Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Testi adottati
PDF 268kWORD 32k
L-Erbgħa, 20 ta' Jannar 2010 - Strasburgu
Elezzjoni tal-Ombudsman Ewropew
P7_TA(2010)0001
Deċiżjoni
 Anness

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2010 li taħtar l-Ombudsman Ewropew

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 24 u l-Artikolu 228 tiegħu,

–   wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tiegħu tad-9 ta' Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-kompiti tal-Ombudsman(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 204 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra s-sejħa għall-applikazzjonijiet(2),

–   wara li kkunsidra l-vot tiegħu tal-20 ta' Jannar 2010,

1.  Jaħtar Nikiforos Diamandouros biex iservi/isservi bħala Ombudsman Ewropew;

2.  Jitlob lil Nikiforos Diamandouros biex jieħu/tieħu ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tieġħu biex id-deċiżjoni annessa tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tieġħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Ġustizzja.

(1) ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.
(2) ĠU C 216, 10.9.2009, p. 7.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-20 ta' Jannar 2010

li taħtar l-Ombudsman Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 24 u l-Artikolu 228 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tiegħu tad-9 ta' Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-kompiti tal-Ombudsman(1),

Wara li kkunsidra l-Artikolu 204 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

Wara li kkunsidra s-sejħa għall-applikazzjonijiet(2),

Wara li kkunsidra l-vot tiegħu tal-20 ta' Jannar 2010,

IddeċiEda:

li jaħtar Nikiforos DIAMANDOUROS biex iservi/isservi bħala Ombudsman Ewropew.

Magħmula fi Strasburgu, fl-20 ta' Jannar 2010

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Jerzy BUZEK

(1) ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.
(2) ĠU C 216, 10.9.2009, p. 7.

Avviż legali - Politika tal-privatezza