Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2010 li tipproponi l-ħatra ta' Ana Palacio Vallelersundi fil-kumitat skont l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (2009/2210(INS))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra t-tieni paragrafu tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 107a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi Ana Palacio Vallelersundi tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,
1. Jipproponi li Ana Palacio Vallelersundi tinħatar fil-kumitat;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja.