Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/0807(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0038/2010

Testi mressqa :

A7-0038/2010

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 25/03/2010 - 6.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0078

Testi adottati
PDF 195kWORD 32k
Il-Ħamis, 25 ta' Marzu 2010 - Brussell
Ħatra ta“ membru tal-Qorti tal-Awdituri - Is-Sur Szabolcs Fazakas
P7_TA(2010)0078A7-0038/2010

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta“ Marzu 2010 dwar in-nomina ta” Szabolcs Fazakas bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0019/2010 – 2010/0807(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat FUE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0019/2010),

–   billi, fil-laqgħa tiegħu tal-15 ta“ Marzu 2010, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema” n-nominat tal-Kunsill għall-isħubija tal-Qorti tal-Awdituri,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0038/2010),

A.   billi Szabolcs Fazakas jissodisfa il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat FUE,

1.  Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta għall-ħatra ta Szabolcs Fazakas bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta“ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea, u lill-istituzzjonijiet ta” verifika tal-Istati Membri.

Avviż legali - Politika tal-privatezza