Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta“ Frar 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni dwar l-Irkupru Internazzjonali ta” Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta“ Manteniment tal-Familja (COM(2009)0373 – C7-0156/2009 – 2009/0100(NLE))
(Proċedura ta“ konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2009)0373),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 61(c) u 300(2), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0156/2009),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament ewropew u lill-Kunsill bit-titlu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta” Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta“ teħid ta” deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa“ (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81(3) u 218(6)(b) tat-trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 90(8) tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0005/2010),
1. Japprova l-konklużjoni tal-Konvenzjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.