ukoll fil-livell amministrattiv; jitlob lill-Bureau tiegħu sabiex jagħti attenzjoni speċjali għall-koperazzjoni bejn is-servizzi varji sabiex jiġi żgurat li l-politika ġenerali tkun koerenti u effettiva f'termini ta' nefqa u, fl-aħħarnett, jilqa' b' sodisfazzjon il-ftehim fil-konċiljazzjoni li ssir preżentazzjoni li tkopri aspetti bħal dawn f'laqgħa tal-Kumitat għall-Baġits;

37.  Jemmen ukoll li l-inklużjoni tas-servizzi għall-ġestjoni ta' dokumenti fid-direttorat il-ġdid imsemmi hawn fuq għandu jtejjeb l-aċċess għall-informazzjoni u jikkontribwixxi għal għarfien aħjar tal-attivitajiet parlamentari; jinsisti li dan għandu jiffaċilita x-xogħol tal-Membri u jtejjeb ukoll it-trasparenza vis-à-vis iċ-ċittadini; jiddeċiedi li japprova l-elementi baġitarji kif inklużi fil-baġit preliminari; fl-istess waqt, jixtieq li jinżamm aġġornat dwar l-organizzazzjoni tiegħu, tbassir rigward spiża u persunal, kif ukoll prodotti u servizzi, inklużi l-miżuri biex jittejjeb l-aċċess għad-dokumenti;

38.  Jieħu nota tal-pariri mressqa mill-Kumitat dwar il-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat tal-Petizzjonijiet u tal-pożizzjonijiet simili li ġew espressi; jikkunsidra li, fil-parti l-kbira tiegħu, it-tħassib li tqajjem ġie kemm jista' jkun indirizzat permezz tal-emendi baġitarji u l-votazzjoni;

Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja

39.  Jikkunsidra li l-volum ta' xogħol tal-Qorti li dejjem qed jiżdied f'dawk li huma konsultazzjonijiet, kif ukoll l-urġenza ġdida tal-proċeduri, iġġustifikaw żieda raġjonevoli fil-baġit operazzjonali u l-istruttura organizzativa tagħha fis-sentejn li għaddew, inkluż tisħiħ konsiderevoli ta' persunal għall-2009; jikkunsidra għalhekk li huwa naturali li mhumiex qed jintalbu postijiet addizzjonali għall-2010; mhuwiex konvint li l-qtugħ mill-Kunsill fir-remunerazzjonijiet previsti u r-rata ta' tnaqqis huma korretti meta wieħed jikkunsidra ir-rata attwali ta' reklutaġġ u l-livell ta' persunal effettiv;

40.  Għalhekk jiddeċiedi li jerġa' jdaħħal kif kienu fl-APB għadd ta' linji wara li tqiesu l-argumenti li tressqu u wara li kkonsidra l-opinjonijiet tal-kumitati tiegħu;

41.  Jinnota li l-effett tal-binjiet ġodda tal-Qorti għadu jinħass u li dan għandu impatt problematiku fuq it-tkabbir komplessiv tal-baġit tiegħu; f'din il-perspettiva, u meta jitqiesu dawn l-ispejjeż li mhumiex irkuprabbli, huwa lest jaċċetta tkabbir kumplessiv ta' 4.5% kif ġie propost, filwaqt li jinnota li l-iżvilupp tal-baġit operazzjonali normali tal-Qorti għandu rata notevolment aktar baxxa ta' +2.5%.

Taqsima V - Il-Qorti tal-Awdituri

42.  Japprova l-ħolqien ta' 12-il -post ieħor ta' awdituri, wara l-20 post ta' awdituri approvati fl-2009, minħabba d-domanda li qed tikber, b'mod partikulari mill-awtorita' tal-kwittanza tal-baġit; jenfasizza li l-livelli ta' persunal effettiv u d-domanda ta' xogħol jeħtieġ li jiġu kkunsidrati fil-kuntest aktar wiesa' tal-baġit u tal-ekonomija Ewropea; għalhekk jikkunsidra li t-32 post ta' awdituri approvati tul dawn is-sentejn għandhom għal xi snin jipprovdu ċerta kumdità lill-Qorti u jitlob min-naħa l-oħra li l-Qorti tipprijoritizza t-talbiet skont l-urġenza u l-importanza relattiva tagħhom;

43.  Jinnota l-progressjoni prevista tal-ispejjeż għall-estensjoni tal-bini K3 u jerġa' jisħaq li meta mqabbla mal-għażla ta' kiri jew xiri, id-deċiżjoni li din tiġi ffinanzjata direttament mill-baġit iżomm dan il-proġett fl-aktar livell baxx possibli għal min iħallas it-taxxi; jieħu nota tal-fatt li d-deċiżjoni li jiġu antiċipati EUR 55 miljun għall-2009 rriżultat fi tnaqqis sinifikanti għal din il-linja tal-baġit fl-2010;

44.  B'riżultat ta' kumment li sar fil-verifika esterna rigward il-Qorti nnifisha, jikkunsidra li l-ispejjeż għal dan il-proġett jeħtieġ li jitwettqu mill-approprjazzjonijiet approvati għal-linja speċifika tal-bini, u f'ġieħ it-trasparenza, m'għandhomx jiġu bbaġitjati taħt intestaturi/linji oħrajn;

45.  Jiddeċiedi li jżid għadd limitat ta' partiti ta' nefqa għat-tixrid ta' rapporti għall-pubbliku mill-Qorti, għal pubblikazzjonijiet fil-Ġurnal Uffiċjali, kif ukoll għal missjonijiet sabiex, meta jkun meħtieġ, espert tematiku jakkompanja l-awditur sabiex jinkiseb fehim aħjar tal-fatti u kwalità itjeb fil-konklużjonijiet;

Taqsima VI - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

46.  Jiddeċiedi li jadotta pożizzjoni ta' kompromess bejn it-talbiet oriġinali tal-Kumitat u l-abbozz tal-baġit tal-Kunsill; għalhekk jiddeċiedi li japprova s-6 pożizzjonijiet addizzjonali (4 AD5, 1 AST 3 u 1 AST1) u li jaġġusta għal 5% r-rata ġenerali ta' tnaqqis għas-salarji u l-allowances;

47.  Jitlob lill-Kumitat sabiex jippreżenta rapport tal-bidu riassuntiv dwar l-operat tas-sistema ta' ppjanar imtejba għall-ispejjeż tal-laqgħat u l-ivjaġġar, kif introdotta fil-baġit preċedenti;

48.  Għall-baġits futuri, jitlob ukoll spjegazzjoni qasira dwar kif ir-rimborżi għall-ivvjaġġar u l-allowances jiġu kkalkulati u x'għażliet, jekk jeżistu, għandhom il-membri u l-persunal f'dan ir-rigward;

Taqsima VII - Il-Kumitat tar-Reġjuni

49.  Ma jaqbilx mad-deċiżjoni tal-Kunsill li jabolixxi l-għaxar postijiet addizzjonali mitluba għall-Kumitat u jiddeċiedi li jerġa' jdaħħal erbgħa minnhom bħala postijiet projoritarji marbutin max-xogħol politiku tiegħu, u b'mod partikulari mal-assemblea reġjonali; ifakkar madankollu li ż-żiediet ta' persunal tal-Kumitat kienu diġà ġew approvati fl-2009 u għalhekk ma jistax japprova aktar minn hekk, meta titqies is-sitwazzjoni ekonomika ġenerali;

50.  Jiddeċiedi li jintroduċi rata ta" tnaqqis ġenerali ta" 5 % wara li sema' l-argumenti tal-Kumitat rigward il-livelli ta' reklutaġġ u r-rati ta' postijiet vakanti; jinnota li dan għandu jiżgura li l-Kumitat ikollu fondi biżżejjed biex jagħmel tajjeb għall-obbligi tiegħu, filwaqt li jkun hemm xi ftit iffrankar fl-APB;

51.  Jieħu pożizzjoni ta' kompromess bejn it-talbiet tal-Kummissjoni u t-tnaqqis tal-Kunsill dwar għadd ta' linji operazzjonali, inklużi riżorsi għall-iżvilupp tal-IT, faċilitajiet għall-kura tat-tfal għall-persunal, u miżuri ta' informazzjoni u komunikazzjoni;

Taqsima VIII - L-Ombudsman Ewropew

52.  Ireġġa' l-APB parzjalment għal li kien wara li jieħu nota tat-tnaqqis tal-Kunsill u wara li sema' l-argumenti tal-Ombudsman; jinsisti li fil-biċċa kbira tiegħu l-iffrakkar limitat meta mqabbel mal-APB jista' jinżamm xorta waħda;

53.  Jadotta wkoll pożizzjoni ta' kompromess bejn l-Ombudsman u l-Kunsill f'dak li jirrigwarda l-approprjazzjonijiet meħtieġa għas-salarji u l-allowances;

54.  Jaqbel mal-Ombudsman li jkun utli li ssir riflessjoni dwar l-ispiża relatata mal-elezzjoni ta' din il-kariga u fil-fatt jikkunsidra li s-sistema attwali li dawn l-ispejjeż jinfirxu fuq snin differenti u fuq partiti differenti tal-baġit, mhijiex trasparenti;

55.  Huwa sorpriż li dan il-korp m'għandu prattikament ebda baġit għal miżuri ta' taħriġ u għalhekk jaqbel li jkun hemm ċerta żieda f'dan il-qasam;

Taqsima IX - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

56.  Jirrikonoxxi li l-Kontrollur qiegħed jintalab dejjem aktar sabiex jagħti opinjoni dwar leġiżlazzjonijiet (li jkollhom impatt fuq kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data); iddiskuta din il-kwistjoni pjuttost fil-fond u ħa nota tal-istqarrija li dawn il-konsultazzjonijiet huma obbligatorji għall-Kontrollur; għalhekk jiddeċiedi li jagħmel xi aġġustamenti għall-abbozz tal-baġit li ssuġġerixxa l-Kunsill;

57.  Japprova l-ħolqien ta' żewġ pożizzjonijiet oħra (1 AD5 u 1 AST2) li jirrappreżentaw pożizzjoni intermedjarja bejn it-talbiet oriġinali u l-pożizzjoni tal-Kunsill; dan jagħmlu fid-dawl tal-fatt li fl-istess ħin qed tingħata żieda wkoll għall-finanzjament ta' esperti nazzjonali;

58.  Jaqbel ukoll ma' ċertu tisħiħ addizzjonali għall-proposta tal-Kunsill rigward għadd limitat ta' intestaturi oħra tal-baġit wara li sema' l-argumenti tal-Kontrollur;

o
o   o

59.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-emendi għat-Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII u IX tal-abbozz tal-baġit ġenerali, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati.

(1) ĠU L 253, 7.10.2000, p.42.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(4) Testi adottati, P6_TA(2009)0096.
(5) Testi adottati, P6_TA(2009)0346.


Il-pagi bażiċi u l-allowances applikabbli għall-persunal tal-Europol *
PDF 198kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2009 dwar l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka dwar l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Kunsill biex jitranġaw il-pagi bażiċi u l-allowances applikabbli għall-persunal tal-Europol. (10985/2009 – C7-0099/2009 – 2009/0805(CNS))
P7_TA(2009)0053A7-0040/2009

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka (10985/2009),

–   wara li kkunsidra l-Att tal-Kunsill tat-3 ta" Diċembru 1998 li jistabbilixxi r-regolamenti tal-persunal applikabbli għall-impjegati tal-Europol(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tagħhom,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0099/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 100 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0040/2009),

1.  Japprova l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka b'mod sostanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvern tar-Repubblika Ċeka.

(1) {0><}100{>ĠU C 26, 30.1.1999, p. 23.<0}


Proposta għal emenda tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 "OCM uniku" *
PDF 366kWORD 38k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (COM(2009)0539 – C7-0223/2009 – 2009/0152(CNS))
P7_TA(2009)0054

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0539),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 37 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C7-0223/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 142 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 2
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1234/2007
Artikolu 186 – punt a
(3)  Fl-Artikolu 186, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:
"(a) rigward il-prodotti tas-setturi taz-zokkor, ħops, ċanga u vitella, ħalib u prodotti tal-ħalib, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, fejn il-prezzijiet fis-suq Komunitarju għal kwalunkwe minn dawk il-prodotti jogħla jew jaqa' b'mod sinifikanti;"
(3)  Fl-Artikolu 186, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:
"(a) rigward il-prodotti tas-setturi taz-zokkor, ħops, ċanga u vitella, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, fejn il-prezzijiet fis-suq Komunitarju għal kwalunkwe minn dawk il-prodotti jogħlew jew jaqgħu b'mod sinifikanti;"
(aa) rigward il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, fejn il-prezzijiet fis-suq Komunitarju għal kwalunkwe minn dawk il-prodotti jogħlew jew jaqgħu b'mod sinifikanti, matul il-perjodi ta" 12-il xahar li jibdew fl-1 ta" April 2009 u fl-1 ta" April 2010;".
Emenda 8
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1, punt 3a) (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1234/2007
Artikoli 188 – punt 2 a (ġdid)
3a)  Fl-Artikolu 188, jiżdied il-paragrafu li ġej:
"2a) Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm informat b'mod regolari mill-kummissjoni ta" ħidma tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 195. Għaldaqstant, għandu jirċievi l-aġendi tal-laqgħat, l-abbozzi ta" miżuri mressqa lill-Kumitat, kif ukoll ir-riżultat tal-votazzjonijiet, is-sommarji tar-rekords tal-laqgħat u l-listi tal-awtoritajiet u l-entitajiet li għalihom jappartjenu l-persuni maħtura mill-Istati Membri biex jirrapreżentawhom. Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm informat ukoll dwar kull miżura jew proposta dwar miżuri li għandhom jittieħdu li jintbagħtu mill-Kummissjoni lill-Kunsill."

L-istat ta' progress tal-SIS II u l-VIS
PDF 209kWORD 42k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2009 dwar l-istat ta' progress tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen u tas-Sistema ta' Informazzjoni tal-VIS
P7_TA(2009)0055B7-0097/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2424/2001 tas-6 ta' Diċembru 2001 il-Kummissjoni ngħatat il-mandat li tiżviluppa s-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS)(1) tat-tieni ġenerazzjoni, li kellha tidħol fis-seħħ f'Marzu 2007,

B.   billi l-Parlament adotta r-Regolament (KE) Nru 1987/2006(2) li jistabbilixxi l-bażi legali għall-SIS II fit-13 ta' Ottubru 2006,

C.   billi d-diversi problemi u d-dewmien fissru li s-sistema l-ġdida għadha ma bdietx titħaddem, u billi tqajmu dubji dwar il-vijabilità tal-proġett,

D.   billi numru ta' pajjiżi, inklużi l-Irlanda, ir-Renju Unit, Ċipru, il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Liechtenstein, mhux se jkunu inkorporati fis-sistema SIS sakemm tinstab soluzzjoni,

E.   billi l-Kunsill għall-Ġustizzja u l-Intern tal-4 u l-5 ta' Ġunju 2009 adotta sett ta' konklużjonijiet dwar l-orjentament il-ġdid tas-SIS II, filwaqt li ddeċieda li l-iżvilupp tas-sistema għandu jkompli fuq il-bażi tal-proġett eżistenti tas-SIS II iżda bix-xenarju alternattiv ta' SIS 1+ RE bħala soluzzjoni ta' riżerva,

F.   billi se jkollhom isiru żewġ testijiet tekniċi (hekk imsejħa testijiet 'milestone'), bl-ewwel wieħed fl-aħħar tal-2009 u bit-tieni fis-sajf tal-2010,

G.   billi l-previżjoni attwali hi li s-SIS II mhux se tkun tista' tibda titħaddem qabel l-aħħar kwart tas-sena tal-2011,

H.   billi l-Parlament adotta r-Regolament (KE) Nru 767/2008(3) li jistabbilixxi l-bażi legali għas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) fis-7 ta' Ġunju 2007,

I.   billi t-twaqqif tal-VIS, ibbażata fuq l-istess pjattaforma teknika u żviluppata mill-istess kuntrattur bħas-sistema SIS II, ukoll hija prijorità għall-UE,

J.   billi l-VIS ukoll qed ikollha dewmien, peress li d-data tal-bidu tal-użu fl-aħħar tal-2009 mhux se tintlaħaq u peress li l-bidu tat-tħaddim jaf jiġi pospost lil hinn minn Settembru 2010 minħabba ċerti problemi fit-twaqqif tal-VIS ċentrali mill-Kummissjoni u fir-rigward tat-tħejjijiet fil-livell nazzjonali fl-Istati Membri,

1.  Jenfasizza l-fatt li t-twaqqif tas-SIS II xorta għadha prijorità għall-Parlament u li għandha tibda taħdem malajr kemm jista' jkun, b'mod li tintroduċi ħafna titjib u funzjonalitajiet ġodda, kif previst fil-bażi legali, biex tissaħħaħ is-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej u jiġu garantiti kontrolli effiċjenti tal-fruntieri fil-fruntieri esterni, filwaqt li jiġu żgurati t-tlestija u l-koerenza tal-acquis ta' Schengen;

2.  Jesprimi tħassib serju dwar id-dewmien fil-bidu tat-tħaddim kemm tas-sistema tas-SIS II kif ukoll dik tal-VIS;

3.  Jitlob li jiġi infurmat mill-Kummissjoni u mill-Kunsill dwar ir-riżultati tat-test tekniku 'milestone' 1, li hu ppjanat li se jsir fit-22 ta' Diċembru 2009, immedjatament wara li jitlesta, u li jiġi infurmat mingħajr dewmien dwar il-passi futuri li għandhom jittieħdu;

4.  Jitlob li jkun hemm trasparenza sħiħa fir-rigward tal-proċess ta' implimentazzjoni, anke fir-rigward tal-aspetti finanzjarji, u jitlob li jiġi infurmat, bħala koleġiżlatur, dwar jekk l-hekk imsejħa testijiet 'milestone' 1 u 2 għadhomx fl-ambitu tal-kuntratt preżenti ta' żvilupp tas-SIS II jew jekk hux se jkollhom jiġu trattati bħala rekwiżiti addizzjonali, u liema spejjeż żejda huma previsti f'dak il-każ;

5.  Jitlob li jkun jaf jekk ġewx imposti xi penali fuq il-kuntrattur għad-dewmien u l-iżbalji tekniċi li wasslu għall-falliment tat-testijiet preċedenti u, jekk dan huwa l-każ, x'kien l-ammont tagħhom; jitlob, barra minn hekk, li jkun infurmat dwar l-ispejjeż żejda involuti f'dan id-dewmien u f'dawn l-iżbalji tekniċi f'termini tal-bżonn li jitwettqu t-testijiet il-ġodda u l-iskeda ta' żmien estiża għall-bidu tat-tħaddim tas-SIS II;

6.  Jitlob li jsiru sforzi komuni u kkoordinati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri biex jiġi evitat li jirrepeti ruħu fir-rigward tal-VIS l-istess xenarju li seħħ fir-rigward tal-iżvilupp tas-SIS II;

7.  Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħtu spjegazzjoni mmotivata tar-raġunijiet li għalihom għad għandhom fiduċja fil-kuntrattur attwali u fl-abilità tiegħu li jirnexxielu jmexxi 'l quddiem b'suċċess u mingħajr aktar dewmien is-sistemi VIS u SIS II;

8.  Jenfasizza li l-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jinvolvu lill-Parlament fi kwalunkwe deċiżjoni relatata mal-iżvilupp tal-SIS II u l-VIS, b'mod partikolari jekk ir-riżultati tat-testijiet ma jkunux sodisfaċenti, biex b'hekk ikun hemm bidla fid-direzzjoni fir-rigward kemm tal-proġett tal-SIS II kif ukoll dak tal-VIS, u li tista' tinkludi t-tħassir tal-kuntratt attwali mal-kumpanija responsabbli għalihom;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmilha ċara jekk kwalunkwe tħassir tal-kuntratt iwassalx b'mod awtomatiku, fil-każ tal-proġett SIS II, biex tiġi implimentata s-soluzzjoni ta' riżerva jew ta' kontinġenza, u biex tispjega l-effetti li jista' jkun hemm fuq il-proġett VIS;

10.  Jenfasizza li l-Parlament għandu jinżamm infurmat b'mod kostanti dwar l-istat ta' progress fir-rigward tal-bidu tat-tħaddim tas-SIS II u l-VIS;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat rilevanti tiegħu biex jimmoniterja din il-kwistjoni mill-qrib u biex jipprepara riżoluzzjoni ta' segwitu għall-plenarja hekk kif żviluppi ġodda jitolbu hekk, u l-aktar tard wara t-tlestija tat-test 'milestone' 1;

12.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 328, 13.12.2001, p. 4.
(2) ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4.
(3) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.


Il-bini tad-demokrazija fir-relazzjonijiet barranin tal-UE
PDF 240kWORD 85k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2009 dwar il-bini tad-demokrazija fir-relazzjonijiet barranin tal-UE
P7_TA(2009)0056RC-B7-0118/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, b'mod partikulari l-Artikolu 21 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 6, 11 u 19 tat-Trattat UE u l-Artikoli 177, 300 u 310 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-ftehimiet kollha bejn l-UE u pajjiżi terzi u l-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija f'dawk il-ftehimiet,

–   wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea(1) mħabbra fi Strażburgu fit-12 ta' Diċembru 2007,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU bit-titolu "Dikjazzjoni tal-Millennju tan-NU", tat-8 ta' Settembru 2000 (A/RES/55/2),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-4 ta" Diċembru 2000 bit-titolu "Promozzjoni u Konsolidazzjoni tad-Demokrazija" (A/RES/55/96),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-15 ta" Settembru 2005 bit-titolu "L-Eżitu tal-Laqgħa Għolja Dinjija 2005" (A/RES/60/1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-20 ta' Diċembru 2004 bit-titolu "It-tisħiħ tal-irwol tal-organizzazzjonijiet reġjonali, subreġjonali u oħrajn u l-arranġamenti għall-promozzjoni u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija" (A/RES/59/201),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' April 2000 dwar l-Għajnuna u l-Osservazzjoni tal-UE waqt l-elezzjonijiet (COM(2000)0191),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2001 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq l-Għajnuna u l-Osservazzjoni tal-UE waqt l-Elezzjonijiet(2),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Mejju 2001 dwar l-irwol tal-UE fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni fil-pajjiżi terzi (COM(2001)0252,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' April 2002 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sehem tal-Unjoni Ewropea fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni fil-pajjiżi terzi(3),

–   wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea tas-Sigurtà adottata fit-12 ta' Diċembru 2003,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Ottubru 2003 dwar "il-Governanza u l-Iżvilupp" (COM(2003)0615),

–   wara li kkunsidra r-risoluzzjoni tiegħu tal-31 ta' Marzu 2004 dwar it-tmexxija fil-politika ta' żvilupp tal-Unjoni Ewropea(4),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta mill-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-politika ta' żvilupp tal-Unjoni Ewropea bl-isem 'Kunsens Ewropew'(5),

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-2005 ta' Pariġi dwar l-Effettività tal-Għajnuna u l-Programm ta" Azzjoni ta' Akkra tal-2008 tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Awissu 2006 dwar "Il-Governanza fil-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp - Lejn approċċ armonizzat fl-Unjoni Ewropea" (COM(2006)0421),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta" Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta" strument ta" finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (EIDHR)(6),

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau tiegħu tat-18 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-Uffiċċju għall-Promozzjoni tad-Demokrazija Parlamentari,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta" Mejju 2008 dwar il-missjonijiet ta" osservazzjoni tal-elezzjonijiet tal-UE: l-objettivi, il-prattiki u l-isfidi tal-ġejjieni(7),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Mejju 2009 dwar "l-Appoġġ għall-Governanza Demokratika: Lejn qafas imsaħħaħ tal-UE",

–   wara li kkunsidra l-mistoqsija orali tat-30 ta' Settembru 2009 lill-Kummissjoni dwar il-bini tad-demokrazija fir-relazzjonijiet esterni (O-0093/2009 – B7-0213/2009),

–   wara li kkonsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem huma valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha, u, billi kienu integrali għall-proċess tal-integrazzjoni Ewropea sa mill-bidu,

B.   billi t-trattati bażiċi tal-Unjoni Ewropea jenfasizzaw l-impenn sod għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem u l-kriterji politiċi ta' Kopenħagen ta' "preżenza ta" istituzzjonijiet stabbli li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, ir-rispett tal-minoranzi u l-protezzjoni tagħhom" kienu element kruċjali fil-proċess tat-tkabbir,

C.   billi l-viżjoni tal-UE għall-bini u appoġġ tad-demokrazija għadha ma ġietx stabbilita f'dokument wieħed,

D.   billi l-integrazzjoni b'suċċess tad-drittijiet politiċi, soċjali u ekonomiċi fil-fehim wiesa" tad-demokrazija fl-UE kellha rwol importanti fil-kisba ta" stabilità u ġid b'mod li d-dinja qatt ma kienet rat,

E.   billi skont Artikolu 11 tat-Trattat UE, wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Politika Komuni tal-Affarijiet Barranin u tas-Sigurtà huwa li "tiżviluppa u tikkonsolida d-demokrazija u l-istat tad-dritt, u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali",

F.   billi l-Artikolu 21 tat-Trattat UE kif emendat mit-Trattat ta' Lisbona jgħid li "l-azzjoni tal-Unjoni fix-xena internazzjonali għandha tiġi ggwidata mill-prinċipji li ispiraw il-ħolqien, l-iżvilupp u t-tkabbir tagħha" u li "l-Unjoni għandha tara li jkun hemm koerenza bejn l-oqsma differenti ta' l-azzjoni esterna tagħha u bejn dawn u l-politika l-oħra tagħha",

G.   billi l-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet kollha tal-bniedem huma kundizzjoni bażika għall-eżistenza ta" soċjetà demokratika, kif affermat mill-ġdid fir-riżoluzzjoni nru 59/201 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, u billi, minkejja li s-sistemi demokratiċi ivarjaw fis-sura u fl-għamla, kif inhu l-każ fi ħdan l-UE, id-demokrazija hija valur universali li l-prinċipji jew l-elementi essenzjali tiegħu huma mħaddna f'għadd numeruż ta' dikjarazzjonijiet u konvenzjonijiet internazzjonali; billi dawn l-elementi, kif definiti miż-żewġ riżoluzzjoniet fuq imsemmija tal-Assemblea Ġenerali tan-NU fl-2000 u fl-2004 (A/RES/55/96 u A/RES/59/201), jinkludu:

     • ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali, inter alia, il-liberta tal-assoċjazzjoni u tal-assemblea paċifika, il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-opinjoni
     • id-dritt ta' parteċipazzjoni fit-tmexxija ta' affarijiet pubbliċi, b'mod dirett jew permezz ta' rappreżentanzi magħżula b'mod ħieles, id-dritt li wieħed jivvota u jiġi elett permezz ta' elezzjonijiet ħielsa regolari u ġenwini li jsiru abbażi ta" suffraġju ugwali u universali u permezz ta' votazzjoni sigrieta li tiggarantixxi l-espressjoni ħielsa tar-rieda tal-poplu
     • sistema pluralista ta' partiti u organizzazjonijiet politiċi
     • ir-rispett għall-istat tad-dritt
     • is-separazzjoni tas-setgħat u l-indipendenza tal-ġudikatura
     • it-trasparenza u r-responsabilità fl-amministrazzjoni pubblika
     • midja ħielsa, indipendenti u pluralista,

H.   billi, kif mistqarr fid-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-NU tal-2000, il-governanza demokratika u rappreżentattiva msejsa fuq ir-rieda tal-poplu hija l-aħjar mod sabiex ikun żgurat id-dritt tal-irġiel u tan-nisa li jgħixu ħajjithom u jrabbu 'l uliedhom b'dinjità, mingħajr ma jsofru l-ġuħ u mingħajr il-biża' ta' vjolenza, oppressjoni jew inġustizzja,

I.   billi l-kapaċità tal-irġiel u tan-nisa li jipparteċipaw b'mod indaqs fil-ħajja politika u fit-teħid tad-deċiżjonijiet hija prerekwiżit tad-demokrazija vera,

J.   billi d-demokrazija, l-iżvilupp u r-rispett għad-drittijiet kollha tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, huma interdipendenti u jsaħħu 'l xulxin b'mod reċiproku,

K.   billi d-demokrazija hija marbuta wkoll b'mod ċar mas-sigurtà, kif rikonoxxut mill-Istrateġija Ewropea tas-Sigurtà, li tgħid li "t-tixrid tal-governanza tajba, l-appoġġ tar-riforma politika u soċjali, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-abbuż tal-poter, l-istabbiliment tal-istat tad-dritt u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem huma l-aqwa mezzi sabiex tissaħħaħ l-ordni internazzjonali",

L.   billi l-Unjoni Ewropea għandha firxa wiesgħa ta' strumenti u għodda għad-dispożizzjoni tagħha, mid-djalogu politiku u l-inizjattivi diplomatiċi għal strumenti speċifiċi ta' koperazzjoni teknika u finanzjarja, li bihom tappoġġja d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fid-dinja kollha,

M.   billi l-istrumenti finanzjarji barranin tal-Unjoni Ewropea, bħall-Istrument ta' Koperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI), l-Istrument Ewropew għall-Pajjiżi Ġirien u għall-Isħubija (ENPI) u l-Istrument għall-Istabilità (IfS), kollha jipprovdu possibilitajiet sinifikanti fl-għoti ta" appoġġ għall-governanza demokratika u għall-bini ta" istituzzjonijiet u ta" kapaċitajiet,

N.   billi l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) huwa strument ewlieni ta' għajnuna finanzjarja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija, billi għandu ambitu globali, jista' jaħdem mingħajr il-kunsens tal-pajjiż ospitanti, u jappoġġja direttament lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; u billi l-Missjonijiet tal-UE għall-Osservazzjoni tal-Elezzjonijiet (EOMs), iffinanzjati mill-EIDHR, huma element essenzjali mill-kontribut tal-UE għall-bini ta" istituzzjonijiet demokratiċi, li jinkludu, b'mod partikulari, is-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-missjonijiet tagħha ta" osservazzjoni ta" elezzjonijiet,

O.   billi s-soċjetà ċivili jista' jkollha rwol importanti fl-isforzi barranin tal-Unjoni għall-bini tad-demokrazija, hekk kif muri mill-kontribut tal-volontarji fil-programmi ta' paċi u ta' bini tad-demokrazija,

P.   billi tinħtieġ analiżi aħjar tal-appoġġ demokratiku li bħalissa qed tipprovdi l-UE, tal-effettività tar-riżultati li l-għodod u l-istrumenti wesgħin tal-UE għall-appoġġ tad-demokrazija madwar id-dinja jiksbu fil-pajjiżi mseħbin, u l-mod li bih dawn l-istrumenti u atturi differenti joperaw flimkien, jikkumplimentaw lil xulxin u jikkollegaw ma" xulxin,

Q.   billi fir-risoluzzjoni tiegħu fuq imsemmija tal-31 ta' Marzu 2004 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Governanza u l-Iżvilupp enfasizza "l-importanza li jitwettqu riformi parlamentari u elettorali, lil hinn mill-istabbiliment ta' sistemi elettorali b'diversi partiti, sabiex tkun żgurata attività politika aktar estensiva u effettiva fost il-popolazzjoni",

1.  Huwa tal-fehma li hemm il-ħtieġa ta" qafas aktar koerenti u uniformi sabiex l-appoġġ tal-UE fil-bini tad-demokrazija, u fuq kollox, li l-promozzjoni tal-valuri demokratiċi u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja, ikunu aktar effettivi;

2.  Jilqa' l-isforzi magħmula mill-Presidenzi tal-UE tal-passat u tal-preżent sabiex jimplimentaw inizjattiva, li tkopri aktar minn pilastru wieħed, għall-bini tad-demokrazija fl-azzjonijiet barranin tal-UE bil-għan li tirfina l-politika tagħha, issaħħaħ l-azzjoni tagħha u tikkoordina aħjar l-isforzi tagħha, u jenfasizza l-ħtieġa ta" azzjoni sostenibbli f'dan il-qasam bħala parti mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill li jridu jiġu adottati f'Novembru 2009; u jenfasizza, f'dan ir-rigward, li uħud mill-prinċipji ewlenin, bħat-trasparenza, l-aċċess għad-dokumenti, il-konsultazzjoni u r-responsabilità, għandhom jitqiesu kif xieraq mill-Kunsill meta jindirizza din il-kwistjoni;

3.  Jirrakkomanda li l-konklużjonijiet tal-Kunsill li ġej ikunu jinkludu suġġerimenti konkreti u prattiċi għat-titjib tal-koordinazzjoni tal-appoġġ demokratiku fl-istrumenti tal-UE tal-politika barranija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-iżvilupp; u jtenni li l-adozzjoni ta" Strateġija tal-Pajjiż dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, li titqies bħala dokument ta" riferenza li jistabbilixxi l-prijoritajiet speċifiċi għal kull pajjiż f'dan il-qasam u integrata fil-politiki u l-istrumenti barranin rilevanti kollha tal-UE mal-pajjiż terz ikkonċernat, jista" jtejjeb b'mod sustanzjali l-konsistenza, il-koordinazzjoni u l-effettività tal-azzjoni barranija tal-UE;

4.  Itenni li d-demokratizzazzjoni u l-governanza tajba mhumiex biss għanijiet fihom infushom, iżda huma vitali wkoll għat-tnaqqis tal-faqar, għall-iżvilupp sostenibbli, għall-paċi u għall-istabilità; jirrimarka li d-demokrazija tgħin biex twassal mhux biss drittijiet politiċi u ċivili, imma wkoll drittijiet ekonomiċi, kulturali u soċjali, inkluża s-solidarjetà, kif muri mill-progress tal-integrazzjoni interna tal-UE;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex, fit-tfassil tas-servizz il-ġdid ta" azzjoni barranija, jiżguraw li jkun hemm integrazzjoni effettiva tad-dimensjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-bini tad-demokrazija fl-oqsma kollha politiċi, u sabiex jitgħallmu mill-proċessi u l-esperjenzi eżistenti bil-ħsieb li dawn jissarrfu fi progress reali fil-promozzjoni tal-valuri demokratiċi;

6.  Huwa tal-fehma li t-tidħil tad-demokrazija u tal-proċessi demokratiċi f'pajjiżi terzi, joffri l-aqwa prospetti għall-iżvilupp ta' politiki effettivi marbuta ma' kwistjonijiet globali li jikkonċernaw ukoll liċ-ċittadini tal-UE; jirrimarka li s-sistemi demokratiċi jistgħu, pereżempju, jiġġieldu l-kriminalità transnazzjonali, l-immigrazzjoni u t-traffikar illegali, jipproteġu l-ambjent, iżommu sistema miftuħa ta' kummerċ globali, u jiżguraw provvisti tal-enerġija sostenibbli u kompetittivi;

7.  Iħeġġeġ lill-UE sabiex, bil-għan li ssaħħaħ l-azzjoni konġunta madwar id-dinja għall-promozzjoni tad-demokrazija, tapprova pubblikament id-definizzjoni tad-demokrazija tal-2005 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU bħala l-punt ta' referenza għall-ħidma tagħha stess favur id-demokratizzazzjoni;

8.  Jenfasizza li d-demokrazija ma tistax tiġi esportata jew imponuta minn barra u li strateġija b'suċċess għall-promozzjoni tad-demokrazija għandha tkun ibbażata fuq id-djalogu u tkun tinvolvi sforzi wiesgħa li jsaħħu s-soċjetà ċivili u jqawmu kuxjenza dwar id-demokrazija fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jenfasizza l-impenn kontinwu tal-UE favur il-prinċipju ta" sjieda tal-istrateġiji u l-programmi ta" żvilupp, tal-pajjiżi msieħba; jirrimarka, madankollu, li dawn il-proċessi jistgħu jkunu appoġġjati mid-diversi strumenti tal-UE, adattati għas-sitwazzjoni speċifika ta' kull pajjiż;

9.  Jisħaq li l-UE trid tiżviluppa strateġiji li jkunu ta" sostenn għall-iżvilupp tas-soċjetà ċivili u ta' strutturi demokratiċi u li l-fundazzjonijiet politiċi, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-istituzzjonijiet akkademiċi għandhom irwoli importanti f'dawn il-kuntesti u għandhom ikunu appoġġjati;

10.  Jipproponi li l-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jipproċedu b'analiżi komprensiva u ddettaljata tal-forom kollha tal-appoġġ tal-UE għad-demokrazija f'kampjun ta' pajjiżi msieħba, bil-ħsieb li jitressqu rakkomandazzjonijiet prattiċi;

11.  Jirrakkomanda li l-Kunsill u l-Kummissjoni jimplimentaw id-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tal-OECD dwar l-Effettività tal-Għajnuna u l-Aġenda ta' Akkra għal Azzjoni fil-ħidma tagħhom ta' appoġġ għad-demokrazija. u jissuġġerixxi, b'mod partikolari, li jitwettqu evalwazzjonijiet konġunti tal-UE dwar id-demokrazija, programmazzjoni u qsim tal-piżijiet konġunti tal-UE sabiex jiżdiedu l-impatt u l-viżibilità tal-ħidma tal-UE ta' appoġġ għad-demokrazija;

12.  Jenfasizza l-importanza ta' klawsoli li jirrigwardaw id-drittijiet tal-bniedem li diġà jinsabu fit-ftehimiet tal-UE; itenni, f'dan il-kuntest, li dawn il-klawsoli għandhom fuq kollox jiġu applikati b'mod konsistenti fil-ftehimiet eżistenti, aktar milli jitwettaq proċess li bih jitfasslu ftehimiet ġodda li jkun fihom aktar kundizzjonijiet;

13.  Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha sistematikament iddaħħal taqsima dwar il-qagħda tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fid-Dokumenti ta" Strateġija Nazzjonali tal-Pajjiżi, iddaħħal rakkomandazzjonijiet mill-missjonijiet ta" osservazzjoni tal-elezzjonijiet rilevanti tal-UE u, fejn ikun xieraq, tintegra d-dimensjoni tal-appoġġ għad-demokrazija fil-programmi mal-pajjiżi msieħba;

14.  Jenfasizza l-ħtieġa għal koordinazzjoni aħjar tal-attivitajiet imwettqa skont l-istrumenti finanzjarji barranin differenti, sabiex tkun esplorata bis-sħiħ il-komplementarjetà bejn l-istrumenti ġeografiċi u tematiċi;

15.  Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iwettqu konsultazzjoni wiesgħa u komprensiva mal-partijiet interessati kollha tal-UE u ta' pajjiżi terzi, inklużi l-atturi lokali, reġjonali u istituzzjonali, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-gruppi indipendenti tas-soċjetà ċivili qabel ma jniedu inizjattivi ġodda ta' bini tad-demokrazija;

16.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex, b'mod aktar sistematiku, tinvolvi l-istituzzjonijiet demokratiċi fil-livelli kollha, partikularment il-parlamenti u awtoritajiet reġjunali u lokali, fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni ta" strumenti speċifiċi għal pajjiż, bħal ftehimiet bejn l-UE u l-pajjiż ikkonċernat, kif ukoll id-Dokumenti ta' Strateġija Nazzjonali għall-Pajjiżi;

17.  Jitlob li l-Kummissjoni tikkunsidra t-twaqqif ta' Korp Ewropew tal-Paċi volontarju, filwaqt li tikkunsidra l-esperjenza pożittiva tas-Servizz Ewropew Volontarju (EVS);

18.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-appoġġ tal-UE għad-demokrazija jkun komprensiv, filwaqt li jindirizza l-kwistjonijiet kollha koperti mir-riżoluzzjoni fuq imsemmija tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar ir-Riżultati tal-Laqgħa Għolja Dinjija tal-2005, u li jittieħed approċċ fuq medda twila ta' żmien fl-għoti ta' dan l-appoġġ; jikkunsidra l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) bħala strument ewlieni ta' għajnuna finanzjarja f'dan il-kuntest u jappella sabiex l-appoġġ rilevanti jinżamm u jissaħħaħ;

19.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-kontribut pożittiv tal-missjonijiet ta' osservazzjoni tal-elezzjonijiet tal-UE fit-tisħiħ tal-proċessi demokratiċi, it-tisħiħ tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali, il-governanza tajba u l-istat tad-dritt, u, b'mod partikulari, fit-tisħiħ tal-proċessi elettorali fid-dinja kollha, iżda jisħaq fuq il-ħtieġa li tkun żgurata politika post-elettorali koerenti, b'attenzjoni partikulari fuq il-konverġenza bejn is-segwitu tekniku u politiku u l-kontribut mis-soċjetà ċivili, sabiex l-appoġġ għall-iżvilupp ikun konformi mal-prinċipji demokratiċi u mal-valuri tal-governanza demokratika;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tkompli tibni fuq il-koperazzjoni b'suċċess li hija għandha man-NU fil-missjonijiet ta" osservazzjoni ta" elezzjonijiet u sabiex issaħħaħ il-bini ta" strateġiji u t-tfassil ta" proġetti komuni man-NU u ma" organizzazzjonijiet reġjonali oħra, bħall-Organizzazzzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) u l-Unjoni Afrikana, fir-rigward tal-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem;

21.  Jenfasizza li l-isforzi ta' bini tad-demokrazija tal-UE għandhom jinkludu b'mod aktar sistematiku enfasi speċjali fuq l-irwol tar-rappreżentanti eletti u tal-partiti politiċi, fuq ġudikatura u midja indipendenti, u fuq it-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja politika u pubblika; jenfasizza wkoll l-importanzai li l-fundazzjonijiet politiċi, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-istituzzjonijiet akkademiċi jkunu appoġġjati;

22.  Jirrakkomanda l-introduzzjoni ta' strateġija speċifika li tappoġġja parlamenti ġodda li jkunu ġew eletti demokratikament bil-ħsieb li jiġu msaħħa b'mod permanenti d-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba; jappella, barra minn hekk, sabiex jiġi żviluppat strument "peer-to-peer" bis-sehem ta" membri parlamentari ta" nazzjonalitajiet differenti bil-għan li jiġi ddeterminat x'jikkostitwixxi rappreżentanza effiċjenti u effettiva tal-interessi tal-elettorat, monitoraġġ effiċjenti u effettiv tal-eżekuttiv u mezzi sabiex jinżamm fluss ta' informazzjoni bejn il-partijiet kollha tas-sistema ta' governanza;

23.  Jikkonferma d-determinazzjoni tiegħu li jagħti kontribut għat-tisħiħ tal-proċessi demokratiċi billi jżid l-involviment tiegħu fl-osservazzjoni tal-elezzjonijiet, għas-segwitu tal- missjonijiet ta' osservazzjoni tal-elezzjonijiet tal-UE u għall-bini tal-kapaċità parlamentari; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Uffiċċju tiegħu għall-Promozzjoni tad-Demokrazija Parlamentari (OPPD) sabiex jippreżenta pjan ta' azzjoni komprensiv lill-kumitati parlamentari rilevanti, li għandu neċessarjament jinkludi mekkaniżmu ċar għall-kooperazzjoni ma' delegazzjonijiet interparlamentari u kumitati parlamentari konġunti; jenfasizza wkoll l-importanza li, f'dan il-proċess, ikunu involuti assembleji parlamentari bħalma huma l-ACP-EU, l-EUROLAT, l-EUROMED u l-EURONEST;

24.  Jinkuraġġixxi lid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni sabiex jaħdmu bħala imsieħba mal-OPPD meta jkunu qed jikkunsidraw jew iniedu programmi ta' appoġġ parlamentari;

25.  Jirrakkomanda li jiddaħħal pjan ta' azzjoni fil-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Novembru u li tiġi ppjanata evalwazzjoni, sal-aħħar tal-2010, tal-progress li jkun sar; jitlob lill-Presidenzi attwali u li ġejjin tal-UE sabiex jippreżentaw ir-riżultati tal-laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u tar-Relazzjonijiet Barranin lill-kumitati responsabbli tiegħu;

26.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.
(2) ĠU C 343, 5.12.2001, p. 270.
(3) ĠU C 131 E, 5.6.2003, p. 147.
(4) ĠU C 103E, 29.4.2004, p. 550.
(5) ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.
(6) ĠU L 386, 29.12.2006, p. 1.
(7) Testi adottati, P6_TA(2008)0194.


L-aspetti istituzzjonali tal-ħolqien tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Barranija
PDF 244kWORD 86k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2009 dwar l-aspetti istituzzjonali tal-ħolqien tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Barranija (2009/2133(INI))
P7_TA(2009)0057A7-0041/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 3(5) u l-Artikoli 18, 21, 24, 26, 27 u 47 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea fil-verżjoni li toħroġ mit-Trattat ta" Lisbona,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Nru 15 dwar l-Artikolu 27 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mehmuża mal-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adottat it-Trattat ta' Lisbona,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta" Frar 2008 dwar it-Trattat ta" Lisbona, b'mod partikolari l-paragrafu 5, punt (e)(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta" Settembru 2000 dwar diplomazija Komunitarja komuni(2),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2001 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-iżvilupp ta' servizz barrani(3),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta" Mejju 2005 dwar l-aspetti istituzzjonali tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Barranija(4),

–   wara li kkunsidra l-workshop li sar mill-Kumitat tiegħu għall-Affarijiet Kostituzzjonali fl-10 ta' Settembru 2008,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0041/2009),

A.   billi l-forma tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Barranija (EEAS) huwa estremament importanti jekk wieħed irid li r-relazzjonijiet barranin tal-Unjoni jsiru aktar koerenti u effiċjenti u li l-profil tagħhom jogħla,

B.   billi l-EEAS huwa konsegwenza tat-tliet innovazzjonijiet introdotti mit-Trattat ta" Lisbona: l-elezzjoni ta" President tal-Kunsill Ewropew li ma jkunx b'rotazzjoni li jkun responsabbli mir-rappreżentazzjoni barranija tal-Unjoni f'livell ta" kap ta" stat jew ta" gvern; in-nomina mill-Kunsill Ewropew, bi qbil mal-President tal-Kummissjoni, tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li jkun il-Viċi President tal-Kummisssjoni responsabbli mir-relazzjonijiet barranin ("il-Viċi President/Rappreżentant Għoli"); u l-għoti espliċitu ta" personalità ġuridika lill-Unjoni, maħsuba biex tagħtiha libertà sħiħa ta" azzjoni f'livell internazzjonali,

C.   billi l-EEAS hija estensjoni loġika tal-acquis communautaire fl-isfera tar-relazzjonijiet barranin tal-Unjoni, billi se jirriżulta f'koordinament aktar mill-qrib bejn l-unitajiet amministrattivi kkonċernati f'dak li għandu x'jaqsam ma" approċċ komuni għall-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK), u f'li r-relazzjonijiet barranin tal-Komunità jitmexxew b'konformità mal-mudell tal-Komunità; billi l-EEAS tikkomplementa r-rappreżentanzi diplomatiċi mingħajr ma tiddeleġittimizzahom,

D.   billi l-irwol tal-Unjoni Ewropea bħala attur globali żdied tul dawn l-aħħar għaxriet ta" snin u jinħtieġ approċċ ġdid jekk l-UE għandha taġixxi b'mod kollettiv u taffronta l-isfidi globali b'mod koerenti, konsistenti u effiċjenti,

E.   billi huwa importanti li jiġi enfasizzat il-fatt li l-Parlament Ewropew talab b'mod konsistenti li jinħoloq servizz diplomatiku Ewropew komuni, li jkun adattat għall-irwol internazzjonali tal-Unjoni, u li se jżid il-viżibilità tal-Unjoni u jtejjeb il-kapaċità tagħha li taġixxi b'mod effettiv fl-arena internazzjonali; billi l-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jissejħu biex jaħtfu l-opportunità offruta mit-twaqqif tal-EEAS biex joħolqu politika barranija aktar koerenti, konsistenti u effettiva,

F.   billi t-twaqqif tal-EEAS għandu jikkontribwixxi biex jiġu evitati d-duplikazzjoni, l-ineffiċjenza, u l-użu ħali tar-riżorsi f'dak li għandu x'jaqsam mal-azzjoni barranija tal-Unjoni,

G.   billi l-EEAS għandha sservi biex l-UE ssir aktar viżibbli bħala s-sieħba ewlenija tan-nazzjonijiet li qegħdin jiżviluppaw, u għandha tkompli ssaħħaħ ir-relazzjonijiet tajba tal-UE mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw,

H.   billi t-Trattat ta' Lisbona jiddistingwi l-kooperazzjoni għall-iżvilupp bħala qasam ta' politika awtonomu b'għanijiet speċifiċi u fuq l-istess livell ta' linji politiċi barranin oħrajn,

I.   billi fid-Dikjarazzjoni Nru 15 dwar l-Artikolu 27 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-gvernijiet tal-Istati Membri stipulaw li l-Viċi President/Rappreżentant Għoli, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jibdew xogħol ta' tħejjija fuq l-EEAS hekk kif jiġi ffirmat it-Trattat ta" Lisbona,

J.   billi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Viċi President/Rappreżentant Għoli se jkun responsabbli mill-koerenza tal-azzjoni barranija tal-Unjoni; billi, f'konformità ma" dak il-kompitu, fil-kapaċità tiegħu ta" Viċi President tal-Kummissjoni, il-Viċi President/Rappreżentant Għoli se jkun qed jeżerċita r-responsabilitajiet għar-relazzjonijiet barranin tal-Kummissjoni u, fl-istess waqt, jimplimenta l-PESK skont l-istruzzjonijiet tal-Kunsill (jiġifieri, li jilbes żewġ kpiepel); filwaqt li l-Viċi President/Rappreżentant Għoli se jagħmel użu mill-EEAS; billi l-EEAS se jkollu bħala staff l-uffiċjali tas-Segretarjat tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u persunal issekondat mis-servizzi diplomatiċi nazzjonali,

K.   billi, mogħtija s-setgħa mit-Trattati u mill-jedd tal-istituzzjonijiet tal-Komunità li jorganizzaw l-affarijiet tagħhom infushom, kif rikonoxxut mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni għandha, ladarba l-azzjoni barranija tal-Komunitajiet espandiet, twaqqaf bosta delegazzjonijiet għal pajjiżi terzi u għall–organizzazzjonijiet internazzjonali; billi l-Kunsill għandu uffiċju ta" kollegament fi New York u f'Ġinevra biex jieħdu ħsieb ir-relazzjonijiet man-Nazzjonijiet Uniti; billi l-input ikkombinat ta" dawk id-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-uffiċjali ta' kollegament tal-Kunsill jew il-konverżjoni tagħhom f'rappreżentanzi konġunti tal-Kunsill u l-Kummissjoni se joħloq netwerk bi staff ta' madwar 5,000 ruħ, bħala wieħed mill-pedamenti għall-ħolqien tal-EEAS,

L.   billi l-organizzazzjoni u l-operazzjoni tal-EEAS se jitwaqqfu b'deċiżjoni tal-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli wara li jkun ikkonsulta mal-Parlament u wara li jkun kiseb il-kunsens tal-Kummissjoni, ladarba t-Trattat ta' Lisbona jkun daħal fis-seħħ,

M.   billi għadd ta" kwistjonijiet ta" prinċipju f'dak li għandu x'jaqsam mal-forma tal-EEAS għandhom jiġu riżolti kmieni biżżejjed biex l-EEAS ikun jista' jibda b'ħidmietu kemm jista' jkun malajr wara l-ħatra tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli,

N.   filwaqt li jitqies il-fatt li l-Parlament Ewropew se jkun qed jiġi kkonsultat dwar it-twaqqif tal-EEAS, u minħabba l-konsegwenzi baġitarji, jemmen li djalogu bikri u sostantiv mal-Parlament huwa essenzjali biex l-EEAS jibda b'mod effettiv u biex jiġi żgurat li jirċievi r-riżorsi finanzjarji meħtieġa,

1.  Jinnota li, wara diskussjonijiet intensi dwar il-kostituzzjoni tal-EEAS, il-Konvenzjoni pproponiet mudell li jagħti rwoli importanti lill-Parlament u lill-Kummissjoni; jindika li l-proċedura speċjali li l-Konferenza Intergovernattiva eventwalment qablet li tadotta fit-Trattat ta" Lisbona – li permezz tagħha l-Kunsill jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Viċi President/Rappreżentant Għoli, wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew u wara li jkun kiseb il-kunsens tal-Kummissjoni – iżżomm l-ekwilibriju interistituzzjonali tal-Unjoni u tirrikjedi soluzzjoni msejsa fuq il-konsensus;

2.  Ifakkar lill-Kummissjoni mill-ġdid li d-deċiżjoni li jitwaqqaf l-EEAS ma tistax tittieħed mingħajr qbil mal-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni, fil-ħidma ta' tħejjija tagħha fuq l-EEAS, biex titfa l-piż kollu tagħha bħala istituzzjoni lil hinn mill-objettiv tal-preżervazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-mudell tal-Komunità fir-relazzjonijiet barranin tal-Unjoni; ifakkar, inoltre, li t-twaqqif tal-EEAS għandu jinkludi ftehim fuq l-aspetti baġitarji;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Istati Membri u lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli ġejjieni biex jimpenjaw ruħhom biċ-ċar biex jaslu għal qbil, bl-involviment tal-Parlament, dwar pjan komprensiv, ambizzjuż u konsenswali għat-twaqqif tal-EEAS;

4.  Jirrakkomanda li l-istrateġija dwar l-EEAS, li għandu jitwaqqaf skont it-termini tal-Artikoli 18, 27 u 40 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea fil-verżjoni li tirriżulta mit-Trattat ta' Lisbona, għandha tevolvi fid-dawl tal-esperjenza; jikkunsidra li korp bħalma huwa l-EEAS ma jistax ikun ċirkuskritt kompletament jew predeterminat bil-quddiem, imma għandu jinbena imsejjes fuq il-fiduċja reċiproka u fond dejjem jikber ta' perizja u esperjenza kondiviża;

5.  Ifakkar li l-EEAS għandu jiggarantixxi l-applikazzjoni sħiħa tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-aspetti kollha tal-azzjoni barranija tal-Unjoni skont l-ispirtu u l-iskop tat-Trattat ta" Lisbona; jisħaq dwar ir-responsabbilità tal-EEAS li tiggarantixxi l-konsistenza bejn l-azzjoni barranija tagħha u l-linji politiċi l-oħrajn tagħha skont it-termini tal-Artikolu 21(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea fil-verżjoni tiegħu skont ma joħroġ mit-Trattat ta" Lisbona;

6.  Jafferma l-prinċipji li ġejjin u jħeġġeġ lill-Kummissjoni li, hi u tagħmel proposti ġejjienin, tinsisti fuq il-konformità ma" dawk il-prinċipji, skont l-ispirtu u l-iskop tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona u l-ispirtu tad-deliberazzjonijiet tal-Konvenzjoni:

   (a) il-ħatriet għall-EEAS għandhom isiru fuq il-bażi tal-mertu, il-kompetenza u l-eċċellenza fi proporzjonijiet xierqa u u fir-rispett tal-bilanċ ġeografiku mill-Kummissjoni, il-Kunsill u s-servizzi diplomatiċi nazzjonali permezz ta" proċess miftuħ u trasparenti, biex jiġi żgurat li l-Viċi President/Rappreżentant Għoli ikun jista" joqgħod fuq l-għarfien u l-esperjenza tat-tlieta li huma bl-istess mod; barra minn hekk, l-istruttura istituzzjonali tal-EEAS għandha tinkludi arkitettura tas-sessi li tirrifletti kif jistħoqq l-impenji magħmulin mill-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-mainstreaming tas-sessi;
   (b) l-EEAS għandu jieħu forma li ttejjeb l-konsistenza tal-azzjoni barranija tal-Unjoni u r-rappreżentanza tagħha fir-relazzjonijiet barranin, għal liema skop partikolarment għandhom jinġiebu minnufih taħt il-kappa tal-EEAS l-unitajiet li għandhom x'jaqsmu mar-relazzjonijiet barranin fis-sens strett flimkien mal-pożizzjonijiet l-aktar anzjani fid-delegazzjonijiet għal pajjiżi terzi; waqt li jkun hemm aktar żvilupp, għandhom jiġu kkunsidrati liema funzjonijiet oħrajn għandhom jiġu assenjati lill-EEAS;
   (c) madankollu, mhuwiex meħtieġ li d-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni jitneżżgħu mir-responsabbiltajiet tagħhom għar-relazzjonijiet barranin; b'mod partikolari fl-oqsma fejn il-Kummissjoni għandha setgħat eżekuttivi, l-integrità tal-linji politiċi attwali tal-Komunità li għandhom dimensjoni barranija għandha tiġi ppreżervata; il-Kummissjoni, biex ma jkunx hemm titnija, għandha tipprovdi mudell speċifiku għad-dipartimenti kkonċernati,
   (d) l-unitajiet għall-ġestjoni tal-kriżijiet militari u ċivili għandhom jitqiegħdu taħt l-awtorità tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli, filwaqt li l-istruttura tal-kmand u tal-organizzazzjoni tista' tkun differenti minn dik għall-istaff ċivili; il-kondiviżjoni tal-analiżi tal-intelligence tal-parteċipanti fl-EEAS hija ta" importanza vitali biex ikun assistit il-Viċi President/Rappreżentant Għoli fil-qadi tal-mandat għat-tmexxija ta" politika barranija tal-Unjoni li tkun koerenti, konsisti u effiċjenti;
   (e) id-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni għal pajjiżi terzi u l-uffiċji ta' kollegament tal-Kunsill, kif ukoll l-uffiċċji tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE fejn dan ikun possibbli, għandhom jitwaħħdu biex jiffurmaw "ambaxxati tal-Unjoni", immexxijin mill-istaff tal-EEAS, li għandu jkun responsabbli lejn il-Viċi President/Rappreżentant Għoli; il-konsulenti speċjalisti mid-Direttorati-Ġenerali tal-Kummissjoni ma għandhomx jinżammu milli ikunu issekondati biex jaħdmu f'dan il-qafas;
   (f) l-EEAS għandu jiżgura li l-Parlament Ewropew ikollu persuni ta' kuntatt fid-delegazzjonijiet tal-UE li jiggarantixxu l-kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew (pereżempju, biex jitrawmu l-kuntatti parlamentari f'pajjiżi terzi);

7.  Hu tal-fehma li, bħala servizz sui generis mill-aspett organizzattiv u baġitarju, l-EEAS għandu jkun inkorporat fl-istruttura amministrattiva tal-Kummissjoni, billi dan jiżgura trasparenza sħiħa; jikkunsidra li d-deċiżjoni marbuta mat-twaqqif tal-EEAS għandha tiżgura b'mod li jorbot legalment, permezz tas-setgħat direttorjali tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli, li s-Servizz – kif previst fit-Trattat ta' Lisbona – ikun soġġett għad-deċiżjonijiet tal-Kunsill fl-oqsma tradizzjonali tal-politika barranija (PESK u l-politika komuni ta' sigurtà u ta' difiża) u soġġett għad-deċiżjonijiet tal-Kulleġġ tal-Kummissarji fil-qasam tar-relazzjonijiet barranin komuni; jemmen li l-EEAS għandu jkun ikkostitwit kif ġej:

   (a) l-istaff kollu tal-EEAS għandu jkollu l-istess status permanenti jew temporanju u l-istess jeddijiet u obbligi irrispettivament mill-oriġini tagħhom, per eżempju, ma għandu jkun hemm l-ebda differenza bejn l-uffiċjali temporanji u dawk permanenti f'dak li għandu x'jaqsam mad-doveri tagħhom jew il-pożizzjoni tagħhom fl-organigramma; b'riħet l-oriġini differenti tagħhom, l-istatus tal-istaff temporanju għandu jkun soġġett għar-Regolamenti tal-Impjegati tal-Uffiċjali tal-UE, kemm-il darba l-awtoritajiet tal-oriġini jissekondawhom ħalli jaħdmu mal-EEAS fl-interess tas-servizz;
   (b) is-setgħat tal-awtorità li tinnomina għall-EEAS għandhom jiġu assenjati lil-Viċi President/Rappreżentant Għoli, ħalli jkun żgurat li l-istruzzjonijiet tas-servizz jinħarġu f'konformità mar-responsabbiltajiet li joħorġu mit-Trattat u li l-Viċi President/Rappreżentant Għoli jiddeċiedi dwar in-nomini tal-istaff, il-promozzjonijiet u t-terminazzjonijiet tas-servizz;
   (c) fil-kuntest tal-istruzzjonijiet li jiġu mir-responsabbiltajiet definiti fit-Trattati, l-istaff tal-EEAS għandu jkollu ċerta indipendenza oġġettiva, biex b'hekk l-istaff ikun jista' jwettaq id-doveri tiegħu bl-aktar mod ottimali; indipendenza bħal din tista' tkun żgurata b'ħatriet għal perjodi fissi, pereżempju ta' ħames snin, bil-possibilità ta" estensjoni, li jistgħu jitnaqqsu biss jekk il-membru kkonċernat tal-istaff jikser l-obbligi uffiċjali;
   (d) b'analoġija mal-preċedenti(5), ir-responsabilità għat-twettiq tad-doveri tal-awtorità li taħtar f'dak li għandu x'jaqsam mal-amministrazzjoni tal-impjieg tal-istaff tal-EEAS u l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli dwar il-ħatriet, il-promozzjonijiet u l-estensjoni jew it-terminazzjoni tas-servizz għandha tkun assenjata lid-Direttorat Ġenerali rilevanti tal-Kummissjoni;
   (e) l-assekondament fil-EEAS tas-servizzi diplomatiċi nazzjonali għandu jkun ittrattat bħala parti integranti mill-iter tal-karriera f'dawk is-servizzi;
   (f) id-deċiżjoni dwar it-twaqqif tal-EEAS għandha tistabbilixxi l-istruttura organizattiva tas-servizz, u għandha tipprovdi l-organigramma biex tkun adottata bħala anness għall-baġit tal-Kummissjoni (nefqa amministrattiva) bħala parti mill-proċedura tal-baġit annwali, biex b'hekk ikun possibbli li jinbena s-Servizz b'mod strutturat, li jżomm il-pass mal-ħtiġijiet aċċertati;
   (g) il-ħolqien tal-EEAS jirrikjedi aġġustament tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(6), kif hemm fil-punt 4 u fil-parti II, punt G tagħha; il-prinċipju tat-taqsim tan-nefqa operattiva u amministrattiva (l-Artikolu 41(2) tar-Regolament Finanzjarju(7)) għandu jkun osservat b'mod strett;
   (h) għaż-żmien ta" assenza, il-Viċi President/Rappreżentant Għoli għandu jiddeċidi dwar sostitut skont il-każ u fid-dawl tad-doveri li jkunu jridu jitwettqu f'tali okkażjoni;

8.  Ifakkar fil-ħtieġa li jintlaħaq ftehim mal-Parlament dwar il-proposti ġejjienin tal-Kummissjoni li jemendaw ir-Regolament Finanzjarju u r-Regolamenti tal-Istaff; itenni d-determinazzjoni tiegħu li jeżerċita s-setgħat baġitarji tiegħu sal-massimu in konnessjoni ma' dawn l-innovazzjonijiet istituzzjonali; jisħaq li l-aspetti kollha tal-arranġamenti tal-finanzjamenti għall-EEAS għandhom jibqgħu taħt is-superviżjoni tal-awtorità baġitarja skont it-Trattati;

9.  Jikkunsidra li:

   (a) l-EEAS għandu jkun immexxi minn Direttur-Ġenerali responsabbli lejn il-Viċi President/Rappreżentant Għoli, liema Direttur-Ġenerali jkun jista' jirrappreżenta lir-Rappreżentant Għoli f'ċerti każijiet;
   (b) l-EEAS għandu jkun maqsum f'numru ta" direttorati, u kull wieħed minnhom ikun responsabbli għal qasam importanti ġeostrateġikament tar-relazzjonijiet barranin tal-Unjoni, u direttorati oħrajn għal kwestjonijiet ta" politika ta' sigurtà u difiża, ġestjoni ta" kriżijiet ċivili, affarijiet mulilaterali u orizzontali inklużi d-drittijiet tal-bniedem u l-materji amministrattivi;
   (c) l-EEAS għandu jagħti struttura lill-kooperazzjoni tal-unitajiet tal-pajjiżi fi Brussell mad-delegazzjonijiet (ambaxxati) tal-Unjoni f'pajjiżi terzi fil-kuntest ta" kull direttorat;
   (d) m'għadhux ikun hemm titnija tas-servizzi esterni fil-Kunsill jew fil-Kunsill Ewropew;

10.  Jinnota li, filwaqt li d-delegazzjonijiet tal-UE f'pajjiżi terzi se jikkumplementaw ir-rappreżentanzi diplomatiċi ġa eżistenti tal-Istati Membri, se jkun hemm possibilitajiet għal kisbiet fit-terminu t-twil fl-effiċjenza, peress li d-delegazzjoni ġejjienija tal-UE tkun tista' f'ħafna każijiet tieħu f'idejha s-servizzi konsolari u tittratta hi stess mal-kwestjonijiet tal-viżi Schengen;

11.  Jemmen li d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-operazzjoni tal-EEAS għandha wkoll tistipula li l-ambaxxati tal-Unjoni f'pajjiżi terzi għandhom, kulfejn ikun meħtieġ, skont ir-riżorsi għad-dispożizzjoni tagħhom, jagħtu appoġġ loġistiku u amministrattiv lill-membri tal-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni;

12.  Billi d-delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea se jkunu parti sħiħa mill-EEAS, u billi għandhom jieħdu l-istruzzjonijiet tagħhom mill-Viċi President/Rappreżentant Għoli u jkunu soġġetti għas-superviżjoni tiegħu u jkunu jappartjenu amministrattivament għall-Kummissjoni, jitlob li jkun hemm impenn min-naħa tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli ġejjieni biex jgħarraf lill-Kumitati tal-Parlament għall-Affarijiet Barranin u għall-Iżvilupp bil-ħatriet għall-pożizzjonijiet għoljin fl-EEAS magħmulin minnu stess u biex jaqbel mal-kumitati li jkun qiegħed imexxi s-seduti ta' smigħ mal-persuni nominati, jekk il-kumitati hekk jiddeċiedu; jitlob ukoll l-impenn tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli ġejjieni biex jinnegozja mill-ġdid il-Ftehima Qafas(8) attwali mal-Parlament Ewropew, b'mod partikulari dwar l-aċċess għal informazzjoni sensittiva u dwar kwistjonijiet rilevanti oħrajn għal kooperazzjoni istituzzjonali bla tfixkil;

13.  Jipproponi li jsir stħarriġ biex jiġi ddeterminat sa kemm l-istaff tal-ambaxxati tal-Unjoni li jkunu ssekondati mis-servizzi konsolari nazzjonali, ikunu jistgħu jassumu responsabilità lil hinn mill-kompiti politiċi u ekonomiċi tagħhom, fejn dan ikun meġtieġ, biex jagħmlu kompiti konsolari marbutin ma" ċittadini ta" pajjiżi li ma jkunux membri u għal kompiti marbutin mal-protezzjoni diplomatika u konsolari taċ-ċittadini tal-Unjoni f'pajjiżi terzi, kif hemm diġà previst fl-Artikolu 20 tat-Trattat dwar il-KE; jipproponi, barra minn hekk, li jiġu kkunsidrati l-possibilitajiet ta" kooperazzjoni bejn l-uffiċjali tal-Parlament u l-EEAS;

14.  Iqis li huwa meħtieġ li jittieħdu aktar passi f'dak li għandu x'jaqsam mal-għoti ta" taħriġ fir-relazzjonijiet barranin lill-uffiċjali tal-Unjoni; jissuġġerixxi li jitwaqqaf kulleġġ diplomatiku Ewropew li, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-korpi approprijati fl-Istati Membri, jagħti lill-uffiċjali tal-Unjoni u lill-uffiċjali tal-Istati Membri li jaħdmu f'funzjonijiet ta' relazzjonijiet barranin, taħriġ imsejjes fuq kurrikuli uniformement armonizzati li jkunu jinkludu taħriġ xieraq fil-proċeduri konsolari u ta' legazzjoni, fid-diplomazija u fir-relazzjonijiet internazzjonali, flimkien mal-għarfien tal-istorja u tal-ħidma tal-Unjoni Ewropea;

15.  Jitlob lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli jabbozza proposta għal deċiżjoni dwar l-organizzazzjoni u l-modus operandi tal-EEAS li tqis il-linji gwida stipulati f'din ir-Riżoluzzjoni; jirriżerva l-jedd li jadotta pożizzjoni dwar dik il-proposta b'mod dettaljat skont it-termini tal-Artikolu 27(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea fil-verżjoni li tirriżulta mit-Trattat ta' Lisbona, u li jeżamina l-aspetti finanzjarji fil-kors tal-proċedura baġitarja; jirrakkomanda, b'danakollu, li jintlaħaq ftehim politiku mal-Parlament dwar kull materja fi stadju bikri biex jiġi evitat li jinħela ħin prezzjuż fuq kontroversji politiċi dwar il-forma li għandu jieħu l-EEAS wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta" Lisbona;

16.  Jitlob lill-Kummissjoni tagħti l-kunsens tagħha għall-proposta tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli jekk kemm-il darba tkun tista' tgħid qiegħda tikkonforma mal-linji gwida misjubin f'din ir-Riżoluzzjoni jew jekk kemm-il darba tintlaħaq soluzzjoni ta' kompromess differenti b'konsensus permezz ta" kuntatti interistituzzjonali li jinvolvu lill-Parlament;

17.  Hu determinat li jitlob lill-Viċi President innominat mill-Kummissjoni li jmiss biex jieħu pożizzjoni dwar il-kwistjonijiet mqajma f'din ir-Riżoluzzjoni meta jiltaqa' mal-kumitat rilevanti għas-seduta ta' smigħ fil-kors tal-proċedura għall-ħatra tal-Kummissjoni li jmiss;

18.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 184 E, 6.8.2009, p. 25.
(2) ĠU C 135, 7.5.2001, p. 69.
(3) ĠU C 53 E, 28.2.2002, p. 390.
(4) ĠU C 117 E, 18.5.2006, p.232.
(5) Eż. l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, ECSC, Euratom tat-28 ta' april 1999 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 136, 31.5.1999, p.20).
(6) Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1).
(7) Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).
(8) Ftehima Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni (ĠU C 121, 24.4.2001, p. 122).


Tħejjija tal-laqgħa tas-CET u tas-Summit UE/USA (2 u 3 ta' Novembru 2009)
PDF 355kWORD 114k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2009 dwar is-Samit li ġej bejn l-UE u l-Istati Uniti u l-laqgħa tal-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku
P7_TA(2009)0058RC-B7-0095/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-8 ta" Mejju 2008 dwar il-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku(1), tal-5 ta" Ġunju 2008 dwar is-Samit bejn l-UE u l-Istati Uniti(2), u tas-26 ta" Marzu 2009 dwar il-qagħda tar-relazzjonijiet transatlantiċi wara l-elezzjonijiet fl-Istati Uniti(3),

–   wara li kkunsidra r-riżultat tas-Samit bejn l-UE u l-Istati Uniti li sar fil-5 ta' April 2009 fi Praga,

–   wara li kkunsidra r-rapport ta' progress adottati fit-tielet Kunsill Ekonomiku Transatlantiku tas-12 ta' Diċembru 2008, u d-Dikjarazzjoni Konġunta adottata fil-Laqgħa ta' Djalogu bejn il-Leġiżlaturi Transatlantiċi f'April 2009 fi Praga,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Missjoni ta" Ġbir ta" Fatti tan-Nazzjonijiet Uniti mmexxija minn Justice Goldstone, li ħareġ fil-15 ta" Settembru 2009, dwar il-Konflitt f'Gaza,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta" Settembru 2009 dwar il-ftehima internazzjonali prevista biex id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu data minn messaġġi ta' pagamenti finanzjarji għall-fini tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tat-terroriżmu(4),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2009 dwar is-Samit tal-G20 f'Pittsburgh tal-24 u l-25 ta' Settembru 2009(5),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi l-Unjoni Ewropea tilqa" b'sodisfazzjon l-attitudni koperattiva tal-Amministrazzjoni tal-Istati Uniti fil-qasam internazzjonali u t-tisħiħ tar-relazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti, li hija l-bażi fundamentali tal-politiki esterni tal-UE,

B.   billi l-UE u l-Istati Uniti għandhom irwol strateġiku f'dak li għandu x'jaqsam mal-isfidi ekonomiċi globali, peress li l-prodott gross domestiku (PGD)tagħhom jirrappreżenta aktar min-nofs tal-PGD globali, u billi ż-żewġ imsieħba għandhom l-iktar ftehima ta" sħubija bilaterali b'saħħitha tad-dinja fl-oqsma tal-kummerċ u l-investiment, li tkopri kważi 40% tal-kummerċ dinji,

C.   billi l-UE u l-Istati Uniti għandhom interessi politiċi komuni u responsabilità komuni fl-arena politika globali biex ikunu promossi l-paċi, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istabilità u jkunu affrontati d-diversi perikoli u sfidi globali, bħall-proliferazzjoni nukleari, it-terroriżmu, il-bidla fil-klima, is-sigurtà tal-enerġija u l-iżvilupp ta" ekonomiji b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju, u l-qerda tal-faqar u l-ksib ta" Objettivi tal-Millenju għall-Iżvilupp oħra,

D.   billi hemm bżonn li l-ħidma tal-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku tkompli sabiex jintlaħaq l-għan ta" suq Transatlantiku integrat sal-2015 billi jitnaqqsu l-ostakli għall-kummerċ, mibħabba li l-kisba tiegħu hi essenzjali biex jitnieda mill-ġdid it-tkabbir u l-irkupru ekonomiku,

E.   billi, barra minn hekk, hemm bzonn ta" tmexxija konġunta bejn l-UE u l-Istati Uniti sabiex ir-Rawnd ta" Żvilupp ta" Doha titlesta b'success,

F.   billi huwa importanti li l-irwol tal-leġiżlaturi jiġi rifless kif dovut fil-proċess tat-Trattat tal-KE u li l-prijoritajiet tal-Parlament Ewropew jitqiesu b'mod xieraq,

G.   billi l-UE u l-Istati Uniti se jkunu kkonfrontati minn konsum globali tal-energija li qed jikber u mir-rekwiżit li jiġu implimentati impenji globali għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima li għandu jkun hemm ftehim dwarhom f'Kopenħagen, u billi l-istandards u l-miżuri ġodda biex tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija m'għandhom la joħolqu xkiel ġdid għall-kummerċ Transatlantiku u lanqas inaqqsu s-sigurtà u s-sikurezza tal-materjal fissili,

H.   billi, l-għodda tal-politika barranija tat-Trattat ta' Liżbona se tagħti lill-UE rwol aktar b'saħħtu u aktar koerenti fix-xena internazzjonali,

I.   billi l-kriżi finanzjarja u ekonomika malajr saret kriżi tal-impjiegi b'konsegwenzi soċjali serji, u billi l-imsieħba Transatlantiċi jaqsmu r-responsabilità biex tiġi affrontata d-dimensjoni soċjali tal-kriżi ekonomika,

J.   billi stħarriġ reċenti, bħall-istħarriġ "Transatlantic Trends 2009' mmexxi milll-German Marshall Fund, juru appoġġ popolari bla preċedenti fost iċ-ċittadini tal-UE għall-amministrazzjoni tal-Istati Uniti, li billi dan jipprovdi bażi għal rivitalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti,

Summit bejn l-UE u l-Istati Uniti

1.  Itenni li r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti huma l-aktar sħubija strateġika importanti għall-UE u jinsisti dwar l-importanza tal-intensifikazzjoni mill-UE u l-amministrazzjoni tal-Istati Uniti tad-djalogu, il-koperazzjoni u l-koordinazzjoni strateġiċi tagħhom meta jkunu qed jindirizzaw l-isfidi globali u l-kunflitti reġjonali; jistieden lill-Kummissjoni biex, wara s-Samit bejn l-UE u l-Istati Uniti, tippreżenta komunikazzjoni dwar sħubija strateġika bejn l-UE u l-Istati Uniti;

2.  Jistieden liż-żewġ partijiet biex jippromwovu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja bħala element prinċipali tal-politika tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa ta" koordinazzjoni intensiva fid-diplomazija tal-prevenzjoni u tal-ġestjoni tal-kriżi; jitlob lill-Amministrazzjoni tal-Istati Uniti biex tirratifika u timxi mal-Istatut ta" Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali; jirrepeti l-appell tiegħu favur it-tneħħija tal-piena tal-mewt; jistieden lill-Amministrazzjoni tal-Istati Uniti biex terġa" tmur lura għall-konformità sħiħa tal-istandards internazzjonali tal-istat tad-dritt, biex twaqqaf il-miżuri extraġudizzjali u ttemm l-impunità dwar il-każi ta" ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

3.  Iqis li hemm bżonn li, waqt is-Samit bejn l-UE u l-Istati Uniti, iż-żewġ imsieħba jieħdu rwol prinċipali dwar l-implimentazzjoni tal-impenji tal-G-20; jitlob, għaldaqstant, li jkun hemm koordinazzjoni dwar il-pakkett ta" riforma tal-Istati Uniti għas-settur finanzjarju u r-riformi leġiżlattivi attwali tal-UE, inkluża l-istruttura ta" sorveljanza finanzjarja u jistieden liż-żewġ imsieħba biex isaħħu l-koperazzjoni tagħhom fl-immodernizzar tal-Fond Monetarju Internazzjonali;

4.  Jenfasizza l-importanza tal-koperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti biex tintlaħaq ftehima internazzjonali waqt il-Konferenza dwar il-Bidla fil-Klima tan-NU (COP-15) f'Kopenħagen f'Diċembru 2009 fuq il-bażi ta' evidenza xjentifika u li tinkludi assistenza internazzjonali adegwata biex ikunu finanzjati t-trażżin u l-adattament tal-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; iħeġġeġ lill-Presidenza tal-UE biex, waqt is-Samit bejn l-UE u l-Istati Uniti, tikseb impenn ambizzjuż min-naħa tal-Istati Uniti għall-obbligi internazzjonali post-Kyoto u għall-kooperazzjoni min-naħa tal-Istati Uniti fil-promozzjoni ta" rabtiet bejn l-iskema ta" skambju tal-emissjonijiet tal-UE u l-iskemi ta" skambju reġjonali jew federali fl-Istati Uniti;

5.  Jinsisti li t-Trattat ta" Liżbona se jitlob tisħiħ tal-mekkaniżmi istituzzjonali fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti b'konformità mar-Riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tas-26 ta' Marzu 2009;

6.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti biex, waqt is-Samit li jmiss, jiftiehmu dwar sħubija Transatlantika msaħħa biex ikunu jistgħu jiġu indirizzati l-isfidi globali komuni, b'mod partikulari fir-rigward tan-nonproliferazzjoni nukleari u d-diżarm, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-bidla fil-klima, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-affrontar ta' pandemiji, u l-kisba tal-Objettivi tal-Millenju għall-Iżvilupp; jenfasizza li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw ma kkawżawx il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, imma qed jiġu affetwati b'mod sproporzjonat minnha;

7.  Jenfasizza l-importanza tan-NATO bħala l-bażi fundamentali tas-sigurtà Transatlantika; iqis li l-iżviluppi relevanti fi ħdan din l-istruttura usa" tas-sigurtà għandhom jiġu indirizzati fi djalogu mar-Russja u l-membri tal-OSCE li ma jagħmlux parti mill-UE, sabiex jiġġedded il-kunsens Transatlantiku dwar is-sigurtà; jenfasizza l-importanza tal-ESDP u l-valur ta' kapaċità Ewropea mtejba ta' difiża għat-tisħiħ tas-sigurtà transatlantika;

8.  Jilqa" b'sodisfazzjon, f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni tal-Federazzjoni Russa u tal-Istati Uniti li jsiru negozjati biex tkun konkluża ftehima ġdida komprensiva u li torbot legalment u li tieħu post it-Trattat dwar it-Tnaqqis tal-Armi Strateġiċi (START), li jiskadi f'Diċembru 2009, u l-iffirmar tal-"Ftehim konġunt dwar is-segwitu tal-ftehima START-1' mill-Presidenti Barack Obama u Dmitri Medvedev f'Moska fis-6 ta" Lulju 2009;

9.  Jilqa" l-fatt li l-President tal-Istati Uniti ħabbar li se jmexxi 'l quddiem ir-ratifika tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Komprensiva tat-Testijiet Nukleari; jistieden lill-Kunsill biex jikkontribwixxi b'mod pożittiv u proattiv biex titħejja l-Konferenza ta" Reviżjoni tat-Trattat ta' Non-Profilerazzjoni fl-2010, f'koperazzjoni mill-qrib mal-Istati Uniti u mar-Russja;

10.  Jenfasizza li l-inċertezzi dwar in-natura tal-programm nukleari Iranjan qed jipperikolaw is-sistema ta' nonproliferazzjoni u l-istabilità fir-reġjun u fid-dinja; jappoġġja l-objettiv li tinstab soluzzjoni negozjata mal-Iran, wara l-istrateġija doppja ta" djalogu u sanzjonijiet, f'koordinazzjoni mal-membri l-oħra tal-Kunsill tas-Sigurtà u l-Aġenzija għall-Enerġija Atomika Internazzjonali;

11.  Jinsab imħasseb dwar l-aħħar testijiet nukleari mwettqa mir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u r-rifjut tagħha tar-Riżoluzzjoni 1887(2009) tal-24 ta' Settembru 2009 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jappoġġja, madankollu, il-metodu ta" djalogu bilaterali tal-Istati Uniti, fi ħdan il-qafas tat-Taħditiet bejn Sitt Partijiet biex il-peniżola tal-Korea tiġi denuklearizzata;

12.  Jinnota li l-Istati Uniti abbandunat il-pjanijiet oriġinali tagħha ta" sistema ta' difiża bil-missili fl-Ewropa u tal-pjanijiet ġodda tagħha; jitlob għal arranġament globali ġdid ta' sigurtà li jinvolvi b'mod speċjali l-UE, l-Istati Uniti, ir-Russja u ċ-Ċina;

13.  Jistieden liż-żewġ imsieħba biex jippromwovu trijalogu mal-Amerika Latina, reġjun li jaqsam magħhom il-viżjoni tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipju tal-multilateraliżmu;

14.  Itenni l-importanza tal-promozzjoni miż-żewġ imsieħba, fi spirtu ta" fiduċja u ta' trasparenza, ta' sistemi kkoordinati fil-politiki tagħhom fir-rigward tal-Iran, l-Iraq, l-Afganistan u l-Pakistan; iħeġġeġ lill-UE, lill-Istati Uniti, lin-NATO u lin-Nazzjonijiet Uniti biex ifasslu kunċett strateġiku konġunt ġdid li jintegra b'mod komprensiv l-impenji internazzjonali, filwaqt li l-ġirien kollha jintalbu biex jipparteċipaw f'dan l-isforz sabiex tinkiseb l-istabilità fir-reġjun;

15.  Jikkunsidra li l-ewwel laqgħa li ospita l-President Obama fit-23 ta" Settembru 2009 bejn il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu u l-mexxej Palestinjan Mahmoud Abbas ma rnexxilhiex tilħaq l-ambizzjonijiet tagħha; jikkonferma mill-ġdid li s-suċċess tal-proċess ta" paċi tal-Lvant Nofsani huwa wieħed mill-prijoritajiet l-iktar importanti tal-UE u tal-Istati Uniti u jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti biex jippromwovu b'mod konġunt interventi attivi tal-Kwartett fit-tfittxija ta" interessi komuni bħala bażi għal soluzzjoni paċifika bil-għan li jinkiseb ftehim ta" żewġ stati li jipprevedi stat Palestinjan indipendenti u vijabbli; jistieden lis-Samit biex jeżamina modi possibbli li jappellaw għad-dinja Għarbija; jitlob sabiex tintemm is-sitwazzjoni umanitarja ferm diffiċli fl-Istrixxa ta" Gaza; jiddeplora l-irwol tal-Hamas fir-restrizzjoni tal-libertà personali u tad-drittijiet tal-bniedem;

16.  Jittama li fis-Samit iż-żewġ partijiet jaqblu li l-konklużjoni b'suċċess tar-Rawnd ta" Doha għandha tinkludi miżuri sabiex tiġi evitata l-volatilità tal-prezzijiet agrikoli u n-nuqqas tal-ikel; jistieden lill-mexxejja sabiex ma jinsewx l-għan aħħari tal-iżvilupp ta" dan ir-rawnd u biex jonoraw l-impenn tagħhom li jonfqu 0.7 % tal-Prodott Gross Domestiku tagħhom għall-koperazzjoni ta' żvilupp; jenfasizza l-bżonn li jiġu kkunsidrati l-aġġustamenti introdotti reċentement f'riformi tal-politika agrikola komuni u jixtieq jara aġġustamenti simili fil-Farm Bill tal-Istati Uniti; ifakkar fl-iżviluppi fir-rigward ta' kwistjonijiet fejn qabel kien jeżisti kunflitt, bħall-każ tal-ormoni fiċ-ċanga, il-klorur fit-tiġieġ u l-awtorizzazzjoni ta" ċerti prodotti ġenetikament modifikati; jinsab kunfidenti li, permezz ta' djalogu kontinwu, il-kwistjonijiet li jaffettwaw il-kummerċ reċiproku fil-prodotti agrikoli jistgħu jiġu indirizzati qabel ma jaslu quddiem l-entitajiet għas-soluzzjoni tat-tilwim fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ;

17.  Jieħu nota tal-idea li jinħoloq Kunsill tal-Enerġija Transatlantiku; jenfasizza b'mod qawwi li dan għandu jittratta biss l-aspetti ta" din il-kwistjoni li huma relatati b'mod ċar mal-politika barranija u ta" sigurtà u, fil-ġejjieni, għandu jkun integrat fil-Kunsill Politiku Transatlantiku u li l-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku għandu jittratta mal-politika globali dwar l-enerġija;

18.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-estensjoni riċenti tal-programm għat-tneħħija tal-viża għal seba' Stati Membri oħra tal-UE; iħeġġeġ, madankollu, lill-Istati Uniti biex tneħħi s-sistema tal-viża għall-UE kollha u biex tittratta liċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea b'mod ugwali abbażi ta" reċiproċità sħiħa; jikkritika l-introduzzjoni ppjanata ta' spejjeż amministrattivi għall-għoti ta" awtorizzazzjonijiet tas-Sistema Elettronika għall-Awtorizzazzjonijiet għall-Ivvjaġġjar għaċ-ċittadini tal-UE bħala pass lura u jitlob lill-Kummissjoni biex tittratta dan bħala kwistjoni ta' prijorità mal-Amministrazzjoni tal-Istati Uniti, inkluża l-għażla li tkun imponuta r-reċiproċità;

19.  Jistieden lill-Istati Uniti biex tippermetti l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tal-ftehima fl-ewwel stadju dwar l-avjazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti u tal-ftehima dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti; ifakkar kemm lill-Kummissjoni u kemm lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti li jekk ma jirnexxilhomx jikkonkludu t-tieni stadju tal-ftehima, dan jista" jwassal biex xi Stati Membri jikkanċellaw il-ftehima fl-ewwel stadju; jistieden lill-Istati Uniti biex tevita kwalunkwe miżuri li jaħdmu kontra l-koperazzjoni msaħħa, bħal dawk dwar l-istazzjonijiet ta" tiswija barranin, l-eżenzjonijiet mil-liġi dwar il-kompetizzjoni u ċ-ċittadinanza tat-trasport bl-ajru msemmija fil-Riżoluzzjoni Nru 915 tal-Kamra;il-laqgħa tal-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku u t-tisħiħ tal-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku;

Laqgħa tal-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku u r-rinfurzar tiegħu

20.  Jenfasizza li sħubija Transatlantika aktar mill-qrib fil-kuntest tat-tlestija ta" suq Transatlantiku sal-2015, li tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta" ekonomija tas-suq soċjali, hi strument vitali biex tissawwar il-globalizzazzjoni u biex jiġu affrontati l-kriżijiet ekonomiċi u soċjali globali; jinnota li ħafna mill-ostakli mhux tariffarji għall-kummerċ u għall-investiment, li t-TEC qed jintalab ineħħi, għandhom l-għeruq tagħhom fl-isforzi intenzjonati tal-korpi leġiżlattivi biex irawmu objettivi soċjali, kulturali, ambjentali jew relatati mas-saħħa, u għalhekk m'għandhomx jitneħħew mingħajr att leġiżlattiv korrispondenti;

21.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi pjan direzzjonali dettaljat tal-ostakoli eżistenti biex jintlaħaq dak l-objettiv; ifakkar fl-istudju li l-Parlament awtorizza u ffinanzja fil-baġit tiegħu tal-2007; jistaqsi għaliex l-ebda wieħed minn dawn id-dokumenti s'issa ma ġie rilaxxat mill-Kummissjoni minkejja talbiet repetuti mill-Parlament biex tagħmel dan; jistabbilixxi l-15 ta" Novembru 2009 bħala d-data finali għall-pubblikazzjoni tagħhom;

22.  Jikkunsidra li l-koperazzjoni Transatlantika dwar l-effiċjenza u t-teknoloġija tal-enerġija (inkluża l-enerġija ekoloġika) u dwar iż-żoni regolatorji tal-enerġija tista" tiġi trattata fi ħdan il-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku; jinsisti li l-kooperazzjoni Transatlantika dwar is-sigurtà tal-enerġija għandha tikkostitwixxi waħda mill-kwistjonijiet ċentrali li għandhom jiġu indirizzati b'mod regolari fi ħdan il-Kunsill Politiku Transatlantiku, li l-ħolqien tiegħu kien propost mill-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tas-26 ta" Marzu 2009;

23.  Jemmen li l-koperazzjoni ekonomika Transatlantika għandha ssir iktar responsabbli, trasparenti u prevedibbli u li l-iskedi tal-laqgħat, l-aġendi, il-pjanijiet direzzjonali u r-rapporti dwar il-progress għandhom jiġu ppubblikati b'mod regolari u jitpoġġew immedjatament fuq websajt; jipproponi li jsir dibattitu annwali dwar il-progress li jkun sar fi kwistjonijiet li jiġu diskussi fi ħdan il-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku kif ukoll dwar l-istruttura tiegħu;

24.  Jemmen, madankollu, li l-impatt fuq l-attivitajiet kummerċjali tal-azzjonijiet meħuda mill-gvernijiet f'dan il-kuntest dwar kwistjonijiet bħall-istandards tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data, l-ispeċifikazzjonijiet biometriċi, is-sigurtà tal-avjazzjoni, id-dokumentazzjoni tal-ivvjaġġar u l-iskambji ta' informazzjoni dwar il-passaġġieri m'għandux jiġi traskurat mill-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku;

25.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti u lill-Kummissjoni biex jintensifikaw aktar in-negozjati tagħhom sabiex isibu soluzzjonijiet ibbilanċjati rigward, fost l-oħrajn, il-ħtiġijiet tas-sigurtà fl-ajru u l-protezzjoni tad-data fil-qasam tar-reġistri tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR), ir-reviżjonijiet ta" kontrolli ta" sigurtà fl-ajruporti u l-inklużjoni aktar effettiva ta" miżuri sabiex jitnaqqas l-impatt tal-avjazzjoni transatlantika u dik internazzjonali fuq il-klima fin-negozjati ta" Kopenħagen u l-ftehimiet tal-ICAO;

L-irwol tad-Djalogu tal-Leġiżlaturi Transatlantiċi fil-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku

26.  Itenni mill-ġdid it-talba tieħu lill-mexxeja tal-UE u tal-Istati Uniti, kif ukoll lill-kopresidenti tal-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku, biex iqisu l-irwol kruċjali tal-leġiżlaturi għas-suċċess tal-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku; iħeġġiġhom biex jinvolvu lir-rappreżentanti tad-Djalogu tal-Leġiżlaturi Transatlantiċi b'mod sħiħ u dirett fil-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku, peress li l-leġiżlaturi mal-fergħat eżekuttivi rispettivi tagħhom jaqsmu ir-responsabilità għall-applikazzjoni u s-sorveljanza ta" ħafna deċiżjonijiet tal-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku;

27.  Jemmen li hu essenzjali li jkun żgurat li l-iktar membri xierqa tal-Kungress u tal-Parlament Ewropew jiddaħħlu fid-Djalogu tal-Leġiżlaturi u fil-proċess tal-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku, sabiex ikun żgurat li l-leġiżlazzjoni ma jkollhiex konsegwenzi imprevisti għall-kummerċ u l-investiment transatlantiku; jittama li l-ftehima l-ġdida tista" ttejjeb it-TLD attwali f'assemblea interparlamentari transatlantika wara r-rakkomandazzjonijiet mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tas-26 ta" Marzu 2009;

Il-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku u l-kriżijiet ekonomiċi u finanzjarji

28.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-fatt li t-TEC jingħata pariri mingħand għadd ta" nies involuti, inklużi rappreżentanti tan-negozji, u jitlob li jingħata rwol simili lil rappreżentanti tal-moviment tal-għaqdiet tal-ħaddiema fuq kull naħa tal-Atlantiku sabiex id-dimensjoni soċjali tiġi inkluża bis-sħiħ; jitlob li l-kapijiet tad-Djalogu Transatlantiku dwar ix-Xogħol, u tad-Djalogu Transatlantiku għall-Enerġija għall-ġejjieni jiġu inklużi fil-Grupp ta' Konsulenti; huwa tal-opinjoni, madankollu, li r-rwol konsultattiv tagħhom għandu jkun iddifferenzjat mir-rwol leġiżlattiv tal-Kungress tal-Istati Uniti u tal-Parlament Ewropew;

29.  Jenfasizza l-irwol tal-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku biex tkun promossa u żgurata reazzjoni regolatorja għall-kriżijiet li tkun koordinata bejn l-Istati Uniti u l-UE, b'mod partikulari fir-rigward ta' fondi alternattivi ta' investiment, l-infrastruttura tas-suq finanzjarju (speċjalment fir-rigward tas-swieq tal-prodotti derivati kkummerċjalizzati barra l-borża), l-eżiġenzi tal-kapital, il-pajjiżi li joffru rifuġju fiskali u r-riżoluzzjoni transkonfinali ta" falliment; jistieden lill-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku biex jeżamina l-koordinazzjoni tal-aħħjar prassi fir-rigward tal-politika ta' rimunerazzjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji, filwaqt li jiżgura li r-rimunerazzjoni tkun ibbażata fuq riżultati għaż-żmien twil, u b'hekk jitnaqqas ir-riskju tal-espożizzjoni;

30.  Jenfasizza li s-sitwazzjoni ta" nuqqas ta" kreditu għadha ma" għaddietx; jenfasizza f'dan ir-rigward li politiki makroekonomiċi koordinati huma vitali għal irkupru ekonomiku globali sostenibbli u sabiex ikun ittrattat il-livell ta' qgħad li qed jiżdied;

31.  Jistieden lill-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku biex jinsisti li l-awtoritajiet tal-Istati Uniti jqisu l-bidliet għad-direttivi tal-UE dwar ir-rekwiżiti kapitali meta jimplimentaw il-qafas ta' Basel II; jilqa" b'sodisfazzjon il-proposta tal-Gvern tal-Istati Uniti biex jiġu rregolati l-istrumenti finanzjarji derivati kkummerċjalizzati barra l-borża u l-ħidma tiegħu għal stabbiliment ċentrali ta" rilaxx għal prodotti strutturati kumplessi, u jistieden lill-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku biex jeżamina kif jista" jippromwovi approċċ koordinat rigward it-trattament tal-klassijiet ta" assi u korporazzjonijiet, kif ukoll dik infrastrutturali;

32.  Jistieden lill-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku biex jiżgura li l-awtoritajiet tal-Istati Uniti jikkoordinaw mad-direttiva proposta tal-UE dwar maniġers ta' fondi ta' investiment alternattivi (id-Direttiva AIFM), sabiex jevitaw l-arbitraġġ regolatorju;

33.  Iħeġġeġ lill-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku biex jindirizza l-kwistjoni ta" istituzzjonijiet li jkunu kbar wisq biex ifallu u jappoġġja l-proposti tal-G20 għal pjanijiet ta" kontinġenza ta" "testment waqt il-ħajja" ("living will") għal istituzzjonijiet transkonfinali li jkunu ta" importanza sistemika; iqis li l-istituzzjonijiet finanazjarji sistematikament importanti jistgħu jkunu suġġetti għal rekwiżiti iktar stretti ta' żvelar bħal limitazzjonijiet fuq il-kunfidenzjalità kummerċjali, bl-istess mod li kumpaniji dominanti huma suġġetti skont il-politika tal-UE dwar il-kompetizzjoni;

34.  Jappoġġja s-sejħa tal-G20 biex titħaffef il-konverġenza tal-istandards tal-kontabilità; iħeġġeġ lill-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku biex jistieden lill-Bord tal-Istandards tal-Kontabilità Finanzjarja u lill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità biex jiftiehmu dwar sett uniku ta" standards ta' kontabilità globali ta' kwalità għolja u biex ilestu l-proġett ta' konverġenza tagħhom sa Ġunju 2011; jenfasizza li l-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) għandu jkompli bir-riforma tiegħu tat-tmexxija;

35.  Iħeġġeġ lill-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku biex jinsisti li l-awtoritajiet tal-Istati Uniti jimxu mal-pjan direzzjonali meta jitolbu lill-utenti domestiċi tal-Istati Uniti biex japplikaw l-Istandards Internazzjonali ta" Rapportaġġ Finanzjarju (IFRS); ifakkar fit-talba tiegħu li, sakemm l-Istati Uniti ma tadottax l-Istandards Internazzjonali ta" Rapportaġġ Finanzjarju, il-Kummissjoni għat-Titoli u l-Boroż tal-Istati Uniti għandha tirrikonoxxi l-Istandards Internazzjonali ta" Rapportaġġ Finanzjarju, kif adottati mill-Unjoni Ewropea u sakemm tittieħed deċiżjoni li tirrikjedi li l-utenti tal-Istati Uniti biex japplikaw dawn l-Istandards, bħala ekwivalenti għall-Prinċipji ta" Kontabilità Ġeneralment Aċċettati tal-Istati Uniti; iħeġġeġ lill-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku biex jippromwovi l-iżvilupp ta' tqassim għal kull pajjiż tar-rapportaġġ għall-gruppi multinazzjonali;

36.  Jittama li l- Kunsill Ekonomiku Transatlantiku jħeġġeġ bidliet fis-sorveljanza tal-assigurazzjoni fl-Istati Uniti li jippermettu lill-UE biex tirrikonoxxi li l-iskema ta" sorveljanza tal-assigurazzjoni tal-Istati Uniti hi ekwivalenti taħt il-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva dwar Solvenza II; hu tal-fehma li l-inizjattiva biex jitwaqqaf Uffiċċju ta" Assigurazzjoni Nazzjonali se ttejjeb il-koperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti; jistieden lill-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku biex jiżgura li l-awtoritajiet tal-Istati Uniti jagħmlu progress dwar is-sorveljanza tal-assigurazzjoni fil-livell federali billi, jekk ikun hemm bżonn, jisseparaw it-taxxa u kwistjonijiet oħra mill-aspett ta" sorveljanza pura;

37.  Jilqa' l-espansjoni tal-Forum Globali dwar it-Trasparenza u l-Iskambju ta' Informazzjoni u jaraha bħala pass promettenti li s-87 pajjiż kollha f'dan il-Forum qablu biex jadottaw l-istandard tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi dwar il-qsim tal-informazzjoni fiskali; iħeġġeġ lill-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku biex jiżgura li l-UE u l-Istati Uniti juru t-tmexxija globali komuni tagħhom billi jiżguraw li l-inċentivi meħtieġa, inklużi s-sanzjonijiet, ikunu ġew implimentati sa Marzu 2010, u biex, flimkien mal-partijiet kollha, jimplimentaw malajr programm ta" reviżjoni bejn pari għall-evalwazzjoni tal-progress imma jqis li dan il-qafas irid jissaħħaħ biex jiġu miġġielda l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa; jenfasizza li t-tgħarrif awtomatiku għandu jkun l-istandard fil-kwistjonijiet fiskali transnazzjonali kollha;

38.  Hu tal-fehma li l-iskambju tal-aħjar prattiki tar-responsabbilta' soċjali korporattiva bejn l-Istati Uniti u l-UE se jkollu impatt sinifikanti fuq l-attitudni tal-intrapriżi lejn is-CSR u fuq l-impenn pożittiv tagħhom dwar kwistjonijiet soċjali u ambjentali; jikkunsidra li l-koperazzjoni regolatorja għandha tikkunsidra t-tisħiħ tal-qafas regolatorju tal-UE rigward id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali, b'mod partikulari l-politiki ta" rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji;

39.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-konklużjonijiet tal-kapijiet tal-G20 ;

Il-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku u l-proprjetà intellettwali

40.  Jitlob biex il-laqgħa li ġejja tal-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku tippromwovi koperazzjoni transatlantika strateġika dwar il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali waqt li jiġu rispettati kompletament id-drittijiet fundamentali u ċivili taċ-ċittadini; jenfasizza li t-tifrix tat-teknoloġiji ma jridx jgħawweġ is-sistema ta' protezzjoni tal-proprjetà intellettwali li tiggarantixxi l-kapaċità li jittieħdu r-riskji finanzjarji u kummerċjali li huma inerenti fil-proċess ta" innovazzjoni;

41.  Ifakkar lill-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku li s-soċjetà tal-informazzjoni hija pilastru kruċjali taż-żona ekonomika transatlantika bbażat fuq l-aċċess għall-għarfien u fuq mudell ġdid għall-protezzjoni u l-qsim tal-kontenut diġitali, fir-rispett tal-proporzjonalità;

Il-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku u l-ħarsien tal-konsumatur

42.  Jistieden lill-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku biex jippromwovi azzjonijiet konġunti biex jiġi żgurat li pajjiżi terzi, partikolarment iċ-Ċina, jgħollu l-istandards ta" produzzjoni tagħhom biex jintlaħqu r-rekwiżiti ta" sikurezza tal-UE u tal-Istati Uniti, b'mod partikulari għall-ġugarelli, u biex jiżgura l-infurzar strett, fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku, tal-liġijiet dwar is-sikurezza tal-prodotti, partikolarment il-ġugarelli, kif ukoll ispezzjonijiet nazzjonali aktar b'saħħithom;

43.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, fi ħdan il-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku, tiżviluppa mekkaniżmi ta" koperazzjoni transkonfinali fl-infurzar aktar b'saħħithom u aktar effettivi, bil-għan li s-sistema ta" twissija tal-UE "RAPEX" għal prodotti għall-konsumatur li huma ta" riskju serju għall-konsumatur tiġi konnessa mas-sistema ta" twissija tal-Kummissjoni dwar is-Sikurezza tal-Prodotti għall-Konsumatur tal-Istati Uniti, u li l-attivitajiet tan-netwerk ta" koperazzjoni għall-ħarsien tal-konsumatur tal-UE jiġu integrati ma' dawk tal-awtoritajiet tal-Istati Uniti;

44.  Jipproponi li l-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku jappoġġja l-adozzjoni ta" strument ta' koperazzjoni li jorbot, li jistruttura u jiffaċilita l-qsim tal-informazzjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti u l-iżvilupp ta' programm komuni ta' azzjonijiet koperattivi;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-kuntest tal-laqgħa tal-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku u s-Samit bejn l-UE u l-Istati Uniti li ġejjin, tħaffef ħidmitha fuq Ftehim bilaterali ta" Koperazzjoni għall-Infurzar biex jiġu estiżi għall-Istati Uniti l-attivitajiet ta' infurzar tagħha fi ħdan il-qafas tar-Regolament tal-UE dwar Koperazzjoni fil-Ħarsien tal-Konsumaturi(6) u l-Att tal-Istati Uniti dwar Internet Mingħajr Periklu (Safe Web Act);

46.  Jistieden lill-Kummissjoni biex taħdem mal-kontropartijiet tagħha fl-Istati Uniti sabiex il-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku jitħalla jeżamina l-modi għat-tisħiħ tal-ħarsien tal-konsumatur waqt li jitqiesu kif dovut id-drittijiet diġitali tal-kosumatur, kif ukoll biex jaħdmu flimkien dwar ir-regoli għal prodotti difettużi;

Il-kummerċ bilaterali - kwistjonijiet tad-dwana, sorveljanza tas-suq u sigurtà kummerċjali

47.  Jistieden lill-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku biex jippromwovi t-tisħiħ tal-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet tad-dwana u tas-sorveljanza tas-suq tal-UE u l-Istati Uniti, sabiex jiġi evitat li l-prodotti perikolużi, b'mod partikulari l-ġugarelli perikolużi, jilħqu lill-konsumatur;

48.  Jistieden lill-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku biex jagħti leħen lit-tħassib tal-UE dwar il-miżura leġiżlattiva unilaterali tal-Istati Uniti dwar l-iskennjar tal-100% tal-kontejners għat-tagħbija tal-merkanzija bil-baħar, kif adottata mill-Kungress tal-Istati Uniti; jemmen li l-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku jista', b'mod utli, jorganizza seminars fi Brussell u f'Washington dwar il-kwistjoni tal-iskennjar ta' 100% tal-kontejners sabiex jitrawwem fehim iktar profond bejn il-leġiżlaturi tal-Istati Uniti u tal-UE u sabiex tiġi promossa riżoluzzjoni bikrija u li tkun reċiprokament aċċettabbli għal din il-problema; jistieden lill-Kummissjoni biex, għal-laqgħa tal-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku li ġejja, tevalwa l-ispejjeż potenzjali ta" din il-miżura għan-negozju u għall-ekonomija tal-UE, kif ukoll l-impatt potenzjali fuq l-operazzjonijiet tad-dwana;

49.  Jinsab deċiż biex ikompli jistieden lill-leġiżlatura tal-Istati Uniti – u jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel dan anke fil-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku – biex terġa" tikkunsidra l-obbligu tal-iskennjar tal-100% tal-kontejners, u jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa koperazzjoni mal-Istati Uniti, ibbażata fuq l-immaniġġjar tar-riskji, inkluż ir-rikonoxximent reċiproku tal-programmi ta" sħubija kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti, bi qbil mal-Qafas ta" Standards SAFE tal-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana;

Rikonoxximent reċiproku u standardizzazzjoni

50.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex, fid-dawl tal-laqgħa tal-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku li ġejja, taħdem favur l-adozzjoni formali ta' proċeduri għall-għarfien reċiproku ta' dikjarazzjonijiet ta' konformità għall-prodotti suġġetti għal testijiet obbligatorji minn partijiet terzi, l-aktar għat-tagħmir tat-teknoloġija ta" informazzjoni u komunikazzjoni u għat-tagħmir elettriku, sabiex tinsisti fuq ir-rikonoxximent reċiproku tal-unitajiet ta" kejl legali, b'mod partikulari biex jiġi aċċettat l-użu ta" tikketti li jużaw biss is-sistema metrika fuq il-prodotti tal-UE fl-Istati Uniti, tesplora l-istandardizzazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Uniti, biex tistabbilixxi laqgħat ta' diskussjoni dwar standards li jiffukaw fuq soluzzjonijiet innovattivi u biex tikkoordina internazzjonalment;

Kwistjonijiet ambjentali u ta" saħħa pubblika

51.  Jikkunsidra li hu tal-akbar importanza li jkun hemm involviment fi djalogu mal-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku dwar l-ikel il-ġdid u l-użu ta" teknoloġiji ġodda fil-produzzjoni tal-ikel; jenfasizza l-preokkupazzjonijiet fir-rigward tal-klonazzjoni fit-trobbija tal-annimali;

52.  Jilqa" l-fatt li l-Gvern tal-Istati Uniti rrikonoxxa l-bżonn li jirriforma l-Att tagħha dwar il-Kontroll tas-Sustanzi Tossiċi; jistieden lill-UE u l-Istati Uniti biex jikkoperaw sabiex jistabbilixxu sistema regolatorja fl-Istati Uniti li twassal għal livell ta' protezzjoni kompatibbli mar-REACH;

L-enerġija, l-industrija u x-xjenza

53.  Jitlob li jkun hemm koperazzjoni mal-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku dwar kull kwistjoni li taffettwa lill-ambjent regolatorju għall-industrija, li ssegwi l-approċċ tal-'Att dwar in-Negozji ż-Żgħar' tal-UE – billi taħseb l-ewwel fiż-żgħir – meta jkun qed jikkunsidra leġiżlazzjoni b'impatt transatlantiku;

54.  Iħeġġeġ lill-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku biex jiżviluppa koperazzjoni lejn strateġija komuni dwar l-enerġija, li tkun tappoġġja d-diversifikazzjoni u tippromwovi ekonomija ekoeffiċjenti, sabiex tiżdied is-sigurtà tal-provvista, u jħeġġeġ lill-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku biex jgħin fit-tfittxija ta" kriterji ta" sostenibilità konverġenti għall-bijofjuwils;

55.  Iħeġġeġ lill-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku biex iqanqal il-koperazzjoni fir-riċerka sabiex jiġi sfruttat aħjar il-potenzjali tal-Ftehima dwar ix-Xjenza u t-Teknoloġija estiża bejn l-UE u l-Istati Uniti;

Il-kummerċ internazzjonali

56.  Jikkunsidra li l-aċċess għas-swieq tal-pajjiżi terzi hu preokkupazzjoni u interess komuni kemm għall-UE u kemm għall-Istati Uniti; jinsab konvint li l-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku jista" jkollu rwol importanti fit-trawwim ta" approċċ komuni mill-UE u l-Istati Uniti fir-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom ma" pajjiżi terzi; jistieden lill-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku biex jaħdem lejn approċċ aktar komuni għall-ftehimiet ġodda ta" kummerċ ħieles min-naħa tal-Istati Uniti u tal-UE, bl-intenzjoni li l-ftehimiet ta" dan it-tip jiġu armonizzati, inklużi l-istandards soċjali u ambjentali;

57.  Jistieden lill-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku biex jittratta l-qafas legali u l-istandards tekniċi sabiex jitranġaw il-kundizzjonijiet legali mhux ċari u biex, f'dan il-kuntest, tikkunsidra l-kwistjonijiet tal-kuntratti, dazji jew sigurtà legali fl-Istati Uniti;

Koperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija, il-politika dwar il-viża

58.  Jispera li l-Laqgħa Ministerjali bejn l-UE u l-Istati Uniti skedata għat-28 ta' Ottubru 2009 f'Washington DC tadotta dikjarazzjoni konġunta dwar il-koperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija, li tkopri, b'mod partikolari, is-sigurtà fuq l-internet;

59.  Ifakkar fid-determinazzjoni tiegħu li jiġġieled kontra t-terroriżmu u fit-twemmin sod tiegħu fil-ħtieġa li jinstab il-bilanċ ġust bejn miżuri tas-sigurtà u l-ħarsien tal-libertajiet ċivili u d-drittijiet fundamentali, filwaqt li jiġi żgurat ir-rispett akbar għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data; itenni li n-neċessità u l-proporzjonalità huma prinċipji ewlenin li mingħajrhom il-ġlieda kontra t-terroriżmu ma tistax tkun effettiva;

60.  Jemmen li qafas legali u politiku sod huwa meħtieġ għal koperazzjoni qawwija bejn l-UE u l-Istati Uniti fi kwistjonijiet relatati mal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà u li sħubija msaħħa li tinvolvi d-dimensjoni parlamentari u demokratika hija essenzjali biex jiġu indirizzati b'mod effettiv l-isfidi komuni, bħall-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata bla ħsara għad-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt, il-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali u l-koperazzjoni tal-pulizija, il-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-protezzjoni tad-dritt tal-kenn politiku, u l-promozzjoni tal-moviment mingħajr viża taċ-ċittadini bona fide kollha bejn żewġ żoni;

61.  F'dan ir-rigward, ifakkar li l-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq l-istat tad-dritt u li kull trasferiment ta' data personali Ewropea lejn pajjiżi terzi li jsir għall-finijiet ta" sigurtà għandu jirrispetta l-garanziji proċedurali u d-drittijiet tad-difiża u jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-data fil-livell nazzjonali u Ewropew;

62.  Ifakkar li, fi ħdan il-qafas transatlantiku tal-ftehima bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-assistenza legali, li se tidħol fis-seħħ fl-1 ta" Jannar 2010, l-Artikolu 4 jipprevedi li jingħata aċċess għal data finanzjarja mmirata fuq talba, permezz tal-awtoritajiet Statali nazzjonali, u li dan jista" jikkostitwixxi bażi legali aktar soda għat-trasferiment ta' data SWIFT mill-ftehima interim proposta;

63.  Jinnota li qed jiġi nnegozjat ftehim interim dwar it-trasferiment ta' data ta" dan it-tip bejn l-UE u l-Istati Uniti li jkun validu għal perjodu intermedju permezz ta' klawsola ta' estinzjoni li ma" taqbiżx it-12-il xahar, u li ftehim ġdid, innegozjat bla ħsara għall-proċedura li għandha tiġi segwita taħt it-Trattat ta' Lisbona, se jkollu jinvolvi bis-sħiħ lill-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali u jiżgura l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 tar-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tas-17 ta' Settembru 2009;

o
o   o

64.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kungress tal-Istati Uniti, lill-kopresidenti tad-Djalogu bejn il-Leġiżlaturi Transatlantiċi u lill-kopresidenti u s-segretarjat tal-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku.

(1) Testi adottati, P6_TA(2008)0192.
(2) Testi adottati, P6_TA(2008)0256.
(3) Testi adottati, P6_TA(2009)0193.
(4) Testi adottati, P7_TA(2009)0016.
(5) Testi adottati, P7_TA(2009)0028.
(6) Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur (ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1).


Is-sitwazzjoni fil-Ginea
PDF 265kWORD 50k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2009 dwar is-sitwazzjoni fil-Ginea
P7_TA(2009)0059RC-B7-0102/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Grupp ta' Kuntatt Internazzjonali dwar il-Ginea (ICGG) f'Abuja (Niġerja) fit-13 ta' Ottubru 2009,

–   wara li kkunsidra l-instabilità fir-reġjun tax-Xmara Mano, li tittrawmatizza lill-popolazzjoni lokali,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Ginea,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni maħruġa mill-Presidenza f'isem l-Unjoni Ewropea fid-29 ta' Settembru 2009, dwar il-vjolenza mwettqa f'Conakry (Repubblika tal-Ginea),

–   wara li kkunsidra d-dibattitu li sar fil-Parlament fis-7 ta' Ottubru 2009,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 122 tar-Regoli ta' Proċedura,

A.   billi, fit-23 ta' Diċembru 2008, ġunta militari mmexxija mill-Kaptan Moussa Dadis Camara ħadet il-poter wara l-mewt tal-President Lansana Conté,

B.   billi, skont is-sorsi, ir-ripressjoni ta' protesta paċifika tal-oppożizzjoni, li ġiet organizzata fit-28 ta' Settembru 2009, li huwa jum l-anniversarju tar-referendum li ta l-indipendenza lill-pajjiż, ikkawżat bejn mija u mitejn vittma (u peress li l-militari ġabru l-fdalijiet tal-bosta vittmi maqtula sabiex dawn ma jkunux jistgħu jingħaddu, il-familji tagħhom ma setgħux jgħixu l-luttu tagħhom), u 'l fuq minn elf persuna midruba, bi sparar jew b'nifda minn bajjunetta, u billi nstab li kien hemm bosta każijiet ta' stupru,

C.   billi xi persuni tal-oppożizzjoni responsabbli għall-protesta ġew imsawta, midruba u arrestati, u li l-ġurnalisti kritiċi fir-rigward tas-setgħat fil-poter qed jiġu ppersegwitati, u l-ġunta qed toħloq riskju reali ta' kunflitt etniku,

D.   billi saru rapporti terrifikanti dwar suldati li użaw it-truf tas-snieter, u saħansitra tal-bajjunetti, biex jistupraw lin-nisa, filwaqt li nisa oħrajn tneżżaw u ġew stuprati u umiljati pubblikament minn forzi tas-sigurtà,

E.   billi l-vjolenza fuq in-nisa hija ekwivalenti għall-krimini tal-gwerra u għall-krimini kontra l-umanità, u li l-persuni kollha responsabbli għal atti bħal dawn għandhom jinġiebu quddiem il-qrati biex tintemm l-impunità tagħhom,

F.   billi l-Artikoli 8 u 9 tal-Ftehima ta' Kotonou, li l-Ginea hija pajjiż firmatarju tagħha, jesiġu r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija,

G.   billi ġie stabbilit pjan direzzjonali fis-27 ta' Lulju 2009, bi qbil mal-Artikolu 96 tal-Ftehima ta' Kotonou, li jiżgura t-tranżizzjoni lejn id-demokrazija,

H.   billi l-membri tal-ġunta li kienu parti mill-partit tal-Kunsill nazzjonali għad-demokrazija u l-iżvilupp kienu ħadu l-impenn li jorganizzaw elezzjonijiet liberi mill-aktar fis, u li huma nnifishom ma jkunux kandidati f'dawn l-elezzjonijiet,

I.   billi l-prokuratur tal-Qorti Penali Internazzjonali (ICC) għadu kif talab li ssir inkjesta preliminari dwar is-sitwazzjoni fil-Ginea, sabiex wieħed jara jekk twettqux krimini li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-ICC,

J.   billi l-mod irresponsabbli kif sar użu mill-forza armata sabiex jiġi ripress il-poplu jiskwalifika lill-ġunta militari mill-organizzazzjoni tat-tranżizzjoni tal-pajjiż lejn id-demokrazija, permezz ta' elezzjonijiet liberi u ġusti,

K.   billi l-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) u l-Unjoni Afrikana ħadu pożizzjoni u l-President Burkinabé Blaise Compaoré nħatar bħala ''faċilitatur'',

L.   billi l-Grupp internazzjonali ta' kuntatt dwar il-Ginea (GIK-G), inklużi d-diplomati tal-ECOWAS, in-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Afrikana u l-Unjoni Ewropea, kif ukoll ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali ta' sorveljanza fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja, wettqet żjara fil-Ginea u rrappurtat dwar dan,

M.   billi l-Unjoni Ewropea u l-Ginea ffirmaw ftehima ta' sħubija fis-settur tas-sajd f'Diċembru 2008(1), ftit jiem biss qabel il-kolp tal-istat li permezz tiegħu il-kaptan Dadis Camara kiseb il-poter, u l-ewwel ħlas għandu jsir fit-30 ta' Novembru 2009,

N.   billi skada l-ultimatum li sar mill-Unjoni Afrikana lill-Kaptan Dadis Camara, biex dan iġedded l-impenn tiegħu li ma jkunx kandidat fl-elezzjonijiet presidenzjali li jmiss,

O.   billi l-ECOWAS għamlet appell lill-komunità internazzjonali biex din tibgħat fil-Ginea forza newtrali għall-protezzjoni tal-poplu u tal-opponenti, u li l-GIK-G għamel appell biex jiġi impost embargo totali fuq l-armi lejn il-Ginea,

P.   billi r-riżorsi kbar tal-minjieri fit-territorju tal-Ginea joffru potenzjal kbir ta' żvilupp; billi l-Ginea hija klassifikata minn Transparency International bħala wieħed mill-iktar pajjiżi korrotti fl-Afrika, billi, fil-klassifika stabbilita minn Transparency International, il-Ginea tikkostitwixxi wieħed mill-iktar pajjiżi korrotti fl-Afrika,

1.  Jikkundanna r-ripressjoni vjolenti u qattiela kontra l-protestanti mhux armati u jressaq il-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi;

2.  Jikkundanna l-atti kollha ta' vjolenza sesswali kontra n-nisa u t-tfajliet, jitlob li jkun hemm għajnuna medika u psikoloġika għall-vittmi ta' stupru u jistieden lill-Kummissjoni biex tniedi b'mod urġenti programmi speċifiċi għar-rijabilitazzjoni tan-nisa li jisfaw vittmi ta' vjolenza fil-Ginea;

3.  Jilqa' l-komunikazzjoni tal-GIK-G wara l-laqgħa tagħha tat-12 ta' Ottubru 2009 f'Abuja dwar il-kriżi fil-Ginea, li fiha il-ġunta militari intalbet ''teħles lil dawk kollha li ġew arrestati b'mod arbitrarju, u b'mod partikolari ta' dawk miżmuma b'konnessjoni mal-avvenimenti li seħħew fit-28 ta' Settembru 2009'' f'Konakry, u fejn il-ġunta ġiet ordnata biex, sas-Sibt, 17 ta' Ottubru 2009, tistabbilixxi l-modalitajiet meħtieġa għall-esklużjoni tal-membri tal-ġunta imsemmija mill-elezzjonijiet presidenzjali previsti għal Jannar 2010;

4.  Jilqa' b'sodisfazzjoni l-implimentazzjoni min-naħa tan-Nazzjonijiet Uniti ta' kumitat ta' inkjesta internazzjonali indipendenti inkarigata li tistabbilixxi r-responsabilitajiet f'dan il-massakru, kif ukoll il-ftuħ ta' inkjesta preliminari mill-ICC, sabiex tintemm is-sitwazzjoni ta' impunità;

5.  Jitlob li jittieħdu l-miżuri kollha biex tiġi garantita s-sigurtà tax-xhieda u tal-familji tal-vittmi li se jinstemgħu mill-kumitat ta' inkjesta internazzjoni;

6.  Jitlob lill-ġunta li tinsab fil-poter sabiex tirrispetta d-drittijiet tal-libertà tal-opinjoni, tal-espressjoni u tal-assoċjazzjoni, partikolarment id-dritt ta' assemblea paċifika, kif stipulat fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;

7.  Iqis li huwa biss il-gvern li jirbaħ elezzjoni libera u ġusta li għandu jitqies bħala leġittimu u kapaċi jieħu ħsieb l-interessi tal-pajjiż fuq medda twila ta' żmien;

8.  Jixtieq li jinħatar gvern tranżitorju, li jkun jinkludi l-partiti ewlenin tal-oppożizzjoni, u li jkun inkarigat li jħejji l-elezzjonijiet presidenzjali u leġiżlattivi;

9.  Jitlob lill-Kunsill biex dan jieħu miżuri adegwati previsti mill-Artikolu 96 tal-Ftehima ta' Kotonou u biex jevalwa l-possibilitajiet li tiġi sodisfatta t-talba tal-ECOWAS billi tiġi organizzata missjoni ta' appoġġ għal forza Afrikana ta' protezzjoni tal-poplu, sabiex din il-forza jkollha għad-dispożizzjoni tagħha l-mezzi neċessarji biex twettaq il-missjoni tagħha, kif ukoll missjoni ċivili għal żmien itwal li tikkontribwixxi biex jiġu organizzati forzi ta' sigurtà;

10.  Jistieden lill-Unjoni Afrikana biex, b'kollaborazzjoni mal-ECOWAS, timponi sanzjonijiet qawwija kontra l-membri tal-ġunta militari u, fl-istess ħin torganizza djalogu nazzjonali fil-kuntest ta' kumitat ''verità u rikonċiljazzjoni'';

11.  Jistieden lill-Istati kollha biex, bi qbil mad-deċiżjoni tal-ECOWAS, jissospendu l-provvista ta' armi u ta' munizzjon lill-armata u lis-servizzi tal-pulizija, kif ukoll il-provvista ta' kull tagħmir ieħor li jista' jintuża mill-forzi ta' sigurtà tal-Ginea biex jitwettaq ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u dan skont il-posizzjoni meħuda mill-GIK-G;

12.  Jiddeplora l-fatt li l-kumpaniji Ċiniżi, kemm dawk pubbliċi kif ukoll dawk privati, li jinvestu fil-Ginea, huma assolutament indifferenti għad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini ta' dan il-pajjiż;

13.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jibgħat din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-paralmenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-ġurisdizzjonijiet tal-Ujnoni Afrikana u tal-ECOWAS, kif ukoll lill-ġunta fil-poter fir-Repubblika tal-Ginea.

(1) Protokoll li jistabbilixxi l-possibilitajiet tas-sajd u l-aspett finanzjarju previst fil-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea dwar is-sajd madwar il-Ginea għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2012 (ĠU L 156, 19.6.2009, p.40).


L-Iran
PDF 210kWORD 51k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2009 dwar l-Iran
P7_TA(2009)0060RC-B7-0104/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Iran, b'mod partikulari dawk dwar id-drittijiet tal-bniedem,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-Presidenza tal-UE, ir-Rappreżentant Għoli għas-CFSP, il-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE, il-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tal-G8, il-Kunsill Ewropew u l-President tal-Parlament Ewropew dwar it-trażżin tad-dimostrazzjonijiet matul l-inkwiet postelettorali fl-Iran f'Ġunju 2009,

–   wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tat-23 ta" Settembru 2009 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-President tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2009 li fiha tenna l-impenn tal-Parlament għall-abolizzjoni fid-dinja kolha tal-piena tal-mewt u li tiddenunzja b'mod speċifiku l-piena kapitali għal reati mwettqa minn minorenni u l-eżekuzzjonijiet imminenti fl-Iran,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Presidenza tal-UE tal-13 ta' Ottubru 2009 dwar l-eżekuzzjoni ta' Behnoud Shojaee fl-Iran,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Presidenza tal-UE tal-20 ta' Settembru 2009 li tikkundanna t-tiċħid ripetut mill-President Iranjan Mahmoud Ahmadinejad tal-Olokawst u tad-dritt tal-istat tal-Iżrael li jeżisti,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Presidenza tal-UE tat-18 ta' Ottubru 2009 li tikkundanna l-attakk suwiċida fil-provinċja ta' Sistan-Baluchestan fl-Iran, attakk li qatel tal-anqas 42 ruħ,

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 62/149 tat-18 ta" Diċembru 2007 u 63/168 tat-18 ta" Diċembru 2008 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar moratorju fuq l-użu tal-piena tal-mewt,

–   wara li kkunsidra t-Trattat Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), it-Trattat Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (ICESCR), il-Konvenzjoni dwar it-Tneħħija ta' kull forma ta' Diskriminazzjoni Razzjali u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li r-Reppublika Iżlamika tal-Iran hija firmatarja tagħhom,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 122 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi s-sitwazzjoni ġenerali rigward id-drittijiet tal-bniedem fl-Iran baqgħet sejra għall-agħar, aktar u aktar wara l-elezzjonijiet presidenzjali ta' Ġunju 2009,

B.   billi l-Iran huwa l-pajjiż bl-akbar għadd ta' eżekuzzjonijiet wara ċ-Ċina, u dan l-għadd żdied erba' darbiet mindu l-President Mahmoud Ahmedinejad ħa l-poter fl-2005, u billi l-Iran jispikka bħala l-uniku pajjiż fid-dinja li għadu joqtol lil minorenni li jkunu wettqu reat; billi tal-anqas 140 tifel qed jistennew li jingħataw il-piena tal-mewt fl-Iran, skont rapporti minn avukati fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem,

C.   billi fil-11 ta' Ottubru 2009 Behnoud Shojaee ġie mgħallaq minkejja talbiet qawwija nazzjonali u internazzjonali biex ma jinqatilx, u huwa t-tielet minorenni li nqatel fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran mill-bidu tal-2009 wara Delara Darabi u Molla Gol Hassan, u billi l-minorenni Safar Angooti u Abbas Hosseini qed jiffaċċjaw ir-riskju imminenti ta' eżekuzzjoni,

D.   billi t-tortura u t-trattament ħażin tal-priġunieri, in-nuqqas ta' rqad, il-priġunerija f'ċelel waħidhom, id-detenzjoni klandestina, l-applikazzjoni ta' kastigi krudili, inumani u degradanti u l-impunità tal-aġenti tal-istat għadhom jintużaw ferm,

E.   billi żdiedet ir-ripressjoni vjolenti tal-oppożizzjoni politika, l-attivisti favur id-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti, il-bloggisti, l-għalliema, l-intellettwali, l-akkademiċi, l-omosesswali, in-nisa, l-istudenti, it-trejdunjonisti u l-membri ta' minoranzi reliġjużi, etniċi u lingwistiċi,

F.   billi seba' mexxejja tal-fidi Baha'i għadhom il-ħabs, u qed jinżammu biss abbażi tat-twemmin reliġjuż tagħhom,

G.   billi fl-4 ta' Awwissu 2009 l-President Mahmoud Ahmadinejad irċieva approvazzjoni formali għat-tieni leġiżlatura, wara li kien iddikjarat ir-rebbieħ tal-elezzjonijiet tat-12 ta' Ġunju 2009, filwaqt li r-rivali elettorali tiegħu Mir-Hossein Mousavi u Mehdi Karrubi, kif ukoll diversi osservaturi, akkużaw lill-awtoritajiet b'falsifikazzjoni fuq skala kbira tar-riżultati elettorali,

H.   billi fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin għexieren ta' eluf ta' dimostranti ħarġu fit-toroq; billi madwar 150 ruħ mietu u aktar minn elf dimostrant kienu arrestati,

I.   billi għadhom għaddejjin ġurijiet tal-massa għal madwar 140 partitarju tal-oppożizzjoni, inklużi riformisti prominenti, u attivisti akkużati b'reati li jvarjaw mill-irvelli għall-ispjunaġġ, u għat-tentattiv li jwaqqgħu l-gvern,

J.   billi erba' individwi ngħataw sentenza ta' mewt b'rabta mal-protesti minkejja li ilhom il-ħabs minn April, ħafna żmien qabel ma saret id-dimostrazzjoni postelettorali,

K.   billi skont rapporti minn organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, bosta ġurnalisti, fotografi u bloggisti telqu mill-Iran jew qed jippruvaw jaħarbu mill-pajjiż, eluf tilfu xogħolhom, diversi gazzetti ngħalqu mill-awtoritajiet fil-ġimgħat riċenti, u hemm rapporti li 19-il ġurnalist u ħames bloggisti għadhom miżmuma mill-awtoritajiet Iranjani,

1.  Jesprimi dubji serji dwar l-eżattezza tar-riżultati elettorali li wasslu għall-konferma tal-President Mahmoud Ahmadinejad għat-tieni leġiżlatura, minkejja indikazzjonijiet qawwija ta' frodi elettorali fuq skala kbira, u jikkunsidra li l-kredibilità tal-President Iranjan iddgħajfet ferm;

2.  Irodd ħajr lill-kuraġġ ta' dawk l-irġiel u n-nisa Iranjani kollha li qed jiddefendu l-libertajiet bażiċi u l-prinċipji demokratiċi tagħhom u li qed jesprimu x-xewqa tagħhom li jgħixu f'soċjetà ħielsa mir-ripressjoni u l-intimidazzjoni; irodd ħajr speċjali lin-nisa Iranjani li kellhom sehem kruċjali fid-dimostrazzjonijiet postelettorali f'Ġunju, u b'mod partikulari lil Neda Agha Soltan, li saret is-simbolu tar-ripressjoni vjolenti, kif ukoll lil Shadi Sadr, l-attivista favur id-drittijiet tal-bniedem, li kienet arrestatat fil-15 ta' Lulju 2009 talli tkellmet pubblikament dwar il-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-ħabsijiet li twettqu fuq il-priġunieri wara l-elezzjonijiet presidenzjali miġġielda tal-Iran;

3.  Jikkundanna l-użu fuq skala kbira u eċċessiv tal-forza, l-arresti arbitrarji u mid-dehra anke t-tortura fir-ripressjoni tal-protesti dwar l-elezzjonijiet presidenzjali miġġielda tal-Iran; jistieden lill-Gvern Iranjan biex jirrispetta d-drittijiet fundamentali politiċi u ċivili u b'mod partikulari d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, u jitlob b'insistenza li d-dimostranti paċifiċi kollha u kull min kien arrestat fil-kuntest usa' tal-inkwiet riċenti - kemm jekk kienu studenti, akkademiċi, persuni li ħadu sehem f'kampanji, ġurnalisti jew attivisti favur id-drittijiet tal-bniedem - jinħelsu bla kundizzjonijiet;

4.  Jistieden lill-awtoritajiet Iranjani biex jagħtu aċċess lill-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar għall-priġunieri kollha bla eċċezzjoni, u biex iħallu lill-organizzazzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem jimmoniterjaw is-sitwazzjoni fil-pajjiż;

5.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani biex jeliminaw, fil-liġi u fil-prattika, kull forma ta" tortura u trattament jew kastig krudil, inuman u degradanti, u biex isostnu l-proċess xieraq tal-liġi u jtemmu l-impunità għall-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem;

6.  Jikkundanna l-attakk suwiċida li seħħ fil-provinċja ta' Sistan-Baluchestan fis-17 ta' Ottubru 2009, li fih mietu jew weġġgħu għexieren ta' nies; huwa preokkupat li dan l-attakk suwiċida jista' jkun marbut mar-ripressjoni ta' minoranzi etniċi u reliġjużi f'din il-provinċja; jirrifjuta l-fatt li t-terroriżmu jintuża bħala mezz sabiex jinstab tarf tat-tilwim politiku;

7.  Itenni l-appell tiegħu lill-awtoritajiet Iranjani biex jonoraw l-obbligu tal-gvern li jirrispetta l-minoranzi reliġjużi u jeħles minnufih lill-mexxejja tal-fidi Baha'i Fariba Kamalabadi, Jamaloddin Khanjani, Afif Naeimi, Saeid Rasaie, Mahvash Sabet, Behrouz Tavakkoli u Vahid Tizfahm;

8.  Itenni l-istedina tiegħu lill-awtoritajiet Iranjani biex jabolixxu għalkollox il-piena tal-mewt u, sadattant, biex jistabbilixxu moratorju fuq l-esekuzzjonijiet, kif mitlub mir-riżoluzzjonijiet 62/149 u 63/168 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU;

9.  Jikkundanna bil-qawwa s-sentenzi tal-mewt u l-eżekuzzjonijiet fl-Iran, partikolarment dawk imponuti jew imwettqa fuq minorenni, u jipprotesta bil-qawwa kontra l-eżekuzzjoni ta' Behnoud Shojaee fl-Iran fil-11 ta' Ottubru 2009; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani biex jirrispettaw is-salvagwardji legali rikonoxxuti internazzjonalment fir-rigward tal-minorenni, bħall-ICCPR u l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet tat-Tfal, u. b'mod partikolari, biex ma joqtlux lil Safar Angooti u lil Abbas Hosseini;

10.  Jirrakkomanda li jintbagħat Rappreżentant Speċjali mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem biex jimmoniterja s-sitwazzjoni tad-detenuti politiċi u biex jiżgura li l-awtoritajiet Iranjani jaderixxu mal-istandards ta' proċedura internazzjonali u mal-obbligi legali tagħhom rigward id-drittijiet tal-bniedem;

11.  Jiddeplora r-restrizzjoni sistematika tal-libertà tal-informazzjoni permezz tal-imblukkar tal-websajts, filwaqt li ma jitħallewx isegwu dimostrazzjoniiet mhux awtorizzati, u bl-implimentazzjoni ta' restrizzjonijiet ġodda li jirrikjedu li l-ġurnalisti jingħataw permess qabel ma jirrappurataw dwar xi fatti;

12.  Jistieden lill-awtoritajiet Iranjani biex iwaqqfu l-prosekuzzjoni ta' ġurnalisti li jaħdmu għall-midja internazzjoanli, u jitlob, b'mod partikulari, il-ħelsien immedjat ta' Fariba Pajooh, ġurnalista żagħżugħa Iranjana-Kanadiża u bloggista magħrufa sew, li kienet arrestata f'darha f'Tehran fl-24 ta' Awwissu 2009;

13.  Jikkundanna l-fatt li l-attivist favur id-drittijiet tal-bniedem Abdolfattah Soltani, fit-2 ta' Ottubru 2009, ma tħalliex jivvjaġġa minn Tehran għal Nuremberg, fil-Ġermanja sabiex jirċievi il-Premju tal-belt għad-Drittijiet tal-Bniedem;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi delegazzjoni tal-UE f'Tehran sabiex tippromwovi u ssaħħaħ id-djalogu mal-awtoritajiet u mas-soċjetà ċivili fl-Iran, u biex tintensifika l-koperazzjoni, b'mod partikulari fir-rigward tal-għajnuna lir-rifuġjati u tal-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga;

15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, u lill-Gvern u l-Parlament tar-Republika Iżlamika tal-Iran.


Is-Sri Lanka
PDF 208kWORD 44k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2009 dwar is-Sri Lanka
P7_TA(2009)0061RC-B7-0100/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu tat-18 ta" Mejju 2000(1), l-14 ta" Marzu 2002(2), u l-20 ta" Novembru 2003(3), dwar is-Sri Lanka, u tat-13 ta" Jannar 2005(4) d-diżastru tat-tsunami fl-Oċean Indian, u tat-18 ta" Mejju 2006(5) dwar is-sitwazzjoni fis-Sri Lanka u tal-5 ta" Frar 2009(6) dwar is-Sri Lanka,

–   wara li kkunsidra l-ittri miftuħa tal-Kummissarju Ewropew għar-Relazzjonijiet Esterni tas-16 ta' Ġunju 2009 u tal-21 ta' Settembru 2009 dwar is-sitwazzjoni fis-Sri Lanka,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta" Mejju 2009 dwar is-Sri Lanka,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 122 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi t-territorji kollha fit-Tramuntana tas-Sri Lanka, li kienu f'idejn it-Tigri għal-Liberazzjoni ta' Tamil Eelam (l-LTTE), ittieħdu lura,

B.   billi l-konflitt li dam 25 sena, u li ntemm meta ngħelbu l-LTTE fl-2009, wassal għall-mewt ta" 'l fuq minn 90,000 persuna,

C.   billi, wara li ntemm il-konflitt, "il fuq minn 250,000 persuna ċivili mit-Tamil qed jinżammu f'kampijiet biex jiġu eżamita u ristabbiliti x'imkien ieħor, fejn hemm tħassib serju dwar iffullar, aċċess mhux adegwat għal ilma nadif, sanità u faċilitajiet mediċi u fejn ma għandhom l-ebda moviment ħieles,

D.   billi l-Gvern tas-Sri Lanka ma jagħtix aċċess adegwat għall-kampijiet lill-organizzazzjonijiet umanitarji u tad-drittijiet tal-bniedem,

E.   billi l-komunità internazzjonali għandha tkompli tipprovdi għajnuna umanitarja, inkluż persunal imħarreġ,

F.   billi jeħtieġ li l-Gvern tas-Sri Lanka jkun ġeneruż u proattiv biex jidirizza t-tħassib u l-interessi taċ-ċittadini tat-Tamil u jimplimenta malajr u bis-sħiħ kemm it-13-il Emenda tal-Kostituzzjoni tas-Sri Lanka kif ukoll miżuri ta" devoluzzjoni ulterjuri u sinifikanti sabiex in-nies tat-Tamil iħarsu lejn il-waqgħa tal-LTTE bħala sinjal ta" ħelsien,

G.   billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem x'aktarx li mhux se titjieb mingħajr l-involviment ta" osservaturi internazzjonali permanenti, b'mod partikulari minn organizzazzjonijiet bħall-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (ICRC),

H.   billi għadd kbir ta" ġurnalisti li kienu qed jirrappurtaw dwar il-kunflitt u li qed jirrapportaw dwar is-sitwazzjoni ta" wara l-konflitt sofrew vjolenza u intimidazzjoni,

I.   billi l-irkupru ekopnomiku tas-Sri Lanka se jiddependi ħafna fuq l-investiment dirett barrani kif ukoll fuq it-tkomplija tal-appoġġ tal-UE,

J.   bili żoni kbar fejn kien seħħ il-konflitt huma kkontaminati b'mini kontra l-persunal u bi fdalijiet esplożivi oħrajn tal-gwerra,

1.  Jiddeplora bil-qawwa l-fatt li "l fuq minn 250,00 persuna għadhom qed jinżammu fil-kampijiet u jistieden lill-Gvern tas-Sri Lanka biex jieħu l-passi neċessarji kollha biex dawk miżmuma jinbagħtu malajr lura d-dar, kif ukoll biex tiġi fornuta b'urġenza l-assistenza umanitarja li għandhom bżonn, f'konformità mal-obbligu tiegħu li jħares lil dawk kollha li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu; jenfasizza l-ħtieġa li l-ICRC u l-aġenziji speċjali tan-NU jingħataw irwol prinċipali f'dan il-proċess;

2.  Jistieden lill-awtoritajiet tas-Sri Lanka sabiex jagħtu aċċess ħieles lill-organizzazzjonijiet umanitarji għall-kampijiet sabiex jipprovdu l-assistenza umanitarja neċessarja lill-dawk miżmuma, speċjalment meta wieħed jikkunsidra l-wasla imminenti tal-monsun fit-Tramuntana tal-pajjiż;

3.  Jappella lis-soċjetà madwar id-dinja biex tkompli tiprrovdi appoġġ umanitarju, b'kontribuzzjoni lejn paċi dejjiema u jistieden lid-donaturi internazzjonali biex jorbtu l-finanzjament għall-kampijiet mal-impenji ta" ristabbilizzazzjoni u biex jimplimentaw programm ta" assistenza għall-kampijiet li jkollu tul ta" żmien limitat;

4.  Jistieden lill-mexxejja tat-Tamil biex jimpenjaw ruħhom favur ftehim politiku u jikkundannaw it-terroriżmu u l-vjolenza darba għal dejjem;

5.  Jinsisti li l-Gvern tas-Sri Lanka għandu l-obbligu li japplika l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem għall-proċedimenti ġudizzjarji tal-membri tal-LTTE;

6.  Jirrikonoxxi l-iżvilupp tas-Sri Lanka ta" Pjan ta" Azzjoni Nazzjonali Favur il-promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem;

7.  Jistieden lill-Gvern tas-Sri Lanka biex iħaffef il-pjanijiet ta" rikonċiljazzjoni u devoluzzjoni reġjonlai kif hemm fil-kostituzzjoni tal-pajjiż;

8.  Iħeġġeġ lill-Gvern tas-Sri Lanka biex iwaqqaf ir-repressjoni tal-midja permezz tal-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu u jħalli li jkun hemm il-libertà tal-istampa u jistiednu, issa li ntemm il-konflitt, biex jirrevedi l-leġiżlazzjoni tiegħu kontra t-terroriżmu, u jiżgura li l-allegazzjonijiet kollha ta' ksur tal-libertà tal-midja jkunu soġġetti għal investigazzjonijiet sħaħ, miftuħa u trasparenti;

9.  Iħeġġeġ lill-Gvern tas-Sri Lanka sabiex ikompli jagħti iktar attenzjoni rigward it-tneħħija tal-mini tal-art, li l-preżenza tagħhom hija ta" ostaklu serju għar-riabilitazzjoni u r-riġenerazzjoni ekonomika; jistiednu, f'dan ir-rigward biex jieħu l-pass pożittiv ħafna li jaderixxi mat-Trattat ta" Ottawa (il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Użu, il-Ħżin, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta" Mini ta" Kontra l-Persunal u l-Qerda tagħhom), u jħeġġeġ lill-Kummissjoni, b'mod partikulari, biex tisponsorja appoġġ ulterjuri għal ħidma urġenti biex jitneħħew il-mini tal-art fis-Sri Lanka;

10.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-introduzzjoni tal-Abbozz ta" Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Assistenza għall-Vittmi u x-Xhieda, li attwalment jinsab fit-tieni qari fil-Parlament tas-Sri Lanka;

11.  Jieħu nota li saru elezzjonijiet lokali fit-Tramuntana tas-Sri Lanka;

12.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lis-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth tal-Gran Brittanja, lill-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, lill-Human Rights Watch, lill-Kampanja Internazzjonali għall-Projbizzjoni tal-Mini tal-Art, lill-Gvern tas-Sri Lanka u lill-pajjiżi membri l-oħrajn kollha tal-Assoċjazzjoni tal-Asja tan-Nofsinhar għall-Kooperazzjoni Reġjonali.

(1) ĠU C 59, 23.2.2001, p.278.
(2) ĠU C 47 E, 27.2.2003, p.613.
(3) ĠU C 87 E, 7.4.2004, p.527.
(4) ĠU C 247 E, 6.10.2005, p.147.
(5) ĠU C 297 E, 7.12.2006, p.384.
(6) Testi Adottati, P6_TA(2009)0054.

Avviż legali - Politika tal-privatezza