Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta“ Marzu 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta” Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta“ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0008 – C7-0012/2010 – 2010/0003(BUD))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0008 – C7-0012/2010),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta“ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1) (IIA tas-17 ta“ Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta“ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta” Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(2) (ir-Regolament dwar il-FEG),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0021/2010),
A. billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġislattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jbatu mill-konsegwenzi ta“ bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet tal-kummerċ dinji u biex tgħin l-integrazzjoni tagħhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol,
B. billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun waħda dinamika u li tkun disponibbli b'mod effiċjenti u malajr kemm jista“ jkun, b'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni li ġiet adottata matul il-laqgħa ta” konċiljazzjoni tas-17 ta“ Lulju 2008, u filwaqt li jiġi kkunsidrat kif xieraq il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta” Mejju 2006 fir-rigward tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEG,
C. billi l-Litwanja talbet assistenza fir-rigward tal-każijiet li jikkonċernaw is-sensji fl-industrija tal-manifattura tal-friġġijiet li ġraw f'impriża waħda - “Snaigė” plc - u fi tnejn mill-fornituri tagħha(3),
D. billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta“ eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar il- FEG,
1. Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG;
2. Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura bla xkiel u mgħaġġla għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, filwaqt li jingħata appoġġ individwali ta“ darba u limitat fiż-żmien bħala għajnuna lill-ħaddiema li sfaw issensjati bħala riżultat tal-globalizzazzjoni;
3. Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea għandha tuża l-mezzi tagħha kollha biex tiffaċċja l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika u finanzjarja dinjija; jenfasizza r-rwol li l-FEG jista“ jkollha fl-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol tal-ħaddiema li sfaw issensjati;
4. Jisħaq fuq il-fatt li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEG, għandu jkun żgurat li l- FEG jappoġġja l-integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg tal-ħaddiema individwali li tilfu xogħolhom; itenni li l-għajnuna mill-FEG ma għandhiex tieħu post l-azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas ma għandha tieħu post il-miżuri għar-ristrutturazzjoni ta“ kumpaniji jew setturi;
5. Jistieden lill-Kummissjoni biex, fi proposti għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, kif ukoll fir-rapporti annwali tagħha, tinkludi informazzjoni preċiża dwar il-fondi kumplimentari li jingħataw mill-Fond Soċjali Ewropew u minn Fondi Strutturali oħra;
6. Ifakkar lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-FEG, biex ma tittrasferix sistematikament approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mill-Fond Soċjali Ewropew, peress li l-FEG nħoloq bħala strument speċifiku għalih bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu;
7. Jikkunsidra li l-funzjonament u l-finanzjament tal-FEG għandhom ikunu evalwati fil-kuntest tal-valutazzjoni ġenerali tal-programmi u l-istrumenti l-oħra maħluqa mill-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta“ Mejju 2006 fi ħdan il-proċess tar-reviżjoni ta” nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2007-2013;
8. Jinnota li l-proposti l-ġodda tal-Kummissjoni għal deċiżjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG jirreferu għal applikazzjoni minn Stat Membru wieħed biss, ħaġa li hi konformi mat-talbiet tal-Parlament Ewropew;
9. Japprova d-deċiżjoni annessa ma“ din ir-riżoluzzjoni;
10. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
11. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta“ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta” Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta“ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,
wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta“ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta” Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(2), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,
wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) Il-Fond Ewropew ta“ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf sabiex jipprovdi sostenn addizzjonali lil ħaddiema ssensjati li jbatu l-konsegwenzi ta” bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.
(2) L-għan tal-FEG ġie estiż għall-applikazzjonijiet preżentati mill-1 ta“ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jingħataw is-senja bħala riżultat tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.
(3) Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta“ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta” Aġġustament għall-Globalizzazzjoni taħt il-limitu massimu annwali ta“ EUR 500 miljun.
(4) Il-Litwanja preżentat applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward ta“ sensji fi ”Snaigė“ plc u tnejn mill-fornituri tagħha, fit-23 ta” Lulju 2009. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontributi finanzjarji kif stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li tuża l-ammont ta“ EUR 258 163.
(5) Il-FEG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju għall-applikazzjoni ppreżentata mil-Litwanja.
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta“ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta” EUR 258 163 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.