Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0004(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0006/2010

Testi mressqa :

A7-0006/2010

Dibattiti :

PV 08/02/2010 - 14
CRE 08/02/2010 - 14

Votazzjonijiet :

PV 10/02/2010 - 9.3
CRE 10/02/2010 - 9.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0013

Testi adottati
PDF 457kWORD 151k
L-Erbgħa, 10 ta' Frar 2010 - Strasburgu
Kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni *
P7_TA(2010)0013A7-0006/2010

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Frar 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (COM(2009)0029 – C6-0062/2009 – 2009/0004(CNS))

(Proċedura leġislattiva speċjali - konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0029),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 94 tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0062/2009),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem "Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa" (COM(2009)0665),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 113 u 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0006/2010),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 9 a (ġdida)
(9a)  Sabiex jiġu applikati u vverifikati b'mod korrett is-sistemi fiskali differenti tal-Istati Membri, hija meħtieġa informazzjoni adegwata dwar l-attivitajiet taxxabli li jitwettqu fi Stati Membri oħra. Fost il-modalitajiet differenti, l-iskambju awtomatiku ta" dejta jidher bħala l-aktar mod effikaċi għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni attwali meħtieġa għal tassazzjoni korretta, b'mod partikolari fil-każijiet transkonfinali. Biex tkun żgurata l-effikaċja ta" dan l-iskambju awtomatiku ta" informazzjoni jeħtieġ li jkunu determinati l-kategoriji u li jiġu definiti l-oqsma fejn applikazzjoni ta' dan l-iskambju hija obbligatorja. Barra minn hekk, għandu jkun hemm il-possibbiltà li jiġi stabbilit limitu doppju, skont il-kategoriji li għalihom tiġi kkomunikata informazzjoni u/jew l-ammont li jiskatta l-mekkaniżmu.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 10
(10)  L-Istati Membri għandhom jiskambjaw awtomatikament kwalunkwe informazzjoni fejn Stat Membru jkun iġġustifikat li jissoponi li seħħ nuqqas ta' konformità mal-liġijiet fiskali, jew li x'aktarx iseħħ, fi Stat Membru ieħor, fejn ikun riskj ta' tassazzjoni mhux xierqa fi Stat Membru ieħor, jew fejn it-taxxa tkun ġiet, jew tkun ser tiġi, evaża jew evitata għal kwalunkwe raġuni fi Stat Membru ieħor, u speċjalment fejn ikun hemm trasferiment artifiċjali ta' profitti bejn impriżi fi Stati Membri differenti jew fejn tali tranżazzjonijiet ikunu twettqu bejn impriżi f'żewġ Stati Membri permezz ta' pajjiż terz sabiex jinkisbu vantaġġi fiskali.
(10)  L-Istati Membri għandhom jiskambjaw awtomatikament kwalunkwe informazzjoni, filwaqt li jiżguraw il-protezzjoni tal-privatezza tal-konsumatur, fejn Stat Membru jkun iġġustifikat li jissoponi li seħħ nuqqas ta' konformità mal-liġijiet fiskali, jew li x'aktarx iseħħ, fi Stat Membru ieħor, fejn ikun riskju ta' tassazzjoni mhux xierqa fi Stat Membru ieħor, jew fejn it-taxxa tkun ġiet, jew tkun ser tiġi, evaża jew evitata għal kwalunkwe raġuni fi Stat Membru ieħor, u speċjalment fejn ikun hemm trasferiment artifiċjali ta' profitti bejn impriżi fi Stati Membri differenti jew fejn tali tranżazzjonijiet ikunu twettqu bejn impriżi f'żewġ Stati Membri permezz ta' pajjiż terz sabiex jinkisbu vantaġġi fiskali.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 11 a (ġdida)
(11a)  Informazzjoni ta" dan it-tip għandha wkoll tkun protetta skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta" Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta" individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta" data personali u dwar il-moviment liberu ta" dik id-data1 u skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jirrispettaw l-obbligi dwar it-trasparenza u l-informazzjoni fir-rigward tal-partijiet interessati fil-każijiet li jinvolvu l-irkupru ta" dejta personali. Għandhom ikunu żgurati livell xieraq ta" protezzjoni, perjodu limitat ta' ħażna, u r-responsabilizzazzjoni tal-istituzzjoni jew il-korp li jżommu id-dejta.
_______________________________
1 ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
2 ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Premessa 11 b (ġdida)
(11b)  Fil-każijiet previsti fil-premessi 9, 10 u 11, il-perspettiva tal-iskambju tal-informazzjoni ma għandhiex ikollha bħala konsegwenza li xi persuni u intrapriżi jkollhom il-piż żejjed ta" obbligi dikjarattivi supplementari;
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 12
(12)  Huwa importanti li uffiċjali tal-amministrazzjoni tat-taxxa ta' Stat Membru wieħed jitħallew ikunu preżenti fit-territorju ta' Stat Membru ieħor u jkunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat ta' spezzjoni konferiti fuq l-uffiċjali tal-Istat Membru rikjest.
(12)  Bil-għan li titqawwa l-kooperazzjoni bejn fil-qasam tal-amministrazzjonijiet fiskali tal-Istati Membri, huwa importanti li uffiċjali tal-amministrazzjoni tat-taxxa ta' Stat Membru wieħed jitħallew ikunu preżenti fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 17 a (ġdida)
(17a)  Sabiex jitjiebu l-applikabilità u l-effikaċja ta" din id-Direttiva, l-istess livell ta" obbligu għandu japplika kemm għall-komunikazzjoni ta" informazzjoni li tkun diġà disponibbli mill-awtorità mitluba kif ukoll għat-twettiq tal-indaġnijiet amministrattivi neċessarji sabiex tinkiseb din l-informazzjoni.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 19
(19)  Madankollu, Stat Membru ma għandux jirrifjuta li jittrażmetti l-informazzjoni minħabba li ma jkollux interess domestiku jew minħabba li l-informazzjoni relatata ma' resident ta' Stat Membru ieħor tinżamm minn bank, istituzzjoni finanzjarja oħra, kuratur jew persuna fil-kapaċità ta' aġent jew kapaċità fiduċjarja jew minħabba li tirrelata ma' interessi proprjetarji f'persuna.
(19)  Madankollu, Stat Membru ma għandux jirrifjuta li jittrażmetti l-informazzjoni minħabba li ma jkollux interess domestiku jew minħabba li l-informazzjoni tinżamm minn bank jew minn istituzzjoni finanzjarja oħra, jew minn kuratur jew persuna fil-kapaċità ta' aġent jew kapaċità fiduċjarja jew minħabba li tirrelata ma' interessi proprjetarji f'persuna.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 20
(20)  Għandu jkun ċar ukoll li fejn Stat Membru jipprovdi għal kooperazzjoni usa' ma' pajjiż terz minn dik ipprovduta skont din id-Direttiva, ma għandux jirrifjuta li jipprovdi tali kooperazzjoni usa' lill-Istati Membri l-oħra.
(20)  Għandu jkun ċar ukoll li fejn Stat Membru jipprovdi għal kooperazzjoni usa' ma' pajjiż terz minn dik ipprovduta skont din id-Direttiva, ma għandux jirrifjuta li jipprovdi tali kooperazzjoni usa' lill-Istati Membri l-oħra. Kwalunkwe trasferiment ta" dejta personali lil pajjiż terz għandu jsir bi qbil mad-Direttiva 95/46/KE.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 22
(22)  Għandha ssir evalwazzjoni tal-effikaċja tal-kooperazzjoni amministrattiva, speċjalment abbażi tal-istatistiċi.
(22)  Bil-għan li l-kooperazzjoni amministrattiva tissaħħaħ u tapprofondixxi ruħha, għandha ssir evalwazzjoni tal-effikaċja tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, speċjalment abbażi tal-istatistiċi. Jeħtieġ ukoll li jkun stabbilit segwitu tal-każijiet fejn l-Istati Membri jkunu rrifjutaw li jikkomunikaw l-informazzjoni jew li jwettqu indaġni amministrattiva.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 23 a (ġdida)
(23a)  Il-Kummissjoni għandu jkollha l-poter li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta" titjib tekniku lill-kategoriji ta" introjtu u kapital li huma suġġetti għall-iskambju awtomatiku ta" informazzjoni u għal-limiti ta' introjtu u kapital li minnhom 'il fuq għandu jkun hemm skambju ta' informazzjoni. Minħabba n-natura speċifika tal-kooperazzjoni amministrattivi, l-għoti tal-poter għandu jkun għal perjodu indeterminat ta" żmien.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – punt 6 – sottopunt d
(d) kwalunkwe arrangament legali, inkluż partenarjati u trusts, li l-introjtu jew kapital tagħhom ikun soġġett għal kwalunkwe mit-taxxi koperti minn din id-Direttiva;
(d) kwalunkwe strument jewarranġament legali ieħor, irrispettivament min-natura jew il-forma tiegħu u jekk għandux personalità ġuridika jew le, li jista' jkollu fil-pussess tiegħu jew jiġġestixxi assi, inkluż l-introjtu minnu, li jkun soġġett għal kwalunkwe waħda mit-taxxi koperti minn din id-Direttiva;
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – punt 8
8. "b'mezzi elettroniċi", tfisser l-użu ta' tagħmir elettroniku għall-ipproċessar, inkluż il-kompressjoni diġitali, u l-ħażna tad-dejta, u l-utilizzar ta' wajers, trażmissjoni bir-radju, teknoloġiji ottiki jew mezzi oħra elettromanjetiċi;
8. "b'mezzi elettroniċi", tfisser l-użu ta' tagħmir elettroniku għall-ipproċessar, inkluża l-kompressjoni diġitali, u l-ħażna tad-data, u l-utilizzar ta' wajers, trażmissjoni bir-radju, teknoloġiji ottiċi jew mezzi oħra elettromanjetiċi, meta dawn il-mezzi jistgħu jitwettqu filwaqt li tiġi garantita l-protezzjoni sikura tal-informazzjoni;
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 a (ġdid) (fit-Taqsima I "Skambju ta" informazzjoni fuq talba")
Artikolu 7a
Sistemi ta" kontroll
Kull Stat Membru għandu jiżviluppa sistemi xierqa ta" kontroll għall-uffiċċju tiegħu ta' kollegament għat-taxxa waħdanija, fl-interessi tat-trasparenza u tal-effikaċja tal-ispiża, u għandu jfassal rapport aċċessibbli għall-pubbliku fil-kuntest tal-eżerċizzju ta" monitoraġġ annwali.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1
1.  L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha, permezz ta' skambju awtomatiku, tibgħat l-informazzjoni dwar kategoriji speċifiċi dwar l-introjtu u l-kapital lill-Istati Membri l-oħra.
1.  L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha tikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor, permezz ta' skambju awtomatiku, l-informazzjoni rigward il-persuni li jkollhom ir-residenza fiskali tagħhom f'dak l-Istat Membru l-ieħor, dwar il-kategoriji speċifiċi dwar l-introjtu u l-kapital li ġejjin:
(a) introjtu mix-xogħol;
(b) ħlasijiet tad-diretturi;
(c) dividendi;
(d) qligħ kapitali;
(e) royalties;
(f) prodotti tal-assikurazzjoni fuq il-ħajja li mhumiex koperti minn strumenti legali tal-Unjoni oħra dwar l-iskambju ta' informazzjoni u miżuri simili oħra:
(g) pensjonijiet;
(h) sjieda ta" proprjetà immobbli u introjtu minnha.
Din l-informazzjoni għandha tkun protetta skont id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jirrispettaw l-obbligi dwar it-trasparenza u l-informazzjoni fir-rigward tal-partijiet interessati fil-każijiet li jinvolvu t-tfittxija ta" dejta personali. Għandhom ikunu żgurati livell xieraq ta" protezzjoni, perjodu limitat ta' ħażna, u r-responsabilizzazzjoni tal-istituzzjoni jew il-korp li jżommu id-dejta.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 24(2), fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva:
2.   Bil-għan li ttejjeb l-effikaċja tal-valutazzjoni tat-taxxi msemmija fl-Artikolu 2 fuq il-bażi tal-esperjenza miġbura mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tadotta, għall-ewwel darba sa ...*, atti delegati bi qbil mal-Artikolu 22a, 22b u 22c, li:
(a) il-kategoriji tal-introjtu u kapital li jrid ikunu koperti;
(a) jiċċaraw kwalunkwe kundizzjoni jew restrizzjoni speċifika fi ħdan il-kategoriji msemmija fil-paragrafu 1;
(b) it-tip tal-informazzjoni li trid tiġi skambjata;
(b) jispeċifikaw għal kull kategorija ta" introjtu u kapital il-limitu li minnu "l fuq għandu jsir skambju ta" informazzjoni.
(c) kwalunkwe kundizzjoni jew restrizzjoni speċifika fi ħdan il-kategoriji msemmija fil-punt (a);
(d) il-frekwenza tal-iskambji;
(e) l-arranġamenti prattiċi għall-iskambju ta' informazzjoni.
* ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta" din id-Direttiva.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa u tgħarraf kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni dwar il-funzjonament tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni. Fuq il-bażi ta" din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri li jtejbu l-kamp ta" applikazzjoni u l-kwalità tar-rekwiżit tal-iskambju awtomatiku sabiex jippermettu li s-suq intern jiffunzjona bla diffikultà.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.  L-awtorità kompetenti fi Stat Membru wieħed tista" tavża lill-awtorità kompetenti ta" Stat Membru ieħor li ma tixtieqx tirċievi informazzjoni dwar il-kategoriji tal-introjtu u l-kapital imsemmija fil-paragrafu 1 jew li ma tixtieqx tirċievi informazzjoni dwar introjtu jew kapital li ma jaqbiżx ċertu limitu. F'dan il-każ, l-awtorità kompetenti għandha wkoll tinforma lill-Kummissjoni dwar dan.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 3 b (ġdid)
3b.  L-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata mill-inqas kull sena, u mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-bidu tas-sena finanzjarja fl-Istat Membru li fih tkun inkisbet l-informazzjoni.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
4.  Fejn Stat Membri jikkonkludi ftehimiet bilaterali jew multilaterali bil-għan tal-valutazzjoni korretta tat-taxxi msemmija fl-Artikolu 2, għandhom jipprovdu għall-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni dwar ċerti kategoriji ta' introjtu u kapital. Għal dak il-għan, għandhom jispeċifikaw f'dwak il-ftehimiet l-elementi li ġejjin:
4.  Fejn Stat Membri jikkonkludi ftehimiet bilaterali jew multilaterali bil-għan tal-valutazzjoni korretta tat-taxxi msemmija fl-Artikolu 2, għandhom jipprovdu għall-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni dwar ċerti kategoriji ta' introjtu u kapital, bi qbil mad-Direttiva 95/46/KE u mar-Regaolament (KE) Nru 45/2001. Għal dak il-għan, għandhom jispeċifikaw f'dwak il-ftehimiet l-elementi li ġejjin:
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
2.  Fejn uffiċjali tal-awtorità rikjedenti jkunu preżenti waqt indaġnijiet amministrattivi skont il-paragrafu 1, huma għandhom jeżerċitaw is-setgħat ta' spezzjoni konferiti fuq l-uffiċjali tal-awtorità rikjesta, bil-kundizzjoni li huma jeżerċitaw dawn is-setgħat skont il-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istat Membru rikjest.
2.  Fejn uffiċjali tal-awtorità rikjedenti jkunu preżenti waqt indaġnijiet amministrattivi skont il-paragrafu 1, bi qbil mal-awtorità rikjesta u skont il-linji gwida stipulati minn din tal-aħħar, huma jistgħu jipparteċipaw f' dik l-indaġni.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 2
2.  Fl-ebda każ ma għandu l-Artikolu 16(2) u (4) jinftiehem li jippermetti awtorità rikjesta ta' Stat Membru tirrifjuta li tforni l-informazzjoni dwar persuna residenti għall-finijiet fiskali fl-Istat Membru tal-awtorità rikjedenti sempliċiment minħabba din l-informazzjoni tkun tinżamm minn bank, istituzzjoni finanzjarja oħra, kuratur jew persuna fil-kapaċità ta' aġent jew kapaċità fiduċjarja jew minħabba li tirrelata ma' interessi proprjetarji f'persuna.
2.  Fl-ebda każ ma għandu l-Artikolu 16(2) u (4) jinftiehem li jippermetti awtorità rikjesta ta' Stat Membru li tirrifjuta li tforni l-informazzjoni relevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1) sempliċiment minħabba din l-informazzjoni tkun tinżamm minn bank jew minn istituzzjoni finanzjarja oħra, jew minn kuratur jew persuna fil-kapaċità ta' aġent jew kapaċità fiduċjarja jew minħabba li tirrelata ma' interessi proprjetarji f'persuna.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  Ta" kull sena l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe rifjut li tiġi kkomunikata informazzjoni jew li titwettaq indaġni amministrattiva, filwaqt li jindikaw ir-raġunijiet għal dan ir-rifjut. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-informazzjoni nnotifikata b'dan il-mod u għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet bil-għan li tnaqqas l-għadd ta' dawn il-każijiet bi qbil mal-Artikolu 24(3).
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Kapitolu Va – titolu (ġdid)
KAPITOLU Va
ATTI DELEGATI
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 22a (ġdid)
Artikolu 22a
L-eżerċizzju tad-delegazzjoni
1.  Il-poter li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(2) għandu jkun konferit lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta" żmien.
2.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
3.  Il-poter li tadotta atti delegati għandu jkun konferit lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 22b u 22c.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 b (ġdid)
Artikolu 22b
Ir-revoka tad-delegazzjoni
1.  Id-delegazzjoni tal-poter imsemmija fl-Artikolu 8(2) tista" tiġi revokata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.
2.  L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delegazzjoni tal-poter għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni, filwaqt li ssemmi l-poteri delegati li jistgħu jkunu suġġetti għal revoka.
3.  Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tal-poteri speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f'data iktar tard speċifikata fiha. Din m'għandhiex taffetwa l-validità tal-atti delegati li diġà jkunu fis-seħħ. Din għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 c (ġdid)
Artikolu 22c
Oġġezzjonijiet għal atti delegati
1.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista" joġġezzjona għal att delegat fi żmien erba" xhur mid-data ta" notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu ta" żmien għandu jiġi estiż b'xahrejn.
2.  Jekk, meta jiskadi dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.
3.  Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat, dan m'għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex toġġezzjona għall-att delegat.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
1.  Fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tirċievi informazzjoni minn pajjiż terz bil-għan tal-valutazzjoni korretta tat-taxxi msemmija fl-Artikolu 2, dik l-awtorità għandha tipprovdi dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li għalih tali informazzjoni tista' tkun utli u, fi kwalunkwe każ, lil dawk kollha li jitolbuha, sakemm dan ma jkunx eskluż bi ftehimiet internazzjonali ma' dak il-pajjiż terz.
1.  Fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tirċievi informazzjoni minn pajjiż terz bil-għan tal-valutazzjoni korretta tat-taxxi msemmija fl-Artikolu 2, dik l-awtorità għandha tipprovdi dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li għalih tali informazzjoni tkun neċessarja għal valutazzjoni eżatta ta" dawk it-taxxi u, fi kwalunkwe każ, lil dawk kollha li jitolbuha, sakemm dan ma jkunx eskluż bi ftehimiet internazzjonali ma' dak il-pajjiż terz.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 2 – parti introduttorja
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomunikaw, skont id-dispożizzjonijiet domestiċi tagħhom dwar il-komunikazzjoni tad-dejta personali lil pajjiżi terzi, informazzjoni miksuba skont din id-Direttiva lil pajjiż terz, sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin kollha jkunu ssodisfati:
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomunikaw, skont id-dispożizzjonijiet domestiċi tagħhom dwar il-komunikazzjoni tad-dejta personali lil pajjiżi terzi, informazzjoni miksuba skont din id-Direttiva lil pajjiż terz. Kwalunkwe trasferiment bħal dan ta" informazzjoni lil pajjiż terz għandu jsir bi qbil mad-Direttiva 95/46/KE u sakemm il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jkunu ssodisfati:
Avviż legali - Politika tal-privatezza