Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0091(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0049/2009

Testi mressqa :

A7-0049/2009

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 11/02/2010 - 6.3
CRE 11/02/2010 - 6.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0028

Testi adottati
PDF 295kWORD 39k
Il-Ħamis, 11 ta' Frar 2010 - Strasburgu
Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress ***I
P7_TA(2010)0028A7-0049/2009
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta“ Frar 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress (COM(2009)0340 – C7-0052/2009 – 2009/0091(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0340),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 129 u l-Artikolu 137(2)(a) tat-Trattat tal-KE, li skont dawn il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0052/2009),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta” Lisbona għall-proċeduri interistituzzjonali ta“ teħid ta” deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa“ (COM(2009)0665),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 149 u l-Artikolu 153(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0049/2009),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tinsab hawnhekk;

2.  Jinnota l-istqarrija tal-Kummisjoni hawn annessa;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa“ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta“ Frar 2010 bil-ħsieb ta” l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress
P7_TC1-COD(2009)0091

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma“ l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 284/2010/UE.)


ANNESS

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

Suġġett: Finanzjament tal-istrument ta“ mikrofinanzjament Ewropew

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-baġit tal-Unjoni għall-istrument ta“ mikrofinanzjament għall-perijodu mill-1 ta” Jannar 2010 sal-31 ta“ Diċembru 2013 ġiet stabbilita għal EUR 100 miljun; din ser tkun parzjalment finanzjata permezz ta” tnaqqis ta“ EUR 60 miljun mill-baġit allokat għall-programm Progress.

Fil-proġett tal-baġit tagħha, il-Kummissjoni ser tipprovdi, marġini mhux allokat suffiċjenti fil-limiti massimi tan-nefqa stabbilita għas-subintestatura 1a biex tippermetti lill-awtorita tal-baġit, jiġifieri l-Kunsill u l-Parlament, biex iżżid b'massimu ta“ EUR 20 miljun il-baġit iddedikat għall-programm Progress għall-perijodu 2011-2013, f'konformita mal-punt 37 tal-ftehim interistituzzjonali tas-17 ta” Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba.

Avviż legali - Politika tal-privatezza