Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0007(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0002/2010

Testi mressqa :

A7-0002/2010

Dibattiti :

PV 08/02/2010 - 14
CRE 08/02/2010 - 14

Votazzjonijiet :

PV 10/02/2010 - 9.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0014

Testi adottati
PDF 314kWORD 70k
L-Erbgħa, 10 ta' Frar 2010 - Strasburgu
L-assistenza reċiproka għall-irkupru ta" talbiet relatati ma" taxxi, dazji u miżuri oħra *
P7_TA(2010)0014A7-0002/2010

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Frar 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta" talbiet relatati ma" taxxi, dazji u miżuri oħra (COM(2009)0028 – C6-0061/2009 – 2009/0007(CNS))

(Proċedura leġislattiva speċjali - Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0028),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93 and 94 tat-Trattat KE, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0061/2009),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill "Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri internazzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa" (COM(2009)0665),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 113 u 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0002/2010),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 6 a (ġdid)
6a.  Kull Stat Membru għandu jiżviluppa sistemi ta' kontroll xierqa għall-uffiċċji ċentrali ta' kollegament tiegħu, jew għall-uffiċċji ta" kollegament li jkun għażel bħala dipartimenti ta' kollegament, fl-interessi tat-trasparenza u l-effettività f'sens ta" nefqa, u għandu jfassal rapport aċċessibbli pubblikament, fil-kuntest tal-eżerċizzju ta" monitoraġġ annwali, kif xieraq.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
1.  Mat-talba ta' uffiċċju ċentrali ta' kollegament, uffiċċju ta' kollegament jew dipartiment ta' kollegament ta' Stat Membru (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "l-awtorità applikanti"), l-uffiċċju ċentrali ta' kollegament, jew dipartiment ta' kollegament tal-Istat Membru rikjest (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "l-awtorità rikjesta") għandu jipprovdi kull informazzjoni li tista' tkun rilevanti għall-awtorità applikanti għall-irkupru tat-talbiet tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 2.
1.  L-uffiċċji ċentrali ta' kollegament għandhom jiskambjaw mal-uffiċċji ċentrali ta' kollegament tal-Istati Membri l-oħra kull informazzjoni li tista' tkun rilevanti għal dawn tal-aħħar għall-irkupru tat-talbiet tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 2
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Artikolu 5
L-uffiċċji ċentrali ta' kollegament għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar rifużjonijiet tat-taxxi, minbarra t-taxxa fuq il-valur miżjud, permezz tal-awtoritajiet nazzjonali, fejn dawn ir-rifużjonijiet huma relatati ma' persuni stabbiliti fi Stat Membru ieħor u jikkonċernaw ammonti li jaqbżu l-EUR 10 000.
L-uffiċċji ċentrali ta' kollegament għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar rifużjonijiet tat-taxxi, minbarra t-taxxa fuq il-valur miżjud, permezz tal-awtoritajiet nazzjonali, fejn dawn ir-rifużjonijiet huma relatati ma' persuni stabbiliti fi Stat Membru ieħor.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  Bi ftehim bejn l-awtorità applikanti u l-awtorità rikjesta u skont l-arranġamenti stabbiliti minn din tal-aħħar, uffiċjali awtorizzati mill-awtorità applikanti jistgħu jkunu preżenti waqt l-indaġnijiet amministrattivi li jitwettqu fit-territorju tal-Istat Membru rikjest, bil-għan li jirċievu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1).
2.  Bi ftehim bejn l-awtorità applikanti u l-awtorità rikjesta u skont l-arranġamenti stabbiliti minn din tal-aħħar, uffiċjali awtorizzati mill-awtorità applikanti jistgħu jkunu preżenti waqt l-indaġnijiet amministrattivi li jitwettqu fit-territorju tal-Istat Membru rikjest, bil-għan li jirċievu l-informazzjoni msemmija f'din id-Direttiva.
Fil-każ li uffiċjali tal-Istat Membru applikanti jkunu preżenti waqt l-indaġnijiet amminstrattivi skont l-ewwel subparagrafu, dawn jistgħu jeżerċitaw is-setgħat ta' spezzjoni kkonferiti fuq uffiċjali tal-Istat Membru rikjest, sakemm jeżerċitaw dawn is-setgħat f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattvi tal-Istat Membru rikjest.
Fil-każ li uffiċjali tal-awtorità applikanti jkunu preżenti waqt l-indaġnijiet amminstrattivi skont l-ewwel subparagrafu, dawn jistgħu, jekk ikun intlaħaq qbil dwar dan, jeżerċitaw is-setgħat ta' spezzjoni kkonferiti fuq uffiċjali tal-awtorità, sakemm jeżerċitaw dawn is-setgħat f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattvi tal-awtorità tal-Istat Membru rikjest.
Kwalunkwe ċaħda min-naħa tal-persuna taħt investigazzjoni li tirrispetta l-miżuri ta' spezzjoni tal-uffiċjali tal-Istat Membru applikanti għandha tiġi ttrattat mill-Istat Membru rikjest bħala rifjut imwettaq kontra l-uffiċjali tiegħu stess.
Meta jkun finalizzat ftehim bejn l-awtorità applikanti u l-awtorità rikjesta rigward is-setgħat ta' spezzjoni mogħtija lill-uffiċjali tal-awtorità rikjesta, kwalunkwe ċaħda min-naħa tal-persuna taħt investigazzjoni li tirrispetta l-miżuri ta' spezzjoni tal-uffiċjali tal-awtorità applikanti għandha tiġi ttrattatamill-awtorità rikjesta bħala rifjut imwettaq kontra l-uffiċjali tiegħu stess.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b
(b) billi, permezz tal-posta reġistrata jew inkella bil-posta elettronika, tintbagħat formola standard li magħha jkun hemm mehmuż l-istrument jew id-deċiżjoni tal-Istat Membru applikanti; għal din il-formola standard, għandu jintuża l-mudell stipulat fl-Anness I.
(b) billi, permezz tal-posta reġistrata jew inkella bil-posta elettronika, tintbagħat formola standard li magħha jkun hemm mehmuż l-istrument jew id-deċiżjoni tal-Istat Membru applikanti jew kopja ċertifikata tagħhom; għal din il-formola standard, għandu jintuża l-mudell stipulat fl-Anness I.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 3
3.  L-ammont kollu tat-talba li jiġi rkuprat mill-awtorità rikjesta għandu jintbagħat lill-Istat Membru applikanti.
3.  L-ammont kollu tat-talba li jiġi rkuprat mill-awtorità rikjesta għandu jintbagħat lill-Istat Membru applikanti fi żmien 14-il jum mir-riċevuta mill-rikjesta.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 a (ġdid)
Artikolu 23a
Monitoraġġ tal-attivitajiet magħmula fi ħdan din id-Direttiva
Kull sena l-uffiċċji ċentrali ta' kollegament joħorġu rapport dwar l-attivitajiet ta' koperazzjoni mwettqa matul is-sena fiskali preċedenti skont din id-Direttiva. Dan ir-rapport jinkludi ta' lanqas in-numru ta' talbiet irċevuti u maħruġa, is-segwitu li ngħatalhom, ir-raġunijiet mogħtija f'każ ta' ċaħda tat-talba, it-tul ta" żmien meħud biex jiġu ttrattati, l-ammont tal-klejm u l-ammonti effettivament irkuprati. Dan ir-rapport għandu jintbgħat għall-opinjoni tal-Kummissjoni u tal-Parlament Ewropew.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Artikolu 27 – paragrafu 1 a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha taħdem għall-kisba ta" kollaborazzjoni tajba bejn l-Istati Membri u għandha tiżgura li jkun hemm segwitu kontinwu tal-ilmenti eventwali dwar in-nuqqas ta' skambju ta' informazzjoni jew ta' għajnuna bejn l-Istati Membri għall-irkupri previsti minn din id-direttiva.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Artikolu 27 a (ġdid)
Artikolu 27a
Analiżi tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni għandha tagħmel analiżi komparattiva mifruxa fuq medda wiesgħa ta' strumenti għall-irkupru tat-taxxi li jippermettu l-kodiċi fiskali tal-Istati Membri, bħal ordnijiet ta' rkupru, reġistri ta' proprjetà immobiljari, ipoteki, skadenzi għal proċeduri ta' infurzar kif huma rikjesti mil-liġi u applikati konkretament, sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta" prattiki tajbin ta' rkupru ta' taxxi fl-Istati Membri.
Avviż legali - Politika tal-privatezza