Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 25 ta' Novembru 2009 - Strasburgu
Kwittanza tal-2007: Baġit ġenerali tal-UE - Kunsill
 It-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra ***II
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Belġju - industrija tessili; Irlanda - Dell
 L-adattament tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew għat-Trattat ta' Lisbona
 Il-Konferenza ta' Kopenħagen dwar il-Bidla fil-Klima
 Programm multi-annwali 2010 - 2014 dwar iż-Żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini - Il-Programm ta' Stokkolma
 Is-sħubija ekonomika u kummerċjali Ewro-Mediterranja
 Il-kumpens għall-passiġġieri fil-każ ta" falliment tal-linja tal-ajru
 Immarkar tal-oriġini

Kwittanza tal-2007: Baġit ġenerali tal-UE - Kunsill
PDF 234kWORD 55k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 Taqsima II - Kunsill (C6-0417/2008 – 2008/2277(DEC))
P7_TA(2009)0085A7-0047/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007(1),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007 - Volum I (C6-0417/2008)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fl-2007,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet verifikati(3),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assikurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(4),

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-23 ta" April 2009(5) li tipposponi d-deċiżjoni ta" kwittanza għas-sena finanzjarja 2007, kif ukoll ir-riżoluzzjoni ta" ma" dik id-deċiżjoni,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 60, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 190/2003 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni li tikkonċerna r-rimborż ta' spejjeż ta' vvjaġġar ta' delegati ta' Membri tal-Kunsill,

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda(7) (IIA),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-ewwel rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0150/2009),

–   wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0047/2009),

1.  Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2007;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima II – Il-Kunsill (C6-0417/2008 – 2008/2277(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007(8),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007 - Volum I (C6-0417/2008)(9),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fl-2007,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet verifikati(10),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assikurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(11),

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-23 ta" April 2009(12) li jipposponi d-deċiżjoni ta" kwittanza għas-sena finanzjarja 2007, kif ukoll ir-riżoluzzjoni ta" ma" dik id-deċiżjoni,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 60, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 190/2003 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni li tikkonċerna r-rimborż ta' spejjeż ta' vvjaġġar ta' delegati ta' Membri tal-Kunsill,

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda(14) (IIA),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-ewwel rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0150/2009),

–   wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0047/2009),

1.  Jenfasizza l-fatt li kiseb sodisfazzjon mill-Kunsill dwar it-tliet talbiet l-aktar importanti li huwa għamel fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-23 ta" April 2009(15), li huma:

   a) laqgħa fl-24 ta" Settembru 2009 tal-President, ir-rapporteur u l-koordinaturi tal-kumitat kompetenti tal-Parlament ma" rappreżentanti tal-Presidenza Svediża u tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill biex jiddiskutu l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill għall-2007 (paragrafu 21(a) tar-riżoluzzjoni);
   b) tweġibiet bil-miktub għall-mistoqsijiet tal-Parlament rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill għall-2007 (paragrafu 22 tar-riżoluzzjoni);
   c) il-pubblikazzjoni fuq il-website tal-Kunsill ta" dokumenti relevanti rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill, inklużi t-tweġibiet għall-mistoqsijiet speċifiċi tal-Parlament (paragrafu 4 tar-riżoluzzjoni);

2.  Iqis li l-Parlament wettaq dmiru li jiggarantixxi t-trasparenza u r-responsabilità massima possibbli rigward l-użu tal-flus ta' min iħallas it-taxxa;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex ikompli jtejjeb il-koperazzjoni mal-kumitati kompetenti tal-Parlament fuq il-bażi tal-prattika riċenti tiegħu;

4.  Jitlob lill-istituzzjonijiet biex ifasslu u jinkludu fil-Ftehim Interistutuzzjonali anness li jittratta speċifikament il-proċedura ta' kwittanza għall-Kunsill;

5.  Jistieden lill-kumitat kompetenti tiegħu, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza tal-Kunsill li jmiss, biex jivverifika l-progress dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

   · l-għeluq tal-kontijiet ekstrabaġitarji tal-Kunsill skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-awditur intern tal-Kunsill;
   · it-titjib tal-verifika ta' fatturi skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-awditur intern tal-Kunsill;
   · il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet amministrattivi kollha meta dawn jintużaw bħala bażi legali għall-partiti tal-baġit;
   · skont il-prattika li issa hija adottata mill-istituzzjonijiet kollha , jgħaddi lill-Parlament u lill-kumitat kompetenti tiegħu r-rapport annwali tal-Kunsill dwar l-attività, kif mitlub li għandu jitħejja skont l-Artikolu 60(7) tar-Regolament Finanzjarju;
   · spjegazzjoni sħiħa dwar il-ħtieġa ta' trasferiment ta' flus minn partita għal oħra fi ħdan il-baġit tal-Kunsill;
   · l-għoti ta' spjegazzjonijiet bil-miktub għall-mistoqsijiet relevanti li jsirulu mill-kumitat kompetenti u mir-rapporteur tal-Parlament;
   · id-disponibilità u r-rieda tal-Kunsill li jipprovdi tweġiba orali lill-kumitat kompetenti tal-Parlament ibbażata fuq dawn it-tweġibiet bil-miktub, jekk ikunu jeħtieġu aktar kjarifiki;

6.  Itenni t-talba li saret fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta" April 2009 lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex fir-Rapporti Annwali tagħha li ħiereġ dalwaqt, tagħti attenzjoni speċjali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill.

(1) ĠU L 77, 16.3.2007.
(2) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 1.
(3) ĠU C 286, 10.11.2008, p. 1.
(4) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 111.
(5) ĠU L 255, 26.9.2009, p. 18.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(8) ĠU L 77, 16.3.2007.
(9) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 1.
(10) ĠU C 286, 10.11.2008, p. 1.
(11) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 111.
(12) ĠU L 255, 26.9.2009, p. 18.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(14) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(15) ĠU L 255, 26.9.2009, p. 19.


It-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra ***II
PDF 205kWORD 35k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (14639/6/2009 – C7-0287/2009 – 2008/0221(COD))
P7_TA(2009)0086A7-0076/2009

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (14639/6/2009 – C7-0287/2009),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0779),

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2009)0348),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0076/2009),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni;

2.  Jinnota d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni komuni;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

STQARRIJA TAL-KUMMISSJONI

Il-Kummissjoni tappoġġa l-użu tal-istrumenti tal-Komunità bħalma hu l-Programm "Enerġija intelliġenti – Ewropa sabiex tikkontribwixxi għall-inizjattivi li jqajmu l-kuxjenza tal-utenti aħħarin dwar il-benefiċċji tat-tikkettar fuq it-tajers.

Sa Ġunju 2012, il-Kummissjoni se tagħmel disponibbli, b'mod partikolari għall-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u l-manifatturi tat-tajers fuq il-websajt tagħha ec.europa, informazzjoni li tispjega kull wieħed mill-komponenti tat-tikketta ta' fuq it-tajer u kalkulatur armonizzat tal-fjuwil iffrankat.

(1) Testi adottati, 22.04.2009, P6_TA(2009)0248.


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Belġju - industrija tessili; Irlanda - Dell
PDF 370kWORD 53k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2009)0515 – C7-0208/2009 – 2009/2135(BUD))
P7_TA(2009)0087A7-0044/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0515 – C7-0208/2009),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1) (IIA), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,

–   wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(2) (Regolament EGF),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0044/2009),

A.   billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġislattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jbatu mill-konsegwenzi ta" bidliet strutturali maġġuri fir-ritmi tal-kummerċ dinji u biex tgħin l-integrazzjoni tagħhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol,

B.   billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li spiċċaw redundant għandha tkun waħda dinamika u għandha ssir disponibbli malajr u bl-aktar mod effiċjenti kemm jista" jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta" konċiljazzjoni fis-17 ta" Lulju 2008, u filwaqt li titqies kif jixraq il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 f'dik li hija l-adozzjoni ta" deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond,

C.   billi l-Belġju u l-Irlanda talbu l-għajnuna fir-rigward ta' każijiet li jikkonċernaw it-telf ta' impjiegi fis-settur tat-tessuti fir-reġjuni Belġjani ta' Fjandra tal-Lvant u tal-Punent(3) u ta' Limburg(4), u fl-industrija tal-manifattura tal-kompjuters fil-kontej Irlandiżi ta' Limerick, Clare u North Tipperary, kif ukoll fil-belt ta' Limerick(5),

D.   billi ż-żewġ applikazzjonijiet issodisfaw il-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament EGF,

E.   billi fil-każ tal-applikazzjoni Irlandiża, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali talab tagħrif supplementari mill-Kummissjoni,

1.  Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-EGF;

2.  Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura bla xkiel u mgħaġġla għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond; filwaqt li jingħata appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien bħala għajnuna lill-ħaddiema li sfaw redundant bħala riżultat tal-globalizzazzjoni;

3.  Jisħaq fuq il-punt li l-Unjoni Ewropea għandha tuża l-mezzi kollha tagħha biex tiffaċċja l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika u finanzjarja globali; jenfasizza li f'dan ir-rigward l-EGF jista' jkollu rwol kruċjali fl-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol tal-ħaddiema li sfaw redundant;

4.  Jisħaq fuq il-fatt li, b'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament EGF, għandu jkun żgurat li l-EGF jappoġġja l-integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg tal-ħaddiema individwali li tilfu xogħolhom; itenni li l-għajnuna mill-EGF m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas m'għandha tieħu post miżuri għar-ristrutturazzjoni ta' kumpaniji jew setturi;

5.  Ifakkar lill-Kummissjoni, fil-qafas tal-mobilizzazzjoni tal-EGF, biex ma tittrasferix sistematikament approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mill-Fond Soċjali Ewropew, peress li l-EGF inħoloq bħala strument speċifiku għalih bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu;

6.  Ifakkar li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-EGF għandhom ikunu evalwati fil-qafas tal-evalwazzjoni ġenerali tal-programmi u l-bosta strumenti oħra maħluqa mill-IIA tas-17 ta' Mejju 2006, fi ħdan il-proċess tar-reviżjoni tal-baġit tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013;

7.  Jinnota li l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali evalwa l-proposta tal-Kummissjoni u m'għandux oġġezzjonijiet x'iqajjem fil-każ tal-applikazzjonijiet Belġjani, iżda talab kjarifiki mill-Kummissjoni dwarf l-applikazzjoni Irlandiża rigward il-każ ta' Dell; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-paragrafi 1 sa 6 tal-opinjoni ta' dak il-Kumitat;

8.  Jevalwa l-konsegwenzi tat-tweġibiet tal-Kummissjoni qabel ma jieħu d-deċiżjoni aħħarija tiegħu kemm dwar l-istrument legali kif ukoll dwar l-istrument baġitarju;

9.  Jistenna li l-Kummissjoni tqis id-diffikultajiet attwali u li mil-lum 'il quddiem tippreżenta l-proposti għal deċiżjonijiet tagħha dwar il-mobilizzazzjoni tal-EGF f'dokumenti separati: proposta għal deċiżjoni waħda għal kull applikazzjoni ta' Stat Membru;

10.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma" din ir-riżoluzzjoni;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

12.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Novembru 2009

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(6), b'mod partikulari il-punt 28 tagħha,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(7), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)  Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) kien stabbilit biex jipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li sfaw redundant li jsofru mill-konsegwenzi ta" bidliet strutturali maġġuri li jseħħu fir-ritmi tal-kummerċ u biex jgħinhom fl-integrazzjoni tagħhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

(2)  L-għan tal-EGF twessa għall-applikazzjonijiet ippreżentati mill-1 ta" Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.

(3)  Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-EGF fil-livell massimu annwali ta' EUR 500 miljun.

(4)  Il-Belġju ressaq żewġ applikazzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-EGF, fir-rigward ta' redundancies fis-settur tat-tessuti, fil-5 ta' Mejju 2009. Dawn l-applikazzjonijiet jikkonformaw mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li tuża l-ammont ta' EUR 9 198 874.

(5)  L-Irlanda ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-EGF, fir-rigward ta' redundancies fis-settur tal-industrija tal-manifattura tal-kompjuters, fid-29 ta' Ġunju 2009. Din l-applikazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti biex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stipulat fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li tuża ammont ta" EUR 14 831 050.

(6)  L-EGF għandu, għalhekk, jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjonijiet imressqa mill-Belġju u l-Irlanda.

JIDDEĊIEDU:

Artikolu 1

Fil-qafas tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2009, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jkun mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta" EUR 24 029 924 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, 25 ta' Novembru 2009

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(3) EGF/2009/004 BE/Oost en West Vlaanderen textiles.
(4) EGF/2009/005 BE/Limburg textiles.
(5) EGF/2009/008 IE/Dell.
(6) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(7) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


L-adattament tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew għat-Trattat ta' Lisbona
PDF 690kWORD 411k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 dwar l-adattament tar-Regoli ta' Proċedura għat-Trattat ta' Liżbona (2009/2062(REG))
P7_TA(2009)0088A7-0043/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 211 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali li jinkorpora l-emendi proposti mill-Kumitat għall-Baġits fl-opinjoni tiegħu tal-31 ta' Marzu 2009 (A7-0043/2009),

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.  Jiddeċiedi li l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, għal skopijiet ta" informazzjoni.

Test fis-seħħ   Emenda
Emenda 3
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 11 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.  Il-Paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis sakemm jidħol fis-seħħ l-arranġament1 li permezz tiegħu numru ta" siġġijiet addizzjonali fil-Parlament ikunu allokati lil ċerti Stati Membri sal-aħħar tas-seba" leġislatura. L-Istati Membri konċernati għandhom jiġu mistiedna jaħtru osservaturi skont il-liġi nazzjonali tagħhom.
____________________________
1 Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta" Diċembru 2008.
Emenda 6
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 36
Eżami tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, ta' l-istat tad-dritt u ta' implikazzjonijiet finanzjarji
Rispett għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea
Waqt l-eżami ta' proposta leġiżlattiva, il-Parlament għandu jagħti attenzjoni partikulari lir-rispett tad-drittijiet fundamentali u b'mod partikulari biex l-att leġiżlattiv jkun konformi mal-Karta ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali, il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità u l-istat tad-dritt. Barra minn hekk, fejn proposta jkollha implikazzjonijet finanzjarji, il-Parlament għandu jistabbilixxi jekk ikunux ipprovduti riżorsi finanzjarji suffiċjenti.
1.  Il-Parlament għandu fl-attivitajiet kollha tiegħu jirrispetta b'mod sħiħ id-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Il-Parlament għandu jirrispetta wkoll b'mod sħiħ id-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 2 u fl-Artikolu 6(2) u (3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
2.  Fejn il-kumitat responsabbli mis-suġġett, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jkunu tal-opinjoni li proposta għal att leġiżlattiv jew partijiet minnha ma jkunux konformi ma" drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-kwistjoni għandha, fuq talba tagħhom, tkun riferuta lill-kumitat responsabbli għall-interpretazzjoni tal-Karta. L-opinjoni ta" dak il-kumitat għandha tkun annessa mar-rapport tal-kumitat responsabbli mis-suġġett.
(Ara l-emenda tar-Regola 38 – paragrafu 1 (ġdid) u r-Regola 38 a (ġdida))
Emenda 7
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 38 – paragrafu -1 (ġdid)
-1.  Fejn proposta għal att legislattiv ikollha implikazzjonijet finanzjarji, il-Parlament għandu jistabbilixxi jekk ikunux ipprovduti riżorsi finanzjarji biżżejjed.
(Test tal-emenda identiku għall-Artikolu 36, l-aħħar frażi)
Emenda 8
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 38 a (ġdid)
Artikolu 38a
Eżami tar-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà
1.  Waqt l-eżami ta" proposta għal att legislattiv, il-Parlament għandu jagħti attenzjoni partikulari lir-rispett tal-prinċipji ta" sussidjarjetà u ta" proporzjonalità.
2.  Il-kumitat responsabbli għar-rispett tal-prinċipju ta" sussidjarjetà jista" jiddeċiedi li jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-attenzjoni tal-kumitat responsabbli fir-rigward ta" kwalunkwe proposta għal att leġislattiv.
3.  Jekk Parlament nazzjonali jibgħat lill-President opinjoni motivata skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-irwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas- sussidjarjetà u l-proporzjonalità, dak id-dokument għandu jkun riferut lill-kumitat responsabbli għas-suġġett u mgħoddi għall-informazzjoni lill-kumitat responsabbli għar-rispett tal-prinċipju ta" sussidjarjetà.
4.  Ħlief fil-każijiet ta" urġenza stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar l-irwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, il-kumitat responsabbli mis-suġġett m'għandux jgħaddi għall-votazzjoni aħħarija tiegħu qabel tmiem l-iskadenza ta" tmien ġimgħat li hija stipulata fl-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.
5.  Meta l-opinjonijiet motivati li jallegaw in-nuqqas ta" konformità ta" proposta għall- att leġislattiv mal-prinċipju ta" sussidjarjetà jirrappreżentaw mill-inqas terz tal-voti kollha allokati għall-parlamenti nazzjonali jew kwart fil-każ ta" proposta għall-att leġislattiv ippreżentat skont l-Artikolu 76 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament m'għandux jieħu deċiżjoni sakemm l-awtur tal-proposta jistipula kif ikun biħsiebu jipproċedi.
6.  Meta, skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, opinjonijiet motivati li jallegaw in-nuqqas ta" konformità ta" proposta għal att leġislattiv mal-prinċipju ta" sussidjarjetà jirrappreżentaw mill-inqas maġġoranza sempliċi tal-voti allokati lill-parlamenti nazzjonali, il-kumitat responsabbli mis-suġġett, wara li jkun qies l-opinjonijiet motivati mressqa mill-parlamenti nazzjonali u mill-Kummissjoni, u wara li jkun sema" l-opinjonijiet tal-kumitat responsabbli għall-osservanza tal-prinċipju ta" sussidjarjetà jista" jirrakkomanda lill-Parlament li huwa jiċħad il-proposta fuq il-bażi ta" ksur tal-prinċipju ta" sussidjarjetà jew jippreżenta lill-Parlament kwalunkwe rakkomandazzjoni oħra, li tista" tinkludi suġġerimenti għal emendi li jkollhom x'jaqsmu mal-osservanza tal-prinċipju ta' sussidjarjetà. L-opinjoni mogħtija mill-kumitat responsabbli għall-osservanza tal-prinċipju ta" sussidjarjetà għandha tkun annessa ma" kwalunkwe rakkomandazzjoni bħal din.
Ir-rakkomandazzjoni għandha tiġi ippreżentata lill-Parlament għal dibattitu u għal votazzjoni. Jekk rakkomandazzjoni biex tkun miċħuda l-proposta tkun adottata b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, il-President għandu jiddikjara l-proċedura magħluqa. Meta l-Parlament ma jiċħadx il-proposta, il-proċedura għandha tkompli, filwaqt li jitqiesu kwalunkwe rakkomandazzjonijiet approvati mill-Parlament.
Emenda 9
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 44
Konsultazzjoni dwar inizjattivi preżentati minn Stat Membru
Proċeduri leġislattivi dwar inizjattivi preżentati minn Stati Membri
1.  Inizjattivi ppreżentati minn Stat Membru skond l-Artikolu 67 (1) tat-Trattat KE jew l-Artikoli 34 (2) u 42 tat-Trattat UE għandhom jiġu trattati skond dan l-Artikolu u skond l-Artikoli 36 sa 39, 43 u 55.
1.  Inizjattivi ppreżentati minn Stat Membru skont l-Artikolu 67 (1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu trattati skont dan l-Artikolu u skont l-Artikoli 36 sa 39, 43 sa 55.
2.  Il-kumitat responsabbli jista' jistieden rappreżentant ta' l-Istat Membru li ħareġ bl-inizjattiva biex jippreżentaha lill-kumitat. Ir-rappreżentant jista' jiġi akkompanjat mill-Presidenza tal-Kunsill.
2.  Il-kumitat responsabbli jista' jistieden rappreżentanti ta' l-Istati Membri li ħarġu bl-inizjattiva biex jippreżentawha lill-kumitat. Ir-rappreżentanti jistgħu jiġu akkompanjati mill-Presidenza tal-Kunsill.
3.  Qabel ma l-kumitat responsabbli jgħaddi għall-votazzjoni, għandu jistaqsi lill-Kummissjoni jekk ippreparatx pożizzjoni fuq l-inizjattiva u, jekk dan ikun l-każ, jagħmel talba lill-Kummissjoni sabiex tiddikjara l-pożizzjoni tagħha lill-kumitat.
3.  Qabel ma l-kumitat responsabbli jgħaddi għall-votazzjoni, għandu jistaqsi lill-Kummissjoni jekk ippreparatx pożizzjoni fuq l-inizjattiva u, jekk dan ikun l-każ, jagħmel talba lill-Kummissjoni sabiex tiddikjara l-pożizzjoni tagħha lill-kumitat.
4.  Fejn żewġ proposti jew aktar li joriġinaw mill-Kummissjoni u/jew minn Stat Membru bl-istess għan leġiżlattiv jiġu ppreżentati lill-Parlament fl-istess ħin jew f'perjodu qasir ta' żmien, dawn għandhom jitqiesu f'rapport wieħed. Fir-rapport tiegħu, il-kumitat responsabbli għandu jindika għal liema test qed jiġu proposti l-emendi u jsemmi it-testi l-oħra kollha fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva.
4.  Fejn żewġ proposti jew aktar li joriġinaw mill-Kummissjoni u/jew minn Stat Membru bl-istess għan leġiżlattiv jiġu ppreżentati lill-Parlament fl-istess ħin jew f'perjodu qasir ta' żmien, dawn għandhom jitqiesu f'rapport wieħed. Fir-rapport tiegħu, il-kumitat responsabbli għandu jindika għal liema test qed jiġu proposti l-emendi u jsemmi it-testi l-oħra kollha fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva.
5.  Il-perjodu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE għandu jibda meta jitħabbar f'seduta plenarja li l-Parlament ikun irċieva inizjattiva bil-lingwi uffiċjali, flimkien ma' nota spjegattiva li tikkonferma li l-inizjattiva tkun konformi mal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità annessi mat-Trattat KE.
Emenda 11
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 58 – paragrafu 1
1.  Fiż-żmien li jiġi wara li l-Parlament ikun adotta il-pożizzjoni tiegħu dwar xi proposta mill-Kummissjoni, il-president u r-rapporteur tal-kumitat responsabbli għandhom isegwu l-progress tal-proposta fil-kors tal-proċedura li twassal għall-adozzjoni tagħha mill-Kunsill, b'mod partikulari sabiex jiżguraw li l-impenji meħuda mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni lejn il-Parlament fir-rigward ta' l-emendi tiegħu jkunu osservati kif jixraq.
1.  Fiż-żmien li jiġi wara li l-Parlament ikun adotta il-pożizzjoni tiegħu dwar xi proposta mill-Kummissjoni, il-president u r-rapporteur tal-kumitat responsabbli għandhom isegwu l-progress tal-proposta fil-kors tal-proċedura li twassal għall-adozzjoni tagħha mill-Kunsill, b'mod partikulari sabiex jiżguraw li l-impenji meħuda mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni lejn il-Parlament fir-rigward tal-pożizzjoni tiegħu jkunu osservati kif jixraq.
Emenda 12
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 59 – subintestatura 1
Proċedura ta' Kodeċizjoni
Proċedura leġislattiva ordinarja
(Emenda orizzontali: il-kliem "kodeċiżjoni", "proċedura ta' kodeċiżjoni" jiġu sostitwiti fit-test kollu tar-Regoli ta' Proċedura bil-kliem "proċedura leġiżlattiva ordinarja".)
Emenda 13
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 60
Artikolu 60
imħassar
Proċedura ta' konċiljazzjoni kif provdut fid-dikjarazzjoni konġunta ta' l-1975
1.  Meta, fil-każ ta' ċerti deċiżjonijiet importanti tal-Komunità, il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mill-opinjoni tal-Parlament, il-Parlament jista', meta jkun qed jagħti l-opinjoni tiegħu, jiftaħ proċedura ta' konċiljazzjoni mal-Kunsill, bil-parteċipazzjoni attiva tal-Kummissjoni.
2.  Din il-proċedura għandha tinbeda mill-Parlament, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq inizjattiva tal-Kunsill.
3.  L-Artikolu 68 għandu japplika għall-kompożizzjoni u għall-proċedura tad-delegazzjoni għall-kumitat ta' konċiljazzjoni u għar-rappurtaġġ tar-riżultati lill-Parlament.
4.  Il-kumitat responsabbli għandu jħejji rapport dwar ir-riżultati tal-konċiljazzjoni. Dan ir-rapport għandu jkun diskuss u għandu jittieħed vot fuqu fil-Parlament.
Emenda 14
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 61 – titolu
Komunikazzjoni tal-posizzjoni komuni tal-Kunsill
Komunikazzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill
(Emenda orizzontali: il-kliem "posizzjoni komuni tal-Kunsill", jew "posizzjoni komuni" jkun sostitwit tul it-test kollu tar-Regoli ta" Proċedura bil-kliem "pożizzjoni tal-Kunsill" jew "pożizzjoni".)
Emenda 15
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 62 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Għal kull estensjoni tal-limitu ta' żmien skond l-Artikolu 252(g) tat-Trattat KE jew l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE l-President għandu jfittex li jilħaq qbil mal-Kunsill.
imħassar
Emenda 16
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 62 – paragrafu 2
2.  Il-President għandu javża lill-Parlament dwar kull estensjoni tal-limitu ta' żmien skond l-Artikolu 251(7) tat-Trattat KE, sew jekk ikun fuq inizjattiva tal-Parlament sew jekk ikun fuq inizjattiva tal-Kunsill.
2.  Il-President għandu javża lill-Parlament b'kull estensjoni tal-limitu ta' żmien skond l-Artikolu 294(14) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sew jekk ikun fuq inizjattiva tal-Parlament sew jekk ikun fuq inizjattiva tal-Kunsill.
(Emenda orizzontali: l-innumerar tal-Artikoli tat-Trattat UE u tat-Trattat KE jiġi adattat tul ir-Regoli ta" Proċedura għall-verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)
Emenda 17
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 62 – paragrafu 3
3.  Il-President, wara li jikkonsulta lill-president tal-kumitat responsabbli, jista' jilqa' talba tal-Kunsill għall-estensjoni ta' kwalunkwe limitu ta' żmien skond l-Artikolu 252(g) tat-Trattat KE.
imħassar
Emenda 18
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 65 – paragrafu 4
4.  B'deroga mill-paragrafu 3, jekk ċaħda mill-Parlament taqa' taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 252 tat-Trattat KE, il-President għandu jitlob lill-Kummissjoni sabiex tirtira l-proposta tagħha. Jekk il-Kummissjoni tagħmel dan, il-President għandu jħabbar fil-Parlament li l-proċedura leġiżlattiva tkun magħluqa.
imħassar
Emendi 73 u 88
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
Titolu II - Kapitolu 6 a (ġdid) - intestatura (għandha tiddaħħal wara l-Artikolu 74)
KAPITOLU 6a
AFFARIJIET KOSTITUZZJONALI
Emenda 20
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 74 a (ġdid) (li jrid ikun imdaħħal skont il-Kapitolu 6 a (ġdid))
Artikolu 74a
Reviżjoni Ordinarja tat-Trattati
1.  Skont l-Artikoli 41 u 48 il-kumitat responsabbli jista" jippreżenta lill-Parlament rapport li fih proposti lill-Kunsill għal emendi għat-Trattati.
2.  Jekk il-Kunsill Ewropew jiddeċiedi li jsejjaħ Konvenzjoni, ir-rappreżentanti tal-Parlament jistgħu jinħatru mill-Parlament fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti.
Id-delegazzjoni tal-Parlament għandha teleġġi l-mexxej u l-kandidati tagħha għas-sħubija fi kwalunkwe grupp ta" tmexxija jew bureau mwaqqaf mill-Konvenzjoni.
3.  Fejn il-Kunsill Ewropew jitlob il-kunsens tal-Parlament għal deċiżjoni biex ma tissejjaħx Konvenzjoni għall-eżami ta' emendi proposti għat-Trattati, il-kwistjoni għandha tkun riferuta għall-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 81.
Emenda 21
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 74 b (ġdid) (li jrid ikun imdaħħal fil-Kapitolu 6 a (ġdid))
Artikolu 74b
Reviżjoni simplifikata tat-Trattati
Skont l-Artikoli 41 u 48, il-kumitat responsabbli jista" jippreżenta lill-Parlament, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 48(6) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, rapport li jkun fih proposti indirizzati lill-Kunsill Ewropew għal reviżjoni tad-dispożizzjonijiet kollha jew parti minnhom tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 22
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 74 c (ġdid) (li jrid ikun imdaħħal fil-Kapitolu 6 a (ġdid))
Artikolu 74c
Trattati ta' adeżjoni
1.  Kull applikazzjoni minn xi Stat Ewropew sabiex isir membru tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi referuta lill-kumitat responsabbli biex tkun ikkunsidrata.
2.  Il-Parlament jista' jiddeċiedi, fuq proposta tal-kumitat responsabbli, ta' xi grupp politiku jew ta' mhux inqas minn erbgħin Membru, li jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jieħdu sehem f'dibattitu qabel ma jibdew in-negozjati ma' l-Istat applikant.
3.  Matul in-negozjati l-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jgħarrfu lill-kumitat responsabbli regolarment u bis-sħiħ dwar il-progress fin-negozjati u, jekk ikun meħtieġ, dan it-tagħrif għandu jingħata b'mod kunfidenzjali.
4.  Fi kwalunkwe stadju tan-negozjati, l-Parlament jista', fuq il-bażi ta' rapport mill-kumitat responsabbli, jadotta rakkomandazzjonijiet u jitlob li dawn jitqiesu qabel jiġi konkluż xi trattat għall-adeżjoni ta' Stat applikant fl-Unjoni Ewropea.
5.  Meta jitlestew in-negozjati, imma qabel ma jiġi ffirmat kwalunkwe ftehim, l-abbozz tal-ftehim għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament għall-kunsens.
(L-Artikolu 89 huwa mħassar.)
Emenda 23
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 74 d (ġdid) (li jrid ikun imdaħħal fil-Kapitolu 6 a (ġdid))
Artikolu 74d
Irtirar mill-Unjoni
Jekk Stat Membru jiddeċiedi, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jirtira mill-Unjoni, il-kwistjoni għandha tkun riferuta lill-kumitat responsabbli. L-Artikolu 74c għandu japplika mutatis mutandis. Il-Parlament għandu jiddeċiedi dwar il-kunsens għal ftehima dwar l-irtirar b'maġġoranza tal-voti mitfugħa.
Emenda 24
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 74 e (ġdid) (li jrid ikun imdaħħal fil-Kapitolu 6 a (ġdid))
Artikolu 74e
Ksur ta' prinċipji findamentali minn Stat Membru
1.  Il-Parlament jista", fuq il-bażi ta" rapport speċifiku tal-kumitat responsabbli mfassal skont l-Artikoli 41 u 48:
(a) jivvota fuq proposta motivata li titlob lill-Kunsill biex jaġixxi skond l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;
(b) jivvota fuq proposta li titlob lill-Kummissjoni jew lill-Istati Membri sabiex iressqu proposta skond l-Artikolu 7(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;
(c) jivvota fuq proposta li titlob lill-Kunsill sabiex jaġixxi skond l-Artikolu 7(3) jew, sussegwentement, skond l-Artikolu 7(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
2.  Kull talba mill-Kunsill għal kunsens dwar proposta ppreżentata skont l-Artikolu 7(1) u (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea flimkien mal-osservazzjonijiet ippreżentati mill-Istat Membru kkonċernat għandhom jitħabbru lill-Parlament u jiġu riferuti lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 81. Ħlief fil-każ ta' ċirkustanzi urġenti u ġustifikati, il-Parlament għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu fuq proposta mill-Kumitat responsabbli.
3.  Deċiżjonijiet skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu jeħtieġu maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti mitfugħa, li tkun tikkostitwixxi l-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament.
4.  Il-kumitat responsabbli jista" jippreżenta mozzjoni għal riżoluzzjoni li takkumpanja d-deċiżjoni, bl-awtorizzazzjoni tal-Konferenza ta' Presidenti. Dik il-mozzjoni għal riżoluzzjoni għandha turi l-fehmiet tal-Parlament dwar xi ksur serju minn xi Stat Membru, dwar is-sanzjonijiet xierqa u dwar kif dawk is-sanzjonijiet jiġu mibdula jew revokati.
5.  Il-kumitat responsabbli għandu jiżgura li l-Parlament ikun infurmat b'mod sħiħ u, fejn ikun meħtieġ, li jintalab jagħti l-fehmiet tiegħu dwar il-miżuri li jsegwu l-kunsens tiegħu mogħti skont il-paragrafu 3. Il-Kunsill għandu jkun mistieden sabiex jagħti l-iżviluppi skont kif ikun xieraq. Fuq proposta mill-kumitat responsabbli mħejjija bl-awtorizzazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti, il-Parlament jista' jadotta rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill.
(Il-Kapitolu 15 tat-titolu II huwa mħassar.)
Emenda 25
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 74 f (ġdid) (li jrid ikun imdaħħal fil-Kapitolu 6 a (ġdid))
Artikolu 74f
Kompożizzjoni tal-Parlament
F'ħin xieraq qabel it-tmiem ta" leġislatura, il-Parlament jista", fuq il-bażi ta" rapport imfassal mill-kumitat responsabbli tiegħu skont l-Artikolu 41, jagħmel proposta biex tinbidel il-kompożizzjoni tiegħu. L-abbozz ta" deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament għandu jkun eżaminat skont l-Artikolu 81.
Emenda 26
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 82 (li jrid jiġi mdaħħal bħala l-Artikolu 74 g fil-Kapitolu 6 a (ġdid))
Artikolu 82
Artikolu 74g
Proċeduri fil-Parlament
Kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri
1.  Talbiet minn Stati Membri jew proposti tal-Kummissjoni sabiex ikun hemm koperazzjoni msaħħa bejn Stati Membri u konsultazzjonijiet tal-Parlament skond l-Artikolu 40(2) tat-Trattat UE għandhom jitressqu mill-President quddiem il-Kumitat responsabbli biex jikkunsidrahom. L-Artikoli 37, 38, 39, 43, 53 sa 60 u 81 għandhom japplikaw kif imiss.
1.  Talbiet sabiex ikun hemm koperazzjoni msaħħa bejn Stati Membri skont l-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandhom jitressqu mill-President quddiem il-Kumitat responsabbli biex jikkunsidrahom. L-Artikoli 37, 38, 39, 43, 53 sa 59 u 81 għandhom japplikaw kif imiss.
2.  Il-kumitat responsabbli għandu jivverifika l-ħarsien ta' l-Artikolu 11 tat-Trattat KE u l-Artikoli 27a, 27b, 40, 43, 44 u 44a tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea.
2.  Il-kumitat responsabbli għandu jivverifika l-konformità mal-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 326 sa 334 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
3.  Atti sussegwenti proposti taħt reġim ta' koperazzjoni msaħħa, malli dan ikun stabbilit, għandhom ikunu trattati mill-Parlament skond l-istess proċeduri bħal meta l-koperazzjoni msaħħa ma tkunx tapplika.
3.  Atti sussegwenti proposti taħt reġim ta' koperazzjoni msaħħa, malli dan ikun stabbilit, għandhom ikunu trattati mill-Parlament skond l-istess proċeduri bħal meta l-koperazzjoni msaħħa ma tkunx tapplika. Għandu japplika l-Artikolu 43.
(Il-Kapitolu 10 tat-Titolu II huwa mħassar.)
Emendi 27 u 28
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 75
Baġit Ġenerali
Il-Qafas finanzjarju plurijennali
Proċeduri ta' implimentazzjoni għall-eżami tal-Baġit Ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea u tal-baġits supplimentari, skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji tat-Trattati li jistabilixxu l-Komunitajiet Ewropej, għandhom jiġu adottati b'riżoluzzjoni tal-Parlament u annessi ma' dawn ir-Regoli1.
Fejn il-Kunsill jitlob il-kunsens tal-Parlament rigward il-proposta għal regolament li tistabbilixxi l-qafas finanzjarju plurijennali, il-kwistjoni għandha tkun riferuta lill-kumitat responsabbli skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 81. Il-kunsens tal-Parlament għandu jkun jeħtieġ il-voti tal-maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu.
1 Ara l-Anness V.
(L-Anness V huwa mħassar.)
Emenda 29
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 75 a (ġdid)
Artikolu 75a
Dokumenti ta' ħidma
1.  Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu disponibbli għall-Membri:
(a) l-abbozz tal-baġit ippreżentat mill-Kummissjoni;
(b) ġabra fil-qosor mill-Kunsill tad-deliberazzjonijiet tiegħu dwar l-abbozz tal-baġit;
(c) il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit imfassal skont l-Artikolu 314(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
(d) kull abbozz ta" deċiżjoni dwar il-qsim proviżorju fi tnax-il parti skont l-Artikolu 315 tat-Trattat dwar l-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
2.  Dawk id-dokumenti għandhom ikunu rreferuti lill-kumitat responsabbli. Kull kumitat ikkonċernat jista' jagħti opinjoni.
3.  Jekk kumitati oħra jkunu jixtiequ jagħtu opinjoni, il-President għandu jistabbilixxi żmien sa meta dawn l-opinjonijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-kumitat responsabbli.
(L-Artikolu 1 tal-Anness V huwa mħassar.)
Emenda 30
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 75 b (ġdid)
Artikolu 75b
Kunsiderazzjoni tal-abbozz tal-baġit - l-ewwel fażi
1.  Bla ħsara għall-kundizzjonijiet imsemmija hawn taħt, kull Membru jista' jqiegħed fuq il-Mejda u jitkellem favur abbozzi ta' emendi għall-abbozz tal-baġit.
2.  L-abbozzi ta' emendi għandhom ikunu ammissibbli biss jekk jiġu ppreżentati bil-miktub, ikunu ffirmati minn mhux inqas minn erbgħin Membru jew jitqiegħdu fuq il-Mejda f'isem grupp politiku jew kumitat, ikunu jindikaw it-titolu tal-baġit li għalih jirreferu u jkunu jiżguraw li jinżamm bilanċ bejn id-dħul u l-infiq. L-abbozzi ta' emendi għandhom jinkludu t-tgħrif rilevanti kollu dwar ir-rimarki li għandhom jitniżżlu ħdejn it-titolu tal-baġit ikkonċernat.
L-abbozzi ta" emendi kollha għall-abbozz tal-baġit għandhom ikunu ġustifikati bil-miktub.
3.  Il-President għandu jiffissa l-limitu ta' żmien għat-tqegħid fuq il-Mejda tal-abbozzi ta' emendi.
4.  Il-kumitat responsabbli għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar it-testi ppreżentati qabel ma jiġu diskussi fil-Parlament.
M'għandux jittieħed vot fil-Parlament fuq abbozzi ta' emendi li jiġu miċħuda mill-kumitat responsabbli ħlief jekk issir talba għal votazzjoni bil-miktub minn kumitat jew mhux inqas minn erbgħin Membru, qabel ma jiskadi ż-żmien iffissat mill-President; din l-iskadenza m'għandha fl-ebda każ tkun ta' anqas minn 24 siegħa qabel ma tibda l-votazzjoni.
5.  L-abbozzi ta' emendi għall-estimi tal-Parlament li jkunu simili għal dawk li jkunu diġà ġew miċħuda mill-Parlament fiż-żmien meta tfasslu l-estimi għandhom jiġu diskussi biss fil-każ fejn il-kumitat responsabbli ikun ta opinjoni favorevoli.
6.  Minkejja l-Artikolu 55(2) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament għandu jieħu votazzjonijiet separati u suċċessivi fuq:
– kull abbozz ta" emenda,
– kull taqsima tal-abbozz tal-baġit,
– mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-abbozz tal-baġit.
Madankollu, għandu japplika l-Artikolu 161 (4) u (8).
7.  L-artikoli, il-kapitoli, it-titoli u t-taqsimiet tal-abbozz tal-baġit li dwarhom ma tqiegħdu fuq il-Mejda l-ebda abbozzi ta' emendi jew proposti għal modifikazzjonijiet għandhom jitqiesu bħala li ġew adottati.
8.  Sabiex jiġu adottati, l-abbozzi ta' emendi għandhom jiksbu l-maġġoranza tal-voti tal-Membri kollha tal-Parlament.
9.  Jekk il-Parlament ikun emenda l-abbozz tal-baġit, l-abbozz tal-baġit kif emendat għandu jiġi mgħoddi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, flimkien mal-ġustifikazzjonijiet.
10.  Il-minuti tas-seduta li fiha l-Parlament ikun ta l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz tal-baġit għandhom jiġu mgħoddija lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
(L-Artikolu 3 tal-Anness V huwa mħassar.)
Emenda 31
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 75 c (ġdid)
Artikolu 75c
Trialogu Finanzjarju
Il-President għandu jieħu sehem f'laqgħat regolari bejn il-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li jissejħu, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, taħt il-proċeduri tal-baġit imsemmija fit-Titolu II tas-Sitt Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-President għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jippromwovi konsultazzjoni u rikonċiljazzjoni tal-posizzjonijiet tal-istituzzjonijiet sabiex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-proċeduri msemmija qabel.
Il-President tal-Parlament jista" jiddelega dan id-dover lil xi Viċi President li jkollu esperjenza fi kwistjonijiet baġitarji jew lill-President tal-kumitat responsabbli għal kwistjonijiet baġitarji.
Emenda 32
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 75 d (ġdid)
Artikolu 75d
Konċiljazzjoni baġitarja
1.  Il-President għandu jlaqqa" l-Kumitat ta" Konċiljazzjoni skont l-Artikolu 314(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
2.  Id-delegazzjoni li tirrappreżenta l-Parlament f'laqgħat tal-Kumitat ta" Konċiljazzjoni fil-proċedura tal-baġit għandha tikkonsisti minn numru ta" membri indaqs bħal dak tad-delegazzjoni tal-Kunsill.
3.  Il-membri tad-delegazzjoni għandhom ikunu maħtura mill-gruppi politiċi kull sena qabel il-votazzjoni tal-Parlament dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill, preferibilment minn fost il-membri tal-kumitat responsabbli għal kwistjonijiet baġitarji u kumitati oħrajn ikkonċernati. Id-delegazzjoni għandha titmexxa mill-President tal-Parlament. Il-President jista" jiddelega dan l-irwol lil xi Viċi President li jkollu esperjenza fi kwistjonijiet baġitarji jew lill-President tal-kumitat responsabbli għal kwistjonijiet baġitarji.
4.  Għandu japplika l-Artikolu 68(2), (4), (5), (7) u (8).
5.  Fejn jintlaħaq ftehim dwar test konġunt fi ħdan il-Kumitat ta" Konċiljazzjoni, il-kwistjoni għandha titpoġġa fuq l-aġenda ta" seduta tal-Parlament li trid issir fi żmien erbatax-il ġurnata mid-data ta" dak il-ftehim. It-test konġunt għandu jkun disponibbli għall-Membri kollha. Għandu japplika l-Artikolu 69(2) u (3).
6.  Għandha tittieħed votazzjoni waħdanija fuq it-test konġunt sħiħ. Il-votazzjoni għandha tittieħed b'sejħa tal-ismijiet. It-test konġunt għandu jitqies li huwa approvat ħlief jekk jiġi miċħud mill-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament.
7.  Jekk il-Parlament japprova t-test konġunt filwaqt li l-Kunsill jiċħdu, il-kumitat responsabbli jista" jqiegħed fuq il-Mejda l-emendi kollha jew uħud minnhom tal-Parlament għall-pożizzjoni tal-Kunsill għal konferma skont il-punt (d) tal-Artikolu 314(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Il-votazzjoni fuq il-konferma għandha titqiegħed fuq l-aġenda ta' seduta tal-Parlament li ssir fi żmien erbatax-il ġurnata mid-data tal-komunikazzjoni mill-Kunsill taċ-ċaħda tat-test konġunt.
L-emendi għandhom jitqiesu li ġew ikkonfermati jekk ikunu approvati minn maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament u minn tlieta minn kull ħamsa tal-voti mitfugħa.
Emenda 33
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 75 e (ġdid)
Artikolu 75e
Adozzjoni definittiva tal-baġit
Fejn il-President ikun sodisfatt li l-baġit ġie adottat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa għandu jiddikjara fil-Parlament li l-baġit kien adottat b'mod definittiv. Huwa għandu jara għall-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(L-Artikolu 4 tal-Anness V huwa mħassar.)
Emenda 34
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 75 f (ġdid)
Artikolu 75f
Is-sistema tal-qsim proviżorju fi tnax-il parti
1.  Kull deċiżjoni mill-Kunsill li tawtorizza nefqa li tisboq parti waħda minn tnax mill-qsim proviżorju fi tnax-il parti għall-infiq għandha tkun riferuta lill-kumitat responsabbli.
2.  Il-kumitat responsabbli jista" jressaq abbozz ta" deċiżjoni biex inaqqas in-nefqa msemmija fil-paragrafu 1. Il-Parlament għandu jiddeċiedi dwarha fi żmien 30 jum wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill.
3.  Il-Parlament għandu jaġixxi b'maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu.
(L-Artikolu 7 tal-Anness V huwa mħassar.)
Emenda 35
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 79 a (ġdid)
Artikolu 79a
Proċedura li għandha tapplika fit-tfassil tal-estimi tal-Parlament
1.  Għall-baġit tal-Parlament, il-Bureau u l-kumitat responsabbli għall-kwistjonijiet dwar il-baġit għandhom jieħdu deċiżjonijiet fi stadji suċċessivi dwar:
(a) l-organigramma;
(b) l-abbozz preliminari u l-abbozzi ta' l-estimi.
2.  Id-deċiżjonijiet dwar l-organigramma jittieħdu skont il-proċedura li ġejja:
(a) il-Bureau għandu jfassal l-organigramma għal kull sena finanzjarja;
(b) għandha tinbeda proċedura ta' konċiljazzjoni bejn il-Bureau u l-kumitat responsabbli għall-baġit f'każ li l-kumitat responsabbli għall-baġit ma jaqbilx mad-deċiżjonijiet inizjali meħuda mill-Bureau;
(c) fit-tmiem tal-proċedura, il-Bureau għandu jieħu d-deċiżjoni aħħarija dwar l-estimi għall-organigramma, skont l-Artikolu 207(3), mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet meħuda skond l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
3.  Għall-estimi nfushom, il-proċedura għat-tfassil tal-estimi tinbeda malli l-Bureau jieħu deċiżjoni aħħarija dwar l-organigramma. L-istadji ta' din il-proċedura għandhom ikunu dawk stipulati fl-Artikolu 79. Għandha tinbeda proċedura ta' konċiljazzjoni f'każ li l-pożizzjonijiet tal-kumitat responsabbli għall-baġit u tal-Bureau jkunu differenti ħafna.
(L-Artikolu 79(7) u l-Artikolu 8 tal-Anness V huma mħassrin.)
Emenda 37
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 81 – paragrafu 1
1.  Meta l-Parlament jintalab li jagħti l-kunsens tiegħu għal att propost, għandu jieħu deċiżjoni fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni mill-kumitat responsabbli li japprova jew jirrifjuta l-att.
1.  Meta l-Parlament jintalab li jagħti l-kunsens tiegħu għal att propost, għandu jieħu deċiżjoni fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni mill-kumitat responsabbli li japprova jew jiċħad l-att.
Il-Parlament għandu jieħu deċiżjoni dwar l-att li jkun jeħtieġ il-kunsens tiegħu skond it-Trattat KE jew it-Trattat UE permezz ta' votazzjoni waħdanija, u ebda emenda ma tista' titqiegħed fuq il-Mejda. Il-maġġoranza meħtieġa għall-adozzjoni tal-kunsens għandha tkun il-maġġoranza stipulata fl-Artikolu tat-Trattat KE jew tat-Trattat EU li joħolqu l-bażi legali għall-att propost.
Il-Parlament għandu jieħu deċiżjoni dwar l-att li jkun jeħtieġ il-kunsens tiegħu skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea permezz ta' votazzjoni waħda, u ebda emenda ma tista' titqiegħed fuq il-mejda. Il-maġġoranza meħtieġa għall-adozzjoni tal-kunsens għandha tkun il-maġġoranza stipulata fl-Artikolu tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li joħolqu l-bażi legali għall-att propost.
Emenda 38
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 81 – paragrafu 2
2.  Għal trattati ta' adeżjoni u ftehimiet internazzjonali u biex ikun determinat jekk jeżistix ksur serju u persistenti ta' prinċipji komuni mill-Istati Membri, għandhom japplikaw l-Artikoli 89, 90 u 102 rispettivament. Għal proċedura ta' koperazzjoni msaħħa f'qasam li jaqa' taħt il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat KE, għandu japplika l-Artikolu 82.
2.  Għal trattati ta' adeżjoni u ftehimiet internazzjonali u biex ikun determinat jekk jeżistix ksur serju u persistenti ta' prinċipji komuni mill-Istati Membri, għandhom japplikaw l-Artikoli 74c, 74e u 90 rispettivament. Għal proċedura ta' koperazzjoni msaħħa f'qasam li jaqa' taħt il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandu japplika l-Artikolu 74g.
(Emenda orizzontali: il-kliem 'il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat KE' jiġi sostitwit matul it-test kollu tar-Regoli tal-Proċedura mill-kliem 'il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.)
Emenda 39
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 81 – paragrafu 3
3.  Meta l-kunsens tal-Parlament ikun meħtieġ għal proposta leġiżlattiva, il-kumitat responsabbli jista', sabiex jiffaċilita r-riżultat pożittiv tal-proċedura, jiddeċiedi li jippreżenta rapport interim dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament b'mozzjoni għal risoluzzjoni li jkun fiha rakkomandazzjonijiet għall-modifika jew għall-implimentazzjoni tal-proposta.
3.  Meta l-kunsens tal-Parlament ikun meħtieġ għal xi att leġislattiv propost jew xi ftehim internazzjonali maħsub, il-kumitat responsabbli jista', sabiex jiffaċilita r-riżultat pożittiv tal-proċedura, jiddeċiedi li jippreżenta rapport interim dwar il-proposta lill-Parlament b'mozzjoni għal risoluzzjoni li jkun fiha rakkomandazzjonijiet għall-modifika jew għall-implimentazzjoni tal-att propost.
Jekk il-Parlament japprova mill-inqas rakkomandazzjoni waħda, il-President għandu jitlob li ssir iktar diskussjoni mal-Kunsill.
Il-kumitat responsabbli għandu jagħmel ir-rakkomandazzjoni aħħarija tiegħu għall-kunsens tal-Parlament fid-dawl tar-riżultat tad-diskussjoni mal-Kunsill.
(Emenda orizzontali: ħlief għall-Artikoli 56 u 57, il-kliem 'Proposta tal-Kummissjoni' u 'proposta leġiżlattiva' jinbidlu matul it-test kollu tar-Regoli ta' Proċedura bil-kliem 'proposta għal att leġiżlattiv' jew 'att leġiżlattiv propost' minħabba li hi grammatikalment xierqa.)
Emenda 76
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
Artikolu 87 a (ġdid)
Artikolu 87a
Atti delegati
Meta att leġiżlattiv jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tissuplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta" att leġiżlattiv, il-kumitat responsabbli:
– għandu jeżamina kull abbozz ta' att delegat meta jintbagħat lill-Parlament għal skrutinju;
– jista' jressaq lill-Parlament permezz ta" mozzjoni għal riżoluzzjoni kwalunkwe proposta xierqa l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-att leġiżlattiv.
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 88(1), (2) u (3) għandhom japplikaw mutatis mutandis.
Emenda 41
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Titolu II a (ġdid) (li jrid jiġi mdaħħal qabel il-Kapitolu 12)
TITOLU IIa
RELAZZJONIJIET BARRANIN
Emenda 42
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Kapitolu 12 - Titolu
TRATTATI U FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
Emenda 43
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 92
Artikolu 92
imħassar
Ħatra ta' Rappreżentant Għoli għall-politika estera u ta' sigurtà komuni.
1.  Qabel ma jinħatar Rappreżentant Għoli għall-politika estera u ta' sigurtà komuni, il-President għandu jistieden lill-President kurrenti tal-Kunsill sabiex jagħmel stqarrija lill-Parlament, skond l-Artikolu 21 tat-Trattat UE. Il-President għandu jistieden lill-President tal-Kummissjoni sabiex jagħmel stqarrija dwar l-istess ħaġa.
2.  Meta jinħatar ir-Rappreżentant Għoli il-ġdid għall-politika estera u ta' sigurtà komuni, skond l-Artikolu 207(2) tat-Trattat KE, u qabel ma dan ir-rappreżentant jibda uffiċjalment iwettaq id-doveri tiegħu, il-President għandu jistiednu sabiex jagħmel stqarrija lill-kumitat responsabbli u jwieġeb il-mistoqsijiet li jsirulu mill-istess kumitat.
3.  Wara li jsiru l-istqarrijiet u t-tweġibiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 u fuq inizjattiva tal-kumitat responsabbli, jew skond l-Artikolu 121, il-Parlament jista' jagħmel rakkomandazzjoni.
Emenda 44
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 93 – titolu
Ħatra ta' rappreżentanti speċjali għall-finijiet tal-politika estera u ta' sigurtà komuni
Rappreżentanti speċjali
Emenda 45
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 93 – paragrafu 4 a (ġdid)
4a.  Rappreżentant speċjali maħtur mill-Kunsill b'mandat li jkollu x'jaqsam ma' kwistjonijiet ta' politika partikulari jista' jiġi mistieden mill-Parlament, jew jista' jitlob li jiġi mistieden, sabiex jagħmel stqarrija lill-kumitat responsabbli.
(L-Artikolu 94(3) huwa mħassar.)
Emenda 46
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 94
Artikolu 94
imħassar
Stqarrijiet mir-Rappreżentant Għoli għall-politika estera u ta' sigurtà komuni jew minn rappreżentanti speċjali oħra
1.  Ir-Rappreżentant Għoli għandu jiġi mistieden sabiex jagħmel stqarrijiet lill-Parlament mhux inqas minn erba' darbiet fis-sena. Għandu japplika l-Artikolu 110.
2.  Ir-Rappreżentant Għoli għandu jiġi mistieden mhux inqas minn erba' darbiet fis-sena sabiex jattendi laqgħat tal-kumitat responsabbli biex jagħmel stqarrija u jwieġeb mistoqsijiet. Ir-Rappreżentant Għoli jista' wkoll jiġi mistieden f'okkażjonijiet oħra, fuq inizjattiva tiegħu jew kull meta il-kumitat jidhirlu li dan ikun meħtieġ.
3.  Kull meta jinħatar rappreżentant speċjali mill-Kunsill b'mandat li jkollu x'jaqsam ma kwistjonijiet ta' politika partikulari, huwa jista' jiġi mistieden sabiex jagħmel stqarrija lill-kumitat responsabbli, fuq inizjattiva tiegħu jew fuq inizjattiva tal-Parlament.
Emenda 47
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 96 – paragrafu 2
2.  Il-kumitati kkonċernati għandhom ifittxu li jiżguraw li r-Rappreżentant Għoli għall-politika estera u ta' sigurtà komuni, il-Kunsill u l-Kummissjoni jipprovduhom b'tagħrif regolari u f'waqtu dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika estera u ta' sigurtà komuni ta' l-Unjoni, dwar l-ispiża mistennija kull darba li tiġi adottata deċiżjoni li tinvolvi infiq skond dik il-politika u dwar kwalunkwe konsiderazzjonijiet finanzjarji oħra li jkollhom x'jaqsmu ma' l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet skond dik il-politika. Eċċezzjonalment, fuq talba tal-Kummissjoni, tal-Kunsill jew tar-Rappreżentant Għoli, kumitat jista' jiddeċiedi li l-proċeduri tiegħu jsiru fil-magħluq.
2.  Il-kumitati kkonċernati għandhom ifittxu li jiżguraw li l-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, il-Kunsill u l-Kummissjoni jipprovduhom b'tagħrif regolari u f'waqtu dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni ta' l-Unjoni, dwar l-ispiża mistennija kull darba li tiġi adottata deċiżjoni li tinvolvi infiq skond dik il-politika u dwar kwalunkwe konsiderazzjonijiet finanzjarji oħra li jkollhom x'jaqsmu ma' l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet skond dik il-politika. Eċċezzjonalment, fuq talba tal-Kummissjoni, tal-Kunsill jew tal-Viċi President/tar-Rappreżentant Għoli, kumitat jista' jiddeċiedi li l-proċeduri tiegħu jsiru fil-magħluq.
(Emenda orizzontali: Il-kliem "ir-Rappreżentant Għoli għall-politika barranija u ta' sigurtà komuni" jinbidlu bil-kliem "Viċi-President tal-Kummissjoni/Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u għall-Politika ta' Sigurtà" fit-test kollu tar-Regoli ta' Proċedura.)
Emenda 48
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 96 – paragrafu 3
3.  Għandu jsir dibattitu annwali fuq id-dokument konsultattiv stabbilit mill-Kunsill dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tal-politika estera u ta' sigurta` komuni, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit ta' l-Unjoni. Il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 110 għandhom japplikaw.
3.  Għandu jsir dibattitu darbtejn fis-sena fuq id-dokument konsultattiv stabbilit mill-Viċi-President /Rappreżentant dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tal-politika estera u ta' sigurta` komuni, inklużi l-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni u l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit ta' l-Unjoni. Il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 110 għandhom japplikaw.
Emenda 49
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Kapitolu 14 - Titolu
PULIZIJA U KOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA F'AFFARIJIET KRIMINALI
imħassar
Emenda 50
Regola ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 99
imħassar
Għoti ta' informazzjoni lill-Parlament fl-oqsma tal-pulizija u l-koperazzjoni ġudizzjarja f'affarijiet kriminali
1.  Il-kumitat responsabbli għandu jiżgura li l-Parlament ikun mgħarraf regolarment u b'mod sħiħ dwar attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-pulizija u mal-koperazzjoni ġudizzjarja f'affarijiet kriminali u li l-opinjonijiet tiegħu jitqiesu meta l-Kunsill jadotta posizzjonijiet komuni li jfasslu l-attitudni ta' l-Unjoni għal kwistjoni partikulari skond l-Artikolu 34(2)(a) tat-Trattat UE.
2.  Eċċezzjonalment, fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill, kumitat jista' jiddeċiedi li l-proċeduri tiegħu jsiru fil-magħluq.
3.  Id-dibattitu imsemmi fl-Artikolu 39(3) tat-Trattat UE għandu jsir skond l-arranġamenti stipulati fl-Artikolu 110(2), (3) u (4).
Emenda 51
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 100
Artikolu 100
imħassar
Konsultazzjoni tal-Parlament fl-oqsma tal-pulizija u l-koperazzjoni ġudizzjarja f'affarijiet kriminali
Il-konsultazzjoni tal-Parlament skond l-Artikolu 34(2)(b),(c) u (d) tat-Trattat UE għandha ssir skond l-Artikoli 36 sa 39, 43, 44 u 55.
Fejn hu applikabbli, l-eżami tal-proposta għandu jitqiegħed fl-aġenda, l-aktar tard, ta' l-aħħar seduta li tkun se ssir qabel ma jiskadi ż-żmien stabbilit skond l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE.
Meta l-Parlament jiġi kkonsultat dwar abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill għall-ħatra ta' Direttur u membri tal-Bord tal-Europol, l-Artikolu 108 japplika mutatis mutandis.
Emenda 52
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 101
Artikolu 101
imħassar
Rakkomandazzjonijiet fl-oqsma tal-pulizija u l-koperazzjoni ġudizzjarja f'affarijiet kriminali
1.  Il-kumitat responsabbli għal affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-pulizija u l-koperazzjoni ġudizzjarja f'affarijiet kriminali jista' jħejji rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill fl-oqsma li jaqgħu taħt it-Titolu VI tat-Trattat UE wara li jkun kiseb awtorizzazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti jew fuq proposta skond it-tifsira fl-Artikolu 121.
2.  F'każi urġenti, l-awtorizzazzjoni msemmija f'paragrafu 1, tista' tingħata mill-President li jista' bl-istess mod jawtorizza laqgħa ta' emerġenza tal-kumitat konċernat.
3.  Rakkomandazzjonijiet li jitħejjew b'dan il-mod għandhom ikunu inklużi fl-aġenda tas-sessjoni parzjali li jkun imiss. L-Artikolu 97(4) għandu japplika 'mutatis mutandis'.
(Ara wkoll l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 121)
Emenda 53
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 105
1.  Meta l-Kunsill ikun laħaq ftehim dwar in-nomina ta' President tal-Kummissjoni, il-President għandu jitlob lill-persuna nominata biex tagħmel stqarrija u tippreżenta l-orjentamenti politiċi tagħha lill-Parlament. L-istqarrija għandha tkun segwita minn dibattitu.
1.  Meta l-Kunsill Ewropew jipproponi kandidat għal President tal-Kummissjoni, il-President għandu jitlob lill-kandidat biex jagħmel stqarrija u jippreżenta l-linji gwida politiċi tiegħu lill-Parlament. L-istqarrija għandha tkun segwita minn dibattitu.
Il-Kunsill għandu jkun mistieden jieħu sehem fid-dibattitu.
Il-Kunsill Ewropew għandu jkun mistieden jieħu sehem fid-dibattitu.
2.  Il-Parlament għandu japprova jew jiċħad in-nomina b'maġġoranza tal-voti mitfugħa.
2.  Il-Parlament għandu jeleġġi l-President tal-Kummissjoni b'maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu.
Għandu jittieħed vot sigriet.
Il-votazzjoni għandha ssir permezz ta' vot sigriet.
3.  Jekk il-persuna nominata tiġi eletta, il-President għandu jgħarraf b'dan lill-Kunsill u jitlob lilu u lill-President elett tal-Kummissjoni biex jipproponu bi ftehim bejniethom il-persuni nominati għall-karigi differenti bħala Kummissarji.
3.  Jekk il-kandidat jiġi elett, il-President għandu jgħarraf b'dan lill-Kunsill u jitlob lilu u lill-President elett tal-Kummissjoni biex jipproponu bi ftehim bejniethom il-persuni nominati għall-karigi differenti bħala Kummissarji.
4.  Jekk il-Parlament jiċħad in-nomina, il-President għandu jitlob lill-Kunsill jinnomina kandidat ieħor.
4.  Jekk il-kandidat ma jiksibx il-maġġoranza meħtieġa, il-President għandu jistieden lill-Kunsill Ewropew sabiex fi żmien xahar jipproponi kandidat ieħor għall-elezzjoni, skont l-istess proċedura.
Emenda 54
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 107 a (ġdid)
Artikolu 107a
In-Nomina tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Fuq proposta tal-kumitat responsabbli, il-Parlament għandu jaħtar il-persuna nominata minnu fuq il-kumitat ta' seba' persuni inkarigat biex jevalwa l-adegwatezza tal-kandidati biex jingħataw il-kariga ta' Imħallfin jew Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.
Emenda 55
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 121 – paragrafu 1
1.  Grupp politiku jew inkella mhux inqas minn erbgħin Membru, jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar suġġetti li jaqgħu taħt it-Titoli V u VI tat-Trattat UE, jew jekk il-Parlament ma jkunx ġie kkonsultat dwar ftehima internazzjonali fl-ambitu ta l-Artikoli 90 jew 91.
1.  Grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru, jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar suġġetti li jaqgħu taħt it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jew jekk il-Parlament ma jkunx ġie kkonsultat dwar ftehima internazzjonali fl-ambitu tal-Artikoli 90 jew 91.
Emenda 56
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 124 – paragrafu 1 (ġdid)
-1.  Fejn it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-President għandu jibda l-proċedura ta' konsultazzjoni u jgħarraf lill-Parlament b'dan.
Emenda 57
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 124 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  L-opinjonijiet mogħtija mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandhom jiġu riferuti lill-kumitat responsabbli.
Emenda 58
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 125 – paragrafu 1 (ġdid)
-1.  Fejn it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni, il-President għandu jibda l-proċedura ta' konsultazzjoni u jgħarraf lill-Parlament b'dan.
Emenda 59
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 125 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  L-opinjonijiet mogħtija mill-Kumitat tar-Reġjuni għandhom jiġu riferuti lill-kumitat responsabbli.
Emenda 91
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 129
Artikolu 129
imħassar
Konsegwenzi f'każ li l-Kunsill jonqos milli jaġixxi wara l-approvazzjoni tal-posizzjoni komuni tiegħu taħt il-proċedura ta' koperazzjoni
Jekk, fi żmien tliet xhur, jew bi qbil mal-Kunsill, fi żmien erba' xhur mill-komunikazzjoni tal-pożizzjoni komuni skond l-Artikolu 252 tat-Trattat KE, il-Parlament la jkun ċaħad u lanqas emenda l-pożizzjoni, u l-Kunsill ikun naqas milli jadotta il-leġiżlazzjoni proposta skond il-pożizzjoni komuni, il-President jista', f'isem il-Parlament u wara li jikkonsulta mal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali, jibda proċeduri kontra l-Kunsill quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond l-Artikolu 232 tat-Trattat KE.
Emenda 61
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 132
Il-Konferenza tal-Presidenti għandha taħtar il-membri tad-delegazzjoni tal-Parlament għal kull kungress, konferenza jew organizzazzjoni simili li tinvolvi rappreżentanti mill-Parlament u għandha tagħtihom mandat li jkun jaqbel ma' kull riżoluzzjoni rilevanti tal-Parlament. Id-delegazzjoni għandha teleġġi l-president tagħha u, fejn ikun il-każ, viċi president wieħed jew aktar.
Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tinnomina l-membri tad-delegazzjoni tal-Parlament għal kull konferenza jew korp simili li jinvolvi rappreżentanti ta' parlamenti u għandha tagħtiha mandat li jkun jaqbel ma' kwalunkwe riżoluzzjoni rilevanti tal-Parlament. Id-delegazzjoni għandha teleġġi l-president tagħha u, fejn ikun il-każ, viċi president wieħed jew aktar.
Emenda 65
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 149 – paragrafu 12
12.  Bla ħsara għall-Artikolu 197 tat-Trattat KE, il-President għandu jfittex li jilħaq ftehim mal-Kummissjoni u mal-Kunsill biex huma jkollhom allokazzjoni xierqa ta' ħin għad-diskorsi.
12.  Bla ħsara għall-Artikolu 230 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-President għandu jfittex li jilħaq ftehim mal-Kummissjoni, mal-Kunsill u mal-President tal-Kunsill Ewropew dwar allokazzjoni xierqa ta' ħin għad-diskorsi għalihom.
(Dan il-paragrafu għandu jsir l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 149)
Emenda 67
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 204 – titolu
Ħatra ta' l-Ombudsman
Elezzjoni tal-Ombudsman
Emenda 68
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 204 – paragrafu 7
7.  Il-persuna maħtura għandha tissejjaħ minnufih sabiex tieħu ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
7.  Il-persuna eletta għandha tissejjaħ minnufih sabiex tieħu ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
Emenda 69
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness V – Artikolu 2
Artikolu 2
imħassar
Rata
1.  Bla ħsara għall-kundizzjonijiet imsemmija hawn taħt, kull Membru jista' jqiegħed fuq il-Mejda jew jitkellem favur proposti għal deċiżjonijiet li jiffissaw l-ogħla rata mill-ġdid.
2.  Biex ikunu ammissibbli, dawn il-proposti għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda bil-miktub u għandhom ikunu ffirmati minn mhux inqas minn erbgħin Membru jew għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda f'isem grupp politiku jew kumitat.
3.  Il-President għandu jistabbilixxi limitu ta' żmien għat-tqegħid fuq il-Mejda ta' dawn il-proposti.
4.  Il-kumitat responsabbli għandu jippreżenta rapport dwar dawn il-proposti qabel ma jiġu diskussi fil-Parlament.
5.  Wara, jittieħed vot fil-Parlament fuq dawn il-proposti.
Il-Parlament jiddeċiedi permezz ta' maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament u fuq il-bażi ta' tlieta minn kull ħames voti mitfugħa.
F'każ li l-Kunsill jinforma lill-Parlament li jaqbel ma' l-iffissar ta' rata ġdida, il-President għandu jiddikjara fil-Parlament illi r-rata emendata ġiet adottata.
F'każ li dan ma jsirx, il-kumitat responsabbli għandu jiġi mgħarraf bil-pożizzjoni tal-Kunsill.
Emenda 70
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness V – Artikolu 5
Artikolu 5
imħassar
Kunsiderazzjoni tad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill – it-tieni fażi
1.  Jekk il-Kunsill ikun immodifika waħda jew aktar mill-emendi adottati mill-Parlament, it-test kif immodifikat mill-Kunsill għandu jintbagħat lill-kumitat responsabbli.
2.  Bla ħsara għall-kundizzjonijiet imsemmija hawn taħt, kull Membru jista' jqiegħed fuq il-Mejda jew jitkellem favur abbozzi ta' emendi għat-testi mmodifikati mill-Kunsill.
3.  Biex ikunu ammissibbli, dawn l-abbozzi ta' emendi għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub u għandhom ikunu ffirmati minn mhux inqas minn erbgħin Membru jew għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda f'isem kumitat u għandhom jiżguraw li jinżamm bilanċ bejn id-dħul u l-infiq. L-Artikolu 49(5) ma japplikax
L-abbozzi ta' emendi huma ammissibbli biss jekk jirreferu għat-testi mmodifikati mill-Kunsill.
4.  Il-President għandu jiffissa limitu ta' żmien għat-tqegħid fuq il-Mejda ta' l-abbozzi ta' emendi.
5.  Il-kumitat responsabbli għandu juri fehmtu fir-rigward tat-testi mmodifikati mill-Kunsill u għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozzi ta' emendi għat-test immodifikat.
6.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3(4), għandu jittieħed vot fuq l-abbozzi ta' emendi għat-testi mmodifikati mill-Kunsill. Il-Parlament jiddeċiedi permezz ta' maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament u fuq il-bażi ta' tlieta minn kull ħames voti mitfugħa. Jekk l-abbozzi ta' emendi jiġu adottati, it-testi mmodifikati mill-Kunsill jitqiesu li ġew miċħuda. Jekk jiġu miċħuda, it-testi mmodifikati mill-Kunsill jitqiesu li ġew adottati.
7.  Għandu jsir dibattitu fuq il-ġabra fil-qosor magħmulha mill-Kunsill dwar ir-riżultati tad-deliberazzjonijiet tiegħu fir-rigward tal-proposti għal modifikazzjonijiet adottati mill-Parlament u wara jista' jittieħed vot fuq mozzjoni għal riżoluzzjoni.
8.  Meta tiġi konkluża l-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6, il-President għandu jiddikjara fil-Parlament li l-baġit ġie adottat b'mod aħħari. Il-President għandu jagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex il-baġit jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.
Emenda 71
Regoli ta" Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness V – Artikolu 6
Artikolu 6
imħassar
Ċaħda tal-baġit fis-sħuħija tiegħu
1.  Kumitat jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu, għal raġunijiet serji, iqiegħdu fuq il-Mejda proposta sabiex l-abbozz tal-baġit jiġi miċħud fis-sħuħija tiegħu. Biex tkun ammissibbli, proposta bħal din għandha tinkludi motivazzjoni bil-miktub u għandha titqiegħed fuq il-Mejda qabel ma jagħlaq iż-żmien iffissat mill-President. Ir-raġunijiet għaċ-ċaħda ma jistgħux ikunu kontradittorji.
2.  Il-kumitat responsabbli għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar din il-proposta qabel ma jittieħed vot fuqha fil-Parlament.
Il-Parlament jiddeċiedi permezz ta' maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament u ta' żewġ terzi tal-voti mitfugħa. Jekk il-proposta tiġi adottata, l-abbozz tal-baġit fis-sħuħija tiegħu għandu jintbagħat lura lill-Kunsill.

Il-Konferenza ta' Kopenħagen dwar il-Bidla fil-Klima
PDF 364kWORD 122k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 dwar l-istrateġija tal-UE għall-Konferenza ta' Kopenħagen dwar il-Bidla fil-Klima (COP 15)
P7_TA(2009)0089B7-0141/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta" Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCCC), u l-Protokoll ta" Kyoto għall-UNFCCC,

–   wara li kkunsidra l-Pjan ta" Azzjoni ta" Bali (Deċiżjoni 1/COP 13),

–   wara li kkunsidra l-15-il Konferenza tal-Partijiet (COP 15) tal-UNFCCC li jmiss kif ukoll il-ħames Konferenza tal-Partijiet li qed isservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet tal-Protokoll ta' Kyoto (COP/MOP 5) li se jsiru f'Kopenħagen, fid-Danimarka, mis-7 sat-18 ta" Diċembru 2009,

–   wara li kkunsidra l-pakkett dwar il-klima u l-enerġija adottat mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' Diċembru 2008, b'mod partikulari d-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta" April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta" kwoti ta" emissjonijiet ta" gassijiet b'effett serra(1) u d-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta" April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020(2),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta" Novembru 2008 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-iskema għall-iskambju ta" kwoti ta" emissjonijiet ta" gassijiet serra ġewwa l-Komunità(3),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Settembru 2009 bit-titlu "Żieda fil-finanzjament internazzjonali għall-klima: Pjan Ewropew għall-ftehim ta" Kopenħagen" (COM(2009)0475),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-bidla fil-klima, u b'mod partikulari dawk tal-4 ta" Frar 2009 dwar "L-2050: Il-Ġejjieni jibda llum – Rakkomandazzjonijiet għal politika tal-UE integrata fil-ġejjieni dwar il-bidla fil-Klima"(4) u tal-11 ta" Marzu 2009 dwar "Strateġija tal-UE favur ftehim komprensiv dwar il-bidla fil-klima f'Kopenħagen u l-finanzjament xieraq tal-politika dwar il-bidla fil-klima"(5),

–   wara li kkunsidra l-istqarrija konġunta tal-20 ta" Diċembru 2005 tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Politika għall-Iżvilupp tal-Unjoni Ewropea: "Il-Kunsens Ewropew"(6), u b'mod partikulari, il-punti 22, 38, 75, 76 u 105 tagħha,

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-29 u t-30 ta" Ottubru 2009,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta" Ottubru 2008 bit-titlu "Il-Bini ta" Alleanza Globali dwar it-Tibdil fil-Klima (GCCA) bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi fqar li qed jiżviluppaw u li huma l-aktar vulnerabbli għat-tibdil fil-klima"(7),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi n-negozjati dwar ftehim internazzjonali komprensiv dwar il-bidla fil-klima għal wara l-2012 mistennija li jkunu konklużi f'Kopenħagen f'Diċembru 2009; billi dan il-ftehim għandu jorbot ġuridikament u jkun konsistenti mal-aħħar evidenza xjentifika, li tindika li l-bidla fil-klima qed isseħħ b'rata aktar mgħaġġla u b'mod aktar aggressiv milli kien previst, u mal-objettiv li ż-żieda globali fit-temperatura medja annwali tal-wiċċ tiġi limitata għal 2°C jew aktar 'il fuq mil-livelli ta' qabel l-era industrijali ("l-objettiv ta' 2°C"),

B.   billi sabiex jintlaħaq l-objettiv ta" 2°C, huwa neċessarju li l-pajjiżi żviluppati jieħdu l-inizjattiva li jnaqqsu b'mod sinifikanti l-emissjonijiet tagħhom, kif ukoll li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jikkontribwixxu wkoll sabiex jinkiseb dan l-objettiv,

C.   billi l-pajjiżi li qed jiżviluppaw kienu dawk li l-inqas ikkontribwew għall-bidla fil-klima iżda qed jiffaċċjaw l-aktar konsegwenzi severi tagħha, u billi l-bidla fil-klima qed tpoġġi f'sogru 40 % tal-investiment biex jonqos il-faqar, u b'hekk qed jiġu mhedda l-effikaċja u s-sostenibilità tal-attività għall-iżvilupp; billi jidher ċar li hemm bżonn ta" aktar koordinazzjoni, kumplimentarjetà u koerenza bejn l-inizjattivi dwar il-bidla fil-klima u dawk għall-iżvilupp,

D.   billi l-bidla fil-klima tista" tkompli tkabbar il-potenzjal għall-kunflitti dwar ir-riżorsi naturali minħabba l-ammont dejjem jonqos ta" meded ta" raba" tajjeb għall-kultivazzjoni, l-iskarsezza dejjem ikbar tal-ilma jew id-deforestazzjoni, jew minħabba l-migrazzjoni għal raġunijiet klimatiċi, billi għandu jitqies ukoll l-impatt potenzjali fuq is-saħħa pubblika,

E.   billi d-deforestazzjoni hi responsabbli għal madwar 20% tal-emissjonijiet dinjija ta" gassijiet b'effett serra, hija kawża ewlenija li twassal għat-telf tal-bijodiversità u tikkostitwixxi theddida serja għall-iżvilupp u, b'mod partikulari, għall-għajxien tal-fqar,

F.   billi hemm bżonn li r-riżorsi finanzjarji jiżdiedu b'mod sinifikattiv sabiex ikunu jistgħu jittieħdu l-azzjonijiet neċessarji ta" mitigazzjoni u ta" adattament u għaldaqstant għandhom ikunu disponibbli riżorsi sabiex tiġi indirizzata l-bidla fil-klima b'impenn simili għal dak li kien meħtieġ biex tiġi indirizzata l-kriżi finanzjarja attwali,

G.   billi ħafna mill-flus imwiegħda għall-bidla fil-klima ġejjin mill-baġits tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA), u b'hekk qed jiġu żvijati fondi mill-għajnuna għall-iżvilupp u qed tinħoloq theddida serja għat-tnaqqis tal-faqar u l-kisba tal-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs),

H.   billi qafas internazzjonali vinkolanti li jwassal għal tnaqqis fl-emissjonijiet fuq l-iskala meħtieġa se jipproduċi wkoll kobenefiċċji immedjati kbar għas-saħħa dinjija, u billi mingħajr it-tali qafas jeżisti riskju li l-progress lejn l-MDGs ma jseħħx, u jista' anke jkun hemm rigress,

I.   billi l-UE hi l-unika entità reġjonali fid-dinja li aċċettat objettivi vinkolanti għall-kisba tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra billi adottat il-pakkett dwar il-klima u l-enerġija msemmi hawn fuq li jikkonsisti f'miżuri leġiżlattivi biex sal-2020 jiġi implimentat tnaqqis unilaterali ta' 20% fl-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra meta mqabbla mal-livelli tal-1990, bl-impenn li dan jiżdied għal tnaqqis ta' 30% jew aktar, f'konformità mal-aħħar żviluppi xjentifiċi, jekk jintlaħaq ftehim internazzjonali vinkolanti u ambizzjuż biżżejjed f'Kopenħagen, li jirrikjedi sforz simili mill-pajjiżi żviluppati l-oħra u kontribuzzjonijiet xierqa mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma aktar avvanzati ekonomikament, kontribuzzjonijiet li jkunu jikkorrispondu għar-responsabilitajiet u l-kapaċitajiet tagħhom,

J.   billi trasformazzjoni globali fit-teknoloġija u l-kooperazzjoni teknoloġika hi meħtieġa sabiex taċċellera l-pass tal-innovazzjoni u żżid l-iskala tad-dimostrazzjoni u tal-applikazzjoni sabiex il-pajjiżi kollha jista" jkollhom aċċess għal teknoloġiji sostenibbli bi prezz raġjonevoli,

K.   billi l-effiċjenza fl-enerġija għandha rwol kruċjali biex ikunu limitati l-emissjonijiet tas-CO2, b'mod partikulari l-inizjattivi riċenti dwar il-prestazzjoni enerġetika tal-binjiet u r-regoli dwar l-ittikkettar tal-enerġija,

L.   billi l-miżuri klimatiċi ambizzjużi jagħtu kontribut sabiex tinstab soluzzjoni għall-kriżi ekonomika attwali billi jinħolqu l-impjiegi u tiżdied l-attività ekonomika, u billi l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija tqis li hu meħtieġ ftehim ambizzjuż f'Kopenħagen biex l-investimenti li batew minn dewmien minħabba l-kriżi jiġu diretti lejn investimenti ambjentalment sostenibbli,

M.   billi għadd ta" pajjiżi terzi ħadu miżuri sabiex jiġġieldu l-bidla fil-klima, bħalma huma l-miri għal tnaqqis fl-emissjonijiet,

N.   billi huwa meħtieġ pakkett komprensiv f'Kopenħagen sabiex tiġi trattata r-rilokazzjoni tal-karbonju u jinħolqu kundizzjonijiet ekwi fil-mixja lejn azzjoni ta" tnaqqis ta" 30 % fl-emissjonijiet tal-gass b'effett serra,

O.   billi tnaqqis effettiv tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra jirrikjedi approċċ olistiku li jkopri s-setturi kollha tal-produzzjoni u tal-mobilità responsabbli mill-emissjonijiet u li dan it-tnaqqis jiġi meqjus fil-qafas tat-tranżizzjoni b'suċċess lejn mudell ekonomiku sostenibbli, li jipprovdi għall-kwalità ambjentali li timxi id f'id mat-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-ġid u l-progress teknoloġiku,

Għan

1.  Iħeġġeġ lill-UE biex tkompli tiżviluppa politika esterna dwar il-klima u titkellem b'vuċi waħda sabiex iżżomm l-irwol ta' tmexxija tagħha fin-negożjati fis-COP 15, u biex iżżomm livell għoli ta" ambizzjoni fid-diskussjonijiet mas-sħab internazzjonali tagħha, sabiex jinkiseb ftehim internazzjonali ambizzjuż u legalment vinkolanti f'Kopenħagen, f'konformità mal-aħħar żviluppi fix-xjenza u f'konsistenza mal-objettiv ta" 2ºC;

2.  Jenfasizza li sa l-aħħar tas-sena f'Kopenħagen, jeħtieġ tal-anqas li l-Partijiet jaslu għal ftehim vinkolanti legalment dwar il-miri ta' mitigazzjoni tal-pajjiżi industrijalizzati u dwar il-finanzjamenti, kif ukoll jistabbilixxu proċess li jorbot ġuridikament biex, sal-ewwel parti tal-2010, jintlaħaq ftehim komprensiv ġuridikament vinkolanti dwar il-klima wara l-2012, li jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2013;

3.  Jistieden lill-Kapijiet ta" Stat u tal-Gvern tal-membri tal-COP 15 sabiex jagħtu l-prijorità kollha possibbli lil din il-kwistjoni u juru tmexxija politika u jenfasizza l-importanza li l-Kapijiet ta" Stat u tal-Gvern ikunu disponibbli sabiex jattendu s-sessjoni ta" livell għoli tas-COP 15 sabiex tkun evitata kull possibilità li ftehim li jinvolvi impenji nazzjonali sinifikanti u fuq medda twila ta" żmien ma jintlaħaqx minħabba li n-negozjaturi preżenti ma jkollhomx il-mandat politiku jew l-awtorità meħtieġa;

4.  Jenfasizza li, sabiex ikunu żgurati impenji li jkomplu wara li jiskadi l-ewwel perjodu ta" impenn tal-Protokoll ta' Kyoto, huwa vitali li f'Kopenħagen jiġu konklużi n-negozjati tal- ftehim għal wara l-2012, u jirrimarka li dewmien ulterjuri fl-azzjoni globali jista' jwassal għal sitwazzjoni fejn il-ġenerazzjonijiet futuri ma jkunux jistgħu jikkontrollaw il-bidla fil-klima;

Impenji għat-tnaqqis

5.  Jenfasizza li l-ftehim internazzjonali għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju ta' "responsabilità komuni iżda differenzjata", fejn il-pajjiżi industrijalizzati jkollhom irwol ta" tmexxija fit-tnaqqis tal-emissjonijiet domestiċi tagħhom, hi tal-fehma li, madankollu, minħabba s-saħħa ekonomika tagħhom, iċ-Ċina, l-Indja u l-Brażil għandhom jimpenjaw ruħhom ukoll, li jiksbu miri simili għal dawk tal-pajjiżi industrijalizzati, filwaqt li l-pajjiżi emerġenti għandhom, f'konformità mal-Pjan ta" Azzjoni ta" Bali, li jieħdu azzjonijiet ta" mitigazzjoni xierqa fuq livell nazzjonali fil-kuntest ta" żvilupp sostenibbli appoġġjati u magħmula possibbli, b'mod li jista" jitkejjel, jiġi rrapurtat u verifikat, permezz ta" teknoloġija, finanzjament u bini tal-kapaċità minn pajjiżi żviluppati;

6.  Jemmen li l-ftehim ta' Kopenħagen għandu jorbot lill-partijiet għal tnaqqis mandatorju u jipprovdi sanzjonijiet fuq livell internazzjonali f'każ ta" nuqqas ta' konformità, sanzjonijiet li l-forma tagħhom għad trid tiġi definita;

7.  Ifakkar li l-ftehim internazzjonali għandu jiżgura tnaqqis kollettiv tal-emissjonijiet ta" gass b'effett serra fil-pajjiżi żviluppati fil-parti l-għolja tal-firxa ta" bejn il-25 u l-40 % għall-2020 meta mqabbla mal-livelli tal-1990 kif irrakkomandat mir-Raba" Rapport ta" Evalwazzjoni tal-Panel Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima (IPCC 4AR), u li data xjentifika riċenti tindika li hu meħtieġ tnaqqis ta" mill-inqas 40%; u jitlob li dan it-tnaqqis ikun wieħed domestiku; ifakkar li għandu jiġi stabbilit objettiv ta" tnaqqis fuq perjodu twil ta" żmien għall-UE u għall-pajjiżi żviluppati l-oħrajn tal-anqas ta" 80% sal-2050 vis à vis il-livelli tal-1990; ifakkar li l-emissjonijiet globali tal-gassijiet b'effett serra għandhom jibdew jonqsu sa mhux aktar tard mill-2015; jenfasizza l-ħtieġa li l-miri ta" tnaqqis miftiehma fil-ftehim internazzjonali jkunu konformi mal-objettiv ta" 2°C u l-aħħar żviluppi xjentifiċi; jitlob, għaldaqstant, li jkun hemm reviżjonijiet regolari tal-ftehim sabiex ikun żgurat li l-miri tat-tnaqqis ikunu ambizzjużi biżżejjed biex jintlaħaq l-objettiv ta" 2°C u li dawk il-miri jkomplu jkunu konformi mal-aħħar żviluppi xjentifiċi; jitlob sabiex jitwaqqaf mekkaniżmu ta" kontabilità dinji tal-karbonju;

8.  Jistieden lill-UE biex tiċċara taħt liema kundizzjonijiet hija tkun lesta li żżid l-impenn tagħha għat-tnaqqis, meta tikkunsidra l-fatt li l-aħħar rakkomandazzjonijiet jitolbu impenn ta' 40 % ta' tnaqqis tal-emissjonijiet,

9.  Jitlob li l-ftehim ta' Kopenħagen ikun jinkludi r-rekwiżiti ta' rappurtaġġ li permezz tagħhom il-Partijiet interessati tal-Anness I ikollhom jistabbilixxu pjanijiet ta' azzjoni għall-kisba ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass b'effett serra fil-perjodu sal-2050, bi qbil mal-limitu ta' 2°C;

10.  Jirrikonoxxi l-impenn tal-Ġappun li jnaqqas l-emissjonijiet tiegħu b"25 % sal-2020, u jilqa" b'sodisfazzjon is-sinjali pożittivi min-naħa taċ-Ċina; iħeġġeġ, fid-dawl ta" dawn l-iżviluppi, lill-Istati Uniti sabiex tagħmel vinkolanti l-għanijiet stipulati waqt l-elezzjoni elettorali, biex b'hekk tagħti sinjal qawwi tar-rieda tal-pajjiżi żviluppati ewlenin li jiġġieldu l-bidla fil-klima; jenfasizza f'dan ir-rigward li huwa wkoll estremament importanti li l-Indja tagħti kontribut;

11.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-10 ta' Settembru 2009 imsemmija hawn fuq mill-Kummissjoni bit-titlu "Żieda fil-finanzjament internazzjonali għall-klima: Pjan Ewropew għall-ftehim ta" Kopenħagen" bħala pass importanti fid-diskussjoni u jenfasizza speċjalment ir-rwol tal-Parlament bħala awtorità baġitarja;

12.  Ifakkar li l-ftehim internazzjonali għandu wkoll jiżgura li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw b'mod kollettiv jillimitaw it-tkabbir tal-emissjonijiet tagħhom għal bejn il-15% u t-30% inqas minn dik li hi n-norma bħalissa sabiex jiġi żgurat li l-għan ta" 2 ºC jinkiseb;

13.  Jenfasizza li l-pajjiżi li mhumiex fl-Anness I ma jistgħux ikunu ttrattati bħala grupp wieħed minħabba li l-kapaċità tagħhom li jinvestu fil-mitigazzjoni u fl-adattament għall-bidla fil-klima, kif ukoll il-kapaċitajiet tagħhom ta" aġġustament għall-bidla fil-klima mhumiex l-istess;

14.  Jitlob lill-UE sabiex tistieden lill-membri tas-COP 15 biex jiżviluppaw viżjoni komuni għas-sena 2050 u lil hinn minnha;

15.  Barra minn hekk, ifakkar fir-rakkomandazzjoni tiegħu li ċerti prinċipji adottati fil-pakkett tal-klima u l-enerġija jintużaw bħala mudell għall-ftehim internazzjonali, b'mod partikulari l-pjan lineari vinkolanti għall-impenji tal-pajjiżi żviluppati, id-divrenzjar fuq il-bażi ta' emissjonijiet ivverifikati u l-prodott gross domestiku (PGD), u sistema ta' konformità msaħħa b'fattur ta" tnaqqis annwali;

Finanzjament

16.  Jenfasizza li ftehim f'Kopenħagen jista" jipprovdi l-istimulu neċessarju għal "Patt Ġdid Sostentibbli" li jagħti spinta sostenibbli lit-tkabbir soċjali u ekonomiku, jippromwovi t-teknoloġiji ambjentalment sostenibbli, l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija li jnaqqas il-konsum tal-enerġija u jiżgura impjiegi ġodda u koeżjoni soċjali kemm fil-pajjiżi żviluppati kif ukoll fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jinnota wkoll li għandhom jitqiesu kif xieraq l-aspetti tas-saħħa pubblika tal-bidla fil-klima; ifakkar fir-Rapport Stern dwar l-Ekonomija tal-Bidla fil-Klima b'riferiment għal inċentivi ekonomiċi ċari biex il-komunità internazzjonali taġixxi kemm jista' jkun malajr biex tindirizza l-bidla fil-klima; jirrikonoxxi li l-investimenti inizjali mis-settur pubbliku f'infrastruttura tal-enerġija sostenibbli u f'riċerka u żvilupp komplementari jnaqqsu l-ispiża soċjali tal-bidla fil-klima;

17.  Jenfasizza li l-parteċipazzjoni attiva tal-pajjiżi kollha biex tkun indirizzata l-isfida tal-bidla fil-klima tista" sseħħ biss jekk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-ekonomiji emerġenti jkunu jistgħu jżommu tkabbir ekonomiku sostenibbli; jitlob, għaldaqstant, li jiġu definiti strateġiji ta" reazzjoni li jkunu iktar integrati verament fir-rigward tal-isfidi tal-iżvilupp u l-bidla fil-klima;

18.  Jinnota li l-bidla fil-klima hija sfida li għaliha m'hemmx soluzzjoni politika unika, iżda li l-ġabra flimkien tal-opportunitajiet eżistenti u ż-żieda sostanzjali fl-effiċjenza fl-oqsma kollha tal-ekonomija u tas-soċjetà fil-pajjiżi żviluppati u f'dawk li qed jiżviluppaw tikkontribwixxi għas-sejba ta' soluzzjoni għall-problema tar-riżorsi u t-tqassim, u tħejji t-triq għat-tielet rivoluzzjoni industrijali;

19.  Jenfasizza li n-nies fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw se jiġu affettwati l-iktar mill-konsegwenzi tal-bidla fil-klima u li huwa għalhekk ukoll fl-interess ta' dawk il-pajjiżi li jsir kontribut għall-konklużjoni b'suċċess tal-konvenzjoni dwar il-bidla fil-klima;

20.  Jenfasizza r-responsabilità tal-pajjiżi żviluppati biex jipprovdu appoġġ tekniku u finanzjarju li jkun suffiċjenti, sostenibbli u prevedibbli lill-pajjiiżi li qed jiżviluppaw sabiex dawn ikunu jistgħu jimpenjaw ruħhom biex jonqsu l-emissjonijiet ta" gassijiet b'effett serra, jadattaw ruħhom għall-konsegwenzi tal-bidla fil-klima u jnaqqsu l-emissjonijiet mid-deforestazzjoni u mid-degradazzjoni tal-foresti, kif ukoll biex iżidu l-bini tal-kapaċità tagħhom sabiex jikkonformaw mal-obbligi skont il-ftehim internazzjonali futur dwar il-bidla fil-klima;

21.  Jinsisti li dawn l-impenji, sabiex jipprovdu l-appoġġ finanzjarju meħtieġ u prevedibbli għall-mitigazzjoni tal-bidla fil-klima fil-kuntest tal-UNFCCC, iridu jkunu ġodda u lil hinn mill-ODA u indipendenti minn proċeduri baġitarji annwali fl-Istati Membri; ifakkar li r-riżorsi għandhom jitqassmu mhux bħala self, iżda bħala għotjiet; ifakkar dwar l-impenji eżistenti li għandhom l-għan li jilħqu livelli ta' ODA ta' 0.7 % tal-PGD sal-2015;

22.  Jenfasizza l-bżonn li tinbeda malajr sistema ta' appoġġ pubbliku internazzjonali sabiex jintlaħaq ftehim ta' Kopenħagen ambizzjuż, u jistieden lill-UE biex tal-anqas tieħu impenn konformi mal-istima tal-Kummissjoni għal finanzjament globali ta' bejn EUR 5 biljun u EUR 7 biljun ta' kull sena għall-perjodu 2010-2012;

23.  Ifakkar li l-kontribuzzjoni kollettiva tal-UE għall-isforzi ta' mitigazzjoni u l-bżonnijiet ta' adattament tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw m'għandhiex tkun anqas minn EUR 30 000 miljun fis-sena sal-2020, ċifra li tista" tiżdied ma" għarfien ġdid dwar il-gravità tal-bidla fil-klima u l-iskala tal-ispejjeż tagħha;

24.  Jistieden lill-komunità internazzjonali biex iżżid b'mod sostanzjali l-appoġġ finanzjarju tagħha lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex dawn jadattaw għall-bidla fil-klima u biex jittaffew l-effetti ta' din il-bidla fuqhom billi jsir stħarriġ dwar mekkaniżmi finanzjarji innovattivi (pereżempju il-bdil ta" self ta" flus ma" interventi favur l-ambjent (debt-for-nature swaps);

25.  Jenfasizza li parti sostanzjali mid-dħul iġġenerat mill-irkant ta" ċertifikati fl-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet tal-UE, inkluż l-irkant għall-avjazzjoni u t-trasport marittimu, għandha tiġi allokata sabiex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu jistgħu jiġġieldu l-bidla fil-klima u jadattaw ruħhom għaliha; jenfasizza, madankollu, li 'l fuq minn 50 % tal-emissjonijiet tal-UE mhumiex koperti mill-ETS tal-UE li nbdiet fl-2005; ifakkar li huwa għalhekk meħtieġ li jiġu żviluppati strateġiji alternattivi sabiex kull parti tal-ekonomija, mhux biss l-industrija, u partikolarment l-Istati Membri kollha, jerfgħu l-piż tat-tnaqqis tal-emissjonijiet u jassumu r-responsabilitajiet tagħhom;

26.  Jenfasizza li r-reviżjoni tal-baġit tal-UE li jmiss teħtieġ tiffoka fuq id-disponibilità suffiċjenti ta' riżorsi għal miżuri ta' protezzjoni kontra l-bidla fil-klima u ta' adattament għaliha;

27.  Jirrakkomanda li l-pajjiżi żviluppati jikkunsidraw l-allokazzjoni ta' perċentwali tal-PGD tagħhom għall-ħolqien ta' fond ta' kooperazzjoni għall-ħolqien ta' teknoloġiji tal-enerġija favur l-ambjent, b'mod indipendenti minn fondi ta' għajnuna għall-iżvilupp eżistenti;

28.  Jappoġġja l-proposta tan-Norveġja għal Unitajiet ta' Ammont Assenjati u l-proposti tad-Danimarka u tal-Messiku;

29.  Jitlob sabiex l-istrutturi amministrattivi mwaqqfa fir-rigward tal-finanzjament ambjentali taħt il-Ftehim ta' Kopenħagen jiżguraw rappreżentanza ugwali ta' pajjiżi żviluppati u ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw; jenfasizza, barra minn hekk li, sabiex jiġi garantit li t-trasferimenti finanzjarji jintużaw b'mod sostenibbli, għandha tiġi applikata l-esperjenza akkwistata mill-politiki għall-iżvilupp u l-prinċipji stabbiliti bħall-"governanza tajba"; jirrimarka li l-pajjiżi donaturi għandhom jinvestu fit-tkabbir tal-''kapaċità ta' assorbiment'' fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, sabiex dawn tal-aħħar ikunu kapaċi jużaw ir-riżorsi b'mod effettiv;

Kooperazzjoni mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw

30.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex isaħħu l-ftehimiet ta" sħubija tagħhom dwar il-klima li għandhom bħalissa mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u biex jidħlu fi ftehimjiet ta" sħubija ġodda fejn huma għadhom ma jeżistux, u jipprovdu appoġġ finanzjarju ferm ikbar għall-iżvilupp u t-trasferiment teknoloġiku, għal ftehim dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u għall-bini tal-kapaċità istituzzjonali, inkluż għal Programmi Nazzjonali ta' Azzjoni għall-Adattament (NAPAs) bħala strumenti importanti ta' adattament għall-bidla fil-klima, filwaqt li jippromwovu r-responsabilità;

31.  Jinsisti li l-ftehim internazzjonali ta' wara l-2012 dwar il-bidla fil-klima għandu jqis il-proċessi ta' żvilupp eżistenti kemm fil-livell internazzjonali kif ukoll f'dak nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jibnu r-rabtiet meħtieġa bejn il-bidla fil-klima u l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs) billi jinkludu l-adattament għall-bidla fil-klima u l-mitigazzjoni tagħha fil-proġetti u l-programmi għall-kisba tal-MDGs u fl-istrateġiji kollha għat-tnaqqis tal-faqar;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu b'mod sostanzjali l-baġit għall-GCCA u jissuġġerixxi li sors ta' finanzjament jista' jinkiseb mid-dħul mistenni mill-irkant fil-kuntest tal-Iskema ta' skambju ta" kwoti tal-emissjonijiet ta" gassijiet b'effett serra tal-UE (EU ETS); iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-GCCA ssir clearing house għall-finanzjament ta' adattament fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u b'hekk jiġi evitat il-ħolqien ta' inizjattivi bilaterali ġodda tal-UE;

33.  Jikkunsidra li l-bidla fil-klima tikkawża l-ispostament tal-persuni u għalhekk toħloq migrazzjoni ġdida furzata li għandha tiġi indirizzata kif xieraq mill-komunità internazzjonali; jistieden lill-komunità internazzjonali biex tidentifika u tindirizza n-nuqqasijiet legali li jeżistu fir-rigward tal-ħarsien tar-refuġjati minħabba l-bidla fil-klima u biex tagħti bidu għal sistema speċifika ta' assistenza u ħarsien;

34.  Jenfasizza l-bżonn li jkunu żgurati r-responsabilità u l-fiduċja istituzzjonali bit-twaqqif ta" rappreżentanza ġusta ta' pajjiżi donaturi u ta' pajjiżi riċevituri fil-korp ta' ġestjoni tal-istituzzjonijiet ta' finanzjament għall-adattament;

Enerġija u effiċjenza tal-enerġija

35.  Jikkunsidra li t-trasformazzjoni globali lejn ekonomija sostenibbli effiċjenti mhux biss hija meħtieġa sabiex tevita bidla perikoluża fil-klima bit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass b'effett serra, iżda għandha wkoll il-potenzjal li żżid l-investimenti, l-impjiegi, it-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja mingħajr ma tikkomprometti l-objettiv li jiġi żgurat aċċess għal servizzi tal-enerġija modern għal kulħadd; jenfasizza l-bżonn urġenti li tittejjeb l-effiċjenza tal-enerġija fuq skala globali u li tiżdied il-kwota tar-riżorsi tal-enerġija rinnovabbli;

36.  Jenfasizza li bidla fuq skala internazzjonali lejn ekonomija b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju se tirrikjedi li l-enerġija nukleari tkun parti importanti mit-taħlita ta' enerġija fil-medda ta' żmien medju; jirrimarka madankollu li l-kwistjoni tas-sigurtà u tas-sikurezza taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari għandha tiġi indirizzata kif xieraq fil-livell internazzjonali biex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' sigurtà possibbli;

37.  Iħeġġeġ lill-gvernijiet kollha, inklużi dawk tal-Istati Membri tal-UE u l-UE biex jaħdmu favur l-effiċjenza tal-enerġija; iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE biex jgħollu l-livell tal-ambizzjonijiet tagħhom fir-rigward tal-pakkett dwar l-effiċjenza tal-enerġija, li qiegħed jiġi diskuss bħalissa (COM(2008)0780) partikolarment fir-rigward tar-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rendiment fl-Enerġija tal-Bini, sabiex jiġi milħuq ftehim dinamiku u koeżiv mal-Kunsill, u b'hekk jingħata messaġġ qawwi dwar l-impenn tal-UE fid-dawl tal-ftehim ta' Kopenħagen, u b'hekk tiġi ffaċilita t-tranżizzjoni ta" tnaqqis ta" 30% tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra;

38.  Jenfasizza li l-użu fuq skala kbira tal-fjuwils fossili fil-ġenerazzjoni tal-enerġija jikkostitwixxi sors ewlieni ta' emissjonijiet tas-CO2 madwar id-dinja; jirrikonoxxi li l-fjuwils fossili fuq medda ta' żmien medja se jibqa' jkollhom rwol importanti fil-provvista tal-enerġija; jitlob lill-partijiet involuti fin-negozjati biex jagħtu importanza kbira favur żvilupp ulterjuri u l-użu ta' teknoloġiji ta' fjuwils fossili sostenibbli, effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 fil-produzzjoni tal-elettriku;

39.  Jikkunsidra li kemm il-miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet kif ukoll il-finanzjament ta' impenji għandhom jiġu soġġetti għal skema ta' konformità msaħħa, inkluż mekkaniżmu ta' twissija bikrija u sanzjonijiet, bħall-irtirar futur ta' Unitajiet ta' Ammont Assenjati;

Adattament

40.  Jenfasizza r-responsabilità storika tal-pajjiżi żviluppati fir-rigward tal-bidla irriversibbli fil-klima, u jfakkar fl-obbligu ta" għajnuna lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-pajjiżi l-inqas żviluppati biex jadattaw għal din il-bidla;

41.  Jistieden, għalhekk, lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-bini tal-kapaċità sabiex jistgħu jadattaw ruħhom għall-bidla fil-klima u biex jingħata appoġġ teknoloġiku adegwat għal dawk il-pajjiżi l-iktar milquta mill-bidla fil-klima;

42.  Jagħraf l-importanza ta' adattament proattiv għall-bidla fil-klima inevitabbli, partikolarment fl-aktar reġjuni u gruppi fi ħdan soċjetajiet vulnerabbli u jenfasizza l-importanza ta' sensibilizzazzjoni bħala mezz biex jiġi indirizzat l-adattament għall-bidla fil-klima bl-aktar mod effikaċi;

43.  Jenfasizza li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom ukoll iżidu l-isforzi tagħhom biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni urġenti ta' azzjonijiet ta' adattament fi ħdan l-UE sabiex ir-riżorsi jkunu merfugħa għal azzjoni internazzjonali futura;

Kooperazzjoni u riċerka teknoloġika

44.  Jemmen li jeħtieġ approċċ ġdid għall-kooperazzjoni teknoloġika biex tinkiseb l-aċċellerazzjoni meħtieġa fl-innovazzjoni u fl-iskala ta' użu sabiex il-pajjiżi kollha jkollhom aċċess għal teknoloġiji favur l-ambjent bi prezz raġjonevoli, filwaqt li jiġu rispettati l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

45.  Jikkunsidra li l-Ftehim ta' Kopenħagen għandu jipprovdi għal Programmi ta' Azzjoni relatati mat-Teknoloġija sabiex teknoloġiji ewlenin għall-adattament u l-mitigazzjoni jipprovdu appoġġ tul il-katina teknoloġika kollha b'għanijiet bħal żieda b'mod konsiderevoli tal-finanzjament għall-mitigazzjoni u l-adattament relatati mar-riċerka, żvilupp u dimostrazzjoni (RD&D); f'dan il-kuntest jappoġġja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li, b'mod globali, l-RD&D relatata mal-enerġija mill-inqas għandha tirdoppja sal-2012 u tiżdied b'erba' darbiet sal-2020;

46.  Iħeġġeġ lill-pajjiżi żviluppati biex jinvestu iktar fir-riċerka fil-qasam ta' teknoloġiji ġodda u avvanzati favur proċessi ta' produzzjoni sostenibbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija; jikkunsidra bħala essenzjali li jiżdied il-finanzjament għall-kooperazzjoni internazzjonali dwar il-bidla fil-klima fil-kuntest tas-Seba' Programm ta' Qafas għar-Riċerka (FP7);

Suq Globali tal-Karbonju

47.  Jenfasizza li, għalkemm is-soluzzjonijiet tas-suq, li jinkludu l-iżvilupp ta" suq global tal-karbonju, permezz ta" mekkaniżmi ta" "limiti massimi u skambji' ("cap and trade") jew skemi ta" taxxa fil-pajjiżi żviluppati, mhumiex is-soluzzjoni għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-futur qarib, dan għandu jibqa" l-għan fuq perjodu ta" żmien twil għan-negozjati kollha; jistieden lill-UE u lis-sħab tagħha fid-dinja sabiex, fil-futur immedjat, isibu l-aktar mod effettiv biex ikunu promossi rabtiet bejn l-ETS UE u skemi reġjonali u federali tal-kummerċ fl-Istati Uniti u bnadi oħra, li dawn imbagħad jistgħu jwasslu għal aktar diversità fl-għażliet ta" tnaqqis, ta" titjib fid-daqs u l-likwidità tas-suq, u fl-aħħar nett ta" allokazzjoni ta" riżorsi aktar effiċjenti;

48.  Jirrimarka li suq globali tal-karbonju li jiffunzjona sew hu essenzjali għall-ekonomija tal-UE sabiex jista' jlaħħaq mal-impenji ambizzjużi tal-UE li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gass b'effett serra sal-2020; jenfasizza l-ħtieġa ta" ftehim internazzjonali u komprensiv post-2012 li jistipula sforzi kumparabbli minn pajjiżi żviluppati oħra sabiex jingħeleb il-periklu ta" rilokazzjoni tal-karbonju b'mod partikulari bil-għan li jintlaħqu l-miri fuq perjodu ta" żmien twil tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass b'effett serra; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-irwol importanti li għandha l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-ekonomiji emerġenti u l-pajjiżi żviluppati;

49.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-Mekkaniżmu ta" Żvilupp Nadif tal-Protokoll ta" Kyoto (CDM) bħala possibilità li tippermetti lill-pajjiżi żviluppati li jipparteċipaw fis-suq tal-karbonju u li tipprovdihom b'teknoloġiji moderni u effiċjenti; jenfasizza, madankollu, li l-użu ta" metodi ta" kumpens biex jintlaħqu l-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-pajjiżi żviluppati ma jistax ikun parti mir-responsabilità tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiġu mitigati l-emissjonijiet tagħhom ta' gass b'effett serra fi ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, u dan mhuwiex sostitut għall-appoġġ finanzjarju u teknoloġiku lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw għall-azzjoni ta" mitigazzjoni tagħhom;

50.  Jinsisti, barra minn hekk, li standards stretti ta' kwalità tal-proġetti għandhom ikunu parti minn mekkaniżmi futuri ta' metodi ta" kumpens biex jiġi evitat li l-pajjiżi żviluppati jieħdu l-alternattivi ta' tnaqqis li ma jiswewx ħafna flus lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u jinsisti li jkun garantit standard għoli ta" dawn il-proġetti, b'ammonti ta" tnaqqis ulterjuri tal-emissjonijiet li jkunu affidabbli, verifikabbli u reali li jappoġġjaw ukoll żvilupp sostenibbli f'dawn il-pajjiżi;

51.  Hu tal-fehma li s-CDM u l-Implimentazzjoni Konġunta (lk) għandhom ikunu riformati, filwaqt li jitqiesu l-istandards tal-kwalità tal-proġetti, barra minn hekk, japprova l-fehma tal-Kummissjoni dwar il-qbil għall-perjodu post-2012 dwar mekkaniżmi settorjali għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma ekonomikament aktar avvanzati b'hekk dawn isiru għodda effettiva għall-protezzjoni tal-klima u għall-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi żviluppati;

52.  Jinsisti li l-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtieġ li jissodisfaw l-impenji ta" mitigazzjoni primarjament fl-UE u jfakkar lill-partijiet kollha li l-użu ta" mekkaniżmi flessibbli għandu jkun limitat;

Bidla fl-Użu tal-Art, Deforestazzjoni, Degradazzjoni tal-Foresti u tar-Riżorsi Naturali

53.  Jikkunsidra li għandu jkunu pprovdut appoġġ finanzjarju sinifikanti kif ukoll assistenza teknika u amministrattiva lill-pajjiżi żviluppati biex titwaqqaf id-deforestazzjoni tropikali l-aktar tard sal-2020, u għandu jintwera impenn deċisiv f'negozjati internazzjonali għal ftehim globali u komprensiv post 2012 dwar il-klima;

54.  Jenfasizza li l-konservazzjoni ta' postijiet naturali għall-assorbiment tal-karbonju tikkostitwixxi l-iktar mezz effiċjenti u effettiv għall-mitigazzjoni tal-bidla fil-klima u ma jidher li tinvolvi l-ebda konsegwenza negattiva; barra minn hekk, huwa tal-opinjoni li l-iżvilupp ta' politika ta' forestazzjoni komprensiva hija fundamentali fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima;

55.  Jistieden lill-UE biex tieħu l-impenn li tiffinanzja sforzi internazzjonali biex tieqaf id-deforestazzjoni u biex tiġi promossa afforestazzjoni globali mhux kummerċjali;

56.  Jenfasizza li l-protezzjoni tal-foresti hi essenzjali biex ikun hemm protezzjoni globali tal-klima li tirnexxi u jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri biex jirrikonoxxu l-ħtieġa tal-konservazzjoni tal-foresti u biex jintegraw dan l-aspett fi ftehim internazzjonali;

57.  Jappoġġja l-fehma tal-Kummissjoni li l-finanzjament pubbliku huwa l-istrument l-iktar realistiku li bih jistgħu jkunu pprovduti inċentivi għall-ġlieda kontra d-deforestazzjoni tul il-perjodu 2013 sal-2020; jistieden, barra minn hekk, lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jipprovdu fondi għall-perjodu 2010-2012 għal azzjoni bikrija fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni biex jinħoloq Mekkaniżmu Globali tal-Karbonju tal-Foresti skont il-qafas tal-UNFCCC, ibbażat fuq skema ta" finanzjament permanenti; jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġjaw l-impenn tagħhom sabiex jintemmu d-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti u tal-art, kif ukoll id-deżertifikazzjoni madwar id-dinja billi jallokaw parti sinifikanti mid-dħul mill-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet tal-UE sabiex jitnaqqsu d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġjaw il-proposta tal-Kummissjoni li tkun aċċettata l-proposta ta' finanzjament li saret minn Norveġja u biex jallokaw parti mid-dħul ġejjieni mill-irkant tal-Unitajiet ta' Ammont Assenjati lill-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Meditteran (GFCM);

58.  Jenfasizza li l-GFCM ġejjieni għandha tkun relatata mad-deċiżjonijiet, u għandha tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u li l-impatti fuq il-bijodiversità jridu jiġu kkunsidrati espliċitament mill-attivitajiet, ir-regoli u l-modalitajiet tat-"Tnaqqis tal-Emissjonijiet mid-Deforestazzjoni u d-Degradazzjoni" (REDD); jikkunsidra li l-GFCM l-ewwel u qabel kollox trid tiżgura li jkunu mħarsa l-foresti antiki; jenfasizza li l-attivitajiet industrijali ta' foresterija li għandhom potenzjal baxx ta' mitigazzjoni tal-bidla fil-klima u jistgħu jkunu ta' theddida għall-bijodiversità ma jistgħux ikunu eliġibbli għall-finanzjament permezz tal-GFCM;

59.  Jenfasizza li kwalunkwe GFCM futura għandha tirrispetta d-drittijiet tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali, inkluż id-dritt tagħhom għal proprjetà kollettiva u għal territorji indiġeni awtonomi, u tipprovdi għall-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom u għas-setgħa li jieħdu deċiżjonijiet, fil-livelli kollha, inkluż fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet nazzjonali tal-pjanijiet REDD, u l-allokazzjoni jew id-distribuzzjoni ta' fondi;

60.  Jistieden lill-Unjoni Ewropea biex tippromwovi standards soċjali u ambjentali b'saħħithom għar-REDD; jistieden lill-Unjoni Ewropea biex titkellem favur il-mekkaniżmi tar-REDD li jmorru lil hinn mill-proġett attwali tal-Mekkaniżmu ta" Żvilupp Nadif (CDM) u li jindirizzaw il-kawżi li verament jikkawżaw id-deforestazzjoni, bħalma huma l-governanza fqira, il-faqar, il-korruzzjoni u n-nuqqas ta' rinfurzar tal-liġi, permezz ta' politika ta' appoġġ u riforma istituzzjonali fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali;

61.  Jappella biex l-effikaċja ambjentali tal-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Anness I tkun il-prinċipju li jmexxi lill-approċċ tal-UE fir-rigward tar-regoli tal-kontabilità internazzjonali għall-ġestjoni tal-foresti u l-LULUCF inġenerali;

62.  Jenfasizza li l-prattiki segwiti f'diversi setturi, inklużi l-ġestjoni tal-ilma, il-konservazzjoni tal-ekosistema, il-produzzjoni agrikola, il-kundizzjonijiet tal-ħamrija, bidla fl-użu tal-art, is-saħħa, is-sigurtà tal-ikel u r-riskju ta' diżastri, wasslu biex jikkawżaw u jiggravaw il-bidla fil-klima, iżda fl-istess ħin dawn is-setturi sofrew ukoll konsegwenzi gravi minħabba l-effetti negattivi tal-bidla fil-klima; iqis li dawn iż-żewġ dimensjonijiet għandhom ikunu inklużi fil-Ftehim ta' Kopenħagen flimkien ma' miżuri mmirati sabiex ikun assigurat livell għoli ta' mitigazzjoni u ta' adattament għall-bidla fil-klima f'dawk is-setturi;

Avjazzjoni Internazzjonali u Trasport Marittimu

63.  Ifakkar li l-avjazzjoni għandha firxa ta' impatti li mhumiex ikkawżati mis-CO2 u li bejn wieħed u ieħor jirdoppjaw il-potenzjal tagħha ta' tisħin globali; jistieden lill-UE biex tiżgura li dawk l-impatti jiġu kkunsidrati fil-ftehim ta' Kopenħagen;

64.  Jinsisti li – fid-dawl tal-falliment tan-negozjati li jinvolvu l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO) u l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) – l-avjazzjoni internazzjonali u t-tbaħħir għandhom ikunu inkorporati fi ftehim skont il- UNFCCC;

65.  Iħeġġeġ sabiex il-ftehimiet internazzjonali fis-setturi tal-avjazzjoni u marittimi jipprevedu l-istess miri vinkolanti bħal dawk ta' setturi industrijali oħra; iħeġġeġ ukoll sabiex f'kuntest globali tal-inqas 50% tal-kwoti f'dan il-qasam ikunu rkantati;

L-Involviment tas-Soċjetà Ċivili

66.  Jenfasizza l-importanza kbira tal-fatt li ċ-ċittadini lokali jirċievu informazzjoni komprensiva u jkunu kkonsultati u jieħdu sehem fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet, u jinkoraġġixxi b'mod partikulari liċ-ċentri urbani, lir-reġjuni u lill-konurbazzjonijiet biex iniedu l-kampanji ta' informazzjoni tagħhom stess, bl-appoġġ tal-gvern, għandhom ikunu marbuta ma' miri speċifiċi ta' tnaqqis;

67.  Jirrikonoxxi li sal-2030, peress illi żewġ terzi tal-umanità se jkunu qed jgħixu f'ċentri urbani, il-bliet, l-awtoritajiet lokali u dawk reġjonali għandhom rwol ta' importanza fundamentali fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet prattiċi dwar il-klima; jilqa' b'sodisfazzjon l-impenji murija fil-Ftehim Dinji tas-Sindki u tal-Gvernijiet Lokali dwar il-Protezzjoni tal-Klima, u jitlob lill-UE biex tippromwovi l-impenn min-naħa tal-bliet, tal-awtoritajiet lokali u dawk reġjonali fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta' strateġiji nazzjonali dwar il-bidla fil-klima, inklużi Pjanijiet ta' Azzjoni ta' Mitigazzjoni u Programmi ta' Azzjoni ta' Adattament;

Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew

68.  Jemmen li d-delegazzjoni tal-UE għandha rwol importanti f'dawn in-negożjati dwar il-bidla fil-klima, u għalhekk ma jistax jaċċetta li l-Membri tal-Parlament Ewropew li jagħmlu parti minn din id-delegazzjoni ma setgħux jattendu l-laqgħat ta' koordinazzjoni tal-UE fil-Konferenza preċedenti tal-Partijiet; jistenna li l-parteċipanti tal-Parlament Ewropew ikollhomm aċċess għal dawn il-laqgħat f'Kopenħagen tal-inqas fuq il-bażi ta" status ta" osservaturi, bid-dritt jew mingħajr id-dritt li jitkellmu;

o
o   o

69.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta" Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima, bit-talba li din tiġi ċċirkulata mal-partijiet kollha involuti li mhumiex relatati mal-UE.

(1) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63.
(2) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136.
(3) ĠU L 8, 13.1.2009, p. 3.
(4) Testi adottati, P6_TA(2009)0042.
(5) Testi adottati, P6_TA(2009)0121.
(6) ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.
(7) Testi adottati, P6_TA(2008)0491.


Programm multi-annwali 2010 - 2014 dwar iż-Żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini - Il-Programm ta' Stokkolma
PDF 594kWORD 281k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar iż-Żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini - Il-Programm ta' Stokkolma
P7_TA(2009)0090B7-0155/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-Trattat ta' Lisbona, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tiegħu li jittrattaw żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja ("l-AFSJ") u l-qafas legali l-ġdid tagħha għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u t-tisħiħ taċ-ċittadinanza tal-Unjoni, l-Artikoli 2, 6 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kif emendat mit-Trattat ta' Lisbona, il-Protokoll Nru 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFEU) kif imdaħħal mit-Trattat ta' Lisbona, dwar l-adeżjoni tal-Unjoni għall-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali ("l-ECHR"), u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta"), li għandha l-istess valur legali bħat-Trattati,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-10 Ġunju 2009 intitolata "Żona ta" libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini" (COM (2009)0262), li tispjega l-prijoritajiet tagħha fl-AFSJ għall-2010-2014, flimkien mal-valutazzjoni tagħha tal-Programm tal-Aja u Pjan ta' Azzjoni (COM (2009)0263) u t-tabella ta' implimentazzjoni assoċjata (SEC (2009)0765), kif ukoll il-kontribuzzjonijiet magħmula mill-parlamenti nazzjonali, mis-soċjetà ċivili u mill-aġenziji u l-entitajiet,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' dokument tal-Presidenza tal-Kunsill tas-16 ta' Ottubru 2009 intitolat 'Il-Programm ta' Stokkolma – Ewropa miftuħa u sikura għas-servizz taċ-ċittadin' (14449/09),

–   wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern kif ukoll il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali skont l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

A.   billi sa mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta" Amsterdam, l-AFSJ kien objettiv essenzjali tal-Unjoni Ewropea; billi huwa essenzjali li wieħed jirritorna għall-ispirtu oriġinali tal-Programm ta' Tampere, li jħaddan aspetti tal-liġi kriminali u ċivili, u li jiffoka fuq l-istat ta' dritt, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali,

B.   billi l-globalizzazzjoni ma taffettwax biss lis-settur finanzjarju iżda qed taffettwa dejjem aktar lill-AFSJ; billi teħtieġ approċċ politiku aktar olistiku flimkien ma' miżuri sabiex ikunu ttrattati l-kwistjonijiet urġenti tal-migrazzjoni u l-ażil, u tirrikjedi b'mod partikolari skambji u koperazzjoni aktar mill-qrib bejn dawk involuti fil-politiki tal-ġustizzja u l-intern, l-iżvilupp, il-kummerċ internazzjonali u l-affarijiet soċjali,

C.   billi t-Trattat ta" Lisbona, li ġie approvat dan l-aħħar b'votazzjoni parlamentari jew bi proċedura ta' referendum, se jagħti sura ġdida lill-bażijiet, l-objettivi u l-metodi tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-politiki relatati mal-AFSJ,

D.   billi d-drittijiet u r-rwol istituzzjonali mogħti għall-ewwel darba lill-parlamenti nazzjonali mit-Trattat ta" Lisbona se jkollu impatt pożittiv fuq l-iżvilupp u l-funzjonament tal-AFSJ b'mod partikolari, mhux l-inqas għaliex se jipprovdi garanzija akbar ta" rispett lejn il-prinċipju ta" sussidjarjetà,

E.   billi, f'ħafna oqsma tal-politika tal-ġustizzja u l-intern, soluzzjonijiet nazzjonali m'għadhomx xierqa u għaldaqstant jeħtieġ li jinħolqu reazzjonijiet Ewropej għall-isfidi internazzjonali tal-migrazzjoni, is-sigurtà u t-teknoloġija, inkluża t-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni,

F.   billi t-tneħħija tal-kontrolli tal-fruntieri interni tal-UE hija waħda mill-ikbar kisbiet tal-integrazzjoni Ewropea,

G.   billi ċ-ċittadini huma rappreżentati direttament fl-Unjoni permezz tal-Parlament Ewropew u l-Istati Membri huma rappreżentati fil-Kunsill mill-gvernijiet rispettivi tagħhom, li huma stess huma responsabbli demokratikament lejn il-parlamenti nazzjonali tagħhom; billi, konsegwentement, il-parlamentarizzazzjoni meħtieġa tal-Unjoni Ewropea trid tiddependi, min-naħa l-waħda, fuq it-twessigħ tas-setgħat tal-Parlament Ewropew vis-à-vis it-teħid ta' deċiżjonijiet kollu tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, fuq kontroll akbar tal-gvernijiet nazzjonali mill-parlamenti rispettivi tagħhom,

H.   billi miżuri konġunti jridu jinżammu fil-qasam ta' kompetenza tal-Komunità, u billi strateġiji Ewropej għandhom ikunu adottati biss meta x'aktarx li jirnexxu aktar minn azzjonijiet nazzjonali,

I.   billi d-drittijiet u d-drittijiet ta' protezzjoni taċ-ċittadini tal-UE, speċjalment il-protezzjoni tad-data, jridu jitħarsu u billi l-politika tal-ġustizzja komuni u tal-intern trid tibqa' soġġetta għas-superviżjoni parlamentari,

J.   billi t-trasparenza fil-proċess leġiżlattiv għandu jkollha l-akbar importanza u ċ-ċittadini u l-parlamenti nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jsegwu u jimmoniterjaw id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki relatati mal-AFSJ,

K.   billi l-adeżjoni tal-Unjoni għall-ECHR u l-libertajiet fundamentali, prevista mit-Trattat ta' Lisbona, mhux se taffettwa l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni bbażata fuq il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u se tikkostitwixxi element prezzjuż ta' protezzjoni supplimentari, filwaqt li jżomm f'moħħu li għandha tiġi stabbilita distinzjoni ċara tal-kompetenzi bejn il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Qorti tal-Ġustizzja,

L.   billi jeħtieġ, fl-interess tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-frodi u l-korruzzjoni b'mod qawwi u propizju, kif ukoll tal-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-UE, li tissaħħaħ il-kooperazzjoni ġudizzjarja u bejn il-pulizija, li l-Europol u l-Eurojust ikunu involuti b'mod aktar sistematiku fl-investigazzjonijiet, li jinħoloq uffiċċju ta' Prosekutur Ewropew, u li jinkisbu riżultati effettivi u li jitkejlu, u billi ċ-ċittadini tal-UE jridu li l-UE jkollha rwol akbar fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni,

M.   billi fil-qasam tal-ġustizzja ċivili l-prijoritajiet għall-ħames snin li ġejjin iridu jirriflettu l-bżonnijiet espressi minn ċittadini individwali u n-negozju,

N.   billi r-rikonoxximent reċiproku, bħala l-pedament tal-AFSJ, jirrikjedi fiduċja reċiproka fis-sistemi ġuridiċi ta' pajjiżi oħra, u billi dawk il-valuri jistgħu jkunu żgurati biss permezz ta' għarfien u fehim reċiproċi, biex b'hekk tinħoloq kultura ġudizzjarja Ewropea,

O.   billi l-qasam ġudizzjarju Ewropew għandu jkun mibni fuq kultura ġudizzjarja Ewropea fost il-prattikanti, il-ġudikatura u l-prosekuturi li ma jkunx biss ibbażat fuq il-liġi Komunitarja imma żviluppat permezz ta' għarfien u fehim reċiproċi tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali, reviżjoni bl-għeruq u x-xniexel tal-kurrikula tal-università, skambji, żjarat ta' studju u taħriġ komuni bl-appoġġ attiv tan-Netwerk Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjarju u l-Akkademja tal-Liġi Ewropea,

P.   billi l-fiduċja reċiproka tiddependi wkoll minn evalwazzjoni kontinwa tal-effikaċja u r-riżultati tad-diversi sistemi nazzjonali, imwettqa kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew; billi f'dan ir-rigward trid issir referenza għall-ħidma ta' siwi kbir tal-Kummissjoni Ewropea għall-Effiċjenza tal-Ġustizzja fil-Kunsill tal-Ewropa,

Q.   billi n-netwerks Ewropej fid-diversi setturi tas-sistema ġudizzjarja (in-Netwerk Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjarju, in-Netwerk Ewropew ta' Kunsilli għall-Ġudikatura, in-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Supremi tal-Unjoni Ewropea, in-netwerk Ewroġustizzja tal-Prosekuturi Ġenerali Ewropej, in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, u netwerks ta' prattikanti) irid ikollhom rwol attiv fit-twettiq ulterjuri ta' kultura ġudizzjarja Ewropea, u wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Settembru 1991 dwar it-twaqqif ta' Akkademja tal-Liġi Ewropea(1), il-pożizzjoni tiegħu tal-24 ta' Settembru 2002 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjoni li twaqqaf netwerk Ewropew għat-taħriġ ġudizzjarju(2), ir-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2008 dwar ir-rwol tal-imħallef nazzjonali fis-sistema ġudizzjarja Ewropea(3) u r-rakkomandazzjoni tiegħu tas-7 ta' Mejju 2009 lill-Kunsill dwar l-iżvilupp ta' żona ta' ġustizzja kriminali Ewropea(4),

R.   billi l-kriminalità ċibernetika kienet qed tiżdied b'mod sinifikanti fis-snin li għaddew, u wasslet għal sfidi ġudizzjarji aktar kumplessi u tefgħet piż fuq il-kapaċitajiet tal-qrati; billi, abbażi ta' dawn l-iżviluppi, jeħtieġ li jkun eżaminat it-twaqqif ta' Qorti Ewropea għal Kwistjonijiet Ċibernetiċi li tispeċjalizza fi kwistjonijiet marbuta mal-kriminalità ċibernetika,

Lejn AFSJ prevista mit-Trattat ta' Lisbona

1.  Jinnota li l-programm pluriennali ġdid fl-AFSJ aktarx jiġi adottat u implimentat taħt il-qafas legali l-ġdid definit mit-Trattat ta' Lisbona, b'tali mod li diġà jinkorpora l-innovazzjonijiet kollha li hemm fih, skond liema:

   il-koperazzjoni ta' Schengen, li tħaddan fiha l-libertà ta' moviment ta' persuni fl-UE, ikkonfermata bħala l-qalba tal-AFSJ u ż-żona ta' Schengen għandha titkabbar iżjed;
   il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali ta' kull persuna u l-bini ta' Ewropa tad-drittijiet, tal-ġustizzja, tas-solidarjetà u tad-diversità, huma n-nukleu ta' valuri li ma jinqasamx tal-politiki Ewropej;dawn qegħdin fuq nett fl-aġenda Ewropea,, u l-istituzzjonijiet tal-UE jiġu msejħa biex jirrispettaw il-prinċipju tad- drittijiet ugwali għall-persuni kollha;
   il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet se jissaħħaħ bl-użu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, kollu taħt is-superviżjoni ġudizzjarja tal-Qorti tal-Ġustizzja;
   salvagwardji addizzjonali se jiżguraw rispett kbir tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità fl-AFSJ billi jiżguraw li għadd ta' parlamenti nazzjonali jista" jagħti bidu għal "proċedura ta' twissija" kif ukoll billi jikkonferixxi fuq Stat Membru wieħed id-dritt li jagħmel użu minn "brejk ta' emerġenza" meta jqis li abbozz ta' strument legali fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali jista' jaffettwa elementi essenzjali tal-ordni nazzjonali interna tiegħu; l-użu tal-"brejk ta' emerġenza" normalment iwassal għal koperazzjoni msaħħa bejn grupp ewlieni ta' Stati li jixtiequ jintegraw il-politiki tagħhom;

2.  Josserva li l-azzjoni tal-UE ssir aktar kredibbli billi tkun imsejsa fuq qafas legali ġdid jew imsawwar mill-ġdid, inklużi dispożizzjonijiet ġodda dwar il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, inklużi d-drittijiet ta' minoranzi nazzjonali, dispożizzjonijiet ġodda għall-prevenzjoni ta' kull forma ta' inugwaljanza, speċjalment bejn l-irġiel u n-nisa (Artikolu 8 TFUE) jew kull forma ta' diskriminazzjoni (Artikolu 10 TFUE), dispożizzjonijiet li jippromwovu t-trasparenza fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-UE (Artikolu 15 TFUE), dispożizzjonijiet dwar il-prevenzjoni tad-data personali mill-abbużi ta' entitajiet pubbliċi jew privati (Artikolu 16 TFUE), dwar il-protezzjoni konsulari u diplomatika (Artikolu 23 TFUE), dwar politiki komuni fl-oqsma tal-ażil u l-immigrazzjoni (Artikolu 77 et seq. TFUE), dwar it-titjib tal-integrazzjoni ta' ċittadini minn pajjiżi terzi (Artikolu 79(4) TFUE), u dwar it-titjib tal-amministrazzjoni tajba (Artikolu 298 TFUE);

3.  Jenfasizza l-importanza tal-estensjoni mingħajr restrizzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, kemm għat-teħid ta" deċiżjonijiet preliminari dwar kwalunkwe kwistjoni relattiva għall-AFSJ u kemm biex tippermetti lill-Kummissjoni tniedi proċeduri ta' ksur(5);

4.  Jiġbed l-attenzjoni li l-aċċess għall-ġustizzja għaċ-ċittadini u l-impriżi fl-AFSJ kollha tal-Ewropa jsir iktar ikkumplikat u anqas trasparenti bl-eżistenza ta' derogi nazzjonali, u li għaldaqstant, fl-interess tal-ekwità, il-koerenza u s-sempliċità, dawn għandhom ikunu evitati kull meta jkun possibbli;

5.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-introduzzjoni mit-Trattat ta' Lisbona tal-proċedura ta' kodeċiżjoni bħala proċedura leġiżlattiva ordinarja fl-oqsma tal-AFSJ fejn ma kinitx ġiet applikata sal-lum, biex b'hekk ikun żgurat li d-diversi aspetti tal-politika Ewropea tal-ġustizzja u l-intern, u diversi miżuri li jittieħdu skont din il-politika, jaqgħu taħt superviżjoni parlamentari; iqis li l-involviment tal-Parlament Ewropew fir-ratifika tal-ftehimiet internazzjonali mhuwiex ħlief il-kompletament neċessarju għall-kompetenzi li se jingħatawlha fil-livell intern, partikolarment fil-kwistjonijiet koperti mit-tielet pilastru attwali;

6.  Iqis li l-prinċipju ta" solidarjetà bejn l-Istati Membri, u bejn l-Istati Membri u l-Unjoni, jieħu sinifikat partikolari fl-AFSJ u għandu jiġi ttrasformat f'solidarjetà attiva, obbligatorja, b'mod partikolari fil-każ ta" kontroll tal-fruntieri, l-immigrazzjoni, il-protezzjoni ċivili u l-klawsola ta" solidarjetà;

7.  Jenfasizza li l-UE għandha għeruqha mħawla fil-prinċipju tal-libertà; jirrimarka li bħala appoġġ għal dik il-libertà, is-sigurtà għandha tiġi segwita permezz tal-istat tad-dritt u tkun soġġetta għall-obbligi tad-drittijiet fundamentali; jistqarr li l-bilanċ bejn is-sigurtà u l-libertà għandu jiġi kkunsidrat minn din il-perspettiva;

Programm pluriennali aktar koerenti, trasparenti u demokratiku

8.  Iqis li l-Programm ta' Stokkolma għandu b'mod partikolari:

   jindirizza l-problemi tal-migrazzjoni b'solidarjetà;
   jilħaq bilanċ aħjar bejn is-sigurtà taċ-ċittadini (eż. protezzjoni tal-fruntieri esterni, prosekuzzjoni ta' kriminalità transkonfinali) u l-protezzjoni tad-drittijiet individwali tagħhom;
   jipprovdi liċ-ċittadini b'aċċess xieraq għall-ġustizzja; u
   isib tarf tal-problemi prattiċi li ċ-ċittadini jiffaċċjaw fl-Unjoni Ewropea fi kwistjonijiet suġġetti għal ordinamenti ġuridiċi differenti;

9.  Iqis li, fl-implimentazzjoni ta' dan il-programm, objettiv ta' prijorità għandu jkun li jassigura, fi spirtu ta' koperazzjoni leali, li ċ-ċittadini jibbenefikaw minn protezzjoni indaqs tad-drittijiet fundamentali tagħhom kull fejn dawn ikunu, kemm jekk jiffaċċjaw il-poter pubbliku eżerċitat mill-Unjoni, inkluż mill-aġenziji u l-entitajiet oħra kif ukoll mill-Istati Membri, u li ħadd ma għandu jsofri żvantaġġi fl-eżerċitar tal-libertajiet fundamentali tiegħu mogħtija liċ-ċittadini tal-Unjoni skont it-tradizzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt komuni għall-Istati Membri;

Koperazzjoni interparlamentari

10.  Jirrimarka li fil-qafas legali u istituzzjonali ġdid maħluq mit-Trattat ta' Lisbona aktar azzjoni fl-AFSJ tista" tiġi żviluppata biss billi l-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali u s-soċjetà ċivili jiġu assoċjati b'mod xieraq, bil-ħsieb li jinbena dibattitu miftuħ u kontinwu;

11.  Jitlob għal proċess ta" leġiżlazzjoni aktar trasparenti fil-livell tal-UE u fil-livell nazzjonali, u jilqa' b'sodisfazzjon l-użu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, li se jippermetti l-usa' applikazzjoni tad-dritt tal-aċċess għal dokumenti u informazzjoni fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet, speċjalment f'każijiet fejn proposta tista' taffettwa d-drittijiet tal-individwu u taċ-ċittadin, irrispettivament jekk l-inizjattiva tiġix sottomessa mill-Kummissjoni jew minn grupp ta' Stati Membri;

12.  Iħabbar – fl-interess tal-illeġiżlar trasparenti f'livell internazzjonali fejn il-Kummissjoni ggwadanjat kompetenza Komunitarja filwaqt li l-Parlament tħalla biss bid-dritt tal-kunsens, kif jidher b'mod partikulari mill-iżviluppi b'rabta mal-Konferenza tal-Aja dwar il-Liġi Internazzjonali Privata – li impenja ruħu li jsegwi mill-qrib l-iżviluppi fil-Konferenza tal-Aja dwar il-Liġi Internazzjonali Privata; jimpenja ruħu li jappoġġja l-ħolqien ta' Forum Parlamentari, miftuħ għal Membri tal-PE u għal membri tal-parlamenti nazzjonali li jkunu interessati, bil-għan li jipprovdi mezz sabiex id-deputati jkunu mgħarrfa dwar l-iżviluppi fil-Konferenza u dwar il-ħidmiet u l-kisbiet tagħha u li jippermetti li jsir dibattitu f'forum pubbliku dwar id-diversi kwistjonijiet;

13.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien permezz tat-Trattat ta' Lisbona ta' qafas għall-evalwazzjoni tal-politiki AFSJ u jitlob li titwaqqaf sistema ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni konkreta, speċjalment fil-qasam tal-ġustizzja, li tiffoka fuq il-kwalità, l-effiċjenza u l-ekwità tal-istrumenti legali eżistenti, tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja u tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, li tinvolvi mill-qrib il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali; għalhekk:

   · jinnota li attwalment hemm bosta sistemi ta' evalwazzjoni fl-AFSJ u li dawn jeħtieġ jiġu kkonsolidati f'qafas wieħed u koerenti, li jkopri l-aspetti kollha mill-evalwazzjonijiet ex-ante sal-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni,
   · iqis li l-evalwazzjonijiet imwettqa minn entitajiet differenti tal-UE għandhom ikunu kkoordinati aħjar,
   · jitlob għall-ħolqien ta' sistema ta' evalwazzjoni ġenerali li tagħti lill-Parlament u lill-parlamenti nazzjonali aċċess għall-informazzjoni relatata mal-politiki (Artikolu 70 TFUE) u l-attivitajiet tal-kumitat għas-sigurtà interna (Artikolu 71 TFUE) kif ukoll tal-EUROPOL (Artikolu 88 TFUE) u tal-Eurojust (Artikolu 85 TFUE), flimkien mal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (Frontex), l-Uffiċju Ewropew għas-Sostenn tal-Ażil (EASO) u s-sistema ta' Schengen; iqis li f'dan il-qafas, il-Parlament għandu jingħata d-dritt li jressaq opinjoni vinkolanti dwar il-ħatra tad-Diretturi tal-Aġenziji (ladarba l-Parlament huwa wkoll l-Awtorità tal-Baġit);
   · iqis ukoll li, sabiex tkun ikkuntestwalizzata l-koperazzjoni tal-Parlament mal-parlamenti nazzjonali fil-qafas tal-AFSJ, ta' min joħloq forum permanenti ta' rappreżentanti fuq livell politiku (tnejn minn kull Kamra + żewġ sostituti) li jiltaqa' darbtejn fis-sena u jaqsam spazju ta' xogħol komuni fejn l-informazzjoni kollha li tittratta l-AFSJ, anke dik ta' natura ristretta, tista' tkun ikkomunikata b'mod immedjat); iqis ukoll li r-rappreżentanti tal-Parlamenti nazzjonali għandhom jitħallew jattendu l-proċedimenti tal-Parlament fil-livell ta' kumitat kif ukoll id-dibattitu annwali tal-Parlament dwar il-progress tal-AFSJ;

14.  Iqis li għandha tingħata prijorità lit-tnaqqis tad-distakk wiesa' bejn ir-regoli u l-politiki approvati fil-livell Ewropew u l-implimentazzjoni tagħhom fil-livell nazzjonali;

15.  Jitlob li evalwazzjoni perjodika tar-riżultati miksuba fi ħdan il-programm pluriennali tkun is-suġġett ta' dibattitu annwali fil-Parlament Ewropew, li għandu jinvolvi s-soċjetà ċivili u jiffoka fuq il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE u li għandu jkun ibbażat fuq rapporti mill-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) kif ukoll fuq evalwazzjonijiet u studji minn esperti indipendenti, input mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament;

Ewropa tad-drittijiet

16.  Iqis li l-protezzjoni effettiva u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali jiffurmaw il-bażi tad-demokrazija fl-Ewropa u huma prerekwiżiti għall-konsolidazzjoni tal-AFSJ; għalhekk jemmen bis-sħiħ li l-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ir-responsabilità li jipproponu b'mod attiv miżuri li jippromwovu d-drittijiet fundamentali;

17.  Ifakkar ukoll li l-Unjoni qed taderixxi għall-ECHR, u li, konsegwentement, in-negozjati bil-ħsieb ta' adeżjoni tal-Unjoni mal-ECHR għandhom jibdew immedjatament;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa aktar il-ftehima interistituzzjonali fid-dawl tat-Trattat ta' Lisbona u l-konsegwenzi tar-rabta bejn l-ECHR, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-istituzzjonijiet tal-UE;

19.  Jitlob proposta ċara u komprensiva dwar id-drittijiet li għandhom ikunu żgurati lill-konvenuti sabiex ikun aċċertat li huma jkollhom ġuri ġust, u jirrifjuta l-approċċ inkrimentali li qed jiġi adottat bħalissa;

20.  Ifakkar li, mat-Trattat ta' Lisbona, il-Karta se ssir vinkolanti b'parità mat-Trattati u kompletament applikabbli għall-miżuri kollha meħuda fil-qasam tal-AFSJ, u li l-konformità se tiġi kkontrollata mill-Qorti tal-Ġustizzja; jiddeplora, madankollu, l-introduzzjoni tal-protokoll li jillimita l-effett tal-Karta fuq il-liġi domestika ta' żewġ Stati Membri u jtenni t-tħassib tiegħu dwar l-inugwaljanza li dan jista' jipproduċi fost in-nies;

21.  Jitlob li jkun hemm reviżjoni bir-reqqa u imparzjali tan-neċessità, il-proporzjonalità u l-effettività tal-miżuri eżistenti fil-qasam tal-libertà u l-ġustizzja, inkluż l-impatt tagħhom fuq il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-valuri u l-prinċipji tal-UE u tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini; jitlob għal evalwazzjoni tal-impatt fir-rigward tad-drittijiet fundamentali u l-valuri tal-UE għal kull politika, programm u proposta leġiżlattiva ġdida, u li din l-evalwazzjoni għandha tiddikjara b'mod ċar liema drittijiet fundamentali jistgħu jiġu effettwati u liema miżuri huma maħsuba biex jissalvagwardjawhom skont il-prinċipji ta' proporzjonalità u neċessità; iqis li l-FRAgħandha tiġi kkonsultata matul iċ-ċiklu politiku tal-proposti leġiżlattivi li għandhom implikazzjonijiet għad-dritttijiet fundamentali u tal-bniedem; u jitlob lill-Kummissjoni biex toħroġ risposta formali għal kull wieħed mir-rapporti tal-FRA, li tkun tinkludi lista ta' azzjonijiet proposti li jindirizzaw il-kwistjonijiet imqajma mill-FRA;

22.  Jitlob li l-promozzjoni tal-valuri tal-UE, li jinkludu r-razzjonalizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, titnaqqax b'mod permanenti bħala għan fundamentali tal-ftehimiet tal-UE ma' pajjiżi terzi, u tad-dimensjoni esterna kollha tal-AFSJ, b'mod speċjali fid-dawl tal-għodod il-ġodda pprovduti għal dan il-għan mit-Trattat ta' Liżbona; jirrikonoxxi l-importanza ta' politika interna xierqa u konsistenti dwar id-drittijiet tal-bniedem, sabiex tinkiseb u tinżamm il-kredibilità esterna meħtieġa;

23.  Iqis il-piena kapitali bħala kastig krudil, inuman u degradanti, u jħeġġeġ lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha sabiex jaħdmu kemm jifilħu għall-abolizzjoni tagħha fil-pajjiżi kollha tad-dinja;

24.  Jitlob li d-dimensjoni esterna tal-politiki tal-AFSJ tirrispetta, tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u jħeġġeġ biex il-koperazzjoni internazzjonali tkun ibbażata fuq dawn il-valuri, biex it-tortura ma tkunx ittollerata, biex il-konsenji straordinarji jiġu definittivament abbandunati u biex issir inkjesta xierqa dwar dawn il-prattiki sabiex jiġi żgurat li ma jkomplux isiru fil-ġejjieni;

Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-promozzjoni tal-integrazzjoni

25.  Jitlob li tittieħed azzjoni bis-sħiħ biex iċ-ċittadini u r-residenti tal-UE jiġu infurmati dwar id-drittijiet fundamentali tagħhom, inklużi kampanji ta' qawmien ta' kuxjenza maħsuba għall-pubbliku ġenerali kif ukoll għal gruppi vulnerabbli, inizjattivi edukattivi mhux formali u l-integrazzjoni tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni u tal-ugwaljanza fil-kurrikuli tal-edukazzjoni formali, kif ukoll sabiex l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri attivi fl-AFSJ isiru aktar konxji mill-importanza kruċjali tad-drittijiet fundamentali, u biex jiġu identifikati modi ta' kif jinstab rimedju, fil-livell nazzjonali jew dak Ewropew, f'każijiet fejn dawn id-drittijiet jiġu miksura;

26.  Jisħaq li l-intolleranza li kulma jmur qiegħda tikber fl-UE jeħtieġ li tiġi ttrattata mhux biss bl-implimentazzjoni sħiħa tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28. Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali(6), imma wkoll b'aktar leġiżlazzjoni f'livell Ewropew dwar ir-reati tal-mibegħda;

27.   iqis li d-diversità ssaħħaħ l-Unjoni u li l-Unjoni għandha tkun ambjent sikur fejn id-differenzi u s-sensittivitajiet nazzjonali huma rispettati u fejn l-aktar vulnerabbli, bħar-Roma, ikunu protetti; għalhekk jinsisti li prijorità tal-Programm ta' Stokkolma għandha tkun li żżid attivament il-livell ta' kuxjenza dwar leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn is-sessi kif ukoll il-ġlieda kontra l-faqar, id-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' sess, orjentazzjoni sesswali, età, diżabilità, affiljazzjoni reliġjuża jew twemmin reliġjuż kulur, dixxendenza, nazzjonalità jew oriġini etnika, razziżmu, anti-Semitiżmu, ksenofobija u omofobija kif ukoll il-protezzjoni tat-tfal u l-minoranzi; iqis li l-użu sħiħ tal-istrumenti eżistenti u l-miżuri li jindirizzaw il-vjolenza kontra n-nisa għandhom isiru b'determinazzjoni u jiġu applikati; jistieden għalhekk, lill-Presidenza Spanjola u l-Presidenzi li jsegwu biex iwettqu progress matul il-mandat tagħhhom, f'dak li għandu x'jaqsam mal-ordni Ewropea ta' protezzjoni sabiex jiġi żgurat li l-vittmi ta' dawn il-krimini jgawdu l-istess livell ta' protezzjoni fl-Istati Membri kollha;

28.  Ifakkar li, mill-perspettiva ta' ċittadin ordinarju, waħda mill-akbar theddidiet għas-sigurtà interna hija l-esklużjoni soċjali; jirrimarka li l-qgħad u problemi oħra finanzjarji, bħalma hu d-dejn eżaġerat, aggravat minħabba l-kriżi finanzjarja globali, iżidu r-riskju ta' esklużjoni u li l-minoranzi etniċi huma estensivament vulnerabbli, għax huma wkoll jiffaċċjaw ir-riskju li jispiċċaw vittmi ta' diskriminazzjoni u ta' krimini b'motivazzjoni razzista;

29.  Jitlob għall-ġbir u l-kumpilazzjoni mill-FRA ta' statistika affidabbli u komparabbli dwar ir-raġunijiet kollha għad-diskriminazzjoni, inkluża d-diskriminazzjoni kontra minoranzi nazzjonali, u għat-trattament ugwali ta' dawn ir-raġunijiet differenti, inkluża d-dejta komparativa dwar il-vjolenza kontra n-nisa fl-UE, u l-pubblikazzjoni tagħha f'forma li tista" tinftiehem malajr, u jaqbel mal-idea tat-Tliet Presidenzi tal-Kunsill (Spanjola, Belġjana u Ungeriża) li għandha ssir reviżjoni possibbli tal-mandat tal-FRA kemm jista' jkun malajr u li din ir-reviżjoni toffri opportunità biex tikber il-kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa u l-ambitu għall-kunsiderazzjoni tal-estensjoni possibbli tal-mandat tal-FRA, li attwalment jirrikjedih li jeżamina s-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea;

30.  Jerġa' jafferma li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jgħaqqdu l-isforzi tagħhom biex ir-Roma jiġu integrati bis-sħiħ fis-soċjetà billi jmexxu 'l quddiem l-integrazzjoni tagħhom fis-sistema skolastika u fis-suq tax-xogħol u billi jiġġieldu l-vjolenza li tista' ssir fuqhom;

31.  Jenfasizza li filwaqt li l-liġi u min ifassal il-politiki fl-UE adottaw ġabra estensiva ta' liġijiet għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni multipla li jġarrbu n-nisa li jappartjenu għal xi minoranza, speċjalment in-nisa Roma, jidher li ma sar ebda progress sinifikanti; għalhekk jistieden lill-Istati Membri sabiex jirrevedu l-implimentazzjoni tal-politiki kollha marbuta mal-fenomenu tad-diskriminazzjoni multipla;

32.  Iqis li huwa essenzjali li l-UE tippreżenta direttiva u pjan ta' azzjoni Ewropew dwar il-vjolenza kontra n-nisa, bil-għan li jiżguraw il-prevenzjoni tal-vjolenza, il-protezzjoni tal-vittmi u l-prosekuzzjoni ta' min iwettaq il-vjolenza; iqis li jeħtieġ li l-UE tistabbilixxi mekkaniżmi sabiex ikun żgurat li l-politiki kollha mfassla biex jevitaw u jikkumbattu t-traffikar tal-persuni jinkorporaw id-dimensjoni tal-ġeneru u l-analiżi ta" dan it-traffikar;

Drittijiet akbtar b'saħħithom marbuta maċ-ċittadinanza fl-Unjoni

33.  Jirrimarka li, bl-introduzzjoni tal-'inizjattiva taċ-ċittadini' fit-Trattat ta' Lisbona, iċ-ċittadini se jkollhom rwol dirett fl-eżerċitar tal-poter sovran tal-Unjoni billi jkunu, għall-ewwel darba, direttament involuti fit-tnedija ta' proposti leġiżlattivi Ewropej; jitlob bil-qawwa li dan l-istrument ġdid jiġi implimentat b'mod li verament jinkoraġġixxi lin-nies jużawh u jistieden lill-Kummissjoni biex tqis kif jixraq l-inizjattivi kollha li jissodisfaw il-kriterji legali;

34.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-dispożizzjoni fit-Trattat ta' Lisbona għal inizjattiva taċ-ċittadini u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tqis kif jixraq ir-rwol tal-Parlament u d-dritt eżistenti ta' petizzjoni meta tippreżenta proposta għall-modalitajiet prattiċi għall-implimentazzjoni tagħha;

35.  Għandu l-intenzjoni jagħti bidu għal proposta ġdida għal riforma fondamentali tal-liġi li tirregola l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew; itenni l-pożizzjoni tiegħu li, sabiex jinkoraġġixxi liċ-ċittadini Ewropej jieħdu sehem fl-elezzjonijiet Ewropej fil-post tar-residenza tagħhom li mhumiex ċittadini tiegħu, il-Kunsill, taħt arranġamenti li għandu jistabbilixxi, għandu jaġixxi biex jiffaċilita d-dritt tal-vot u d-dritt li joħroġ bħala kandidat;

36.  Jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw bis-sħiħ id-drittijiet marbuta maċ-ċittadinanza fl-Unjoni, sabiex iċ-ċittadini tal-Unjoni jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta" moviment liberu flimkien mal-membri tal-familja tagħhom, u b'hekk ikunu jistgħu jivvjaġġaw, jaħdmu, jistudjaw, jirtiraw, jipparteċipaw fil-ħajja politika u demokratika kif ukoll ikollhom ħajja familjari mingħajr restrizzjoni f'kull parti tal-Unjoni, filwaqt li jiġu żgurat li jżommu d-dritt għall-benefiċċji soċjali kollha irrispettivament ta' fejn jgħixu; iqis li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċittadini tal-UE ikunu jistgħu faċilment jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jivvutaw fl-elezzjonijiet muniċipali;

37.  Jistieden lill-Istati Membri, mingħajr ħsara għal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar il-liġi tal-familja, sabiex jassiguraw il-libertà tal-moviment liċ-ċittadini tal-UE u l-familji tagħhom, inkluż ir-reġistrazzjoni ta' sħubijiet u ta" żwiġijiet, skont l-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta" l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta" l-Istati Membri(7), filwaqt li jevitaw kull tip ta" diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi inkluż l-orjentazzjoni sesswali;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jesploraw modi li bihom jista' jiġi ffaċilitat il-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE billi jgħinu lill-ċittadini tal-UE li jagħżlu li jagħmlu użu minn dan id-dritt biex jintegraw u jipparteċipaw fil-pajjiż ospitanti li jagħżlu li jemigraw lejh fl-eżerċizzju tad-dritt tagħhom għal-libertà tal-moviment fi ħdan l-Unjoni Ewropea;

39.  Iqis li l-eżerċizzju ta' dawn il-libertajiet għandu jkun iggarantit lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, u li ċ-ċittadini tal-UE għandhom ikunu kapaċi jeżerċitaw bis-sħiħ id-drittijiet speċifiċi tagħhom, anke barra l-Unjoni; għalhekk jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tal-koordinazzjoni u tal-koperazzjoni tal-protezzjoni konsulari;

40.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw b'mod ġust u konsistenti l-obbligu tagħhom li jiżguraw protezzjoni konsulari u diplomatika għaċ-ċittadini tal-Unjoni permezz tal-implimentazzjoni ta' ftehim dwar l-ammont minimu ta' assistenza konsulari offruta liċ-ċittadini tal-UE barra t-territorju tal-Unjoni;

41.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jagħtu prijorità lit-titjib tat-trasparenza u l-aċċess għal dokumenti, għaliex dawn huma essenzjali sabiex tintlaħaq UE orjentata lejn iċ-ċittadini;

42.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-referenza li saret fil-Programm ta' Stokkolma għall-parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika tal-Unjoni Ewropea; iħeġġeġ lill-Kunsill biex fil-Programm ta' Stokkolma jinkludi taqsima speċifika dwar il-miżuri xierqa meħtieġa sabiex jagħtu s-setgħa lin-nisa biex jipparteċipaw fil-kampanji elettorali u fil-ħajja politika b'mod ġenerali, bl-għan li jitnaqqas id-defiċit demokratiku li għadu jeżisti minħabba l-preżenza limitata tan-nisa fl-elezzjonijiet muniċipali, nazzjonali u Ewropej;

Il-migrazzjoni

43.  Iqis li kwalunkwe approċċ komprensiv lejn l-immigrazzjoni għandu qabel xejn iqis il-mottivi ('push factors)' li jwasslu lin-nies biex iħallu pajjiżhom, u li dan jeħtieġ pjanijiet ċari għall-iżvilupp u l-investiment fil-pajjiżi tal-oriġini u ta' tranżitu, b'mod partikulari permezz tat-tħaffif tat-trasferimenti ta' flus mill-migranti lejn il-pajjiżi tal-oriġini tagħhom jew permezz tad-dħul fis-seħħ ta' politiki kummerċjali u agrikoli li jmexxu 'l quddiem l-opportunitajiet ekonomiċi, kif ukoll permezz tal-iżvilupp tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali;

44.  Jenfasizza l-ħtieġa tal-iżvilupp kontinwu ta' fondi adegwati u ta' Programmi Reġjonali ta' Protezzjoni, li jikkoperaw mill-qrib mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (il-UNHCR) u l-pajjiżi terzi involuti;

45.  Iħeġġeġ biex il-politiki Komunitarji dwar l-integrazzjoni, l-immigrazzjoni u l-asil ikunu mibnija fuq ir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u fuq ECHR, sabiex ikunu żgurati l-protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-bniedem għal ċittadini ta' pajjiżi terzi u r-rispett sħiħ tal-prinċipju tan-non-refoulement; jirrimarka li l-politiki dwar l-imigrazzjoni u l-asil għandhom jindirizzaw ukoll il-ħtiġijiet tal-iżjed gruppi vulnerabbli, bħar-refuġjati u dawk li qed ifittxu l-asil, u b'mod partikulari tat-tfal u tat-tfal li ma jkunux akkumpanjati; jitlob li jiġi stabbilit qafas legali konsistenti u komprensiv li jħaffef il-migrazzjoni legali;

46.  Iħeġġeġ it-tfassil ta' politika dwar l-immigrazzjoni iżjed b'saħħitha li tkun konnessa mill-qrib ma' politiki Komunitarji oħrajn, b'mod speċjali mal-politika dwar l-impjiegi, sabiex tagħmel l-immigrazzjoni legali alternattiva għall-immigrazzjoni illegali u biex tkabbar kemm jista' jkun l-effett pożittiv kemm għall-Istati Membri u kemm għall-benessri tal-immigranti nfushom;

47.  Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi kkonsolidat l-approċċ globali tal-UE lejn il-migrazzjoni b'tali mod li joffri l-possibilità ta' modi ġodda ta' involviment fi djalogu u koperazzjoni politika ma' pajjiżi terzi, sabiex jittejbu l-flussi migratorji, jiġu evitati traġedji umanitarji;

48.  Jenfasizza l-ħtieġa li tinkiseb kompatibilità qawwija bejn il-politiki dwar l-immigrazzjoni u l-politiki għall-iżvilupp, u biex isaħħaħ id-djalogu mal-pajjżi tal-oriġini u mal-pajjiżi ta' tranżitu, bil-ħsieb li tiġi evitata l-problema tal-migrazzjoni illegali; f'dan ir-rigward jisħaq li t-teħid ta' azzjoni konġunta effettiva kontra l-migrazzjoni illegali għandha tpoġġi lill-Istati Membri f'qagħda aħjar biex ifasslu dispożizzjonijiet dwar il-migrazzjoni legali;

L-ażil

49.  Jitlob li jsir żvilupp ulterjuri fis-Sistema Komuni Ewropea dwar l-Ażil sabiex titwaqqaf "Ewropa tal-Ażil" kif inhu previst fil-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil; iqis li proċedura komuni għandha tiżgura konsistenza ikbar u kwalità aħjar fid-deċiżjonijiet dwar l-ażil meħuda mill-Istati Membri, sabiex tingħalaq il-lakuna tal-protezzjoni fl-Ewropa;

50.  Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex iħarsu d-definizzjoni legali ta' refuġjat kif imnaqqxa fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-istatus tar-Refuġjati;

51.  Iqis li, filwaqt li s-solidarjetà għandha tibqa' fil-qalba ta' politika komuni għall-immigrazzjoni u l-ażil, din għandha tinkludi wkoll is-solidarjetà bejn l-Istati Membri li jkunu konformi mal-obbligi internazzjonali rigward il-protezzjoni tar-refuġjati u ta' dawk li jfittxu l-ażil, u għalhekk għandha tiżgura li l-ebda Stat Membru ma jonqos milli jagħmel dan;

52.  Ifakkar li l-ażil hu dritt li għandu jkun garantit lill-persuni kollha li jaħarbu mill-konflitti u l-vjolenza; jikkundanna r-refoulement u t-tkeċċijiet kollettivi lejn pajjiżi fejn id-drittijiet tal-bniedem mhumiex rispettati jew pajjiżi li ma ffirmawx il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-istatus tar-Refuġjati;

53.  Iħeġġeġ in-negozjati fuq proposti leġiżlattivi pendenti u futuri dwar strumenti Ewropej tal-ażil biex jinkiseb titjib fl-istandards u biex jiġu ttrattati l-lakuni li hemm fil-qafas legali eżistenti;

54.  Jitlob, apparti dan, li jkun hemm solidarjetà bejn l-Istati Membri fuq naħa, u dawk li qed ifittxu l-ażil u refuġjati oħrajn fuq l-oħra;

55.  Jistieden lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom b'mod attiv u juru l-impenn sħiħ tagħhom favur mekkaniżmi ta' solidarjetà bħall-proġett pilota għar-riallokazzjoni interna tal-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali maħsuba mill-Kummissjoni, kif ukoll favur inizjattivi oħra li jwasslu għat-twaqqif ta' solidarjetà fit-tul bejn l-Istati Membri u l-promozzjoni ta' programmi ta' protezzjoni reġjonali; huwa tal-opinjoni, f'dan is-sens, li għandha tiġi adottata sistema trasparenti ta' evalwazzjoni tal-kapaċitajiet relattivi tal-lqugħ tal-Istati Membri u f'dan ir-rigward ir-rwol tal-EASO għandu jkun kjarifikat iżjed; abbażi ta' dan, jitlob għal dibattitu miftuħ dwar għażliet varji disponibbli bil-għan li jiġu stabbiliti mekkaniżmi tassattivi li jipprovdu solidarjetà effettiva, b'mod partikolari permezz ta' riallokazzjoni interna;

56.  F'dan ir-rigward jitlob għall-formalizzazzjoni f'waqtha tal-prinċipju tas-solidarjetà u tal-qsim ġust tar-responsabilità kif previst fl-Artikolu 80 tat-Trattat TFEU, li għandha tinvolvi sistema ta' "solidarjetà obbligatorja u irrevokabbli" flimkien ma' aktar koperazzjoni ma' pajjiżi terzi u pajjiżi ġirien, biex tgħin fl-iżvilupp tas-sistemi tagħhom ta' protezzjoni u ażil b'mod li jiġu rispettatti d-drittijiet tal-bniedem u n-normi internazzjonali dwar il-protezzjoni, tiffissa aspettattivi realistiċi u li ma jxekkilx jew jipprova jissostitwixxi l-aċċess għall-protezzjoni fl-UE;

57.  Jemmen li approċċ ta' sħubija mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat li jkollhom rwol attiv fl-immaniġġjar tal-flussi migratorji, biex tiġi mwaqqfa l-immigrazzjoni illegali billi l-migranti potenzjali jiġu infurmati dwar ir-riskji involuti u biex jitwaqqfu kampanji ta' informazzjoni effettivi dwar il-possibilitajiet tad-dħul u/jew xogħol legali fl-Istati Membri tal-UE;

58.  Jenfasizza li l-ftehimiet kollha ma' pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu, bħat-Turkija u l-Libja, għandhom jinkludu kapitoli dwar il-koperazzjoni relatata mal-immigrazzjoni; iqisu l-qagħda tal-Istati Membri l-aktar esposti għall-flussi migratorji u jagħmlu enfasi fuq il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni rregolari u t-traffikar tal-bnedmin billi jiffaċilitaw il-ħidma ta' FRONTEX;

59.  Jitlob li jkun hemm aktar koperazzjoni għat-tisħiħ ta' miżuri biex jiżguraw ritorn effettiv u rapidu ta' migranti residenti illegalment li m'humiex fil-bżonn ta' protezzjoni, filwaqt li tingħata prijorità lir-ritorn volontarju;

60.  Jitlob għall-adozzjoni ta' miżuri li jindirizzaw l-ostakoli għall-eżerċizzju tad-dritt ta' riunifikazzjoni tal-familja ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti illegalment fl-Istati Membri;

61.  Jenfasizza l-importanza li l-migranti jingħataw aċċess għall-ġustizzja, għall-akkomodazzjoni, għall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa bi qbil ma', inter alia, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti kollha u tal-membri tal-familji tagħhom;

62.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposti prattiċi għal azzjoni effettiva kontra l-abbuż tal-proċeduri tal-asil;

63.  Jinnota li migrazzjoni ċirkolari għandha tiġi promossa, iżda jfakkar li dan l-approċċ ma għandux iwassal għal dumping tal-pagi u dumping soċjali u ma għandux jinjora l-bżonn ta' miżuri ta' integrazzjoni;

Il-fruntieri u l-viżi

64.  Jitlob għall-adozzjoni ta' pjan komprensiv li jistabbilixxi l-għanijiet ġenerali u l-istruttura tal-istrateġija integrata għall-ġestjoni tal-fruntieri, biex ġenwinament tiġi implimentata politika komuni dwar l-ażil, l-immigrazzjoni u l-kontroll tal-fruntieri esterni, skont l-Artikolu 67(2) tat-TFEU;

65.  Jitlob għal approċċ strateġiku fil-qasam tal-politika tal-għoti tal-viżi sabiex tinżamm il-koerenza tal-azzjonijiet, tar-regolamenti interni u tal-impenji esterni, inkluża s-salvagwarda tat-trattament ugwali tal-Istati Membri minn pajjiżi terzi;

66.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tasal għall-konklużjonijiet xierqa mill-implimentazzjoni tal-ftehimiet dwar il-viżi u r-riammissjoni kif ukoll mill-ftehimiet bilaterali diġà fis-seħħ dwar it-traffiku fil-fruntieri lokali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġirien tal-Lvant tagħha fil-kuntest tal-proċess tal-liberalizzazzjoni tal-viża fil-Balkani tal-Punent, biex tinħoloq ġabra ta' kriterji ta' referenza fuq il-bażi ta' kull każ individwali sabiex ikunu evalwati u mtejba l-ftehimiet eżistenti dwar il-faċilitazzjoni tal-viża u sabiex naħdmu għall-ivvjaġġar mingħajr viża bil-għan li jiżdiedu l-kuntatti bejn il-persuni;

67.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni li, biex twettaq b'mod aktar effettiv il-prinċipju ta' reċiproċità ma' pajjiżi terzi u b'hekk tiżgura trattament ugwali għaċ-ċittadini kollha tal-UE f'dan ir-rigward, toħloq mill-ġdid l-istrateġija tagħha billi tuża l-għodod kollha għad-dispożizzjoni tagħha, bħas-sanzjonijiet, u li torbot din il-kwistjoni man-negozjati tagħha mal-pajjiżi terzi kkonċernati;

68.  Jikkunsidra li l-FRONTEX, bħala strument essenzjali fl-istrateġija globali tal-Unjoni dwar l-immigrazzjoni, għandha tirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet tal-bniedem tal-migranti; jitlob li jkun hemm aktar skrutinju Parlamentari tal-attivitajiet tagħha u jappoġġja r-reviżjoni tal-mandat tagħha – inkluż qafas ċar għall-operazzjonijiet ta' ritorn li jilħqu l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u t-twaqqif ta' uffiċċji reġjonali u speċjalizzati - sabiex jissaħħaħ ir-rwol tagħha;

69.  Ifakkar fil-ħtieġa assoluta li l-FRONTEX ikun jista' jistrieħ fuq id-disponibilità tar-riżorsi li tpoġġew għad-dispożizzjoni tiegħu mill-Istati Membri, kemm għall-koordinazzjoni tiegħu tal-operazzjonijiet konġunti individwali kif ukoll għall-missjonijiet permanenti tiegħu;

70.  Jistieden lill-Istati Membri kollha kkonċernati biex isolvu problemi prattiċi u/jew legali li jistgħu jinqalgħu fir-rigward tal-użu tar-riżorsi tal-Istati Membri rispettivi involuti f'operazzjonijiet konġunti;

71.  Ifakkar fil-ħtieġa assoluta li s-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen II (SIS II) u s-Sistema ta' Informazzjoni tal-Viża (VIS) ikunu jistgħu jibdew l-operazzjonijiet tagħhom kemm jista' jkun malajr; iqis li s-SIS II għandha ġġib titjib kunsiderevoli u funzjonalitajiet ġodda, bħall-introduzzjoni tad-data biometrika u l-interkonnessjoni tal-allarmi, u li dan it-titjib għandu jagħti kontribut għal kontroll aħjar fuq il-fruntieri esterni u jsaħħaħ is-sigurtà;

72.  Jinsisti li strumenti ġodda tal-ġestjoni tal-fruntieri jew sistemi ta' ħżin ta' data fuq skala kbira m'għandhomx jiġu mnedija sakemm l-għodda eżistenti jkunu kompletament operattivi, sikuri u affidabbli, u jitlob għal evalwazzjoni bir-reqqa tan-neċessità u l-proporzjonalità ta' strumenti ġodda relatati ma' kwistjonijiet bħad-dħul/il-ħruġ, il-programm ta' vjaġġatur irreġistrat, il-Rekord tal-Isem tal-Passiġġier (PNR) u s-sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel għall-ivvjaġġar;

Il-protezzjoni tat-tfal

73.  Jisħaq fuq l-importanza tat-Trattat ta' Lisbona, li jagħti saħħa vinkolanti lill-Karta, li l-Artikolu 24 tagħha jirregola b'mod speċifiku d-drittijiet tat-tfal u jistipula, inter alia, li "[fi] l-azzjonijiet kollha marbuta mat-tfal, kemm jekk meħuda minn awtoritajiet pubbliċi jew minn istituzzjonijiet privati, l-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikun kunsiderazzjoni ewlenija';

74.  Iqis li huwa essenzjali li l-miżuri kollha tal-UE f'dan il-qasam jirrispettaw u jippromwovu d-drittijiet tat-tfal kif stipulat fil-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u rikonoxxuti fil-Karta, u jitlob għal azzjoni mtejba min-naħa tal-UE dwar il-protezzjoni tat-tfal fl-AFSJ kollha;

75.  Jistieden lill-Istati Membri biex jirrispettaw u jimplimentaw id-drittijiet tat-tfal kif inhuma mnaqqxa fil-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal;

76.  Iħeġġeġ lill-UE biex tittratta b'mod iżjed qawwi kwalunkwe abbuż li jsir fuq it-tfal, bħall-vjolenza, id-diskriminazzjoni, l-esklużjoni soċjali u r-razziżmu, il-prostituzzjoni u t-traffikar, u biex tistimula sforz ikkoordinat biex tipproteġihom u tiddefendi d-drittijiet tagħhom, billi tuża l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal bħala gwida għall-azzjoni tal-UE u billi tużaha bħala bażi biex temenda l-leġiżlazzjoni eżistenti;

77.  Iqis li hemm l-urġenza li tiġi ttrattata l-kwistjoni tal-protezzjoni ta' tfal mhux akkumpanjati jew separati, fid-dawl tar-riskji partikolari li huma esposti għalihom;

78.  Jenfasizza l-importanza li jitqiesu d-drittijiet tat-tfal u li tingħata attenzjoni speċjali lit-tfal f'sitwazzjonijiet partikolarment vulnerabbli fil-kuntest tal-politika tal-immigrazzjoni; iqis li trid tiġi żviluppata strateġija Ewropea ambizzjuża f'dan il-qasam;

79.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-politiki tal-UE dwar l-ażil, il-migrazzjoni u t-traffikar f'dan il-qasam jittrattaw lit-tfal migranti l-ewwel u qabel kollox bħala tfal, biex jiġi żgurat li dawn jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom bħala tfal mingħajrdiskriminazzjoni speċjalment id-dritt tal-għaqda mill-ġdid tal-familja; għalhekk jinsisti li kwalunkwe pjan ta' azzjoni tal-UE dwar minuri b'oriġini ta' pajjiż terz li ma jkunux akkumpanjati jrid jiżgura li:

   (a) it-tfal kollha mhux akkumpanjati jirċievu protezzjoni u assistenza speċjali waqt li jkunu fl-UE;
   (b) l-UE tidentifka azzjonijiet li jappoġġjaw lill-Istati Membri fis-sejbien ta' soluzzjoni sikura, konkreta u dejjiema għal kull tifel/tifla, fl-aħjar interessi tagħhom;
   (c) fejn ir-ritorn lejn pajjiż terz ikun fl-aħjar interess tat-tifel/tifla, jiġi stabbilit proċess xieraq ta' ritorn u reintegrazzjoni b'koperazzjoni mal-pajjiż ta' ritorn; u
   (d) l-UE tikkopera ma' pajjiżi terzi biex tevita li sseħħ migrazzjoni mhux sikura u li tipprovdi opportunitajiet lit-tfal fil-pajjiżi kkonċernati;

80.  Jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lill-minorenni, kemm jekk akkumpanjati jew le, sabiex ikun żgurat li dawn ma jinżammu fl-ebda forma ta' detenzjoni;

81.  Jirrimarka li t-tfal li joriġinaw minn pajjiżi terzi jistgħu jsibu ruħhom partikolarment vulnerabbli għal sitwazzjonijiet abbużivi ta' xogħol, speċjalment f'pajjiżi fejn dawn ma jiġux provduti b'mezzi adegwati ta' assistenza u protezzjoni minħabba l-istejtus tagħhom ta' persuni mhux iddokumentati; jinsisti li l-politiki tal-UE fl-oqsma tax-xogħol, l-ażil, il-migrazzjoni u t-traffikar tal-persuni jridu jirrikonoxxu u jindirizzaw dawn ir-realtajiet;

Il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà

82.  Jinnota l-importanza dejjem tikber tal-Internet, u jirrimarka li n-natura globali u miftuħa tal-internet titlob li jkun hemm standards globali għall-protezzjoni tad-data, għas-sigurtà u għal-libertà tal-kelma; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jieħdu l-inizjattiva li jwaqqfu pjattaforma globali għall-iżvilupp ta' dawn l-istandards; iqis li huwa tabilħaqq importanti ħafna li jiġu limitati, definiti u regolati b'mod strett il-każi li fihom kumpanija privata tal-internet tista' tintalab tikxef data mill-awtoritajiet governattivi, u li jkun aċċertat li l-użu ta' dik id-data mill-awtoritajiet governattivi jkun soġġett għall-iżjed standards stretti tal-protezzjoni tad-data;

83.  Jinsisti dwar il-garanzija li d-dimensjoni tad-drittijiet fundamentali fil-protezzjoni tad-data u d-dritt għall-privatezza jkunu rrispettati fil-politiki kollha tal-Unjoni;

84.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-protezzjoni tad-data u tal-privatezza personali tiġi integrata fid-dawl tat-teknoloġiji li qed jiżviluppaw u l-ħolqien ta' sistemi ta' informazzjoni fuq skala kbira;

85.  Iqis li l-approċċ tal-privatezza permezz tat-tfasssil (privacy by design) għandha tkun karatteristika essenzjali ta' kwalunkwe żvilupp li jista' jipperikola s-sigurtà tal-informazzjoni personali relatata mal-individwi u l-fiduċja tal-pubbliku f'dawk li jżommu t-tagħrif dwarhom;

86.  Jirrimarka li l-prinċipju tad-disponibilità jista' jippermetti l-iskambju ta' data personali li ma tkunx inġabret b'mod leġittimu u legali u li dan għandu jkun sostnut minn regoli komuni; jesprimi dubji dwar il-faċilitazzjoni ta' attivitajiet operazzjonali li ma jinkludux definizzjoni u standards komuni Ewropea rigward investigazzjonijiet sigrieti, sorveljanza taċ-ċittadini, eċċ.;

87.  Jemmen li, qabel tiġi maħsuba azzjoni tal-UE f'dan il-qasam, għandhom jiġu stabbiliti kriterji ċari għall-evalwazzjoni tal-proporzjonalità u n-neċessità tal-limitazzjonijiet għad-drittijiet fundamentali; iqis, barra minn dan, li l-konsegwenzi ta' kwalunkwe proposta għandhom ikunu analizzati bir-reqqa qabel ma tittieħed deċiżjoni;

88.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-prattika dejjem tinfirex tal-profili, ibbażata fuq l-użu ta' tekniki tat-tiftix tad-data u fuq ġbir ġeneralizzat ta' data ta' ċittadini innoċenti, għal finijiet ta' prevenzjoni u sorveljanza; ifakkar fl-importanza tal-fatt li l-azzjonijiet tal-infurzar tal-liġi għandhom ikunu bbażati fuq ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem, mill-prinċipju tas-suppożizzjoni tal-innoċenza għad-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data;

89.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta għal standards internazzjonali għall-protezzjoni tad-data; jenfasizza li l-ftehimiet dwar il-protezzjoni tad-data ma' pajjiżi terzi għandhom isiru bi trasparenza sħiħa u bl-iskrutinju demokratiku tal-Parlament, u li l-livell Ewropew tal-istandards tal-protezzjoni tad-data fil-pajjiż terz għandhom ikunu prerekwiżit minimu biex ikun jista' jsir l-iskambju tad-data;

90.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta dwar il-ħolqien ta' skema komprensiva tal-protezzjoni tad-data fl-UE u ma' pajjiżi terzi; jitlob li ssir evalwazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni rilevanti kollha (dik relatata mal-ġlieda kontra t-terroriżmu, mal-koperazzjoni tal-pulizija u tal-ġudikatura, mal-immigrazzjoni, mal-ftehimiet transatlantiċi) fil-qasam tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data;

91.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-enfasi li saret fuq l-importanza tat-teknoloġija fil-Programm ta' Stokkolma fil-kuntest tal-protezzjoni effettiva tad-data personali u tal-privatezza;

92.  Iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea biex turi d-determinazzjoni tagħha li, fil-politiki kollha tagħha, tqis il-ħtiġijiet speċjali tan-nies vulnerabbli;

93.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm limiti iżjed ċari u rigorużi fuq l-iskambji ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u fuq l-użu ta' reġistri komuni tal-UE; huwa tal-fehma li, jekk dan ma jsirx, l-akkumulazzjoni ta' reġistri kbar fuq il-livell tal-UE tista' thedded l-integrità personali, u r-reġistri jistgħu jsiru ineffettivi filwaqt li jista' jikber ir-riskju ta' kxif ta' informazzjoni u ta' korruzzjoni;

94.  Jistieden lill-Istati Membri sabiex isaħħu l-fiduċja fil-ħila ta' xulxin li jsaħħu s-sigurtà; iqis li l-fiduċja reċiproka tiddependi wkoll fuq evalwazzjoni kontinwa effiċjenti u rigoruża tal-effikaċja u tar-riżultati tal-azzjonijiet ta' diversi Stati Membri;

Ġustizzja ċivili u kummerċjali għall-familji, iċ-ċittadini u n-negozju
Aċċess akbar għall-ġustizzja ċivili għaċ-ċittadini u n-negozji

95.  Iqis li l-prijoritajiet fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, l-ewwel u qabel kollox, għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet espressi minn ċittadini individwali u l-impriżi filwaqt li kontinwament jiġi ssimplifikat il-makkinarju tal-ġustizzja u jinħolqu proċeduri aktar ċari u aċċessibbli sabiex ikun garantit l-infurzar kif suppost tad-drittijiet fundamentali u tal-ħarsien tal-konsumatur; għal dan il-għan, filwaqt li jfaħħar id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta dwar testmenti u suċċessjonijiet u Green Paper dwar sistemi ta" proprjetà matrimonjali b'konnessjoni ma" separazzjoni u divorzju, jappella għal:

   aktar sforzi favur il-promozzjoni ta" soluzzjoni alternattiva ta" tilwimiet, bil-mira li jittejjeb l-aċċess taċ-ċittadini għall-ġustizzja; l-introduzzjoni ta' mekkaniżmi ta" rimedju kollettiv fil-livell ta" Komunità sabiex iċ-ċittadini u l-impriżi jingħatalhom aċċess akbar għall-ġustizzja, waqt li jkun rikonoxxut li dawn m'għandhomx iwasslu għal frammentazzjoni mhux meħtieġa fil-liġi proċedurali nazzjonali;
   proposti għal sistema Ewropea sempliċi u awtonoma għas-sekwestru ta' kontijiet bankarji u l-iffriżar temporanju ta' depożiti bankarji, , l-abolizzjoni tar-rekwiżiti għal-legalizzazzjoni tad-dokumenti, dispożizzjonijiet biex jimtlew il-lakuni fir-Regolament Ruma II(8), rigward drittijiet tal-personalità u d-diffamazzjoni, soluzzjoni definittiva għall-problema ta' ftehimiet bilaterali li jittrattaw il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi, jekk ikun meħtieġ permezz ta' Protokoll għat-trattat ta' adeżjoni li jmissu jkun konkluż; għandha titqies ukoll proposta għal strument internazzjonali li jippermetti verifika bir-reqqa ta' kull sentenza minn pajjiżi terzi qabel ma dawn ikunu rrikonoxxuti u nfurzati minn Stat Membru; u d-dispożizzjonijiet biex timtela l-lakuna enfasizzata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tal-liġi tal-kumpaniji, proposta dwar il-protezzjoni ta' adulti vulnerabbli, u proposta għal regolament, għall-adozzjoni jekk ikun meħtieġ permezz ta' rikors għall-koperazzjoni msaħħa, fuq il-liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali u r-responsabilità tal-ġenituri, ibbażata fuq l-aħjar interessi tat-tfal u n-non-diskriminazzjoni bejn is-sħab;
   konsiderazzjoni dettaljata li għandha tingħata lil forma ta' miżura provviżorja Komunitarja addizzjonali għal dawk li jistgħu jingħataw mill-qrati nazzjonali, lill-approċċi legali nazzjonali diverġenti għaż-żamma tat-titolu u mekkaniżmi oħra simili, lir-rikonoxximent ta" adozzjonijiet internazzjonali, u lill-kwistjoni kollha tar-rikonoxximent reċiproku ta' dokumenti nazzjonali tal-istatus ċivili;
   Kodiċi Komunitarju tal-Kunflitti li jiġbor fi strument wieħed ir-regolamenti kollha adottati f'dan il-qasam mill-leġiżlatur tal-Komunità sal-2013 biex jitfakkar il-45 anniversarju tal-Konvenzjoni ta' Brussell, li l-konklużjoni tagħha kienet pass fundamentali fil-liġi internazzjonali privata;
   l-applikazzjoni prattika tal-ammont kbir ta' leġiżlazzjoni innovattiva adottata s'issa fil-qasam tal-proċedura ċivili Ewropea, li għandha tiġi studjata bil-ħsieb li tiġi ssimplifikata fejn ikun possibbli u tiġi kkodifikata fi strument wieħed li jiġbor flimkien il-leġiżlazzjoni Komunitarja kollha adottata f'dan il-qasam;

96.  Jinsisti li l-abolizzjoni tal-exequatur fir-kuntest tar-Regolament Brussell I(9) m'għandhiex issir bl-għaġla u għandha tkun akkumpanjata mis-salvagwardji xierqa;

97.  Ikun ħerqan li jeżamina proposti għat-tfassil tat-28 skema fakultattiva għall-kwistjonijiet ta' liġi ċivili b'aspetti transkonfinali fl-oqsma li jaffettwaw il-liġi tal-familja, id-drittijiet tal-individwi u l-liġi tal-proprjetà;

98.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi promossa iżjed il-preżenza internazzjonali tal-UE fil-qasam legali permezz ta' soluzzjonijiet globali u strumenti multilaterali; jemmen li l-koperazzjoni mill-qrib ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-Konferenza ta' the Hague dwar il-Liġi Internazzjonali Privata u l-Kunsill tal-Ewropa, hija ta' importanza partikulari; jemmen ukoll li l-UE għandha tinkuraġġixxi u tappoġġja l-adeżjoni ta' pajjiżi terzi, b'mod speċjali dawk ġirien tal-UE, mal-ftehimiet ġuridiċi internazzjonali, u jemmen li din hija ta' importanza kruċjali b'mod speċjali fil-qasam tal-liġi tal-familja u tal-protezzjoni tat-tfal;

Il-kisba tal-benefiċċji sħaħ tas-suq uniku permezz ta" liġi kontrattwali Ewropea

99.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti spinta lill-ħidma tagħha dwar il-liġi kuntrattwali Ewropea fuq il-bażi tal-Abbozz ta" Qafas Komuni ta' Referenza (DCFR) akkademiku, kif ukoll xogħlijiet akkademiċi fil-qasam tal-liġi Ewropea tal-kuntratti, biex tinvolvi lill-Parlament bis-sħiħ fil-proċess miftuħ u demokratiku li għandu jwassal għall-adozzjoni ta' Qafas Komuni ta' Referenza (CFR) politiku; jenfasizza li s-CFR politiku għandu jwassal għal strument fakultattiv u direttament applikabbli li jippermetti lill-partijiet ta' kuntratt, inter alia kumpaniji u konsumaturi, biex b'mod ħieles jagħżlu l-liġi kuntrattwali Ewropea bħala l-liġi li tirregola t-tranżazzjoni tagħhom;

100.  Itenni li l-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni l-Abbozz ta' Qafas Komuni ta' Referenza fl-akbar numru possibbli ta' lingwi rilevanti flimkien ma' xogħlijiet xjentifiċi oħra sabiex tiżgura li dawn ikunu aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha u li dan għandu jintuża mil-lum bħala għodda legali mhux vinkolanti għal-leġiżlaturi Ewropej u nazzjonali; jinsisti li d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-DCFR minn issa għandhom ikunu kkunsidrati b'mod sistematiku u ddettaljat fil-proposti kollha li se jitressqu mill-Kummissjoni u fl-evalwazzjonijiet ta' impatt li jaffettwaw il-liġi kuntrattwali;

101.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli taħdem fuq l-idea li kellha dan l-aħħar li tipproponi kuntratti standard għall-użu volontarju fis-setturi speċifiċi fuq il-bażi tas-CFR;

Leġiżlazzjoni aħjar fil-qasam tal-ġustizzja

102.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili tkun tal-ogħla kwalità possibbli u bbażata fuq studji tal-impatt li saru kif imiss, sabiex iċ-ċittadini u l-impriżi jkunu pprovduti bi strumenti effettivi; jiddeplora l-fatt li fl-imgħoddi ma sarux studji xierqa tal-impatt f'dan il-qasam; jinnota li riċentement sar titjib u jimpenja ruħu li wieħed mill-istudji tal-impatt tal-Kummissjoni jkun suġġett għal analiżi kritika fil-perjodu li ġej;

103.  Jemmen bis-sħiħ li, sabiex jiġi garantit livell minimu ta' skrutinju indipendenti fit-tfassil tal-evalwazzjonijiet tal-impatt, għandu jitwaqqaf bord indipendenti ta' esperti biex jimmonitorja, permezz ta' verifiki fuq il-post, il-kwalità tal-opinjonijiet mogħtija mill-Bord ta' Evalwazzjoni tal-Impatt, u li rappreżentanti tal-partijiet interessati għandhom ukoll jitħallew jgħinu fit-twettiq tagħhom;

104.  Iqis li l-koperazzjoni legali hija l-mezz kif jitqarrbu mhux biss il-proċeduri ċivili iżda wkoll dawk kriminali tal-Istati Membri differenti; iqis għaldaqstant li l-approssimazzjoni tad-drittijiet proċedurali taċ-ċittadini bejn l-Istati Membri għandha tkun promossa b'mod ugwali fi proċedimenti ċivili u kriminali;

Il-bini ta" kultura ġudizzjarja Ewropea

105.  Jappella għall-ħolqien ta" kultura ġudizzjarja Ewropea li tiġbor fiha l-aspetti kollha tal-liġi; għal dan il-għan, jinnota li:

   in-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi, in-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u l-Ġurisdizzjonijiet Amministrattivi Supremi u n-Netwerk Ewropew tal-Eurojustice tal-Prosekuturi Ġenerali Ewropej, l-uffiċjali tal-qorti u l-prattikanti legali għandhom ammont enormi x'joffru billi jikkordinaw u jippromwovu taħriġ professjonali għall-ġudikatura u fehim reċiproku tas-sistemi legali ta' Stati Membri oħra u li jagħmluha aktar faċli biex jiġu riżolti tilwimiet u problemi transkonfinali, u l-attivitajiet tagħhom għandhom ikunu ffaċilitati u jirċievu biżżejjed fondi; dan għandu jwassal għal pjan kompletament iffinanzjat għat-taħriġ ġudizzjarju Ewropew imfassal b'konnessjoni man-netwerks ġudizzjarji msemmija hawn fuq u li jevita li jirrepeti duplikazzjoni tal-programmi u l-istrutturi u li jwassal għall-ħolqien ta' Akkademja Ġudizzjarja Ewropea magħmula min-Netwerk Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjarju u l-Akkademja tal-Liġi Ewropea;
   għandu jkun hemm politiki attivi mfassla biex jitrawwem għarfien reċiproku u fehim tal-liġi barranija u sabiex tinkiseb ċertezza legali akbar u titrawwem il-fiduċja reċiproka essenzjali għar-rikonoxximent reċiproku; dawn il-politiki għandhom jipprovdu għal skambji ta' esperjenzi, skambji, żjarat u informazzjoni u korsijiet għall-prattikanti u għall-ġudikatura, kif ukoll il-koordinazzjoni ta' sistemi nazzjonali eżistenti għat-taħriġ legali madwar l-UE u d-dispożizzjoni għal korsijiet ta' familjarizzazzjoni fil-liġi nazzjonali għall-prattikanti legali u l-imħallfin;

106.  Jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, sabiex tippromwovi l-ħolqien minn universitajiet, istituti speċjalizzati oħra ta' edukazzjoni ogħla u l-organizzazzjonijiet professjonali kompetenti ta' sistema komuni ta' punti / krediti ta" taħriġ ghall-imħallfin u l-prattikanti legali; jistieden lill-Kummissjoni biex toħloq netwerk ta' korpi ta' taħriġ legali madwar l-Unjoni akkreditati biex jipprovdu korsijiet ta' familjarizzazzjoni fil-liġi nazzjonali, il-liġi komparattiva u dik Ewropea għall-prattikanti u l-imħallfin fuq bażi stabbli u kontinwa;

Ġustizzja Elettronika: faċilità għaċ-ċittadini, il-prattikanti u l-ġudikatura

107.  Jappella għal sforz akbar biex issir promozzjoni u żvilupp tal-ġustizzja elettronika fil-livell Komunitarju, fl-interessi tal-aċċess għall-ġustizzja għaċ-ċittadini u n-negozju, u jikkunsidra li:

   l-Istati Membri li jikkoperaw fuq proġetti bilaterali għandhom jiżguraw li x-xogħol tagħhom ikun imfassal b'mod li jkun trasferibbli għal-livell Komunitarju, sabiex tiġi evitata duplikazzjoni bla bżonn;
   il-korp eżistenti tal-liġi Komunitarja fil-qasam tal-liġi ċivili, b'mod partikolari fil-liġi proċedurali, għandu jsir aktar kompatibbli mal-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni, speċjalment rigward l-ordni ta' ħlas Ewropew u l-proċedura għal talbiet żgħar, ir-Regolament dwar ix-Xhieda Ċivili(10) u s-soluzzjoni alternattiva ta" kwistjonijiet, u għandha tittieħed azzjoni fl-oqsma ta" atti elettroniċi u t-trasparenza tal-assi tad-debituri; l-għan għandu jkun dak ta' proċeduri ċivili iktar sempliċi, orħos u iktar rapidi f'kawżi transkonfinali;
   għodod elettroniċi bħas-Sistema Ewropea ta" Informazzjoni dwar Rekords Kriminali (ECRIS) u s-Sistema ta" Informazzjoni ta" Schengen għandhom jiġu żviluppati aktar;

108.  Iqis li l-e-Ġustizzja għandha tissimplifika l-aċċess taċ-ċittadini għall-assistenza legali, tqassar il-proċeduri ġudizzjarji u ttejjeb l-effiċjenza tal-proċess ġudizzjarju, u għaldaqstant jappella sabiex il-portal futur tal-e-Ġustizzja jkun fih aċċess għall-bażijiet tad-data legali, rimedji elettroniċi ġudizzjarji u mhux, sistemi intelliġenti mfassla biex jgħinu liċ-ċittadini jsibu kif għandhom jittrattaw problemi legali u reġistri komprensivi u direttorji tal-professjonisti legali u gwidi sempliċi għas-sistema legali ta' kull Stat Membru;

109.  Iqis li l-portal għandu jkun ukoll imfassal għall-użu bħala għodda mill-imħallfin, l-uffiċjali tal-qorti, uffiċjali tal-Ministeri nazzjonali tal-Ġustizzja u avukati prattikanti, li kollha kemm huma jkunu intitolati għall-aċċess sikur għall-parti rilevanti tal-portal; jitlob li din il-parti tal-portal tkun tippermetti komunikazzjoni sikura, vidjokonferenzi u skambju ta' dokumenti bejn il-qrati u bejn il-qrati u l-partijiet għall-proċedimenti (żmaterjalizzazzjoni tal-proċedimenti), sabiex titħalla ssir il-verifika ta' firem elettroniċi u jkun hemm dispożizzjoni għal sistemi ta' verifika xierqa, u li toffri mezz ta' skambju ta' informazzjoni;

110.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-leġiżlazzjoni futura kollha fil-qasam tal-liġi ċivili tkun imfassla b'tali mod li tista' tintuża fl-applikazzjonijiet fuq l-internet li jeħtieġu li jimtela ammont minimu ta' test liberu; jistieden azzjoni biex ikun żgurat li, fejn meħtieġ, ikun hemm għajnuna onlajn fil-lingwi uffiċjali kollha u jkunu disponibbli servizzi ta' traduzzjoni elettronika onlajn; bl-istess mod, fejn hemm il-ħtieġa tal-provvediment tan-notifika ta' dokumenti, għandha ssir dispożizzjoni biex jiġi żgurat li d-dokumenti jistgħu jiġu nnotifikati u l-komunikazzjonijiet magħmula permezz tal-posta elettronika u l-firem pprovduti elettronikament u, fejn ikun hemm bżonn ta' xhieda orali, l-użu ta' vidjokonferenzi għandu jiġi inkoraġġit; iqis, barra minn hekk, li l-proposti futuri kollha għandhom jinkludu dikjarazzjoni mmotivata mill-Kummissjoni li twettqet verifika ta' kemm hi faċli li tintuża s-sistema tal-e-Ġustizzja;

111.  Jappella sabiex l-ECRIS tagħti post prominenti lil preċedenti ta' vjolenza abbażi tas-sess;

Prijoritajiet tal-ġustizzja kriminali

112.  Jitlob għall-ħolqien ta" żona ta" ġustizzja kriminali tal-UE bbażata fuq ir-rispett tad-drittijiet fundamentali, il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, u l-ħtieġa li tinżamm il-koerenza tas-sistemi nazzjonali tal-liġi kriminali, li għandha tiġi żviluppata permezz ta":

   · strument legali ambizzjuż dwar is-salvagwardji proċedurali fi proċeduri kriminali, bbażat fuq il-preżunzjoni tal-innoċenza, li tagħti effett sħiħ lid-drittijiet tad-difiża,
   · qafas legali sod li jiżgura l-prinċipju bażiku ta' ne bis in idem u li jiffaċilita t-trasferiment ta' proċedimenti kriminali bejn l-Istati Membri u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti ta' ġurisdizzjoni, b'livell għoli ta' garanziji u drittijiet tad-difiża, u li jiżgura aċċess effettiv għal dawn id-drittijiet u għall-mekkaniżmi legali ta" rimedju,
   · qafas legali komprensiv li joffri lill-vittmi tal-kriminalità, b'mod partikolari l-vittmi tat-terroriżmu, tal-kriminalità organizzata, tat-traffikar ta" persuni u l-vjolenza abbażi tas-sess, l-akbar protezzjoni possibbli, inkluż kumpens adegwat, li għandu jingħata fil-livell tal-Istat Membru,
   · qafas legali komuni li joffri l-akbar protezzjoni lix-xhieda,
   · standards minimi għall-kundizzjonijiet fil-ħabs u kundizzjonijiet ta" detenzjoni u sett komuni ta' drittijiet tal-priġunieri fl-UE, inklużi regoli xierqa għall-kumpens għall-persuni detenuti jew ikkundannati inġustament, imsaħħa mill-konklużjoni ta' ftehimiet bejn l-UE u pajjiżi terzi dwar ir-ritorn ta' ċittadini kkundannati tagħhom, l-implimentazzjoni sħiħa tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta" rikonoxximent reċiproku ta" sentenzi f'materji kriminali li jimponu pieni ta" kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea(11), u l-provvediment ta' biżżejjed finanzjament mill-UE kemm għall-kostruzzjoni, fil-kuntest tal-pjanijiet tas-sigurtà reġjonali, ta' faċilitajiet ta' detenzjoni ġodda fl-Istati Membri affettwati mill-iffullar fil-ħabsijiet u kemm għall-implimentazzjoni ta' programmi ta' risistemazzjoni soċjali;
   · l-adozzjoni ta' strument leġiżlattiv Ewropew li jippermetti li l-profitti u l-assi ta' organizzazzjonijiet kriminali internazzjonali jiġu kkonfiskati u użati mill-ġdid għal skopijiet soċjali,
   · strument legali komprensiv dwar it-teħid u l-ammissibilità ta" evidenza fi proċedimenti kriminali,
   · miżuri li jiżguraw għajnuna legali permezz ta' allokazzjonijiet baġitarji suffiċjenti, u
   · miżuri għall-ġlieda kontra l-vjolenza, partikolarment il-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal;

113.  Jenfasizza li x-xogħol dwar l-immigrazzjoni illegali għandu jqis l-isforzi għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-persuni u bl-ebda mod m'għandu jitħalla jippenalizza lill-vittmi tal-kriminalità partikolarment vulnerabbli, speċjalment in-nisa u tfal, jew li jipperikola d-drittijiet tagħhom;

114.  Jenfasizza li waħda minn kull erba' nisa fl-Ewropa kienet jew hija suġġetta għall-vjolenza maskili; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tikkonsolida l-bażi ġuridika fi ħdan l-istruttura attwali tal-UE sabiex ikun żgurat li l-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa jkunu ttrattati permezz ta' definizzjoni wiesgħa u bbażata fuq il-ġeneru tal-vjolenza fuq in-nisa; jitlob li, abbażi ta' din il-bażi legali, jitressqu direttiva u Pjan ta' Azzjoni Ewropew dwar il-vjolenza kontra n-nisa, li jiżguraw il-prevenzjoni tal-vjolenza, il-protezzjoni tal-vittmi u l-prosekuzzjoni ta' min iwettaq ir-reat; jistieden lill-Istati Membri sabiex iqisu b'mod xieraq iċ-ċirkustanzi speċjali tal-immigranti nisa, l-aktar tal-bniet u n-nisa żgħażagħ li huma integrati sew fl-UE (ħafna drabi b'ċittadinanza doppja), u li, f'relazzjonijiet familjari jew intimi, huma vittmi ta" ħtif, qfil illegali, vjolenza fiżika u abbuż psikoloġiku minħabba raġunijiet ta" reliġjon, kultura jew tradizzjoni, u sabiex jiżguraw li jiġu adottati miżuri li jagħtu aċċess effettiv għall-mekkaniżmi ta" għajnuna u ta" protezzjoni;

115.  Jinsisti li l-kwistjoni rigward is-sessi titqies fl-istadji kollha tal-iżvilupp tal-politika kontra t-traffikar tal-persuni;

Strateġija ta" sigurtà koerenti u b'diversi livelli: Ewropa li tipproteġi ċ-ċittadini tagħha ("Il-ġlieda kontra l-kriminalità filwaqt li jkunu ggarantiti d-drittijiet taċ-ċittadini")

116.  Jikkritika n-nuqqas ta' pjan ġenerali komprensiv li jistipula l-objettivi u l-arkitettura ġenerali tal-istrateġija tas-sigurtà u tal-ġestjoni tal-fruntieri, u jikkritika n-nuqqas ta' dettalji li juru kif il-programmi u l-iskemi relatati kollha (kemm dawk diġà fis-seħħ, kif ukoll dawk li għadhom qed jitħejjew u dawk li qegħdin fl-istadju tal-iżvilupp tal-politika) mistennija jaħdmu flimkien u kif jistgħu jittejbu r-rabtiet ta' bejniethom; huwa tal-fehma li, meta tqis l-arkitettura tal-istrateġija tas-sigurtà u tal-ġestjoni tal-fruntieri tal-UE, il-Kummissjoni qabel xejn għandha tanaliżża l-effettività tal-leġiżlazzjoni eżistenti, sabiex issawwar l-aqwa sinerġiji bejniethom;

117.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li azzjoni tal-UE fil-ġejjieni f'dan il-qasam tirrispetta bis-sħiħ l-importanza primarja tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali u toħloq bilanċ tajjeb bejn is-sigurtà u l-libertà, u li dan l-objettiv jiġi monitorjat u razzjonalizzat b'mod adegwat; jemmen bis-sħiħ fil-primat tal-istat tad-dritt, fl-iskrutinju ġudizzjarju effettiv, fir-rimedji effettivi indipendenti u fir-responsabilità;

118.  Huwa impenjat, fi ħdan il-qafas istituzzjonali l-ġdid definit mit-Trattat ta' Lisbona, li jaħdem flimkien mal-Kummissjoni u mal-Kunsill sabiex jiffokaw fuq il-promozzjoni tal-libertà taċ-ċittadini tal-UE filwaqt li jiżviluppaw il-qafas legali tal-UE fi kwistjonijiet kriminali; iqis, tabilħaqq, li l-ħtieġa li ċ-ċittadini jitħarsu mit-terroriżmu u l-kriminalità organizzata għandha tkun appoġġjata minn għodod leġiżlattivi u operazzjonali effettivi, filwaqt li titqies id-dimensjoni globali ta' dawn il-fenomeni, u tiġi elaborata f'leġiżlazzjoni ċara li tagħti liċ-ċittadini tal-UE l-possibilità li jgawdu mid-drittijiet tagħhom, inkluż id-dritt li jikkontestaw regoli sproporzjonati u vagi u l-implimentazzjoni ħażina tar-regoli;

119.  Iqis li l-Istati Membri għandhom jeżaminaw sa liema punt jista' jinħoloq qafas legali tal-UE fi kwistjonijiet kriminali;

120.  Jistieden lill-UE biex tirrikonoxxi d-dinjità, il-kuraġġ u t-tbatija tal-vittmi indiretti tat-terroriżmu u jenfasizza li l-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-vittmi tat-terroriżmu u sussegwentement li jingħataw kumpens ekonomiku għandhom ikunu prijorità; jagħraf il-vulnerabilità mill-akbar tan-nisa bħala vittmi indiretti tat-terroriżmu;

121.  Jitlob li jiġi adottat qafas komprensiv li joffri lill-vitmi ħarsien u kumpens xierqa, speċifikament permezz tal-adozzjoni ta' abbozz ta' deċiżjoni ta' qafas li temenda l-istrumenti eżistenti dwar il-protezzjoni tal-vittmi; iqis li hija ta' importanza fundamentali li jiġi żviluppat approċċ konġunt b'rispons konsistenti u msaħħaħ għall-ħtiġijiet u d-drittijiet tal-vittmi kollha, li jiżgura li l-vittmi jkunu ttrattati ta' vittmi u mhux ta' kriminali;

122.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-appoġġ għall-vittmi ta" reati, inklużi nisa suġġetti għal vjolenza u fastidju sesswali, bħala kwistjoni prijoritarja għall-Presidenza Svediża; iħeġġeġ lill-Kunsill sabiex fil-Programm ta" Stokkolma jdaħħal strateġija Ewropea komprensiva bil-għan li teradika l-vjolenza fuq in-nisa, li tinkludi miżuri ta' prevenzjoni (bħat-trawwim tal-kuxjenza dwar il-vjolenza maskili fuq in-nisa), politiki dwar il-protezzjoni tal-vittmi inkluża taqsima speċifika dwar id-drittijiet tal-vittmi ta" reati, u t-tisħiħ tal-appoġġ għall-vittmi ta" reati, l-aktar għall-bniet u t-tfajliet li dejjem aktar qed jisfaw vittmi ta" reati sinifikanti, u miżuri konkreti biex min iwettaq reat jittella' l-qorti; jistieden lill-Presidenza Spanjola biex, matul il-mandat tagħha, timplimenta bis-sħiħ il-pjan ta' azzjoni stipulat fil-Programm ta' Stokkolma kif ukoll biex tagħti rapport lill-Parlament kull xahar dwar il-progress li jkun sar;

123.  Iqis li l-għan ta' Ewropa sikura hu wieħed leġittimu u jaqbel li huwa importanti li kontinwament tiġi żviluppata u msaħħa l-politika komuni tal-UE dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, l-immigrazzjoni illegali, it-traffikar tal-persuni u l-isfruttament sesswali;

124.  Jappella għall-iżvilupp ta' strateġija trans-Ewropea komprensiva dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, li tgħaqqad l-isforzi u r-riżorsi għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, l-istituzzjonijiet Ewropej, l-aġenziji speċjalizzati tal-UE u n-netwerks ta' skambju ta' informazzjoni; jenfasizza f'dan il-punt li l-kriminalità ekonomika organizzata, bħall-kuntrabandu tat-tabakk, tirriżulta f'telf fid-dħul li jkompli jżid mas-sitwazzjoni diġà gravi tal-finanzi pubbliċi ta' bosta Stati Membri tal-UE u jitlob għall-adozzjoni urġenti ta' miżuri preventivi effettivi;

125.  Jemmen li aktar azzjoni kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu għandha tkun orjentata aktar lejn il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u għandha tipprovdi protezzjoni adegwata tax-xhieda, inċentivi għal dawk li jikkoperaw fl-iżmantellar ta' netwerks terroristiċi, u politiki ta' prevenzjoni u integrazzjoni li jindirizzaw partikolarment individwi li jappartjenu għall-kategoriji ta' riskju kbir bi prijorità fiċ-ċirkustanzi kollha għall-miżuri etiċi ta' prevenzjoni fuq livell ekonomiku u soċjali u miżuri ta' kumpens u riparazzjoni għall-vittmi tat-terroriżmu;

126.  Iqis li huwa partikolarment importanti li l-UE tagħmel sforz serju biex tiffaċċja t-traffikar tal-persuni, li huwa problema li qiegħda dejjem tikber, li t-traffikar irid jiġi miġġieled kemm barra u kemm ġewwa l-UE u li għandha ssir analiżi fuq bażi ta' sess tal-proposti kollha għall-miżuri; iqis li l-UE u l-Istati Membri għandhom jindirizzaw b'mod partikolari d-domanda għal servizzi mill-vittmi tat-traffikar tal-persuni billi jintroduċi penali, miżuri edukattivi u kampanji biex titqajjem kuxjenza; iqis li, peress li t-traffikar tal-persuni għal skopijiet sesswali jikkostitwixxi l-parti l-kbira ta' dan ir-reat f'termini assoluti (79% skont id-data tan-NU), ir-relazzjoni bejn id-domanda għax-xiri ta' dawn is-servizzi u t-traffikar tal-persuni għandha tkun ċara u rikonoxxuta u li, jekk id-domanda għax-xiri ta' servizzi sesswali tkun ikkontrollata, it-traffikar tal-persuni wkoll jitnaqqas;

127.  Jitlob li jkunu promossi t-trasparenza u l-integrità u li ssir ġlieda iktar b'saħħitha kontra l-korruzzjoni bbażata fuq pjan orjentat lejn l-objettivi u fuq evalwazzjoni perjodika tal-miżuri kontra l-korruzzjoni meħuda mill-Istati Membri, b'mod partikolari l-infurzar ta' strumenti li ġew żviluppati mill-UE nnifisha, b'attenzjoni speċjali fuq il-korruzzjoni transkonfinali; jitlob ukoll l-iżvilupp ta' politika komprensiva kontra l-korruzzjoni u għar-reviżjoni perjodika tal-infurzar tagħha;

128.  Jitlob l-appoġġ attiv għall-monitoraġġ tal-korruzzjoni u tal-integrità mis-soċjetà ċivili, kif ukoll tal-impenn taċ-ċittadini kontra l-korruzzjoni, mhux biss billi l-konsultazzjonijiet dwar il-politika jinfetħu biex jinkluduhom u jkunu stabbiliti mezzi diretti ta' komunikazzjoni, iżda wkoll billi jkunu allokati riżorsi u programmi biex ikun żgurat li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jużaw l-ispazji pprovduti lilhom faċilment;

129.  Jefasizza ż-żieda fis-serq ta" identità u jħeġġeġ sabiex tinħoloq strateġija komprensiva tal-UE li tiġġieled il-kriminalità fuq l-internet f'dan il-qasam, li tkun żviluppata b'koperazzjoni ma' fornituri tas-servizzi tal-internet u organizzazzjonijiet tal-utenti, kif ukoll il-ħolqien ta' desk tal-UE li toffri għajnuna għall-vittmi tas-serq tal-identità u l-frodi tal-identità;

130.  Jitlob kjarifika tar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni u l-qafas legali applikabbli għall-ispazju ċibernetiku sabiex jippromwovi l-investigazzjonijiet transkonfinali u l-ftehimiet ta' koperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-operaturi, b'mod partikolari għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-pornografija tat-tfal fuq l-internet;

131.  Jappella għal politiki aktar effettivi u aktar orjentati lejn ir-riżultati biex tkun implimentata aktar il-koperazzjoni ġudizzjarja u bejn il-pulizija fi kwistjonijiet kriminali, billi l-Europol u l-Eurojust ikunu assoċjati aktar sistematikament fl-investigazzjonijiet, b'mod partikolari f'każijiet ta' kriminalità organizzata, frodi, korruzzjoni u reati serji oħra li jipperikolaw b'mod gravi s-sigurtà taċ-ċittadini u l-interessi finanzjarji tal-UE;

132.  Jappella għall-pubblikazzjoni annwali ta' rapport komprensiv dwar il-kriminalità fl-UE, rapporti konsolidati relatati ma' oqsma speċifiċi bħall-evalwazzjoni tat-theddida tal-kriminalità organizzata u r-rapport annwali tal-Eurojust, u jenfasizza l-ħtieġa ta" approċċ interdixxiplinari u strateġija komprensiva għall-prevenzjoni tat-terroriżmu u tar-reati transkonfinali, bħat-traffikar tal-persuni u l-kriminalità fuq l-internet, u għall-ġlieda kontrihom;

133.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkoperaw mill-qrib sabiex jaqsmu bejniethom l-aħjar prattiki u l-lezzjonijiet li tgħallmu fil-qasam tal-politiki kontra r-radikalizzazzjoni; iqis f'dan ir-rigward li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma f'pożizzjoni ideali sabiex jaqsmu bejniethom l-aħjar prattiki fil-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u l-polarizzazzjoni u għalhekk jitlob għall-involviment tagħhom fit-tfassil ta' strateġiji kontra t-terroriżmu;

134.  Jappella għall-inkoraġġiment tal-koperazzjoni bejn il-pulizija tal-Istati Membri permezz tal-promozzjoni ta' għarfien u fiduċja reċiproċi, tat-taħriġ komuni u l-ħolqien ta' timijiet konġunti għall-koperazzjoni tal-pulizija u programm ta' skambju tal-istudenti f'koperazzjoni mal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija;

135.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex b'mod urġenti jsibu rimedju għas-sitwazzjoni legali li rriżultat mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każijiet rispettivi rigward it-tqegħid ta' individwi u organizzazzjonijet fuq il-listi s-suwed tat-terroriżmu (blacklisting), b'mod partikolari l-każ Kadi(12), u waqt li jagħmlu dan, iqisu bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali ta' dawk ikkonċernati, inkluż id-dritt għal proċess xieraq u għal rimedju;

136.  Jappella għal titjib fl-ECRIS, sabiex isir possibbli li jkun evitat li wieħed iwettaq l-istess reat fi Stati Membri differenti, b'mod partikolari rigward l-offiżi kontra t-tfal;

137.  B'mod partikolari jistieden lill-Kummissjoni sabiex tibda diskussjonijiet u konsultazzjonijiet minn kmieni mal-partijiet interessati, inkluża s-soċjetà ċivili, dwar l-aspetti kollha relatati mal-ħolqien ta' Uffiċċju tal-Prosekutur Ewropew għall-ġlieda kontra reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif stipulat fl-Artikolu 86 tat-TFEU;

138.  Jenfasizza l-ħtieġa għall-iżvilupp ta" strateġija ta' sigurtà Ewropea komprensiva, ibbażata fuq pjanijiet ta' sigurtà tal-Istati Membri, prinċipju ta' solidarjetà iktar b'saħħtu u evalwazzjoni oġġettiva tal-valur miżjud tal-aġenziji tal-UE, tan-netwerks u tal-iskambji tal-informazzjoni; bi ħsiebu jsegwi mill-qrib, flimkien mal-parlamenti nazzjonali, l-attivitajiet kollha mwettqa mill-Kunsill fil-kuntest tal-kooperazzjoni operattiva dwar is-sigurtà interna tal-UE;

139.  Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżviluppaw strateġiji ta' sigurtà li jkunu applikabbli għall-aspetti interni u esterni tal-kriminalità u t-terroriżmu organizzati fuq livell internazzjonali; jinsisti li l-UE għandha tadatta approċċ iżjed integrat għall-Politika tas-Sigurtà u tad-Difiża Ewropea u għall-ġustizzja u l-affarijiet interni;

140.  Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jevalwaw u jirrivedu l-liġijiet u l-politiki internazzjonali, Ewropej u nazzjonali attwali dwar id-droga u biex jippromwovu politiki ta' tnaqqis tal-ħsara, prevenzjoni u rkupru b'mod partikolari fid-dawl tal-konferenzi dwar dawn il-kwistjonijiet li saru fil-livell tan-NU;

Entitajiet u aġenziji operattivi u għodod tekniċi

141.  Jagħti importanza kbira lit-tisħiħ tal-Eurojust u l-Europol u impenja ruħu li jieħu sehem bis-sħiħ flimkien ma" parlamenti nazzjonali sabiex jiddefinixxi, jevalwa u jikkontrolla l-attività tagħhom, b'mod partikolari bl-għan li jiġu esplorati l-possibbiltajiet li jsir progress biex jinħoloq uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;

142.  Jistqarr li l-isforzi fil-ġlieda kontra r-reati finanzjarji u ekonomiċi għandhom jitkomplew u jkunu msaħħa; jistqarr li, f'dan il-kuntest, hu partikolarment importanti li jkun protett l-euro, bħala simbolu tal-Unjoni, jistqarr li l-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-konsolidament u t-tisħiħ tal-Programm Pericles għandhom ikunu fost l-għanijiet prinċipali tal-UE;

143.  Jappella għar-reviżjoni tad-Deċiżjoni-Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta" Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta" data personali proċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u bejn il-pulizija fi kwistjonijiet kriminali(13), kif ukoll tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data(14) u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta" individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta" data personali u dwar il-moviment liberu ta" dik id-data(15);

144.  Jitlob għal kooperazzjoni aktar mill-qrib u fil-fond bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali, l-aġenziji Ewropej u timijiet operattivi konġunti permezz ta' netwerks speċjalizzati (bħas- SIS II, il-VIS, is-Sistema ta' Informazzjoni Doganali, il-Eurodac – is-sistema għat-tqabbil ta' marki tas-swaba għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin –u n-netwerks ġudizzjarji) u għal kooperazzjoni speċifika bejn is-servizzi ta" intelliġenza u tal-pulizija fil-livell nazzjonali u Ewropew fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata; iqis li għandha tkun garantita koperazzjoni aktar effettiva bejn il-pulizija Ewropea, fost il-pajjiżi terzi kollha u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea bis-salvagwardji xierqa li jiżguraw livell adegwat ta' protezzjoni ta' data personali;

145.  Jikkundanna n-nuqqas ta' progress fl-implimentazzjoni tas- SIS II u tal-VIS, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li t-tħejjijiet fuq il-livelli rispettivi tagħhom ikunu rrinfurzati sabiex jiġi evitat li jkun hemm iżjed dewmien;

146.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati arranġamenti amministrattivi effiċjenti, sostenibbli u sikuri għal sistemi Ewropej tal-IT importanti bħas-SIS II, il-VIS u l-Eurodac, u b'hekk jiġi żgurat li r-regoli kollha applikabbli għal sistemi bħal dawn, fir-rigward tal-iskop u d-drittijiet ta' aċċess kif ukoll tad-dispożizzjonijiet ta' sigurtà u ta' ħarsien tad-data, ikunu implimentati bis-sħiħ; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li huwa essenzjali għall-UE li jkollha sett ta' regoli uniformi u komprensiv dwar il-protezzjoni tad-data personali;

147.  Ifakkar li f'ċerti oqsma, il-ħolqien ta' aġenziji, pereżempju, l-FRA, l-Eurojust, l-Europol, il-Frontex u l-EASO, kien utli ħafna għat-twaqqif ta' AFSJ; iqis li, minħabba li x-Schengen hija l-qalba tal-AFSJ, huwa fundamentali u vitali li tinħoloq aġenzija Ewropea għall-ġestjoni ta' sistemi ta' informazzjoni sostanzjali dwar dan il-qasam, jiġifieri s-SIS II, il-VIS u l-Eurodac, għaliex din hija l-aktar soluzzjoni affidabbli;

148.  Jiddeplora l-fatt li t-Trattat ta" Lisbona se jidħol fis-seħħ mingħajr ma l-Kunsill u l-Kummissjoni jkunu ħejjew b'mod adegwat il-miżuri meħtieġa għal 'bidu ġdid" fil-qasam tal-AFSJ; jindika li, kuntrarjament għal dak li sar fil-qasam ESDP, l-aktar dwr is-Servizz għall-Azzjoni Esterna, ma sar l-ebda xogħol ta" tħejjija bil-għan li jiġu implimentati l-bażijiet legali dwar it-trasparenza (Artikolu 15 TFEU), il-protezzjoni tad-dejta (Artikolu 16 TFEU) u n-non-diskriminazzjoni (Artikolu 18 TFEU), u li l-eżitu ta" din is-sitwazzjoni għandu mnejn ikun żmien twil ta" inċertezza legali li taffettwa lill-AFSJ b'mod partikolari; jitlob lill-Kummissjoni, in vista ta" dan kollu u b'riferiment għall-Artikolu 265 tat-TFUE, tippreżenta dan li ġej skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja qabel l-1 ta" Settembru 2010:

   proposta għal qafas leġiżlattiv li jiddelinea l-involviment tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali fil-valutazzjoni tal-politiki AFSJ u tal-aġenziji involuti f'livell Ewropew (inklużi l-awtoritajiet Schengen, l-Europol, l-Eurojust, il-Frontex u l-EASO);
   mandat rivedut l-FRA, li jkun ikopri, fost ħwejjeġ oħrajn, il-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija fi kwestjonijiet kriminali;
   proposta leġiżlattiva li timplimenta l-Artikolu 16 tat-TFEU u l-Artikolu 39 tat-TUE, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni tad-dejta fejn jidħlu kwestjonijiet ta' sigurtà, u, fl-istess waqt, li twessa" l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta mill-istituzzjonijiet tal-UE;
   qafas legal revedut għall-Europol u l-Eurojust biex jinġiebu in linja mal-qafas legali l-ġdid tal-UE;

Kwistjonijiet urġenti

149.  Jitlob lill-Kummisjoni biex tipproponi immedjatament il-konsolidazzjoni tal-1,200 miżura differenti adottati fl-AFSJ mill-1993 sabiex tiddaħħal il-koerenza f'dan il-qasam tal-politika, waqt li jittieħed kont tal-missjonijiet u r-rwoli ġodda tal-Unjoni, kif ukoll tal-qafas legali ġdid li joffri t-Trattat ta' Lisbona, li għandu jibda bl-oqsma kkunsidrati bħala prijoritarji bi qbil mal-Parlament Ewropew; ifakkar lill-Kummissjoni li l-Parlament se jevalwa l-impenji tagħha dwar dan matul is-seduti ta' smigħ tal-Kummissarji li se jsiru dalwaqt; jitlob lill-Kummissjoni għalhekk li tiddikjara b'mod ċar, fuq bażi każ każ, liema proposti beħsiebha tikkodifika jew tipproponi mill-ġdid, u jirriżerva l-jedd li jagħmel użu sħiħ mis-setgħa tiegħu li jemenda l-leġiżlazzjoni; iqis li l-qafas legali ġdid tal-AFSJ għandu jingħata prijorità fuq il-ħtieġa għall-kontinwità jew konsolidament tal-leġiżlazzjoni li tfasslet f'qafas kostituzzjonali differenti ħafna;

150.  Jisħaq li, b'mod partikolari għall-proposti leġiżlattivi marbutin mal-AFSJ, il-proċess ta" kif jittieħdu d-deċiżjonijiet għandu, mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta" Lisbona, ikun trasparenti u jimxi mar-regoli dwar:

   il-perijodu ta" tmien ġimgħat li matulu l-parlamenti nazzjonali jistgħu jivverifikaw l-ottemperanza mal-kriterju tas-sussidjarjetà,
   l-opt-ins/opt-outs speċifiċi mogħtijin lil xi pajjiżi (ir-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka),
   il-poter delegat ġdid (Artikolu 290 TFEU) u l-miżuri ta" implimentazzjoni li hemm disposti fl-Artikolu 291 TFEU, li bħalissa ma għandhom l-ebda bażi legali;
  

Huwa tal-fehma li, fil-każijiet fejn proċedura leġiżlattiva ngħatat bidu taħt id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Nizza fejn hija prevista konsultazzjoni sempliċi tal-Parlament, kif inhu l-każ f'bosta oqsma tal-AFSJ, u fejn l-opinjoni tal-Parlament ingħatat, il-proċedura leġiżlattiva għandha terġa' tibda skont it-Trattat ta' Lisbona fl-ewwel qari sabiex il-Parlament jingħata l-opportunità jesprimi l-opinjonijiet tiegħu konxju tal-prerogattivi tiegħu;

151.  Jisħaq li, kuntrarjament għal ma ntqal fl-abbozz tal-Programm ta' Stokkolma tal-Presidenza, meta id-drittijiet fundamentaliikunu nvoluti, hija l-politika esterna tal-UE li għandha tottempera ruħha mal-qafas legali intern tal-UE u mhux bil-kontra; jitlob li jkun infurmat minnufih dwar in-negozjati ppjanati jew pendenti dwar ftehimiet internazzjonali li jolqtu l-AFSJ, b'mod partikolari dawk imsejsin fuq l-Artikoli 24 u 38 tat-Trattat tal-UE kurrenti; iqis li għandha tingħata prijorità speċjali lill-formulazzjoni, qabel is-samit li ġej bejn l-UE u l-Istati Uniti, ta" strateġija komuni koerenti għar-relazzjonijiet futuri mal-Istati Uniti b'rabta mal-AFSJ, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mas-segwenti ftehimiet pendenti:

   dak li għamlet il-Komunità s'issa fil-qasam tal-ftehima għat-tneħħija tal-viża ESTA,
   il-ftehima dwar ir-reġistri UE-Stati Uniti għall-ismijiet ta" passiġġieri,
   il-ftehima UE-Stati Uniti dwar l-aċċess għad-dejta finanzjarja (SWIFT) b'referenza debita riferiment għall-ftehimiet tal-UE-Stati Uniti dwar l-assistenza legali reċiproka u l-estradizzjoni,
   il-qafas UE-Stati Uniti għall-protezzjoni tad-dejta skambjata għal finijiet ta" sigurtà;

152.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tissimplifika l-programmi finanzjarji stabbiliti biex jappoġġjaw il-ħolqien tal-AFSJ, u tagħmilhom aktar aċċessibbli; f'dan il-kuntest, jenfasizza l-ħtieġa għal solidarjetà finanzjarja fit-tħejjija ta' perspettivi finanzjarji ġodda;

153.  Jirriżerva d-dritt li jerġa' jressaq proposti speċifiċi meta jiġi kkonsultat dwar il-programm ta" azzjoni leġiżlattiva;

154.  Jappella għar-reviżjoni ta' nofs it-terminu u l-evalwazzjoni tal-programm ta' Stokkolma sal-bidu tal-2012;

o
o   o

155.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.

(1) ĠU C 267, 14.10.1991, p. 33.
(2) ĠU C 273 E, 14.11.2003, p. 99.
(3) Testi Adottati, P6_TA(2008)0352.
(4) Testi Adottati P6_TA(2009)0386.
(5) Suġġett għall-Artikolu 10 tal-Protokoll 36 dwar dispożizzjonijiet transitorji u l-Artikolu 276 TFEU.
(6) ĠU L 328, 6.12.2008, p.55.
(7) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.
(8) Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II), (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 40)
(9) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta" Diċembru 2000 dwar il-kompetenza, l-għarfien, u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1).
(10) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta" Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p.1).
(11) ĠU L 327, 5.12.2008, p. 27.
(12) Kawżi konġunti C-402/05 P u C-415/05 P, Kadi and Al Barakaat International Foundation v il-Kunsill u l-Kummissjoni [2008] ECR I-6351.
(13) ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.
(14) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.
(15) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.


Is-sħubija ekonomika u kummerċjali Ewro-Mediterranja
PDF 339kWORD 84k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 dwar is-sħubija ekonomika u kummerċjali Ewro-Mediterranja qabel it-Tmien Konferenza Ministerjali tal-Kummerċ tal-Euromed – Brussell – id-9 ta' Diċembru 2009
P7_TA(2009)0091RC-B7-0147/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Barċellona adottata matul l-ewwel Konferenza Ministerjali tas-27 u tat-28 ta' Novembru 1995 li stabbiliet sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Pajjiżi tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran (SEMCs),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2003, bit-titlu "It-Tkabbir tal-Ewropa – Viċinanza: Qafas Ġdid għar-Relazzjonijiet mal-Ġirien tal-Lvant u tan-Nofsinhar tagħna" (COM(2003)0104), id-dokument ta' strateġija tagħha dwar Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) tat-12 ta' Mejju 2004 (COM(2004)0373), il-Komunikazzjoni tagħha lill-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2004 dwar il-proposti tagħha għal pjanijiet ta' azzjoni taħt il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) (COM(2004)0795), il-pjanijiet ta' azzjoni għall-Iżrael, il-Ġordan, il-Marokk, l-Awtorità Palestinjana, it-Tuneżija u l-Libanu, u r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija(1),

   wara li kkunsidra l-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranji bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u t-Tuneżija(2), l-Iżrael(3), il-Marokk(4), il-Ġordan(5), l-Eġittu(6), il-Libanu(7) u l-Alġerija(8), min-naħa l-oħra, u l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju dwar il-Kummerċ u l-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Organiżżazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) (għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana)(9),

   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn il-KE u t-Turkija tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar l-implimentazzjoni tal-fażi finali tal-Unjoni Doganali(10),

–   wara li kkunsidra l-ftehim ta' kummerċ ħieles, magħruf bħala l-Ftehim ta' Agadir, iffirmat mill-Ġordan, l-Eġittu, it-Tuneżija u l-Marokk fil-25 ta' Frar 2004,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenzi Ministerjali Ewro-Mediterranji u tal-Konferenzi Ministerjali Settorjali li saru wara t-tnedija tal-Proċess ta' Barċellona, speċjalment il-konklużjonijiet tas-Sitt Konferenza Ewro-Mediterranja tal-Ministri tal-Kummerċ li saret f'Lisbona fil-21 ta' Ottubru 2007 u s-Seba' Konferenza Ewro-Mediterranja tal-Ministri tal-Kummerċ li saret f'Marsilja fit-2 ta' Lulju 2008,

   wara li kkunsidra l-Laqgħa Għolja ta' Pariġi għall-Mediterran tal-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern Ewro-Mediterranji tat-13 ta' Lulju 2008, li ħoloq l-Unjoni għall-Mediterran (UfM),

–   wara li kkunsidra l-istudju dwar l-impatt ta' sostenibiltà (SIA) taż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Ewro-Mediterranja (FTA) imħejji mill-Istitut għall-Politika u għat-Tmexxija tal-Iżvilupp tal-Università ta' Manchester,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni finali tas-Samit tal-Euromed tal-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali u Istituzzjonijiet Simili li saret f'Alessandrija fit-18 u d-19 ta' Ottubru 2009,

   wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Uffiċjali Għolja tal-Kummerċ Ewro-Mediterranji tal-11 ta' Novembru 2009 fi Brussell,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-politika Mediterranja tal-UE, b'mod partikoalri dik tal-15 ta' Marzu 2007 dwar il-bini ta' żona Ewro-Mediterranja ta' kummerċ ħieles(11) u dik tad-19 ta' Frar 2009 dwar il-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran(12),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi l-Konferenza ta' Barċellona tal-1995 tat bidu għal proġett ambizzjuż ħafna, jiġifieri l-ħolqien ta' rabtiet politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali ġodda u aktar mill-qrib bejn ix-xtut tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Mediterran, u billi l-proġett għadu 'l bogħod milli jkun komplut,

B.   billi l-proċess tat-twaqqif tal-UfM, li huwa maħsub biex jerġa' jagħti ħajja ġdida lill-proċess ta' integrazzjoni Ewro-Mediterranju permezz ta' proġetti konkreti u viżibbli, għadu għaddej; billi ma kienx hemm laqgħat tal-Euromed skedati bejn Jannar u Lulju 2009 minħabba l-kunflitt fil-medda ta' Gaża,

C.   billi l-laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Ewromed li kellha ssir f'Istanbul fl-24 u l-25 ta' Novembru 2009 kellha tiġi posposta minħabba bojkott mill-istati Għarab, li pprotestaw kontra l-pożizzjoni tal-Iżrael fil-proċess tal-paċi fil-Lvant Nofsani,

D.   billi l-UE ffirmat ftehimiet ta' assoċjazzjoni ma' sħabha kollha tan-Nofsinhar tal-Mediterran, bl-eċċezzjoni tas-Sirja u l-Libja; billi n-negozjati mas-Sirja għal ftehim ta' assoċjazzjoni ġew konklużi, iżda l-iffirmar tiegħu ġie pospost mis-Sirja, u billi l-Kummissjoni bdiet negozjati mal-Libja,

E.   billi l-approċċ bilaterali, li hu komponent ta' proċessi bħal dawn u konsegwenza tad-differenzi kulturali, soċjali, ekonomiċi u politiċi speċifiċi bejn il-pajjiżi involuti, għandu jitmexxa u jkun appoġġat b'viżjoni aktar globali u bi pjan għar-relazzjonijiet fost is-sħab differenti u għaldaqstant għandu jkollu miegħu approċċ reġjonali,

F.   billi ż-żewġ xtut tal-Mediterran għadhom jippreżentaw stampa tabilħaqq asimmetrika f'termini ekonomiċi, soċjali u demografiċi, b'tali mod li juru l-qabża fl-għana li tinsab fl-għerq tal-instabbiltà u l-pressjonijiet migratorji u ambjentali fir-reġjun; billi hemm differenzi sinifikanti f'termini ta' żvilupp bejn il-pajjiżi Mediterranji; billi aktar minn 30% tal-popolazzjoni fil- SEMCs jgħixu b'anqas minn USD 2 kuljum,

G.   billi l-ekonomiji tal-SEMCs jiddependu ħafna mill-kummerċ barrani; billi madwar 50% tal- flussi kummerċjali tagħhom huma lejn l-UE, minkejja li dawn jirrappreżentaw biss 8% tal-kummerċ barrani tal-UE, b'bilanċ pożittiv għall-UE; billi l-istrutturi ta' esportazzjoni tal-SEMCs għandhom diversifikazzjoni dgħajfa u dawn il-pajjiżi jibqgħu speċjalizzati f'setturi li ma tantx iwasslu għat-tkabbir,

H.   billi l-UE hija investitur barrani maġġuri fir-reġjun, imma l-investimenti diretti barranin (FDIs) għadhom baxxi ħafna meta mqabbla ma' partijiet oħra tad-dinja, u billi hemm differenzi kbar bejn pajjiż u ieħor f'dak li jirrigwarda l-kapaċità li tattira l-FDIs,

I.   billi l-integrazzjoni ekonomika reġjonali Nofsinhar-Nofsinhar għadha 'l bogħod milli tintlaħaq u l-flussi kummerċjali huma sottożviluppati u jirrapreżentaw biss 6% tal-kummerċ globali tal-SEMCs,

J.   billi din is-sitwazzjoni jista' jkollha effetti ta' ħsara kbira fuq il-proċess ta' integrazzjoni Ewro-Mediterranju, u fuq is-sigurtà tal-ikel u s-sovranità tal-SEMCs b'mod partikulari, billi tkabbar l-effetti tal-konċentrazzjoni kummerċjali, bħad-dipendenza minn esportazzjoni fl-UE ta' ftit prodotti - fil-biċċa l-kbira tagħhom agrikoli - filwaqt li żżid il-ħtieġa tal-importazzjoni ta' prodotti tal-ikel bażiċi, u għalhekk dis-sitwazzjoni mhijiex ta' benefiċċju għall-SEMCs u l-impriżi tagħhom,

K.   billi l-SEMCs għandhom ineħħu kull ostaklu politiku u ekonomiku li bħalissa qiegħed ifixkel il-proċess ta' integrazzjoni fiz-zona kollha sabiex ikun hemm kollaborazzjoni aktar fejjieda bejniethom,

L.   billi l-produtturi tat-tessuti, ħwejjeġ u żraben fiż-żewġ xtut tal-Mediterran qegħdin jitilfu ħafna mis-sehem tas-suq tagħhom minħabba l-fatt li s-swieq saru globalizzati u minħabba l-kompetizzjoni qawwija mill-Asja,

M.   billi l-FTA, jekk se jkollha effetti pożittivi veri, għandha tagħti spinta lill-integrazzjoni tal-SEMCs fil-kummerċ internazzjonali u tiżgura d-diversifikazzjoni ekonomika tagħhom, bi qsim ġust tal-benefiċċji li jirriżultaw, sabiex jintlaħaq l-objettiv ewlieni tas-sħubija ekonomika u kummerċjali Ewro-Mediterranja, partikolarment it-tnaqqis tad-differenza fl-iżvilupp bejn ix-xtut tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Mediterran,

N.   billi l-effetti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja aggravaw l-isfidi politiċi, ekonomiċi u soċjali li diġà jeżistu fil-pajjiżi sħab, b'mod partikulari fir-rigward tal-problema tal-qgħad; billi huwa fl-interess ta' dawk il-pajjizi u tal-UE li jnaqqsu r-rati tal-qgħad fir-reġjun, u li joffru prospettivi deċenti lill-popolazzjonijiet konċernati, b'mod partikulari lin-nisa, iż-żgħażagħ u lill-popolazzjoni rurali,

1.  Filwaqt li jagħraf li sar ċertu titjib, jiddeplora l-fatt li l-miri ewlenin tas-sħubija Ewro-Mediterranja għadhom 'il bogħod milli jintlaħqu; jenfasizza li s-suċċess ta' dan il-proċess, u tal-FTA b'mod partikolari, li jista' jikkontribwixxi għall-paċi, il-prosperità u s-sigurtà fir-reġjun kollu kemm hu, jesiġi sforz sostnut u konverġenti mill-partijiet kollha, flimkien ma' aktar involviment tas-soċjetà ċivili u tan-nies fiż-żewġ xtut tal-Mediterran;

2.  Jikkunsidra li bosta diffikultajiet, mhux biss ta' natura ekonomika iżda anke ta' natura politika, bħall-kunflitt fil-Lvant Nofsani, kellhom impatt negattiv konsiderevoli fuq il-progress u l-iżvilupp ta' dan il-proċess u tal-FTA b'mod partikolari; jiddeplora l-fatt li, minħabba dawn l-istess raġunijiet politiċi, kienet posposta l-laqgħa ministerjali tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Euromed, li kellha ssir f'Istanbul fl-24 u l-25 ta' Novembru 2009, u l-UfM mhix qed tagħmel progress;

3.  Ifakkar fid-definizzjoni fl-UfM ta' proġetti sinifikanti f'setturi strateġiċi, bħall-bini ta' infrastrutturi ġodda, il-kooperazzjoni bejn l-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), il-komunikazzjonijiet u l-isfruttar ta' sorsi ta' enerġija li tiġġedded biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ u l-investiment Ewro-Mediterranju; iħeġġeġ biex jibqgħu jsiru l-laqgħat skedati fil-qafas tal-UfM u li jiġi stabbilit segretarjat permanenti f'Barċellona;

4.  Jikkunsidra li l-ostakli attwali huma sinjal li l-approfondiment tar-relazzjonijiet ekonomiċi jeħtieġlu jimxi id f'id mal-approfondiment tar-relazzjonijiet politiċi; jemmen li integrazzjoni ekonomika u reġjonali ġenwina tista' tintlaħaq biss jekk isir progress konkret fis-soluzzjoni ta' kunflitti eżistenti fil-qasam tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem;

5.  Jistieden lill-Kummisjoni, lill-Istati Membri u lill-SEMCs sabiex jikkunsidraw l-effetti tal-kriżi finanzjarja, ekonomika u ambjentali billi jinkorporaw dejjem aktar kwistjonijiet soċjali u ambjentali fis-sħubija ekonomika u kummerċjali; jistieden lill-gvernijiet tal-SEMCs sabiex jimplimentaw politiki ta' protezzjoni soċjali u tal-impjiegi li jkunu konsistenti u effikaċi sabiex itaffu l-effetti tal-kriżi;

6.  Ifakkar f'dan ir-rigward li l-mira tal-FTA ma tistax titkejjel biss f'termini tal-iżvilupp ekonomiku, imma wkoll u fuq kollox, f'termini tal-ħolqien ta' impjiegi; jirrimarka li l-qgħad fost iż-żgħażagħ u n-nisa huwa l-kwistjoni soċjali l-aktar urġenti fil-pajjiżi Mediterranji;

7.  Jenfasizza l-importanza tal-integrazzjoni reġjonali tal-SEMCs u taż-żieda tal-kummerċ Nofsinhar-Nofsinhar; jiddispjaċih li l-koperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar għadha sottożviluppata;

8.  Iħeġġeġ bil-qawwa lill-SEMCs biex jiżviluppaw il-kummerċ Nofsinhar-Nofsinhar, billi jimxu fuq il-Ftehim ta' Agadir iffirmat mill-Eġittu, il-Ġordan, il-Marokk u t-Tuneżija; jikkunsidra li din il-miżura hija essenzjali għall-integrazzjoni reġjonali; jistieden lill-pajjiżi l-oħra fir-reġjun biex jingħaqdu f'dak il-ftehim biex jiżviluppaw aktar l-inizjattivi ta' żvilupp li l-SEMCs huma mdaħħlin fihom u biex jisfruttaw sinerġiji mal-approfondiment tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranji bejn l-SEMCs u l-UE; jenfasizza li l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom iwieġbu pożittivament għal talbiet ta' appoġġ tekniku u finanzjarju biex it-tali integrazzjoni ekonomika Nofsinhar-Nofsinhar tiġi promossa;

9.  Jikkunsidra li s-sistema tal-akkumulazzjoni tal-oriġini għandha tissaħħaħ, minħabba li hija għodda doganali siewja biex il-kummerċ fiż-żona jerġa' jieħu l-ħajja, u li r-regoli tal-oriġini għandhom jiġu aġġornati u simplifikati biex jitqiesu l-interessi tas-sħab tal-Euromed;; jistieden lill-ministri tal-kummerċ Ewro-Mediterranji biex japprovaw il-Konvenzjoni reġjonali dwar is-sistema pan-Ewro-Mediterranja tar-regoli tal-oriġini, li twitti t-triq għas-simplifikazzjoni tar-regoli tal-oriġini, kif ukoll biex jieħdu passi oħra lejn l-implimentazzjoni tas-sistema pan-Ewro-Mediterranja tal-kumulazzjoni tal-oriġini;

10.  Jinnota li l-Ministri tal-Kummerċ Ewro-Mediterranji għandhom jiddiskutu miżuri biex jindirizzaw id-dgħjufija attwali fir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi tal-Euromed, Pjan Direzzjonali ġdid għall-Kummerċ Ewro-Mediterranju u mekkaniżmu ġdid għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ u tal-investiment fir-reġjun; jilqa' kull inizjattiva komuni biex il-ftehimiet ta' assoċjazzjoni eżistenti jerġgħu jiġu eżaminati fid-dawl ta' ħtieġijiet u sfidi ekonomiċi ġodda;

11.  Jenfasizza li dawn id-diskussjonijiet għandhom isiru f'kuntest ta' fiduċja u rispett reċiproċi bejn is-sħab kollha biex ikun żgurat li l-SEMCs ikollhom id-dritt jikkontrollaw il-ħeffa li biha jiftħu l-kummerċ tagħhom, u li jikkontrollaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali; ifakkar li n-negozjati dwar l-FTA għandhom ikunu ppjanati fuq bażi komuni u gradwali fil-kuntest ta' sħubija razzjonali u prevedibbli li tirrifletti r-realtajiet soċjoekonomiċi tal-SEMCs;

12.  Jenfasizza li kwalunkwe liberalizzazzjoni ulterjuri fil-qasam tal-agrikoltura u s-sajd għandha tieħu kont tal-ħtieġa li jitħarsu l-prodotti sensittivi, filwaqt li tivvaluta sistematikament l-impatt soċjali tal-proċessi ta' liberalizzazzjoni u tal-istandards tas-saħħa tal-pjanti; jistieden lill-ministri tal-kummerċ tal-Euromed biex jiżguraw li dan il-proċess ikun gradwali, fid-dawl taż-żmien neċessarju biex jimplimentaw riformi ekwi tat-taxxa li jkunu mfassla biex ipattu għat-tnaqqis fid-dħul fiskali relatat mad-dwana; jistieden lis-sħab Ewro-Mediterranji biex jikkunsidraw il-kunċett ta' politika agrikola Ewro-Mediterranja integrata, imsejsa fuq il-komplementarjetà tal-katina tal-forniment u fuq politika tal-ilma vijabbli, filwaqt li l-ħtiġijiet ta' ikel tagħtihom prijorità fuq kunsiderazzjonijiet kummerċjali;

13.  Jikkunsidra li s-settur tas-servizzi huwa essenzjali għall-iżvilupp tal-SEMCs; jemmen li kull liberalizzazzjoni tas-servizzi għandha ssir fuq bażi maqbula mal-SEMCs, li biha jkollhom id-dritt li jintroduċu gradwalment u jikkontrollaw il-ftuħ tas-setturi sensittivi u vulnerabbli tal-ekonomiji tagħhom; jikkunsidra li għandha ssir distinzjoni bejn is-servizzi kummerċjali u s-servizzi pubbliċi;

14.  Jitlob li l-pjan għal-liberalizzazzjoni tas-settur industrijali jkun aġġustat abbażi tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali f'kull pajjiż, inkluż il-livell tal-qgħad, u l-impatt tiegħu fuq l-ambjent; jenfasizza li s-sħubija ekonomika u kummerċjali għandha tippromwovi diversifikazzjoni akbar fil-produzzjoni ta' oġġetti industrijali kif ukoll valur miżjud ogħla; jistieden lill-SEMCs biex jistabbilixxu politiki reġjonali li jikkunsidrau r-rwol ta' impriżi żgħar ħafna u SMEs;

15.  Jinnota li l-produtturi Ewro-Mediterranji tat-tessuti jiffaċċjaw diffikultajiet kbar fil-kuntest tal-kompetizzjoni globali li qed tiżdied; Ifakkar fil-ħtieġa li tissaħħaħ is-sħubija Tramuntana-Nofsinhar, biex il-produzzjoni u l-kummerċ Ewro-Mediterranju tat-tessuti u l-ħwejjeġ jibqgħu kompetittivi, u biex ikunu promossi l-attivitajiet tal-SEMCs li jkollhom valur miżjud aktar għoli, imsejjes fuq il-kreattività u l-innovazzjoni, u mhux biss fuq l-outsourcing tan-negozju;

16.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li titrawwem is-sigurtà tal-investiment fir-reġjun tal-Mediterran, permezz ta' sistema li tikkoordina strateġiji mmirati lejn l-SMEs li tkopri diversi oqsma: is-salvagwardja, il-finanzjament, l-informazzjoni u n-networking tal-SMEs;

17.  Jikkunsidra li l-proposta l-ġdida biex jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-faċilitazzjoni tal-investiment Ewro-Mediterranju hija pass sinifikanti lejn iċ-ċentralizzazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni permezz ta' netwerk uniku, li lill-operaturi ekonomiċi għandu jippermettilhom li jkollhom stampa komprensiva tal-kundizzjonijiet għall-kummerċ u l-investiment fir-reġjun; jenfasizza li l-istrument għandu jikkomplementa n-netwerks eżistenti;

18.  Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jinħoloq Bank Ewro-Mediterranju għall-Investiment u l-Iżvilupp, li jiġbor fih donaturi miż-żewġ xtut tal-Mediterran u li jkun jista' jiġbed l-investimenti barranin diretti li minnhom huwa nieqes ir-reġjun Ewro-Mediterranju;

19.  Jilqa' l-ħolqien ta' fond 'Inframed', li tħabbar fil-kuntest tal-UfM, bħala fond ta' investiment fit-tul biex jiffinanzja l-proġetti tal-infrastruttura;

20.  Huwa tal-fehma li l-UfM għandu jintensifika l-forom eżistenti ta' kooperazzjoni fil-kuntest tal-Euromed biex joffri lill-pajjiżi sħab kollha l-possibilità li jipparteċipaw fil-programmi u fil-politiki korrispondenti tal-UE fuq il-bażi tal-prijoritajiet u l-miri definiti bi qbil komuni; ifakkar li huwa importanti li jkompli jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tal-programmi Komunitarji għal aktar parteċipazzjoni ta' pajjiżi sħab, b'mod partikolari fl-oqsma tal-kooperazzjoni transkonfinali (InterReg), l-edukazzjoni, ir-riċerka u t-taħriġ professjonali (l-iskambju ta' studenti, eċċ.);

21.  Iħeġġeġ l-użu tal-enerġija mix-xemx u mir-riħ fir-reġjun tal-Mediterran; jilqa' inizjattivi riċenti bħall-'Plan Solaire' u l-indeat inizjali skont l-Inizjatttiva Industrijali Desertec biex niżviluppaw il-potenzjal vast tal-enerġija mix-xemx fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta' Fuq, imma jiddispjaċieh li l-azzjonijiet għadhom jiġu maħsuba fuq bażi wisq nazzjonali; jenfasizza li l-azzjoni tal-UE rigward il-proġett Desertec trid tkun koerenti u tagħti kontribut attiv għall-iżvilupp tal-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq u tal-Lvant Nofsani, u jistieden lill-Kummissjoni biex tikkoordina l-isforzi tal-UE b'mod proattiv;

22.  Jinnota bi tħassib il-konklużjonijiet tal- SIA; jistieden lill-Kummissjoni biex sistematikament issegwi r-rakkomandazzjonijiet ta' dik l-SIA fir-rigward l-impatt soċjali u ambjentali tal-proċess ta' liberalizzazzjoni, bil-għan li jitqiesu kunsiderazzjonijiet tad-dimensjoni tal-koeżjoni soċjali u tal-iżvilupp sostenibbli; barra minn hekk jisħaq li dan l-impatt jista' jvarja b'mod sinifikanti minn settur għall-ieħor u minn pajjiż għall-ieħor; jenfasizza, bil-għan li jilħaq progress soċjali reali, l-importanza tal-promozzjoni, fis-sħubija ekonomika u kummerċjai tagħna, kodiċi ta' kondotta deċenti dwar ix-xogħol innegozjati ma' multinazzjonali, li jkunu jinkorporaw il-miri talprovvista ta' impjiegi deċenti;

23.  Huwa tal-fehma li l-FTA għandha tkun ikkomplementata bl-introduzzjoni gradwali, suġġetta għal kundizzjonijiet, tal-moviment ħieles tal-ħaddiema, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol Ewropew u r-riflessjonijiet attwali tal-komunità internazzjonali dwar ir-rabtiet bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp; jikkunsidra li hemm urġenza fir-rigward tal-ħolqien ta' proċeduri ġuridiċi u amministrattivi li jiffaċilitaw l-għoti ta' viżi, partikolarment għall-partijiet interessati fis-sħubija Ewro-Mediterranja, l-istudenti, l-istaff tal-universitajiet u lill-partijiet soċjoekonomiċi; jisħaq fuq l-importanza u l-ħtieġa li jitnaqqsu l-ispejjeż tat-trasferimenti ta' flus li l-ħaddiema migranti jibagħtu lura f'pajjiżhom, sabiex l-użu tagħhom ikun massimizzat fl-ekonomija lokali;

24.  Jitlob lill-Kummissjoni biex iżommu informat għalkollox dwar il-progress li jsir rigward ftehim ta' assoċjazzjoni mas-Sirja, li s-Sirja reċentement ipposponiet l-iffirmar tiegħu; jikkunsidra li hemm xi tħassib dwar jekk il-Libja għandhiex terġa' tidħol f'negozjati dwar ftehim ta' assoċjazzjoni u, b'mod aktar ġenerali, fil-UfM; jitlob lill-Kummissjoni biex tinformah sewwa, tinvolvih u tikkonsultah fil-fażijiet kollha tan-negozjati;

25.  Jinnota wkoll li diversi pajjiżi tal-Mediterran esprimew interess fl-approfondiment u/jew fit-twessigħ tal-ftehimiet kummerċjali tagħhom mal-UE, u jitlob lill-Kummissjoni, fid-dawl tas-setgħat il-ġodda rigward il-kummerċ mogħtija lill-PE bit-Trattat ta" Lisbona, tieħu kont ta' riżoluzzjoni preċedenti tal-Parlament waqt li tkun qed tinnegozja dawn il-ftehimiet il-ġodda;

26.  Jenfasizza li approċċi bilaterali m'għandhomx jittieħdu askapitu ta' approċċ reġjonali multilaterali; jemmen li, filwaqt li jiffavorixxi kooperazzjoni msaħħa mas-sħab l-aktar avvanzati, u bil-kunsiderazzjoni dovuta tal-karatteristiċi politiċi, kulturali, u soċjali tagħhom, li l-Kummissjoni għandha żżomm il-prinċipju ta' negozjati bejn reġjun u ieħor;

27.  Jenfasizza li, fid-dawl tal-qagħda fil-Palestina, għandhom jittieħdu miżuri speċifiċi u speċjali biex jgħinu lill-populazzjoni, bil-għan li din iż-żona tiġi integrata fil-flussi kummerċjali tal-Mediterran; f'dak ir-rigward, jikkunsidra li għandha tinstab soluzzjoni biex tindirizza l-kwistjoni taċ-ċertifikazzjoni tal-oriġini u t-trattament preferenzjali sussegwenti skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni KE-Iżrael applikabbli għall-oġġetti ġejjin mill-Medda ta' Gaza u mix-Xatt tal-Punent;

28.  Jikkunsidra li l-Pjan Direzzjonali bbilanċjat ibbażat fuq kunsens wiesa' u, fost l-oħrajn, valutazzjoni pożittiva tal-impatt soċjali u ambjentali, tista' tkun strument siewi biex terġa' tiġi varata l-kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali fis-snin li ġejjin; għaldaqstant jistieden lill-Ministri tal-kummerċ Ewro-Mediterranji biex japprovawha fil-laqgħa ministerjali tagħhom f'Diċembru 2009; jistieden lill-Uffiċjali Għolja tal-Kummerċ Ewro-Mediterranji biex fis-snin li ġejjin jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali u jipproponu kwalunkwe adattament meħtieġ, u jitlob li jinżamm infurmat dwar miżuri ta' dan it-tip;

29.  Jisħaq fuq il-fatt li l-proċess ta' integrazzjoni Ewro-Mediterranja jeħtieġlu jsir, għal darb'oħra, prijorità politika għall-UE;

30.  Jenfasizza r-rwol tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja (EMPA) fis-sħubija, bħala l-korp demokratiku li lill-parlamentari miż-żewġ xtut tal-Mediterran ilaqqagħhom flimkien madwar it-tliet pilastri tal-Proċess ta' Barċellona; fl-aħħar nett, jitlob kooperazzjoni akbar rigward kwistjonijiet ekonomiċi bejn l-EMPA, il-Kummissjoni u l-Kunsill;

31.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kapijiet tal-Istati u tal-Gvernijiet, lill-Parlamenti tal-Istati Membri u tal-SEMCs u lill-EMPA.

(1) ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.
(2) ĠU L 97, 30.3.1998, p. 2
(3) ĠU L 147, 21.6.2000, p. 3
(4) ĠU L 70, 18.3.2000, p. 2.
(5) ĠU L 129, 15.5.2002, p. 3
(6) ĠU L 304, 30.9.2004, p. 39
(7) ĠU L 143, 30.5.2006, p. 2
(8) ĠU L 265, 10.10.2005, p. 2.
(9) ĠU L 187, 16.7.1997, p. 3
(10) ĠU L 35, 13.2.1996, p. 1.
(11) ĠU C 301 E, 13.12.2007, p.210.
(12) Testi Adottati, P6_TA(2009)0077.


Il-kumpens għall-passiġġieri fil-każ ta" falliment tal-linja tal-ajru
PDF 205kWORD 41k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-kumpens għall-passiġġieri fil-każ ta" falliment tal-linja tal-ajru
P7_TA(2009)0092B7-0153/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-mistoqsija tal-15 ta" Ottubru 2009 lill-Kummissjoni dwar il-kumpens għall-passiġġieri fil-każ ta" falliment tal-linja tal-ajru (O-0089/09 – B7-0210/2009),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta" Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż(1),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 tad-9 ta" Ottubru 1997 dwar ir-responsabilità ta" trasportaturi bl-ajru fir-rigward tat-trasport ta' passiġġieri u l-bagalji tagħhom bl-ajru(2),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta" April 2004 dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani(3),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta" Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet(4),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta" Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta" servizzi tal-ajru fil-Komunità(5),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi d-Direttiva 90/314/KEE (Direttiva dwar il-Pakketti ta' Vjaġġi) tirregola ċerti aspetti tan-negozju tal-vaganzi kollox kompriż u tipprevedi kumpens xieraq u r-ripatrijazzjoni tal-konsumaturi fil-każ ta" falliment tal-kumpaniji tal-vaganzi kollox kompriż,

B.   billi r-Regolament (KE) Nru 2027/97 jistabbilixxi n-natura tar-responsabilità tat-trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta" inċidenti u arranġamenti ta" kumpens għall-passiġġieri,

C.   billi r-Regolament (KE) Nru 785/2004 jistipula r-rekwiżiti tal-assigurazzjoni li għandhom jiġu ssodisfati mit-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani,

D.   billi r-Regolament (KE) Nru 261/2004 jipprevedi kumpens u assistenza għall-passiġġieri li ma jitħallewx jitilgħu abbord jew li t-titjiriet tagħhom jitħassru jew jittardjaw b'ħin twil,

E.   billi r-Regolament (KE) Nru 1008/2008 jistabbilixxi regoli finanzjarji stretti għall-operaturi tal-ajruplani,

F.   billi kien hemm tkabbir sostanzjali matul dawn l-aħħar għaxar snin fl-għadd ta" kumpaniji ta" trasport bl-ajru bl-irħis relattivament żgħar li jtiru lejn destinazzjonijiet popolari għall-vaganzi kif ukoll fl-għadd ta" passiġġieri li huma jġorru,

G.   billi kien hemm 77 falliment fis-settur tal-avjazzjoni matul l-aħħar disa" snin, li wħud minnhom wasslu biex eluf ta" passiġġieri tħallew l-art fid-destinazzjonijiet tagħhom u ma setgħux jużaw il-parti tar-ritorn tal-biljett tal-ajru tagħhom,

1.  Jinnota li l-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati fir-rigward tal-fallimenti tal-linji tal-ajru;

2.  Ifakkar li l-Kummissjoni wettqet studju importanti tad-diffikultajiet li jikkonċernaw il-fallimenti tal-linji tal-ajru u tal-impatt tagħhom fuq il-passiġġieri u għaddiet ir-riżultati tiegħu lill-Parlament fi Frar 2009;

3.  Jinnota s-sejbiet ta" dan l-istudju u l-firxa ta" possibilitajiet li huwa jeżamina;

4.  Ifakkar, f'dan ir-rigward, li hemm numru ta" possibilitajiet li l-Kummissjoni tista" ssegwi sabiex issaħħaħ il-pożizzjoni tal-passiġġieri tal-linji tal-ajru falluti, inkluża assigurazzjoni obbligatorja għal-linji tal-ajru, arranġament ta" assigurazzjoni volontarja għall-passiġġieri li l-linji tal-ajru jkunu meħtieġa li jipproponu lill-passiġġieri, u t-twaqqif ta" fond ta" garanzija;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-possibilità ta" proposta leġiżlattiva li jkollha l-objettiv speċifiku li tipprevedi l-għoti ta' kumpens lill-passiġġieri tal-linji tal-ajru li jfallu u li tistabbilixxi arranġamenti finanzjarji u amministrattivi, inkluż il-prinċipju tar-responsabilità reċiproka għall-passiġġieri tal-linji tal-ajru kollha li jtiru fl-istess direzzjoni b'sits vojta, li jiżguraw ir-ripatrijazzjoni tal-passiġġieri li jitħallew l-art f'ajruport li ma jkunx dak ta" fejn joqogħdu fil-każ li tfalli l-linja tal-ajru u, jekk tqis li din tkun xierqa, tippreżentaha sal-1 ta" Lulju 2010; jitlob lill-Kummissjoni sabiex, fir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Pakketti ta" Vjaġġi, tipproponi estensjoni għar-ripatrijazzjoni jew il-bdil tal-itinerarju għall-passiġġieri kkonċernati;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra l-possibilità li dawn il-miżuri jiġu estiżi għal-linji tal-ajru li ma baqgħux joperaw u li kkawżaw lill-passiġġieri inkonvenjenzi simili għal dawk ikkawżati minn kumpaniji li jfallu;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tinvestiga l-possibilità tal-ħelsien rapidu tal-ajruplani ssekwestrati mill-entitajiet regolatorji nazzjonali sabiex dawn l-ajruplani jkunu jistgħu jintużaw biex il-passiġġieri li jitħallew l-art jittieħdu lura f'pajjiżhom;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill- gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59.
(2) ĠU L 285, 17.10.1997, p. 1.
(3) ĠU L 138, 30.4.2004, p. 1.
(4) ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1.
(5) ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.


Immarkar tal-oriġini
PDF 209kWORD 45k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 dwar l-immarkar tal-oriġini
P7_TA(2009)0093RC-B7-0142/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati(1),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 rigward il-prattiki kummerċjali inġusti bejn in-negozju u l-konsumatur fis-suq intern(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu IX u l-Artikolu XXIV:5 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT 1994),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità(3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993(4) li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, li jistabbilixxu s-sistema ta" regoli tal-oriġini mhux preferenzjali tal-Komunità,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 tat-28 ta' Marzu 1983 li jwaqqaf sistema Komunitarja ta" eżenzjoniiet minn dazju doganali(5),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2009 dwar it-titjib fl-irwol tal-SMEs Ewropej fil-kummerċ internazzjonali(6),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2006 dwar l-immarkar tal-oriġini(7),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni dwar l-immarkar tal-oriġini(8),

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2005 għal regolament tal-Kunsill dwar l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini ta' ċerti prodotti importati mill-pajjiżi terzi (COM(2005)0661),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi, attwalement, l-UE ma għandhiex dispożizzjonijiet armonizzati jew prattiki uniformi dwar l-immarkar tal-oriġini fl-UE; billi d-disparitajiet bejn ir-regolamenti fis-seħħ tal-Istati Membri kif ukoll l-assenza ta' regoli ċari tal-Komunità f'dan il-qasam qed jirriżultaw f'qafas legali frammentat,

B.   billi l-miżuri nazzjonali li jimponu l-immarkar tal-oriġini fuq il-prodotti importati minn Stati Membri oħra huma projbiti, filwaqt li mhemm ebda limiti tali fuq l-immarkar tal-oriġini obbligatorju fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi,

C.   billi n-numru tal-ikbar imsieħba kummerċjali tal-UE, bħalma huma l-Istati Uniti, iċ-Ċina, il-Ġappun u l-Kanada, daħħlu fis-seħħ rekwiżiti obbligatorji dwar l-immarkar tal-oriġini,

D.   billi, fl-Aġenda ta' Lisbona, l-UE għandha bħala objettiv it-tisħiħ tal-ekonomija tagħha permezz, inter alia, tat-titjib fil-kompetittività tal-industrija tagħha fl-ekonomija dinjija; billi l-kompetizzjoni tista' tiġi kkunsidrata ġusta meta topera b'regoli ċari għall-produtturi kif ukoll għall-esportaturi u l-importaturi u meta tkun mibnija fuq suppożizzjonijiet u valuri soċjali u ambjentali komuni,

E.   billi l-iskema tal-immarkar tal-oriġini għandha jkollha l-għan li tippermetti l-konsumaturi tal-UE biex ikunu konxji bis-sħiħ dwar il-pajjiż tal-oriġini tal-prodotti li jixtru; billi l-konsumaturi għaldaqstant ikunu jistgħu jidentifikaw il-prodotti mal-istandards soċjali, ambjentali u ta' sigurtà li normalment ikunu assoċjati ma' dak il-pajjiż,

F.   billi l-proposta li tiddaħħal sistema obbligatorja tal-marka tal-oriġini fl-UE hija ristretta għal numru limitat ta" prodotti importati, bħalma huma t-tessuti, il-ġojjellerija, il-ħwejjeġ, iż-żraben, l-għamara, il-ġilda, il-lampi u l-apparat tad-dawl, il-ħġieġ, iċ-ċeramika u l-basktijiet tan-nisa, fejn ir-rekwiżit "made in" jagħti informazzjoni siewja għall-għażla finali tal-konsumatur,

G.   billi huwa kruċjali li jiġu żgurati kodizzjonijiet ugwali mal-produtturi tal-imsieħba ewlenin tal-Unjoni Ewropea li implimentaw l-immarkar tal-oriġini,

H.   billi d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009 se jpoġġu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq l-istess livell rigward il-politika kummerċjali komuni; billi l-proċedura leġiżlattiva ordinarja skont l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea se tapplia għar-regolament ġejjieni dwar l-immarkar tal-oriġini,

1.  Itenni li l-protezzjoni tal-konsumatur teħtieġ regoli tal-kummerċ trasparenti u konsistenti, inklużi l-indikazzjonijiet tal-oriġini;

2.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jieħdu l-passi kollha neċessarji biex jiżguraw livell uniformi mal-imsieħba kummerċjali li jkunu stabbilixxew il-ħtiġiet tal-immarkar tal-oriġini;

3.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jistabbilixxu sorveljanza doganali xierqa u mekkaniżmi ta' infurzar;

4.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex iżommu approċċ tal-Komunità konsisteni għal din il-kwistjoni sabiex jippermetti l-konsumaturi biex jirċievu aktar informazzjoni kompleta u preċiża; jikkunsidra l-immarkar obbligatorju tal-oriġini bħala pass 'il quddiem lejn aktar informazzjoni kompluta dwar il-produzzjoni soċjali u ambjentali u l-istandards tal-iproċessar;

5.  Iħeġġeġ bis-sħiħ lill-Kummissjoni biex tintervjeni, flimkien mal-Istati Membri, biex tiddefendi d-drittijiet u l-aspettativi leġittimi tal-konsumaturi meta jkun hemm evidenza ta' frodi jew informazzjoni qarrieqa dwar l-immarkar tal-oriġini li jsiru mill-importaturi jew il-produtturi minn pajjiżi terzi;

6.  Iqis il-proposta msemmija hawn fuq għal Regolament tal-Kunsill li tintroduċi l-indikazzjonijiet obbligatorji tal-pajjiż tal-oriġini ta' ċerti prodotti importati minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni Ewropea bħala utli sabiex jintlaħaq l-objettiv tat-trasparenza u tal-informazzjoni xierqa lill-konsumatur kif ukoll konsistenza fir-regoli internazzjonali tal-kummerċ;

7.  Iqis li, mill-1 ta' Diċembru 2009, fil-kuntest tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja introdotta permezz tat-Trattat ta' Lisbona, il-konsultazzjoni u l-iskambju tal-opinjonijiet bejn il-Parlament u l-Kunsill għandhom jibdew b'mod formali u li aktar dewmien jista' jwassal għal danni serji għad-drittijiet taċ-ċittadini, l-impjieg fl-UE u l-prinċipju ta' kummerċ ġust u ħieles;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni biex ma tagħmel ebda tibdil fil-proposta tagħha u biex tibgħatha mill-ġdid lill-Parlament skont l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b'mod immedjat wara li t-Trattat ta' Liżbona jidħol fis-seħħ;

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 169, 30.6.2005, p. 1.
(2) ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22
(3) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(4) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
(5) ĠU L 105, 23.4.1983, p. 1.
(6) Testi Adottati, P6_TA(2009)0048.
(7) ĠU C 303 E, 13.12.2006, p. 881.
(8) ĠU C 323 E, 18.12.2008, p. 140.

Avviż legali - Politika tal-privatezza