Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/2552(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

RC-B7-0099/2010

Dibattiti :

PV 11/02/2010 - 10.2
CRE 11/02/2010 - 10.2

Votazzjonijiet :

PV 11/02/2010 - 11.2

Testi adottati :

P7_TA(2010)0032

Testi adottati
PDF 213kWORD 50k
Il-Ħamis, 11 ta' Frar 2010 - Strasburgu
Il-Madagaskar
P7_TA(2010)0032RC-B7-0099/2010

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta“ Frar 2010 dwar is-sitwazzjoni fil-Madagaskar

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Ftehim ta“ Cotonou, rispettivament dwar id-djalogu politku u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP/UE f'Luanda tat-3 ta“ Diċembru 2009,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Madagaskar, u b'mod partikolari dik tas-7 ta“ Mejju 2009 dwar is-sitwazzjoni fil-Madagaskar,

–   wara li kkunsidra s-sospensjoni tal-Madagaskar mill-Komunità tal-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC) u mill-Unjoni Afrikana,

   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Unjoni Afrikana li, fit-2 ta“ Frar 2010, talbet lir-”reġim illegali fil-Madagaskar biex jieqaf jipprova jimponi soluzzjonijiet unilaterali għall-kriżi“, u li reġa” tenna “l-ħtieġa li jkunu implimentati l-istituzzjonijiet tat-Tranżizzjoni konvenzjonali f'konformità mal-Karta ta” Maputa u l-Att Addizzjonali ta“ Addis Ababa”,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Organu ta“ Sigurtà u Difiża tal-Komunità tal-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC) tal-15 ta” Jannar 2010, li talab lill-komunità internazzjonali sabiex “ma taċċettax il-pjanijiet ta” Andy Rajoelina, li jrid imur lil hinn mill-ftehimiet ta“ qsim tal-poter u jsejjaħ elezzjonijiet leġiżlattivi f'Marzu”,

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Istati Uniti li ma jħallix lill-Madagaskar ikompli jgawdi mill-benefiċċji tal-AGOA (African Growth and Opportunity Act), minħabba l-qagħda politika tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Ftehimiet ta“ Maputo tat-8 u d-9 ta” Awwissu 2009 u l-Att Addizzjonali ta“ Addis Ababa tas-6 ta” Novembru 2009, iffirmati mill-erba“ kapijiet ewlenin tal-movimenti politiċi tal-Madagaskar,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

A.   billi hemm instabilità politika persistenti wara l-kolp ta“ stat u li tefgħet lill-Madagaskar f'sitwazzjoni prekarja kemm fil-livell soċjoekonomiku, kif ukoll dak umanitarju;

B.   billi fit-18 ta“ Diċembru 2009, il-mexxej tal-Madagaskar mirfud mill-armata, is-Sur Andry Rajoelina, irtira min-negozjati dwar il-qsim tal-poter mal-movimenti politiċi tal-Madagaskar;

C.   billi fit-18 ta“ Diċembru 2009, is-Sur Rajoelina ħatar bħala Prim Ministru lill-Kurunell Albert Camille Vital, ex fizzjal tal-armata;

D.   billi l-gruppi politiċi tal-oppożizzjoni, li jinkludu gruppi mmexxija mill-ex President Marc Ravalomanana, il-ħatra tal-Kurunell Albert Camille Vital bħala Prim Ministru kkundannawha bħala att illegali minn poter illegali;

E.   billi seħħew il-ksur mifrux tad-drittijiet tal-bniedem, il-fastidju u l-arrest arbitrarji ta“ membri parlamentari, reliġjużi u membri tas-soċjetà ċivili, kif ukoll is-serq mill-knejjes u l-intimidazzjoni tal-istampa;

F.   billi l-komunità internazzjonali hija favur soluzzjoni negozjata għall-kriżi li bħalissa tinsab imblukkata apposta filwaqt li r-reġim illegali attwali qed ikompli jisfida l-komunità internazzjonali;

G.   billi t-Tnejn 6 ta“ Lulju 2009, l-Unjoni Ewropea bdiet proċess ta” konsultazzjoni mal-Madagaskar b'applikazzjoni tal-Artikolu 96 tal-Ftehim ta“ Cotonou, biex b'hekk fetħet djalogu bil-għan li jinstabu soluzzjonijiet adegwati għall-problemi politiċi tal-pajjiż;

H.   billi l-poplu tal-Madagaskar għandu bżonn u huwa kapaċi li jagħżel il-futur tiegħu u li jkun rajh f'idejh;

I.   billi r-reġim illegali attwali qiegħed jimmonopolizza l-poteri eżekuttivi, leġiżlattivi, ġudizzjarji, kif ukoll il-midja;

J.   billi s-Sur Rajoelina stqarr li jrid jorganizza unilateralment elezzjonijiet leġiżlattivi li jmorru kontra l-iskeda elettorali u b'nuqqas ta“ konsultazzjoni tal-poplu tal-Madagaskar, kif previst mill-Karta ta” Maputu u l-Att Addizzjonali ta“ Addis Ababa;

K.   billi skont l-IMF, l-għajnuna tad-donaturi lill-Madagaskar irrappreżentat 50% tal-baġit nazzjonali u li l-Unjoni Ewropea ssuspendiet il-finanzjarjament tagħha għall-għajnuna u l-iżvilupp sakemm ma tinstabx soluzzjoni demokratika għall-kriżi attwali;

L.   billi l-maggoranza tal-popolazzjoni tiddisponi minn anqas minn dollaru kuljum biex tgħix, 7 000 tifel u tifla jsofru minn malnutrizzjoni serja u s-sitwazzjoni marret għall-agħar minn mindu bdiet il-kriżi politika;

M.   billi l-gvern ippubblika liġi li tillegalizza l-esportazzjoni ta“ njam mhux trattat u fil-periklu, b'theddida għall-bijodiversità tal-pajjiż, li tista” tintilef għal dejjem;

1.  Jerġa“ jtenni bil-qawwa l-kundanna tiegħu għall-proċess ta” ħtif tal-poter fil-Madagaskar mis-Sur Rajoelina, bi ksur flagranti tad-dispożizzjoni tal-kostituzzjoni tal-Madagaskar, li fil-fatt jikkostitwxxi kolp ta“ stat pur u sempliċi;

2.  Jikkundanna bil-qawwa d-deċiżjoni tas-Sur Rajoelina li jħassar il-ħatra ta“ Eugene Mangalaza bħala Prim Ministru, li saret wara ftehim tal-qsim tal-poter bejn il-partiti politiċi kollha f'Ottubru 2009;

3.  Jikkundanna bil-qawwa d-deċiżjoni tas-Sur Rajoelina li jibbojkottja t-tielet serje ta“ negozjati f'Maputo f'Diċembru u li jirtira mid-diskussjonijiet fuq il-qsim tal-poter;

4.  Jitlob immedjatament l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet iffirmati f'Maputo u f'Addis Ababa sabiex jerġa“ jitwaqqaf gvern kostituzzjonali;

5.  Jikkundanna r-repressjoni sistematika tal-oppożizzjoni, iċ-ċensura tal-midja u l-intimidazzjoni u l-arrest sistematiku tal-ġurnalisti, l-arrest u t-tortura ta“ nies ċivili, persuni politiċi u d-detenzjoni mingħajr akkuża u f'postijiet mhux magħrufa ta” bosta persuni; jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-priġunieri politiċi kollha u l-annullament tal-proċeduri legali kontriehom;

6.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-bosta mijiet ta“ persuni li għebu, fosthom xi mitt tifel u adolexxent;

7.   jesiġi inkjesta indipendenti internazzjonali dwar il-każijiet kollha ta“ qtil politiku fil-Madagaskar, il-vjolazzjonijiet kollha tad-drittijiet tal-bniedem u l-atti kollha ta” ripressjoni mwettqa mill-forzi tas-sigurtà u mill-armata;

8.  Jiddiżapprova kull tentativ tas-Sur Rajoelina sabiex jorganizza unilateralment elezzjonijiet f'Marzu 2010, u ma jagħtix l-appoġġ tiegħu għajr għal elezzjonijiet li jkunu ppreparati minn gvern li jkollu l-kunsens u jkun inklussiv kif previst fil-Karta ta“ Maputo u l-Att Addizzjonali ta” Addis Ababa, u konformi mal-iskedi elettorali u wara konsultazzjoni mal-poplu tal-Madagaskar; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex ma jibagħtux missjoni ta“ osservazzjoni tal-elezzjonijiet għajr fil-qafas definit mill-Ftehimiet ta” Maputo u ta“ Addis Ababa;

9.   huwa konvint li l-ftehim ta“ Maputo u l-Atta Addizzjonali ta” Addis Ababa dwar il-Madagaskar huma l-qafas waħdieni possibbli għal soluzzjoni tal-kriżi politika fil-Madagaskar; iqis li d-djalogu kostruttiv huwa l-uniku mod vijabbli biex tintlaħaq soluzzjoni politika għall-kriżi;

10.  Jitlob li jiġi implimentat malajr proċess ta“ diżarmament u x-xoljiment tal-milizji bl-iskop li terġa” titwaqqaf armata repubblikana;

11.  Jitlob li fil-każ li ma jiġux rispettati l-impenji li saru f'Maputo u Addis Ababa, jittieħdu b'mod selettiv sanzjonijiet individwali u mmirati kontra d-dirġenti attwali tal-Awtorità Għolja ta“ Tranżizzjoni (HAT) li qed jagħmlu imblokk apposta;

12.  Jitlob li jinbdew proċeduri legali kont dawk allegatament ħatja ta“ serq ta” proprjetà privata, ta“ proprjetà pubblika u tar-riżorsi naturali tal-Madagaskar; jitlob li l-ebda gvern intermedju tal-Madagaskar ma jiffirma xi ftehim jew kuntratt ma” pajjiżi jew intrapriżi oħrajn dwar ir-rikkezzi naturali u patrimonju nazzjonali, qabel ma jkunu saru elezzjonijiet u qabel ma l-poplu tal-Madagaskar ikun ta mandat leġittimu lil gvern ġdid;

13.  Jitlob lill-komunità internazzjonali u lill-UE sabiex jagħtu l-għajnuna umanitarja tagħhom lill-poplu tal-Madagaskar; ifakkar li t-twaqqif mill-ġdid gradwali tal-programmi ta“ kooperazzjoni mal-Madagaskar jiddependi mill-implimentazzjoni tal-istituzzjonijiet ta” tranżizzjoni konvenzjonali ta“ gvern li kiseb kunsens u li jkun inklusiv f'konformità mal-Karta ta” Maputo u l-Att Addizzjonali ta“ Addis Ababa, u fir-rispett integrali tal-prinċipji demokratiċi u l-libertajiet fundamentali kollha;

14.   jappoġġa l-isforzi f'dan il-proċess tal-ex President tar-Repubblika tal-Możambik, is-Sur Joachim Chissano, medjatur tal-Komunità tal-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika; u jitlob lill-erba“ movimenti politiċi tal-Madagaskar biex minnufih jerġgħu lura għall-mejda tan-negozjati bil-għan li jaqblu fuq aġenda politika għal elezzjonijiet ġusti, demokratiċi u trasparenti fl-2010;

15.  Jitlob lill-Unjoni Afrikana, lill-Komunità tal-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika u lill-grupp internazzjonali ta“ kuntatt biex iwasslu l-proċess ta” tranżizzjoni għas-suċċess;

16.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tagħti rendikont lill-Parlament Ewropew dwar l-iżviluppi fil-proċess ta“ konsultazzjoni li qed isiru fil-Madagskar wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 96 tal-Ftehim ta” Cotonou;

17.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma b'din r-riżoluzzjoni lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill tal-ACP-UE, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Komunità tal-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika, lill-President Joaquim Chissano u lill-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana.

Avviż legali - Politika tal-privatezza