Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0190(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0013/2010

Testi mressqa :

A7-0013/2010

Dibattiti :

PV 10/02/2010 - 13
CRE 10/02/2010 - 13

Votazzjonijiet :

PV 11/02/2010 - 6.4
CRE 11/02/2010 - 6.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0029

Testi adottati
PDF 206kWORD 35k
Il-Ħamis, 11 ta' Frar 2010 - Strasburgu
Ftehim bejn l-UE u l-Stati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta“ Data ta” Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea lejn l-Istati Uniti tal-Amerika għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu ***
P7_TA(2010)0029A7-0013/2010

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta“ Frar 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta” Data ta“ Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea lejn l-Istati Uniti tal-Amerika għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (05305/1/2010 REV 1 – C7-0004/2010 – 2009/0190(NLE))

Proċedura ta“ approvazzjoni

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2009)0703 u 05305/1/2010 REV 1),

–   wara li kkunsidra t-test tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta“ Data ta” Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea lejn l-Istati Uniti tal-Amerika għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (16110/2009),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta“ Settembru 2009 dwar il-ftehim internazzjonali previst biex id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu data minn messaġġi ta” pagamenti finanzjarji għall-fini tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tat-terroriżmu(1),

–   wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 218(6)(a) flimkien mal-Artikoli 82(1)(d) u 87(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0004/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0013/2010),

1.  Ma japprovax il-konklużjoni tal-Ftehim;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tippreżenta immedjatament rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill bil-ħsieb ta“ ftehim għal żmien fit-tul mal-Istati Uniti dwar il-prevenzjoni tal-finanzjament tat-terroriżmu; ifakkar li kwalunkwe ftehim ġdid f'dan il-qasam għandu josserva l-qafas ġuridiku l-ġdid stabbilit mit-Trattat ta” Lisbona u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li issa hija vinkolanti, u jġedded it-talbiet espressi fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta“ Settembru 2009, b'mod partikulari fil-paragrafi 7 sa 13;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika.

(1) Testi adottati, P7_TA(2009)0016.

Avviż legali - Politika tal-privatezza