Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/2525(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

RC-B7-0116/2010

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 25/02/2010 - 7.2
CRE 25/02/2010 - 7.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0035

Testi adottati
PDF 242kWORD 73k
Il-Ħamis, 25 ta' Frar 2010 - Brussell
Is-sitwazzjoni fl-Ukraina
P7_TA(2010)0035RC-B7-0116/2010

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta“ Frar 2010 dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Ukraina,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar is-Sħubija tal-Lvant imnedija fi Praga fis-7 ta“ Mejju 2009,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u r-Rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat għall-Kooperazzjoni Parlamentari UE-Ukraina, li ltaqa“ fis-26 u s-27 ta” Ottubru 2009,

–   wara li kkunsidra s-sħubija tal-Ukraina fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, minn Marzu 2008,

–   wara li kkunsidra l-adeżjoni tal-Ukraina għat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija, approvat mill-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija f'Żagreb f'Diċembru 2009,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim ta“ Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina, li daħal fis-seħħ fl-1 ta” Marzu 1998, u n-negozjati li għadhom għaddejjin dwar il-Ftehim ta“ Assoċjazzjoni (FA) maħsub biex jieħu post il-FSK,

–   wara li kkunsidra l-Aġenda ta“ Assoċjazzjoni UE-Ukraina, li tissostitwixxi l-Pjan ta” Azzjoni u li ġiet approvata mill-Kunsill ta“ Kooperazzjoni UE-Ukraina f'Ġunju 2009,

–   wara li kkunsidra l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar il-faċilitazzjoni tal-viżi, iffirmat fit-18 ta“ Ġunju 2007, li daħal fis-seħħ fl-1 ta” Jannar 2008, u d-djalogu dwar il-viżi bejn l-UE u l-Ukraina mniedi f'Ottubru 2008,

–   wara li kkunsidra l-Memorandum ta“ Ftehim għall-istabbiliment ta” djalogu dwar il-politika reġjonali u l-iżvilupp tal-kooperazzjoni reġjonali bejn il-Ministeru tal-Iżvilupp Reġjonali u l-Kostruzzjoni tal-Ukraina u l-Kummissjoni Ewropea, iffirmat fit-22 ta“ Lulju 2009,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta“ Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta” Strument Ewropew ta“ Viċinat u Sħubija (ENPI)(1),

–   wara li kkunsidra l-Memorandum ta“ Ftehim dwar kooperazzjoni fil-qasam tal-enerġija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina, iffirmat fl-1 ta” Diċembru 2005,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta adottata mill-Konferenza Konġunta UE-Ukraina dwar l-Investiment Internazzjonali dwar il-Modernizzazzjoni tas-Sistema ta“ Tranżitu tal-Gass, li saret fit-23 ta” Marzu 2009,

–   wara li kkunsidra l-ftehim bejn Naftogaz u Gazprom dwar il-miżati għat-tranżitu tal-provvisti taż-żejt għall-2010, li kien hemm qbil dwarhom f'Diċembru 2009,

–   wara li kkunsidra r-riżultati tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-Ukraina, li l-ewwel rawnd tagħhom sar fis-17 ta“ Jannar u t-tieni rawnd fis-7 ta” Frar 2010,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet magħmula mill-Missjoni ta“ Osservazzjoni OSKE/ODHIR dwar l-elezzjonijiet presidenzjali tas-17 ta” Jannar u tas-7 ta“ Frar 2010, li kkonkludiet li l-parti l-kbira tal-istandards internazzjonali ntlaħqu,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta“ Sigurtà, Catherine Ashton, dwar l-elezzjonijiet presidenzjali Ukraini fit-8 ta” Frar 2010,

–   wara li kkunsidra l-bidliet tal-aħħar minuta fil-liġi elettorali tal-Ukraina adottati mill-Verkhovna Rada fit-3 ta“ Frar 2010, qabel it-tieni rawnd tal-elezzjonijiet presidenzjali,

–   wara li kkunsidra l-Programm Indikattiv Nazzjonali 2011-2013 għall-Ukraina,

–   wara li kkunsidra r-riżultati tas-Samits riċenti UE-Ukraina, inkluż ir-rikonoxximent mis-samit UE-Ukraina f'Pariġi fl-2008 tal-Ukraina bħala pajjiż Ewropew li għandu storja komuni u valuri komuni mal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, u l-konklużjonijiet tas-Samit UE-Ukraina li sar f'Kiev fl-4 ta“ Diċembru 2009,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

A.   billi l-Ukraina hija ġara ta“ importanza strateġika għall-UE; billi d-daqs, ir-riżorsi u l-popolazzjoni tagħha u l-post fejn tinsab ġeografikament jagħtu lill-Ukraina pożizzjoni distinta fl-Ewropa u jagħmluha parteċipant reġjonali ewlieni;

B.   billi l-Ukraina hija stat Ewropew u, skont l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, tista“ tapplika għal sħubija mal-UE bħal kull stat Ewropew ieħor li jaderixxi mal-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u l-istat tad-dritt,

C.   billi l-konklużjonijiet tal-Missjoni ta“ Osservazzjoni Elettorali OSKE/ODHIR jiddeskrivu l-elezzjonijiet bħala konformi mal-istandards internazzjonali, fil-parti l-kbira tagħhom,

D.   billi l-fatt li l-elezzjonijiet presidenzjali li saru fis-17 ta“ Jannar u fis-7 ta” Frar 2010 saru bla xkiel filwaqt li ġew irrispettati d-drittijiet ċivili u politiċi, inkluża l-libertà ta“ għaqda, ta” assoċjazzjoni u ta“ espressjoni, juri li l-Ukraina għandha l-kapaċità li jkollha elezzjonijiet ħielsa u ġusti,

E.   billi għalkemm l-organizzazzjonijiet mhux governattivi ma tħallewx uffiċjalment josservaw l-elezzjonijiet, il-preżenza ta“ osservaturi domestiċi u internazzjonali żiedet b'mod sinifikanti t-trasparenza matul il-proċess elettorali u l-jum ta” votazzjoni,

F.   billi, fis-17 ta“ Frar 2010, wara appell mill-Prim Ministru Tymonshenko, il-Qorti Għolja Amministrattiva Ukraina ssospendiet id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali li tistabbilixxi r-riżultati tal-elezzjoni presidenzjali u tirrikonoxxi lil Victor Yanukovich bħala President tal-Ukraina, u billi l-Prim Ministru rtirat l-appell tagħha fl-20 ta” Frar 2010 filwaqt li allegat li l-qorti ma kinitx lesta tagħmel ġustizzja magħha,

G.   billi l-atmosfera tal-kampanja elettorali tat-tieni rawnd kienet affettwata b'mod negattiv minn akkużi reċiproċi ta“ frodi u emendi fl-aħħar minuta għal-liġi elettorali,

H.   billi għandu jitfakkar li l-Ukraina hija pajjiż li esperjenza l-ħakma Sovjetika u li mexa “l quddiem sew biex jegħleb il-wirt negattiv li din ħalliet warajha,

I.   billi wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-politika barranija tal-Parlament hu t-tisħiħ u t-trawwim tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li għandha l-għan li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u kulturali tal-pajjiżi kkonċernati mal-UE u mal-Istati Membri tagħha,

J.   billi s-Sħubija tal-Lvant qiegħda tissawwar; billi l-Parlament jistenna li l-awtoritajiet Ukraini l-ġodda jaħdmu biex jilħqu l-objettivi tagħha; billi s-Sħubija tal-Lvant tista“ tkun ta” suċċess u tikkontribwixxi għall-iżvilupp paċifiku, l-istabilità u l-prosperità tal-pajjiżi ġirien kollha tal-Lvant, inkluża l-Ukraina, dejjem jekk tkun ibbażata fuq proġetti prattiċi u kredibbli u tkun iffinanzjata b'mod suffiċjenti,

K.   billi l-UE tippreferi Ukraina stabbli u demokratika li tirrispetta l-prinċipji tal-ekonomija tas-suq soċjali, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tal-minoranzi u li tiggarantixxi d-drittijiet fundamentali; billi l-istabilità politika domestika u l-attenzjoni għar-riforma interna tal-Ukraina huma prerekwiżiti għall-iżvilupp ulterjuri tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina,

L.   billi, mir-rivoluzzjoni Oranġjo “l hawn, l-Ukraina sfortunatament tilfet aktar minn ħames snin biex tindirizza kif suppost id-defiċits kostituzzjonali u istituzzjonali kbar tagħha, speċjalment biex issolvi l-kunflitti dwar il-kompetenzi bejn il-President u l-Prim Ministru; billi, konsegwenza ta” dan, proġetti ta“ riformi importanti fis-setturi pubbliċi, ekonomiċi u soċjali jew raw dewmien, jew ġew implimentati b'mod inkonsistenti jew tlestewx,

M.   billi, irrispettivament mir-riżultati tal-elezzjonijiet presidenzjali, l-Ukraina trid issa tibda timplimenta r-riformi kostituzzjonali sabiex tistabbilixxi sistema vijabbli u effiċjenti ta“ kontrolli u bilanċi biex tiddefinixxi distribuzzjoni ċara ta” kompetenzi bejn il-President, il-Kabinett tal-Ministri u l-Verkhovna Rada,

N.   billi r-relazzjonijiet UE-Ukraina b'mod ġenerali għamlu progress sostanzjali f'dawn l-aħħar snin, u b'mod partikolari fl-oqsma tal-politika barranija u tas-sigurtà u fi kwistjonijiet kummerċjali, finanzjarji u ekonomiċi; billi ma sarx biżżejjed progress fl-oqsma tal-enerġija u l-ambjent,

O.   billi l-adeżjoni tal-Ukraina mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) timmarka pass importanti fl-aċċettazzjoni tagħha tal-istandards ekonomiċi internazzjonali u Ewropej u ta“ rabtiet tal-kummerċ imsaħħa mal-UE, li jħaffu r-ritmu tan-negozjati dwar l-istabbiliment ta” Żona ta“ Kummerċ Ħieles Estensiva u Komprensiva bħala parti integrali mill-Ftehim ta” Assoċjazzjoni,

P.   billi l-adeżjoni tal-Ukraina għat-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija hija ta“ importanza kbira għall-partijiet kollha,

Q.   billi l-Ftehim ta“ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina għandu jservi bħala strument fil-proċess ta” riforma u jagħti rwol aktar b'saħħtu lis-soċjetà ċivili,

1.  Jilqa“ l-fatt li r-rapport tal-Missjoni Internazzjonali ta” Osservazzjoni Elettorali dwar l-elezzjonijiet presidenzjali Ukraini jgħid li sar progress sinifikanti meta mqabbel ma“ elezzjonijiet preċedenti, b'din l-elezzjoni tilħaq il-parti l-kbira tal-istandards tal-OSKE u tal-UE dwar elezzjonijiet ħielsa u ġusti;

2.  Jilqa“ d-dikjarazzjoni tal-Missjoni Internazzjonali ta” Osservazzjoni Elettorali OSKE/ODHIR dwar ir-rispett tad-drittijiet ċivili u politiċi, inkluża l-libertà tal-għaqda, tal-assoċjazzjoni u tal-espressjoni f'ambjent tal-midja pluralistiku;

3.  Jilqa“ n-numru relattivament għoli ta” persuni li ħarġu jivvutaw, li juri l-involviment attiv taċ-ċittadini Ukraini biex jiddeċiedu t-triq li għandu jieħu pajjiżhom; jilqa“ b'sodisfazzjon il-fatt li f'din l-elezzjoni kien hemm varjetà ta” kandidati li jirrappreżentaw opinjonijiet politiċi alternattivi, u li offrew għażla ġenwina lill-elettorat;

4.  Jiddispjaċih li r-regoli elettorali għadhom qed jibqgħu jiġu diskussi u jirrimarka li l-liġi elettorali attwali, kif emendata f'Awissu 2009, titqies mill-OSKE/ODHIR bħala pass lura meta mqabbla mal-leġiżlazzjoni preċedenti, u li dan iwassal għal qafas legali li la hu ċar u lanqas komplut; jiddispjaċih dwar l-adozzjoni mill-Verkhovna Rada tal-emendi kontroversjali ħafna għal-liġi elettorali presidenzjali proposti mill-Partit tar-Reġjuni ftit jiem biss qabel it-tieni rawnd; għalhekk iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ukraini biex jirrevedu u jlestu l-leġiżlazzjoni elettorali tal-pajjiż; jinkoraġġixxi aktar trasparenza fil-finanzjament tal-kandidati u l-partiti politiċi u jitlob li jkun hemm finanzjament aktar trasparenti tal-kampanji matul il-perjodi ta“ qabel l-elezzjonijiet;

5.  Isejjaħ lill-awtoritajiet Ukraini, filwaqt li jagħraf li l-Ukraina rratifikat il-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali u l-Karta Ewropea għall-Ilsna Reġjonali jew ta“ Minoranzi, biex jagħmlu sforzi akbar biex jilħqu lill-komunitajiet ta” minoranzi billi jintegraw dawk il-komunitajiet fl-iżviluppi politiċi tal-pajjiż u jħeġġu b'mod adegwat id-dritt għall-edukazzjoni fl-ilsna tal-minoranzi;

6.  Jirrikonoxxi li l-Ukraina, bħala pajjiż Ewropew, għandha storja komuni u valuri komuni għal dawk tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u jirrikonoxxi l-aspirazzjonijiet Ewropej tal-Ukraina;

7.  Jistenna li l-politiċi u l-awtoritajiet Ukraini jirrikonoxxu l-ħtieġa tal-istabilizzazzjoni politika u ekonomika u li jaħdmu għaliha, l-iktar permezz tar-riformi kostituzzjonali, il-konsolidazzjoni tal-istat tad-dritt, it-twaqqif ta“ ekonomija tas-suq soċjali u sforzi mġedda biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni u biex tittejjeb il-klima tan-negozju u tal-investiment;

8.  Jisħaq fuq l-importanza li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Ukraina u l-UE fil-qasam tal-enerġija u jitlob li jkun hemm iktar ftehimiet bejn l-UE u l-Ukraina bl-għan li jiżguraw il-provvisti tal-enerġija għaż-żewġ naħat, u jinkludu sistema affidabbli ta“ tranżitu taż-żejt u l-gass;

9.  Jistieden lill-Ukraina biex timplimenta u tirratifika b'mod sħiħ l-adeżjoni tagħha għat-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija u biex b'ħeffa tadotta liġi ġdida dwar il-gass li tkun konformi mad-Direttiva 2003/55/KE tal-UE;

10.  Jenfasizza l-fatt li, għalkemm sar progress, il-ftehim għall-faċilitazzjoni tal-viżi eżistenti għandu jerġa“ jiġi eżaminat billi wieħed iżomm f'moħħu l-objettivi fuq perjodu ta” żmien twil, u jistieden lill-Kunsill biex jinkariga lill-Kummissjoni biex tirrevedi dan il-ftehim mal-awtoritajiet Ukraini sabiex jinħadem pjan direzzjonali għal vjaġġar ħieles mill-viżi għall-Ukraina;

11.  Jitlob lill-Kummissjoni biex taħdem mal-Istati Membri u mal-Ukraina biex jitħejjew miżuri speċjali sabiex jiġu introdotti fir-rigward tal-Kampjonat tal-Futbol Ewropew 2012, bil-għan li jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar għad-detenturi tal-biljetti;

12.  Jilqa“ l-appoġġ attiv tal-Ukraina għas-Sħubija tal-Lvant u l-Assemblea Parlamentari Euronest u l-impenn tagħha li tikkonsolida l-isforzi tagħha biex jiġi żgurat li jkun hemm aktar demokrazija, l-istat tad-dritt, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll ekonomija tas-suq soċjali, żvilupp sostenibbli u governanza tajba;

13.  Jappoġġja l-inizjattivi ewlenin tas-Sħubija tal-Lvant, l-iktar dwar il-ġestjoni integrata tal-fruntieri, l-enerġija, Żona ta“ Kummerċ Ħieles u l-bini komprensiv tal-istituzzjonijiet;

14.  Jistenna li l-Ukraina ttenni d-determinazzjoni tagħha li tkompli miexja fit-triq lejn l-integrazzjoni Ewropea, kif ukoll lejn kooperazzjoni qawwija mal-UE fiż-żona tal-viċinat skont il-politiki tas-Sħubija tal-Lvant u tas-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed;

15.  Jitlob lill-Kummissjoni u l-Kunsill biex jaffermaw mill-ġdid ir-rieda tal-UE li tgħin lill-Ukraina f'din id-direzzjoni permezz tal-istrumenti proposti mis-Sħubija tal-Lvant u mill-Aġenda ta“ Assoċjazzjoni UE-Ukraina; jitlob lill-Kummissjoni biex tallinja mill-qrib il-Programm ta” Indikazzjoni Nazzjonali 2011-13 mal-Aġenda tal-Assoċjazzjoni;

16.  Jenfasizza li Żona ta“ Kummerċ Ħieles Estensiva u Komprensiva għandha tiżgura l-integrazzjoni gradwali tal-Ukraina fis-suq intern tal-UE inkluż it-twessiegħ ta” l-erba“ libertajiet għall-pajjiż;

17.  Jilqa“ l-intenzjoni li titwaqqaf rappreżentazzjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) f'Kiev, u jisħaq fuq l-importanza li jikber aktar l-involviment tal-BEI fl-Ukraina;

18.  Jenfasizza l-importanza li tiżdied il-kooperazzjoni fl-iskambji taż-żgħażagħ u tal-istudenti u fl-iżvilupp ta“ programmi ta” boroż ta“ studju li jippermettu lill-Ukraini jiffamiljarizzaw ruħhom mal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha;

19.  Jappella lill-pajjiżi ġirien kollha biex jirrispettaw b'mod sħiħ is-sistema demokratika tal-istat Ukrain u jżommu lura minn kwalunkwe pressjoni jew indħil immirati biex ibiddlu r-rieda demokratika tal-Ukraina u kwalunkwe deċiżjoni meħuda minnha rigward l-iżvilupp politiku, soċjali u ekonomiku tagħha;

20.  Jiddeplora ħafna d-deċiżjoni tal-President Viktor Yushchenko, li għadu kemm spiċċa mill-kariga, li jonora wara mewtu lill-Stepan Bandera, mexxej tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonalisti Ukraini (OUN) li kkollaborat mal-Ġermanja Nażista, bit-titlu ta“ ”Eroj Nazzjonali tal-Ukraina“; jittama, f'dan ir-rigward, li t-tmexxija l-ġdida tal-Ukraina se terġa” tikkonsidra deċiżjonijiet ta“ dan it-tip u żżomm l-impenn tagħha lejn il-valuri Ewropej;

21.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi l-għajnuna teknika neċessarja sabiex titjieb b'mod radikali l-effiċjenza tal-enerġija tan-netwerk tal-elettriku tal-Ukraina u biex tiżdied il-kooperazzjoni fir-rigward tar-riforma tas-settur tal-gass sabiex jiġi konformi mal-istandards tal-UE; jitlob li jingħata appoġġ konsistenti Ewropew għal strateġija Ukraina biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija u biex tiżdied l-effiċjenza tal-enerġija, bħala l-aħjar mezz biex jitnaqqas l-infiq fuq il-gass u d-dipendenza tagħha fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija;

22.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-Gvern u l-Parlament tal-Ukraina u lill-Assemblej Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, tal-OSKE u tan-NATO.

(1) ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza