Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta“ Frar 2010 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar in-notifika lill-Kummissjoni ta” proġetti ta“ investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fil-Komunità Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 736/96 (COM(2009)0361 – C7-0125/2009 – 2009/0106(COD))
(Proċedura leġislattiva ordinarja - l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0361),
– wara li kkunsidra li l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0125/2009)
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta” Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta“ teħid ta” deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa“ (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 194(1) u (2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet legali dwar il-bażi legali proposta,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 u 37 tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0016/2010),
1. Jaddotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tinsab hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa“ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta“ Frar 2010 bil-ħsieb ta” l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika lill-Kummissjoni ta“ proġetti ta” investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 736/96
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 194(1) u (2) tiegħu,
▌
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(1),
Billi:
(1) L-introduzzjoni ta“ politika komuni dwar l-enerġija bbażata fuq is-solidarjetà u bil-għan li tassigura l-provvista tal-enerġija tal-Unjoni, tranżizzjoni lejn ekonomija li tuża l-enerġija b'mod estremament effikaċi u t-tħaddim ta” swieq tal-enerġija kompetittivi bbażati fuq kompetizzjoni ġusta fil-qafas tas-suq intern huwa għan li l-Unjoni stabbiliet għaliha.
(2) Il-kisba ta“ stampa ġenerali tal-iżvilupp tal-investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fil-Unjoni huwa prerekwiżit għall-iżvilupp tal-politika Ewropea tal-enerġija. Għandha tippermetti lill-Kummissjoni tagħmel il-paraguni u l-evalwazzjonijiet meħtieġa jew tipproponi l-miżuri rilevanti abbażi ta” ċifri u analiżi xierqa, b'mod partikolari rigward il-bilanċ futur bejn il-provvista u d-domanda tal-enerġija. Kwalunkwe miżuri proposti jew meħuda fil-livell tal-Unjoni għandhom ikunu newtrali u m'għandhomx ikunu intervent fil-funzjonament tas-suq.
(3) Ix-xenarju tal-enerġija fl-Unjoni u lil hinn minnha nbidel b'mod sinifikanti f'dawn l-aħħar snin u b'hekk l-investiment fl-infrastruttura tal-enerġija huwa kwistjoni kruċjali li trid tiġi solvuta bil-ħsieb li tiġi żgurata s-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni, b'mod partikulari permezz tal-effikaċja tal-enerġija u l-iffrankar tal-enerġija, li jiġu identifikati nuqqasijiet futuri potenzjali u/jew provvista żejda ta“ enerġija u li tiġi zgurata provvista regolari ta” enerġija għall-Unjoni u l-funzjonament bla interruzzjoni tas-suq intern u t-tranżizzjoni lejn ekonomija li tuża effiċjenza enerġetika għolja li daħlet għaliha l-Unjoni.
(4) Il-kuntest il-ġdid tal-enerġija jesiġi investiment sinifikanti fl-infrastrutturi kollha, b'mod partikolari fis-setturi ▌ tal-enerġija rinnovabbli u tal-effiċjenza enerġetika kif ukoll l-iżvilupp ta“ tipi ġodda ta” infrastruttura u teknoloġiji ġodda li s-suq qiegħed jadotta. Il-liberalizzazzjoni tas-settur tal-enerġija u aktar integrazzjoni tas-suq intern jagħtu rwol aktar prominenti lill-operaturi ekonomiċi għall-investiment u fl-istess waqt, rekwiżiti politiċi ġodda bħal pereżempju miri li jaffettwaw it-taħlita tal-fjuwils se jbiddlu l-politiki tal-Istati Membri favur infrastruttura tal-enerġija ġdida u/jew modernizzata.
(5)Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom dejjem jikkunsidraw li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija f'konformità mal-mira tal-UE ta“ 20% fl-effiċjenza tal-enerġija, bħala l-aktar mezz effiċjenti meta mqabbel mal-ispiża biex jintlaħqu l-miri ta” tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta“ serra (GHG), u jsir titjib u żvilupp fl-infrastruttura eżistenti qabel ma jsir investiment f'infrastruttura ġdida. Il-proġetti ta” investiment fl-infrastruttura tal-enerġija għandhom ikunu kompletament allinjat mal-mira għall-2020 ta“ mill-inqas 20% tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli sostenibbli.
(6) Minħabba l-għanijiet politiċi ġodda rigward l-enerġija u l-iżviluppi tas-suq, l-investiment prijoritarju fl-infrastruttura tal-enerġija fl-Unjoni għandu jingħata aktar attenzjoni, b'mod partikolari bil-għan li jiġu antiċipati l-problemi, tas-sigurtà tal-provvista, jiġu promossi l-aqwa prattiki u tiġi stabbilita aktar trasparenza fl-iżvilupp futur ta“ sistemi tal-enerġija interkonnessi fl-Unjoni.
(7) Il-Kummissjoni u b'mod partikolari l-Osservatorju tagħha tas-Suq għall-Enerġija għandhom għalhekk bil-ħsieb li jipprovdu garanziji għall-investimenti ta“ prijorità, ikollhom data u informazzjoni preċiżi dwar il-proġetti ta” investiment attwali u futuri, inkluż id-dekummissjonar parzjali, fil-komponenti l-aktar sinifikanti tas-sistema tal-enerġija tal-UE.
(8) Id-data u l-informazzjoni dwar l-iżviluppi prevedibbli fil-kapaċitajiet tal-produzzjoni, it-trasport u l-ħżin fis-setturi varji tal-enerġija huma importanti għall-investiment ġejjieni tal-Unjoni. Huwa għalhekk meħtieġ li l-Kummissjoni, u b'mod partikulari l-Osservatorju tas-Suq tal-Enerġija tagħha, tiġi nnotifikata dwar il-pjanijiet u l-proġetti ta“ investiment fejn diġà nbdiet il-ħidma jew il-ħidma hija ppjanata li tibda fi żmien ħames snin u li għandhom l-għan li jiddekummissjonaw l-infrastruttura, kollha jew parti minnha, fi żmien tliet snin.
▌
(9) Sabiex il-Kummissjoni jkollha opinjoni konsistenti dwar l-iżviluppi futuri tas-sistema tal-enerġija tal-UE kollha, huwa meħtieġ qafas armonizzat ta“ rappurtar għall-proġetti ta” investiment ibbażat fuq kategoriji aġġornati għad-data u l-informazzjoni uffiċjali li għandhom jiġu trażmessi mill-Istati Membri.
(10)Informazzjoni miksuba mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament tista“ tintuża għall-monitoraġġ tal-konformità mill-Istati Membri fi ħdan il-qafas tal-leġiżlazzjoni speċifika tal-UE, b'mod partikolari d-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta” April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli(2).
(11) L-Istati Membri għandhom għal dan il-għan jinnotifikaw lill-Kummissjoni, id-data u l-informazzjoni dwar il-proġetti ta“ investiment fl-infrastruttura tal-enerġija li jikkonċernaw il-produzzjoni, il-ħżin u t-trasport taż-żejt, il-gass il-faħam, l-enerġija rinnovabbli, l-enerġija elettrika, kif ukoll proġetti kbar tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali u l-qbid, it-trasport u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju ppjanati jew li qed jitwettqu fit-territorju tagħhom, inklużi interkonnessjonijiet ma” pajjiżi terzi. L-impriżi konċernati għandhom ikunu obbligati jinnotifikaw lill-Istat Membru bid-data u bl-informazzjoni inkwistjoni, sabiex il-Kummissjoni tkun tista“ timmonitorja l-infrastruttura tal-enerġija tal-UE. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikunu obbligati jiżguraw il-kunfidenzjalità tad-data pprovduta mill-impriżi.
(12) Meta jitqies iż-żmien li jkun previst għall-proġetti ta“ investiment fis-settur tal-enerġija, rappurtar kull sentejn għandu jkun suffiċjenti.
(13) Bil-ħsieb li jiġi evitat piż amministrattiv sproporzjonat u li jitnaqqsu l-ispejjeż għall-Istati Membri u l-impriżi b'mod partikolari għall-impriżi żgħar u ta“ daqs medju, dan ir-Regolament għandu jagħti l-possibbiltà li l-Istati Membri u l-impriżi jiġu eżentati mill-obbligi tar-rappurtar sakemm informazzjoni ekwivalenti u kumparabbli tiġi pprovduta lill-Kummissjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-UE speċifika għas-settur tal-enerġija, adottata mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u bl-iskop li jintlaħqu l-għanijiet tas-swieq tal-enerġija Ewropej li jkunu kompetittivi, ta” sistema tal-enerġija Ewropea sostenibbli u ta“ sigurtà tal-provvista tal-enerġija għall-Komunità Ewropea. Kwalunkwe duplikazzjoni ta” rekwiżiti ta“ rappurtar speċifikati fit-tielet pakkett tal-liberalizzazzjoni tal-enerġija (id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta” Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku(3), id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta“ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali(4), ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta“ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija(5), ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta“ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku(6) u r-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta“ Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta” trażmissjoni tal-gass naturali(7)) għandha tiġi evitata. Il-Kummissjoni għandha tikkjarifika l-applikazzjoni ta“ din l-eżenzjoni sabiex verament tnaqqas il-piż tar-rappurtar u tiċċara l-kontenut, il-format u l-iskeda tal-obbligi ta” rappurtar, il-persuna jew korpi li huma suġġetti għal dawk l-obbligi u dawk li huma responsabbli għall-amministrazzjoni tas-sistema ta“ rappurtar.
(14)L-Istati Membri, l-entità delegata tagħhom jew, fejn xieraq, il-korpi inkarigati bil-pjanijiet ta“ investiment tal-UE speċifiċi għas-settur tal-enerġija għandhom jiżguraw il-kwalità, ir-rilevanza, il-preċiżjoni, iċ-ċarezza, l-iskedi ta” ħin u l-koerenza tad-data u tal-informazzjoni notifikata lill-Kummissjoni, filwaqt li jiżguraw il-kunfidenzjalità ta“ data u informazzjoni kummerċjalment sensittivi.
(15) Għall-ipproċessar tad-data kif ukoll sabiex in-notifika tad-data tiġi ssemplifikata u tkun sigura, il-Kummissjoni u b'mod partikolari l-Osservatorju tas-Suq għall-Enerġija għandhom ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għal dan il-għan, b'mod partikolari t-tħaddim ta“ għodod tal-IT u l-proċeduri integrati. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li tali riżorsi tal-IT jiggarantixxu l-kunfidenzjalità tad-data u informazzjoni notifikata lill-Kummissjoni.
(16) Il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-Istati Membri hija rregolata bid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta“ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta” data personali u dwar il-moviment liberu ta“ dik id-data(8), filwaqt li l-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-Kummissjoni hija rregolata bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta“ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta” data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta“ dik id-data(9). Dan ir-Regolament iħalli dawk id-dispożizzjonijiet kif inhuma bħalissa.
(17)L-aċċess għal informazzjoni ambjentali hu regolat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta“ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta” Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta“ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali(10),kif ukoll permezz tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta“ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali.(11)Dan ir-Regolament iħalli dawk d-dispożizzjonijiet kif inhuma bħalissa.
(18) Il-Kummissjoni u b'mod partikolari l-Osservatorju tagħha tas-Suq għall-Enerġija għandhom jipprovdu analiżi regolari u transsettorjali tal-evoluzzjoni strutturali u l-perspettivi tas-sistema tal-enerġija tal-UE u, fejn xieraq, analiżi aktar iffokata fuq ċerti aspetti ta“ dik is-sistema tal-enerġija; tali analiżi għandha tikkumplimenta l-approċċi nazzjonali, tiżviluppa dimensjonijiet reġjonali u b'mod partikolari għat-tisħiħ tas-sigurtà tal-enerġija billi tidentifika n-nuqqasijiet li jista” jkun hemm fl-infrastruttura u l-investiment u r-riskji assoċjati sabiex ikun jista“ jintlaħaq bilanċ bejn il-provvista u d-domanda tal-enerġija fuq terminu ta” żmien twil. Din l-analiżi għandha tikkontribwixxi wkoll għal dibattitu kontinwu fil-livell tal-UE dwar il-ħtieġa ta“ infrastrutturi tal-enerġija u għaldaqstant għandha tiġi mgħoddija lill-partijiet interessati għal diskussjoni.
(19)L-intrapriżi żgħar u ta“ daqs medju għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn monitoraġġ u rappurtar dwar proġetti ta” investiment fl-enerġija li jirriżultaw minn dan ir-Regolament li permezz tiegħu d-data miġbura se tkun magħmula disponibbli pubblikament u, fuq medda twila ta“ żmien, se tikkontribwixxi għal xejriet tal-investiment ġodda u kkoordinati aħjar.
(20) Il-Kummissjoni tista“ tiġi megħjuna minn esperti mill-Istati Membri jew kwalunkwe espert ieħor kompetenti; bil-għan li jiġi żviluppat ftehim komuni tan-nuqqasijiet infrastrutturali potenzjali u r-riskji assoċjati u titħeġġeġ it-trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam mal-iżviluppi futuri li huma ta” interess partikolari għal parteċipanti ġodda fis-suq.
(21) Il-miżuri tekniċi, inklużi d-definizzjonijiet tekniċi supplementari, meħtieġa għall-implimentazzjoni ta“ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.
(22) Minħabba l-emendi meħtieġa sabiex l-isfidi tal-enerġija tal-lum jiġu adattati u għall-fini taċ-ċarezza, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 736/96 (12) għandu għalhekk jitħassar u jiġi ssostitwit b'Regolament ġdid,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u ambitu
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għan-notifika lill-Kummissjon ta“ data u informazzjoni dwar proġetti ta” investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fis-setturi taż-żejt, tal-gass ▌, tal-faħam, tal-enerġija rinnovabbli u, tal-elettriku ▌, u dwar proġetti ta“ investiment ewlenin relatati mat-tisħin u mat-tkessiħ distrettwali u mal-qbid u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju li dawn is-setturi jipproduċu.
2.Dan ir-Regolament japplika wkoll għall-impriżi tal-UE li jinvestu fi proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija f'pajjiżi terzi li jkunu direttament konnessi man-networks tal-enerġija ta“ Stat Membru wieħed jew aktar, jew li jkollhom impatt dirett fuqhom.
3. Dan ir-Regolament għandu japplika għat-tipi ta“ proġetti ta” investiment elenkati fl-Anness fejn il-kostruzzjoni tkun diġà nbdiet ▌ jew hi ppjanata li tibda fi żmien ħames snin jew fejn huwa ppjanat li ma jibqgħux jitħaddmu fi żmien tliet snin.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-fini ta“ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“infrastruttura” tfisser kwalunkwe tip ta“ stallazzjoni jew parti ta” stallazzjoni relatata mal-produzzjoni, it-trasport u l-ħżin tal-enerġija jew ta“ sorsi ta” enerġija jew id-diossidu tal-karbonju;
(2)
“proġetti ta” investiment“ tfisser proġetti bil-għan li:
(a)
jibnu infrastruttura ġdida;
(b)
jibdlu, jimmodernizzaw, iżidu jew inaqqsu l-kapaċitajiet ta“ infrastrutturi eżistenti;
(c)
jiddekummissjonaw parzjalment jew totalment l-infrastruttura eżistenti;
(d)
jiżviluppaw interkonnessjonjiet ġodda għas-sistemi tat-trasport tal-enerġija bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi;
(3)
“proġetti ta” investiment ippjanati“ tfisser proġetti ta” investiment li fihom jiġġarrbu spejjeż kapitali qabel tinbeda l-kostruzzjoni jew qabel iseħħ id-dekummissjonar, inklużi proġetti ta“ investiment li dwarhom l-awtoritajiet konċernati jkunu diġà rċevew talba inizjali għal awtorizzazzjoni, iżda li l-karatteristiċi ewlenin tagħhom (il-post, il-kuntrattur, l-impriża, ċerti karatteristiċi tekniċi u operattivi eċċ.) jistgħu, parzjalament jew kompletament, ikunu soġġetti għal analiżi ulterjuri jew għal awtorizzazzjoni finali;
(4)
“proġetti ta” investiment taħt kostruzzjoni“ tfisser proġetti ta” investiment li l-kostruzzjoni tagħhom bdiet u l-ispejjeż kapitali ġġarrbu;
(5)
“dekummissjonar” tfisser il-fażi fejn it-tħaddim tal-infrastruttura jitwaqqaf b'mod permanenti;
(6)
“produzzjoni” tfisser il-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-ipproċessar tal-fjuwils, inklużi l-bijofjuwils;
(7)
“trasport” tfisser tal-elettriku, gass, fjuwils likwidi jew tad-diossidu tal-karbonju, minn ġo network, b'mod partikolari:
(a)
minn ġo sistemi ta“ pajpijiet, għajr in-network upstream tas-sistemi tal-pajpijiet u għajr dik il-parti tas-sistemi tal-pajpijiet li primarjament tintuża fil-kuntest tad-distribuzzjoni lokali;
(b)
minn ġo sistemi interkonnessi ta“ vultaġġ għoli ħafna u vultaġġ għoli għajr is-sistemi tal-pajpijiet li primarjament jintużaw fil-kuntest tad-distribuzzjoni lokali;
(c)
minn pajpijiet tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali;
(8)
“ħżin” tfisser il-ħżin fuq bażi permanenti jew temporanja ta“ sorsi ta” enerġija termali jew elettrika f'infrastruttura “l fuq mill-art jew taħt l-art jew f'siti ġeoloġiċi jew li d-diossidu tal-karbonju jinżamm f'formazzjonijiet ġeoloġiċi taħt l-art;
(9)
'post tal-ħżin“ tfisser sistema magħluqa ta” tankijiet tal-ħżin, jew struttura ġeoloġika speċifika li tikkostitwixxi faċilità tal-ħżin magħluqa;
(10)
“impriżi” tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali privata jew pubblika, li tiddeċiedi dwar jew li timplimenta l-proġetti;
(11)
“sorsi tal-enerġija” tfisser
(a)
sorsi primarji tal-enerġija, bħalma huma ż-żejt, il-gass naturali jew il-faħam, jew il-fjuwil nukleari, jew sorsi tal-enerġija mibdula, bħalma huwa l-elettriku;
(b)
sorsi tal-enerġija rinnovabbli inklużi l-idroelettriku, il-bijomassa, ir-riħ, l-enerġija mix-xemx, dik mill-mewġ u dik ġeotermali;
(c)
prodotti tal-enerġija, bħalma huma l-prodotti taż-żejt raffinat u l-bijofjuwils;
(12)
“data aggregata” tfisser data aggregata fil-livell nazzjonali jew reġjonali; jekk l-aggregazzjoni fil-livell nazzjonali tiżvela informazzjoni kummerċjalment sensittiva relatata ma“ impriża individwali, l-aggregazzjoni tista” ssir fil-livell reġjonali;
(13)
“korp speċifiku” tfisser korp fdat mil-leġiżlazzjoni speċifika tal-UE dwar is-settur tal-enerġija bil-preparazzjoni u l-adozzjoni tal-iżvilupp plurijennali tan-network tal-UE u bil-pjanijiet ta“ investiment fl-infrastruttura tal-enerġija, bħan-network Ewropew tal-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni għall-elettriku skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 u n-network Ewropew għall-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni għall-gass skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009;
(14)
“tisħin distrettwali” jew “tkessiħ distrettwali” tfisser id-distribuzzjoni ta“ enerġija termali f'forma ta” fwar, ilma sħun jew likwidi mkessħin, minn sors ta“ produzzjoni ċentrali permezz ta” network ta“ diversi binjiet jew siti, għall-użu ta” tisħin jew tkessiħ ta“ spazji jew ta” proċessi.
Artikolu 3
Notifika tad-data
1. Filwaqt li jżommu piż proporzjonat tal-ġbir u r-rappurtar tad-data, l-Istati Membri jew l-entità li lilha jkunu ddelegaw dan il-kompitu għandhom jikkompilaw id-data u l-informazzjoni kollha speċifikati f'dan ir-Regolament mill-bidu tal-2011 u wara kullsentejn.
Fl-2011 għandhom jinnotifikaw id-data aggregata u l-informazzjoni rilevanti għall-proġett lill-Kummissjoni, fejn dik is-sena tkun l-ewwel sena ta“ rappurtar, u wara kull sentejn.
L-Istati Membri jew l-entitajiet delegati tagħhom għandhom jinnotifikaw id-data aggregata u l-informazzjoni rilevanti għall-proġett sal-31 ta“ Lulju tas-sena ta” rappurtar konċernata.
2. Il-Kummissjoni għandha teżenta lill-Istati Membri jew lill-entitajiet delegati tagħhom mill-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 fejn skont il-leġiżlazzjoni tal-UE speċifika għas-settur tal-enerġija:
(a)
l-Istat Membru konċernat jew l-entità delegata tiegħu diġà jkun/tkun innotifika/t id-data jew l-informazzjoni mitluba u indika/t id-data tan-notifika u l-leġiżlazzjoni speċifika konċernata;
(b)
korp speċifiku jkun inkarigat bit-tħejjija ta“ pjan ta” investiment multiannwali fl-infrastruttura tal-enerġija fil-livell tal-UE u għal dan il-għan jikkompila data u informazzjoni ekwivalenti; f'dan il-każ, il-korp speċifiku għandu jinnotifika d-data u l-informazzjoni kollha rilevanti lill-Kummissjoni fil-limiti taż-żmien stipulati fil-paragrafu 1.
Artikolu 4
Sorsi tad-data
1. L-impriżi konċernati għandhom jinnotifikaw id-data jew l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 lill-Istati Membri, jew lill-entità delegata, fejn qed jippjanaw li jwettqu proġetti ta“ investiment fit-territorju tagħhom qabel il-31 ta' Mejju ta” kull sena ta“ rappurtar. Id-data jew l-informazzjoni nnotifikata għandha tirrifletti s-sitwazzjoni tal-proġetti ta” investiment sal-31 ta' Marzu tas-sena ta“ rappurtar konċernata.
Madankollu, is-subparagrafu 1 ma għandux japplika għall-impriżi fejn l-Istat Membru konċernat jiddeċiedi li juża mezzi oħra biex jipprovdi lill-Kummissjoni bid-data jew l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 sakemm id-data jew informazzjoni mogħtija tkun kumparabbli u ekwivalenti.
2. L-Istati Membri għandhom jevitaw kwalunkwe ripetizzjoni tal-ġbir tad-data li diġà huwa meħtieġ fuq il-bażi ta“ leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE, u għandhom inaqqsu kemm jista” jkun l-ispejjeż għall-impriżi.
Artikolu 5
Kontenut tan-notifika
1. Fir-rigward tal-proġetti ta“ investiment imsemmija fl-Anness, in-notifika prevista fl-Artikolu 3 għandha tindika fejn xieraq:
(a)
il-volum tal-kapaċitajiet ippjanati jew li qegħdin jinbnew;
(b)
il-post, l-isem, it-tip u l-karatterisitiċi ewlenin tal-infrastruttura jew tal-kapaċitajiet ippjanati jew li qegħdin jinbnew, b'dettalji dwar liema minnhom jinsabu fi stadju ta“ ppjanar u liema qegħdin jinbnew;
(c)
id-data meta l-awtoritajiet rilevanti jirċievu l-awtorizzazjoni u d-data stmata sa meta se jkunu ngħataw l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi tal-kostruzzjoni meħtieġa;
(d)
id-data probabbli tal-kummissjonar;
(e)
it-tip ta“ sorsi ta” enerġija użat;
(f)
it-teknoloġiji ta“ interess għal skopijiet ta” sigurtà tal-provvista, bħal pereżempju flussi opposti, kapaċitajiet li jaqilbu minn fjuwil għall-ieħor jew kwalunkwe tagħmir ieħor rilevanti;
(g)
it-tagħmir tas-sistemi tal-qbid tal-karbonju jew mekkaniżmi ta“ stallazzjoni;
(h)
l-indisponibilità temporanja jew interruzzjoni tat-tħaddim ta“ infrastruttura għal perjodu ta” aktar minn tliet snin.
2. Fir-rigward ta“ kwalunkwe dekummissjonar propost ta” kapaċitajiet, in-notifika pprovduta fl-Artikolu 3 għandha tindika:
(a)
in-natura u l-kapaċità tal-infrastruttura konċernata;
(b)
id-data probabbli tad-dekummissjonar inkluż, fejn hu applikabbli, dati intermedjarji għall-eliminazzjoni gradwali tat-tħaddim tal-infrastruttura;
(c)
il-lista ta“ miżuri ppjanati għar-rijabilitazzjoni ambjentali, meta rijabilitazzjoni ta” dan it-tip tkun meħtieġa mil-leġiżlazzjoni speċifika.
3. Kwalunkwe notifika skont l-Artikolu 3 għandha tinkludi l-volum tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni, tat-trasport u tal-ħżin stallati fil-bidu tas-sena ta“ rappurtar konċernata.
Fejn l-Istati Membri, jkollhom fil-pussess tagħhom kwalunkwe informazzjon dwar dewmien u/jew ostakoli għall-implimentazzjoni tal-proġetti ta” investiment, l-entitajiet delegati tagħhom jew il-korp speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2) għandhom jinkludu din l-informazzjoni fin-notifika.
Artikolu 6
Kwalità u pubbliċità tad-data
1. L-Istati Membri, l-entità li lilha jkunu ddelegaw jew fejn xieraq il-korpi speċifiċi inkarigati bil-pjanijiet ta“ investiment tal-UE speċifiċi għas-settur tal-enerġija għandhom jiżguraw il-kwalità, ir-rilevanza, l-akkuratezza, iċ-ċarezza, il-puntwalità u l-koerenza tad-data u l-informazzjoni li jinnotifikaw lill-Kummissjoni. Jekk l-informazzjoni ma tkunx ċara jew komprensiva biżżejjed, il-Kummissjoni tista” teżiġi li dawk il-korpi jipprovdu informazzjoni addizzjonali.
F'każ ta“ korpi speċifiċi inkarigati bil-pjanijiet ta” investiment tal-UE speċifiċi għas-settur tal-enerġija, id-data u l-informazzjoni nnotifikati għandhom ikunu akkumpanjati b'kummenti mill-Istati Membri dwar il-kwalità u r-rilevanza tad-data u l-informazzjoni miġbura.
2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika data aggregata u informazzjoni skont dan ir-Regolament, b'mod partikolari fl-analiżijiet imsemmija fl-Artikolu 10(3), sakemm id-data u l-informazzjoni jiġu ppubblikati f'forma aggregata fil-livell nazzjonali jew reġjonali (b'mod partikolari fejn ikun hemm impriża waħda biss fi Stat Membru) u sakemm l-ebda dettall rigward l-impriżi ma jinkixef jew ma jkun jista“ jiġi inferit.
Pubblikazzjoni bħal din għandha ssir mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali u tal-UE dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni, b'mod partikolari l-informazzjoni ambjentali, l-informazzjoni dwar kumpanniji elenkati pubblikament jew l-informazzjoni dwar il-finanzjament pubbliku ta” proġetti ta“ investiment.
L-Istati Membri jew l-entitajiet delegati tagħhom u l-Kummissjoni għandhom ikunu responsabbli għall-ħarsien l-kunfidenzjalità ta“ data u informazzjoni sensittivi mil-lat kummerċjali li jkunu fil-pussess tagħhom.
Artikolu 7
Miżuri ta“ implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta“ dan ir-Regolament. Miżuri tali għandhom jinkludu b'mod partikolari mal-metodoloġiji ta” kalkolu li għandhom jintużaw, id-definizzjonijiet tekniċi, il-forma, il-kontenut u dettalji oħra tan-notifika tad-data u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3, inkluża l-applikazzjoni tal-eżenzjoni skont l-Artikolu 3(2), u b'mod partikulari dispożizzjonijiet dwar l-iskeda tal-ħin u l-kontenut tan-notifiki u l-entitajiet li huma suġġetti għall-obbligi ta“ rappurtar.
Artikolu 8
Ipproċessar tad-data
1. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli f'dak li għandu x'jaqsam mal-ippjanar, għall-iżvilupp, l-ilqugħ, il-ġestjoni u l-manutenzjoni tar-riżorsi tal-IT meħtieġa biex jiġi riċevut, jinħażen u jitwettaq kwalunkwe pproċessar tad-data jew informazzjoni dwar l-infrastruttura tal-enerġija nnotifikati lill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.
2.Il-Kummissjoni għandha wkoll tiżgura li r-riżorsi tal-IT meħtieġa għall-iskopijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jiggarantixxu l-kunfidenzjalità tad-data jew tal-informazzjoni nnotifikati lill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni u, b'mod partikolari, ma jbiddilx l-obbligi tal-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-ipproċessar tad-data personali, kif stipulat bid-Direttiva 95/46/KE, jew l-obbligi li huma d-dmir tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 fir-rigward tad-data personali li huma jipproċessaw tul it-twettiq ta“ ħidmiethom.
Artikolu 10
Monitoraġġ u rappurtar
1. Abbażi tad-data u l-informazzjoni mibgħuta u, jekk ikun xieraq, ta“ kwalunkwe sors ta” data ieħor inkluż ix-xiri tad-data mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tipprovdi tal-anqas kull sentejn analiżi transsettorjali tal-evoluzzjoni strutturali u l-perspettivi tas-sistema tal-enerġija tal-UE b'mod partikolari bil-għan li:
(a)
tidentifika nuqqasijiet u/jew surplus futuri potenzjali ta“ domanda u provvista tal-enerġija b'enfasi speċjali fuq id-defiċjenzi u d-difetti potenzjali fl-infrastruttura tal-produzzjoni u tat-trażmissjoni, b'mod partikolari dawk dovuti għall-fatt li l-infrastruttura tkun qdiemet;
(b)
tidentifika l-evoluzzjoni tal-proġetti ta“ investiment mid-data tan-notifika sal-implimentazzjoni, u b'mod partikolari l-iżvilupp ta” sorsi ta“ enerġija rinnovabbli, filwaqt li tippromwovi l-aqwa prattiki biex ikunu indirizzati l-ostakli identifikati;
(c)
iżżid it-trasparenza għall-parteċipanti fis-suq u għall-operaturi ġodda potenzjali;
(d)
timmonitorja l-proġetti ta“ investiment tal-UE f'pajjiżi terzi li jkollhom impatt fuq is-suq u s-sigurtà tal-enerġija tal-UE;
(e)
tidentifika r-riskju ta“ dipendenza eċċessiva fuq infrastruttura waħda tal-enerġija, kif ukoll ir-riskji marbuta ma” konnessjonijiet ma“ pajjiżi terzi;
Il-Kummissjoni tista“ tipprovdi wkoll abbażi ta” din id-data u l-informazzjoni kwalunkwe analiżi speċifika meqjusa meħtieġa u xierqa.
2. Fit-tħejjija tal-analiżijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkoordina mal-korpi speċifiċi fdati bil-pjanijiet ta“ investiment tal-UE għas-settur tal-enerġija u tista” tiġi megħjuna minn esperti mill-Istati Membri u/jew kwalunkwe espert grupp jew assoċjazzjoni oħra b“ kompetenza speċifika fil-qasam konċernat.
3. Il-Kummissjoni għandha tiddiskuti l-analiżijiet mal-partijiet interessati. Għandha tibgħat l-analiżijiet imwettqa lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tippubblikahom.
4.Il-Kummissjoni għandha, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-koerenza bejn id-diversi pubblikazzjonijiet relatati mal-monitoraġġ, tqis il-pjanijiet plurijennali ta“ investiment fl-infrastruttura tal-enerġija mfassla mill-korpi speċifiċi.
Artikolu 11
Reviżjoni
1. Fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta“ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-implimentazzjoni tiegħu.
2.Sabiex titjieb il-kwalità tad-data, il-Kummissjoni, fit-twettiq tar-reviżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha teżamina, jekk ikun xieraq, il-limiti minimi stabbiliti fl-Anness, u tista“ titlob lill-Istati Membri jispeċifikaw il-karatteristiċi prinċipali tal-infrastruttura jew tal-kapaċitajiet ippjanati jew li jkunu qed jinbnew.
Artikolu 12
Revoka
Ir-Regolament (KE) Nru 736/96 huwa b“ dan irrevokat.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Impjanti tad-distillazzjoni b'kapaċità ta“ mhux anqas minn miljun tunnellata fis-sena;
–
Estensjoni tal-kapaċità tad-distillar għal aktar minn miljun tunnellata fis-sena;
–
Impjanti ta“ cracking/iffurmar mill-ġdid b'kapaċità minima ta” 500 tunnellata kuljum;
–
Impjanti ta“ desulfurizzazzjoni għal residwi ta” żejt tal-fjuwil/gas oil/materja prima/prodotti oħra tal-pitrolju.
Impjanti kimiċi li ma jipproduċux żejt tal-fjuwil u/jew fjuwil tal-magni, jew li jipproduċuhom biss bħala prodotti sekondarji, huma esklużi.
1.3. Trasport
–
Sistemi ta“ pajpijiet taż-żejt mhux raffinat b'kapaċità ta” mhux anqas minn 3 miljun tunnellata metrika fis-sena u l-estensjoni jew it-titwil ta“ dawn is-sistemi ta” pajpijiet, li huma twal tal-anqas 30 kilometru;
–
Sistemi ta“ pajpijiet tal-prodotti tal-pitrolju b'kapaċità ta” mhux anqas minn 1,5 miljun tunnellata fis-sena, u l-estensjoni jew it-titwil ta“ dawn is-sistemi ta” pajpijiet, li huma twal tal-anqas 30 kilometru;
–
Sistemi ta“ pajpijiet li jikkostitwixxu konnessjonijiet essenzjali f'networks ta” interkonnessjoni nazzjonali jew internazzjonali u sistemi ta“ pajpijiet u proġetti ta” interess komuni identifikati fil-linji gwida stabbiliti skont l-Artikolu 171 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Sistemi ta“ pajpijiet għal skopijiet militari u dawk li jfornu lill-impjanti li ma jaqgħux fl-ambitu tal-punt 1.2 huma esklużi.
1.4. Ħzin
–
Stallazzjonijiet ta“ ħżin għaż-żejt mhux raffinat u prodotti tal-pitrolju (stallazzjonijiet b'kapaċità ta” 150 miljun m3 jew aktar jew, f'każ ta“ tankijiet, b'kapaċità ta” mhux anqas minn 100 000 m3).
Tankijiet maħsuba għal skopijiet militari u dawk li jfornu lill-impjanti li ma jaqgħux fl-ambitu tal-punt 1.2 huma esklużi.
2. GASS
2.1.Produzzjoni
–
Stallazzjonijiet ta“ estrazzjoni b'kapaċità ta” mill-inqas 0,1 miljun ċentimetru kuljum.
2.2. Trasport
–
Gass, inklużi gass naturali u bijogass, sistemi ta“ pajpijiet għat-trasport tal-gass;
–
Sistemi ta“ pajpijiet li jikkostitwixxu ħolqiet essenzjali fin-networks u fis-sistemi ta” pajpijiet interkonnessi nazzjonali jew internazzjonali u proġetti ta“ interess komuni identifikati fil-linji gwida skont l-Artikolu 171 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-proġetti msemmija fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 663/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta” Lulju 2009 li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz tal-għoti ta“ għajnuna finanzjarja Komunitarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija(1).
2.3. ▌LNG
–
Terminals għall-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-gass naturali likwifikat;
–
Kapaċitajiet għar-rigassifikazzjoni u l-ħżin u l-likwifazzjoni.
Software u hardware tal-IT li jissorvelja u jirrappurta f'ħin reali l-istokkijiet tal-gass, lill-aġenziji kompetenti tal-UE.
Sistemi ta“ pajpijiet tal-gass, terminals u stallazzjonijiet għal skopijiet militari u dawk li jfornu lill-impjanti kimiċi li ma jipproduċux prodotti tal-enerġija, jew li jipproduċuhom biss bħala prodotti sekondarji, huma esklużi.
3.FAĦAM, LIGNITE U BLAT ŻEJTNI
3.1.Produzzjoni
–
Minjieri fil-wiċċ tal-art ġodda jew estiżi bi produzzjoni annwali ta“ mhux inqas minn miljun tunnellata;
–
Minjieri fil-fond ġodda jew estiżi bi produzzjoni annwali ta“ mhux inqas minn miljun tunnellata.
4. ELETTRIKU
4.1. Produzzjoni
–
Impjanti tal-enerġija termali u nukleari (ġeneraturi b'kapaċità ta“ 100 MW jew aktar għal kull unità);
Farms tal-enerġija mir-riħ (b'kapaċità ta“ 20 MW jew aktar għall-farms ”il barra mix-xtut jew b'kapaċità ta“ 5 MW jew aktar għall-farms fuq ix-xtut);
–
Stallazzjonijiet li jużaw l-enerġija termali mix-xemx u l-enerġija ġeotermali ▌ (ġeneraturi b'kapaċità ta“ 10 MW jew aktar għal kull unità) u dik fotovoltajka; (b'kapaċità ta” 5 MW jew aktar);
–
Stallazzjonijiet ta“ ġenerazzjoni tal-enerġija mill-bijomassa/bijolikwidi/skart (ġeneraturi b'kapaċità ta” 5 MW jew aktar għal kull unità);
–
Impjanti tal-enerġija b'koġenereazzjoni ta“ elettriku u sħana utli (unitajiet b'kapaċità elettrika ta” 10 MW jew aktar għal kull unità);
–
Stallazzjonijiet deċentralizzati għall-produzzjoni ta“ enerġija rinnovabbli li huma konnessi ma” network tal-elettriku jew li jibbenefikaw minn kuntratt għax-xiri ma“ impriża b'kapaċità totali ta” produzzjoni ta“ aktar minn 10 MW.
4.2. Trasport
–
Linji tat-trażmissjoni “l fuq mil-livell tat-triq, jekk dawn ikunu ġew iddisinjati għal vultaġġ ta” 100 kV jew aktar;
–
Kejbils ta“ taħt l-art jew ta” taħt il-baħar, jekk dawn ikunu ġew iddisinjati għal vultaġġ ta“ 100 kV jew aktar;
–
Proġetti ta“ interess komuni identifikati fil-linji gwida stabbiliti skont l-Artikolu 171 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u proġetti msemmija fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 663/2009;
–
Networks ta“ tisħin distrettwali b'dijametru ta” 300 mm jew aktar.