Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 20 ta' Jannar 2010 - Strasburgu
Elezzjoni tal-Ombudsman Ewropew
 Id-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonjiet ta' ċerti prodotti industrijali fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u l-Azores *
 Proposta dwar il-ħatra ta' membru tal-panel inkarigat mill-ħatra tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali
 It-tieni reviżjoni tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE ("il-Ftehim Cotonou")

Elezzjoni tal-Ombudsman Ewropew
PDF 268kWORD 32k
Deċiżjoni
Anness
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2010 li taħtar l-Ombudsman Ewropew

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 24 u l-Artikolu 228 tiegħu,

–   wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tiegħu tad-9 ta' Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-kompiti tal-Ombudsman(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 204 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra s-sejħa għall-applikazzjonijiet(2),

–   wara li kkunsidra l-vot tiegħu tal-20 ta' Jannar 2010,

1.  Jaħtar Nikiforos Diamandouros biex iservi/isservi bħala Ombudsman Ewropew;

2.  Jitlob lil Nikiforos Diamandouros biex jieħu/tieħu ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tieġħu biex id-deċiżjoni annessa tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tieġħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Ġustizzja.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-20 ta' Jannar 2010

li taħtar l-Ombudsman Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 24 u l-Artikolu 228 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tiegħu tad-9 ta' Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-kompiti tal-Ombudsman(3),

Wara li kkunsidra l-Artikolu 204 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

Wara li kkunsidra s-sejħa għall-applikazzjonijiet(4),

Wara li kkunsidra l-vot tiegħu tal-20 ta' Jannar 2010,

IddeċiEda:

li jaħtar Nikiforos DIAMANDOUROS biex iservi/isservi bħala Ombudsman Ewropew.

Magħmula fi Strasburgu, fl-20 ta' Jannar 2010

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Jerzy BUZEK

(1) ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.
(2) ĠU C 216, 10.9.2009, p. 7.
(3) ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.
(4) ĠU C 216, 10.9.2009, p. 7.


Id-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonjiet ta' ċerti prodotti industrijali fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u l-Azores *
PDF 385kWORD 204k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2010 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jissospendi temporanjament id-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonjiet ta' ċerti prodotti industrijali fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u l-Azores (COM(2009)0370 – C7-0222/2009 – 2009/0125(CNS))
P7_TA(2010)0002A7-0001/2010

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0370),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 299(2) tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0222/2009),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu "Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa" (COM(2009)0665),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 349(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0001/2010),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta tagħha kif xieraq, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-UE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Text propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 5
5.  Sabiex tingħata perspettiva fit-tul lill-investituri u sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jilħqu l-livell ta' attivitajiet industrijali u kummerċjali li jistabilizza l-ambjent ekonomiku u soċjali fir-reġjuni kkonċernati, huwa xieraq li jiġu sospiżi d-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għal ċerti oġġetti għal perjodu ta' 10 snin li jibda mill-1 ta' Jannar 2010.
(5)  Sabiex tingħata perspettiva fit-tul lill-investituri u sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jilħqu l-livell ta' attivitajiet industrijali u kummerċjali li jistabilizza l-ambjent ekonomiku u soċjali fir-reġjuni kkonċernati, huwa xieraq li jiġu sospiżi d-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għal ċerti oġġetti għal perjodu li jibda mill-1 ta" Frar 2010 u jispiċċa fil-31 ta" Diċembru 2019.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
Mill-1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Diċembru 2019 id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni applikabbli għall-importazzjonjiet fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u l-Azores ta' oġġetti lesti għall-użu agrikolu, kummerċjali jew industrijali elenkati fl-Anness I għandhom jiġu sospiżi kompletament.
Mill-1 ta' Frar 2010 sal-31 ta' Diċembru 2019 id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni applikabbli għall-importazzjonjiet fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u l-Azores ta' oġġetti lesti għall-użu agrikolu, kummerċjali jew industrijali elenkati fl-Anness I għandhom jiġu sospiżi kompletament.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Artikolu 2
Mill-1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Diċembru 2019 id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni applikabbli għall-importazzjonijiet fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u l-Azores ta' materja prima, partijiet u komponenti elenkati fl-Anness II, u użati għal finijiet agrikoli, u għat-trasformazzjoni industrijali u manutenzjoni fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u l-Azores, għandhom jiġu sospiżi kompletament.
Mill-1 ta' Frar 2010 sal-31 ta' Diċembru 2019 id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni applikabbli għall-importazzjonijiet fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u l-Azores ta' materja prima, partijiet u komponenti elenkati fl-Anness II, u użati għal finijiet agrikoli, u għat-trasformazzjoni industrijali u manutenzjoni fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u l-Azores, għandhom jiġu sospiżi kompletament.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2010.
Għandu japplika mill-1 ta' Frar 2010.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Anness II - Tabella

Test propost mill-Kummissjoni

Kodiċi NM

Kodiċi NM

Kodiċi NM

Kodiċi NM

3102

40

10

7318

22

00

8415

90

00

8529

10

39

3105

20

10

7320

20

89

8421

23

00

8529

10

80

4008

29

00

7323

99

99

8421

29

00

8529

10

95

4009

42

00

7324

90

00

8421

31

00

8529

90

65

4010

12

00

7326

90

98

8421

99

00

8529

90

97

4015

90

00

7412

20

00

8440

90

00

8531

90

85

4016

93

00

7415

21

00

8442

40

00

8539

31

90

4016

99

97

7415

29

00

8450

90

00

8543

70

90

5401

10

90

7415

33

00

8451

90

00

8544

20

00

5407

42

00

7419

91

00

8452

90

00

8544

42

90

5407

72

00

7606

11

91

8478

90

00

8544

49

93

5601

21

90

7606

11

93

8481

20

10

9005

90

00

5608

7606

11

99

8481

30

99

9011

90

90

5806

32

90

7616

10

00

8481

40

9014

90

00

5806

32

90

7907

00

8481

80

99

9015

90

00

5901

90

00

8207

90

99

8482

10

90

9024

90

00

5905

00

90

8302

42

00

8482

80

00

9029

20

31

6217

90

00

8302

49

00

8483

40

90

9209

91

00

6406

20

90

8308

90

00

8483

60

80

9209

92

00

7303

00

90

8406

90

90

8484

10

00

9209

94

00

7315

12

00

8409

91

00

8503

00

99

9506

70

90

7315

89

00

8409

99

00

8509

90

00

7318

14

91

8411

99

00

8511

80

00

7318

15

69

8412

90

40

8511

90

00

7318

15

90

8413

30

80

8513

90

00

7318

16

91

8413

70

89

8514

90

00

7318

19

00

8414

90

00

8529

10

31

Emenda

Kodiċi NM

Kodiċi NM

Kodiċi NM

Kodiċi NM

3102

40

10

7613

00

00

8442

40

00

8509

90

00

3105

20

10

7616

10

00

8443

8511

80

00

4008

29

00

7907

00

8444

00

8511

90

00

4009

42

00

8202

8445

8513

90

00

4010

12

00

8203

8446

8514

4015

90

00

8204

8447

8515

4016

93

00

8205

8448

8517

4016

99

97

8207

8450

8526

5401

10

90

82081

8451

8529

10

31

5407

42

00

8209

00

8452

8529

10

39

5407

72

00

8210

00

00

8453

8529

10

95

5601

21

90

8302

42

00

8456

8529

90

20

5608

8302

49

00

8457

8529

90

65

5806

32

90

8303

00

8458

8529

90

97

5901

90

00

8304

00

00

8459

8531

90

85

5905

00

90

8307

90

00

8460

8537

10

99

6217

90

00

8308

90

00

8461

8539

31

90

6406

20

90

8402

8462

8543

6804

8403

8463

8544

7303

00

90

8404

8464

9005

90

00

7308

8405

8465

9010

7309

00

8406

8466

9011

73102

8407

8467

9012

7315

12

00

8408

8468

9014

90

00

7318

14

91

8409

8469

00

9015

90

00

7318

15

69

8411

8470

9016

00

7315

89

00

8412

90

40

8471

9017

7318

15

90

8413

8472

9018

7318

16

91

8414

8474

9024

7318

19

00

8415

8475

9025

7318

22

00

8416

8477

9026

7320

20

89

8417

8478

9027

7322

8418

8480

9028

7323

99

99

8419

8481

20

10

9029

20

31

7324

90

00

8420

8481

30

99

9030

7326

90

98

8421

8481

40

9031

7412

20

00

8422

8481

80

99

9032

7415

21

00

84233

8482

10

90

9033

00

00

7415

29

00

84244

8482

80

00

9209

91

00

7415

33

00

8425

8483

40

90

9209

92

00

7419

91

00

8426

8483

60

80

9209

94

00

7606

11

91

8427

8484

10

00

9406

00

7606

11

93

8428

8486

9506

70

90

7606

11

99

8437

8501

7610

8438

8503

00

7611

00

00

8439

8504

40

84

7612

8440

8508

8441

1 (minbarra 8208 40 00).

2 (minbarra 7310 21).

3 (minbarra 8423 10 10).

4 (minbarra 8424 81 10).


Proposta dwar il-ħatra ta' membru tal-panel inkarigat mill-ħatra tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali
PDF 192kWORD 29k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2010 li tipproponi l-ħatra ta' Ana Palacio Vallelersundi fil-kumitat skont l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (2009/2210(INS))
P7_TA(2010)0003B7-0042/2010

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-tieni paragrafu tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 107a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi Ana Palacio Vallelersundi tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,

1.  Jipproponi li Ana Palacio Vallelersundi tinħatar fil-kumitat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja.


It-tieni reviżjoni tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE ("il-Ftehim Cotonou")
PDF 239kWORD 78k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2010 dwar it-tieni reviżjoni tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE ("il-Ftehim Cotonou") (2009/2165(INI))
P7_TA(2010)0004A7-0086/2009

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 208 sa 211 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000(1) u rivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005, kif emendat l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE(2) (minn issa 'l quddiem, "il-Ftehim ta' Cotonou"),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 95 tal-Ftehim ta' Cotonou, li jipprevedi klawsola ta' reviżjoni li tippermetti li l-Ftehim jiġi adattat kull ħames snin,

–   wara li kkunsidra l-ittra ta' notifika tal-Kunsill lill-President tal-Kunsill tal-Ministri tal-AKP, adottata fil-laqgħa tat-23 ta' Frar 2009 tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' Pariġi tat-2 ta' Marzu 2005 dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna, li l-għan tagħha hu li tippromwovi mudell biex jittejbu t-trasparenza u l-monitoraġġ tar-riżorsi għall-iżvilupp,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 90(5) u 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0086/2009),

A.   billi l-objettivi primarji tal-Ftehim ta' Cotonou huma l-eradikazzjoni tal-faqar, l-iżvilupp sostenibbli u l-integrazzjoni progressiva tal-pajjiżi tal-AKP fl-ekonomija dinjija,

B.   billi sa minn meta saret l-aħħar reviżjoni tal-Ftehim ta' Cotonou fl-2005 ġraw diversi tibdiliet fix-xena internazzjonali - bħaż-żieda kbira fil-prezzijiet tal-ikel u tal-enerġija, kriżi finanzjarja bla preċedent, konsegwenzi tal-bidla fil-klima - li għandhom l-aktar riperkussjonijiet serji fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw,

C.   billi dawn l-iżviluppi ġodda kollha fl-ambjent dinji, jekk ma jiġux indirizzati kif jixraq, jissograw li jdgħajfu l-objettivi tal-Ftehim ta' Cotonou u jċekknu l-prospetti tal-kisba tal-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs) sal-2015,

D.   billi l-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (EPAs) reġjonali dgħajfu l-koeżjoni tal-Grupp tal-AKP u l-proċess kurrenti tal-integrazzjoni reġjonali; billi jeħtieġ li tinżamm l-għaqda u l-koerenza tal-Grupp tal-AKP u l-istabilità tal-istituzzjonijiet tal-AKP-KE,

E.   billi t-tieni reviżjoni tal-Ftehim ta' Cotonou hija okkażjoni f'waqtha ħafna biex jiġu aġġustati d-dispożizzjonijiet tiegħu fid-dawl tar-realtajiet li għadna kemm semmejna; billi, madankollu, ħafna minn dawn il-kwistjonijiet jissemmew ftit biss fil-mandat ta' reviżjoni tal-Ftehim,

F.   billi l-oqsma magħżula għal reviżjoni min-naħa tal-UE jew tal-Grupp tal-AKP jinkludu, inter alia:

   dimensjoni reġjonali;
   dimensjoni politika, inkluża l-migrazzjoni u l-governanza tajba fil-qasam fiskali;
   dimensjoni istituzzjonali;
   il-promozzjoni tal-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp u l-koerenza tal-politika għall-iżvilupp;
   assistenza umanitarja u ta' emerġenza, inkluża kjarifika dwar il-proċeduri applikati f'sitwazzjonijiet ta' kriżi;
   programmar u implimentazzjoni tal-għajnuna, inkluż il-programmar tal-pakkett intra-AKP;
   il-bidla fil-klima u s-sigurtà tal-ikel bħala kwistjonijiet interrelatati (magħżula mill-Grupp tal-AKP),

G.   billi d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona qiegħed ibiddel l-arkitettura istituzzjonali tal-UE u l-bilanċ intern tagħha mil-lat ta' teħid ta' deċiżjonijiet,

1.  Iqis li t-tieni reviżjoni tal-Ftehim ta' Cotonou għandha tkun okkażjoni biex dan jiġi aġġustat fid-dawl tal-kriżijiet riċenti u attwali, inkluża l-bidla fil-klima, iż-żieda fenomenali fil-prezzijiet tal-ikel u taż-żejt, il-kriżi finanzjarja u l-faqar estrem fl-Afrika; jemmen li l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kawżi primarji ta' dawn il-kriżijiet mhix għażla, iżda neċessità;

2.  Jiddeplora l-fatt li l-Parlament Ewropew, l-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE (JPA) u l-parlamenti nazzjonali tal-Istati tal-AKP kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-parteċipanti mhux statali, għal darba oħra, ma ġewx involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet li wassal għall-identifikazzjoni ta' oqsma u artikoli tal-Ftehim ta' Cotonou li għandhom jiġu riveduti u għat-twaqqif tal-mandati ta' negozjar adottati mill-Kunsill tal-UE u mill-Kunsill tal-Ministri tal-AKP;

3.  Iħeġġeġ titjib fir-rwol li għandhom il-parlamenti nazzjonali fil-proċess ta' reviżjoni li għaddej bħalissa u reviżjonijiet ulterjuri sabiex titjieb il-leġittimità u s-sjieda demokratika;

4.  Jenfasizza li din l-ommissjoni teffettwa t-trasparenza u l-kredibilità tal-proċess ta' reviżjoni u tkompli tbiegħed lill-popolazzjonijiet tal-UE u tal-AKP mill-gvernijiet u mill-istituzzjonijiet tagħhom;

5.  Jenfasizza li huwa importanti li l-pajjiżi tal-AKP jitqiesu bħala sħab indaqs fin-negozjati mal-UE, sabiex jiġi stabbilit Ftehim ta' Sħubija ġenwin;

6.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' konsolidazzjoni tad-dimensjoni politika tal-Ftehim ta' Cotonou, b'mod partikolari rigward l-impenn tal-partijiet li jimplimentaw l-obbligi li jirriżultaw mill-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-UE u lill-Kunsill tal-AKP biex iqisu l-prinċipji u r-riżultati tal-Inizjattiva Internazzjonali tat-Trasparenza tal-Għajnuna;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-UE u lill-Kunsill tal-AKP biex jikkonsultaw b'mod effettiv lill-parteċipanti mhux statali fix-xhur ta' qabel l-iffirmar tal-Ftehim ta' Cotonou Rivedut u biex jiżguraw li l-fehmiet tagħhom jitqiesu; jistieden lill-awtoritajiet tal-UE u tal-AKP biex iniedu dibattitu dwar il-ġejjieni tar-relazzjonijiet AKP-UE ta' wara l-2010 u biex jinvolvu parteċipanti mhux statali fil-proċess;

9.  Iqis li l-koerenza tal-politika għall-iżvilupp, b'mod partikolari bejn il-politiki tal-kummerċ, tal-iżvilupp, tal-agrikultura u tas-sajd, għandha tkun il-prinċipju gwida tal-koperazzjoni għall-iżvilupp li twettaq l-UE, u li trid tiġi ttrattata fil-Ftehim rivedut; iħeġġeġ lill-Assemblea Parlamentari Konġunta biex tuża iktar l-Artikolu 12 tal-Ftehim ta' Cotonou sabiex tinżamm il-konsistenza bejn il-politiki tal-UE u tal-pajjiżi tal-AKP;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, fir-rigward tal-Artikolu 12 tal-Ftehim ta' Cotonou, tinnotifika b'mod sistematiku lis-Segretarjat tal-Istati tal-AKP u lill-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-AKP-UE dwar kwalunkwe miżura Ewropea li tista' teffettwa l-interessi tal-Istati tal-AKP; f'din il-perspettiva, jistieden lill-Kummissjoni biex tuża aħjar il-konsultazzjonijiet ta' bejn is-servizzi bejn id-Direttorati Ġenerali tagħha, kif ukoll il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-politiki li jistgħu jtejbu l-Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp;

11.  Iqis li jeħtieġ, l-ewwel nett fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika għal ċerti pajjiżi biss tal-AKP, u t-tieni nett fid-dawl tal-fatt li diversi dispożizzjonijiet tal-Artikolu 37 tal-Ftehim ta' Cotonou skadew, li tiġi riveduta l-parti tal-ftehim AKP-UE li tikkonċerna ftehimiet kummerċjali sabiex ikunu inkorporati d-dispożizzjonijiet dwar l-arranġamenti kummerċjali eżistenti kollha tal-AKP-UE (Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (SPG), SPG plus, il-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika interim, il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika mal-pajjiżi tal-Cariforum) u li jkun żgurat li jinżammu diversi prinċipji u impenji li m'għandhomx jintilfu mill-ftehim, bħal:

   il-konsistenza bejn, fuq in-naħa l-waħda, l-oqfsa kummerċjali kollha li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi tal-AKP u tal-UE, u, min-naħa l-oħra, l-għanijiet tal-iżvilupp li jinsabu fil-qalba tal-koperazzjoni AKP-UE,
   il-garanzija li l-pajjiżi kollha tal-AKP igawdu minn qafas kummerċjali li jkun mill-inqas ekwivalenti għas-sitwazzjoni tagħhom ta' qabel, b'mod partikulari għall-pajjiżi li mhumiex fost il-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati u li ma ffirmawx Ftehim ta' Sħubija Ekonomika,
   il-garanzija li, għall-pajjiżi kollha tal-AKP, il-qafas kummerċjali l-ġdid iqis is-setturi sensittivi, partikolarment l-agrikultura ta' sussistenza, fid-definizzjoni tal-perjodi ta' tranżizzjoni u l-kopertura finali tal-prodotti, u li jippermetti titjib fl-aċċess tas-suq li jgawdu minnu l-pajjiżi tal-AKP, partikolarment permezz ta' reviżjoni tar-regoli ta' oriġini;

12.  Jinnota li fl-ittri ta' notifika tagħhom, il-partijiet tal-Ftehim ta' Cotonou jistaqsu b'mod espliċitu li ssir reviżjoni tad-dispożizzjonijiet kummerċjali; jinnota li hemm bżonn li jiżdiedu dispożizzjonijiet ġodda f'oqsma ġodda, bħal Għajnuna għall-Kummerċ, sabiex tiġi garantita d-dimensjoni tal-iżvilupp fl-oqsma kummerċjali tal-Ftehim;

13.  Jilqa' b'sodisfazzjon it-talba li saret mill-pajjiżi tal-AKP għad-dispożizzjonijiet il-ġodda li jikkonċernaw il-koperazzjoni fl-oqsma li ġejjin: il-kummerċ u l-iżvilupp, il-kummerċ u l-finanzi, il-kummerċ ġust u jinnota t-talba tagħhom dwar il-kummerċ tal-armi;

14.  Jistieden lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) sabiex jirrevedi l-politika tiegħu dwar ċentri finanzjarji offshore fuq il-bażi ta' kriterji aktar stretti minn dawk tal-lista tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD) għad-definizzjoni ta' ġurisdizzjonijiet projbiti u sorveljati, u sabiex jiżgura l-implimentazzjoni tagħhom u jipprovdi rapporti annwali dwar il-progress;

15.  Iqis li bidliet strutturali fl-istruttura organizzattiva u ta' governanza tal-BEI huma meħtieġa biex ikun żgurat li jiġu sodisfatti l-obbligi tiegħu rigward l-iżvilupp fil-kuntest tar-reviżjoni attwali tal-Ftehim ta' Cotonou u r-reviżjoni ta' nofs il-perjodu li qed issir bħalissa u t-tiġdid tal-mandat ta' self estern tal-BEI;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-AKP biex jinkludu l-ġlieda kontra l-abbużi ta' kenn fiskali, evażjoni tat-taxxi u l-ħarba illeċita tal-kapital bħala kwistjoni ta' prijorità fil-Ftehim ta' Cotonou; għaldaqstant jitlob li jkun hemm mekkaniżmu vinkolanti, li jġiegħel lill-korporazzjonijiet transnazzjonali kollha li jiżvelaw b'mod awtomatiku l-profitti magħmula u t-taxxi mħallsa f'kull pajjiż fejn joperaw;

17.  Jistieden lin-negozjaturi biex jindirizzaw l-aspett tal-iżvilupp relatat mat-taxxa u biex jistabbilixxu sistemi ta' taxxa effettivi u vijabbli fil-pajjiżi tal-AKP, sabiex ikun żgurat sors sostenibbli ta' finanzjament għall-iżvilupp bl-objettiv li, fuq medda twila ta' żmien, dan jissostitwixxi d-dipendenza mill-għajnuna barranija; f'dan ir-rigward jistieden lin-negozjaturi sabiex jinkludu l-prinċipju tal-governanza fiskali tajba fl-Artikolu 9.3 tal-Ftehim AKP-UE dwar il-ġestjoni pubblika tajba;

18.  Minħabba li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) huwa r-riżorsa finanzjarja ewlenija għall-finanzjament tal-politika ta' koperazzjoni għall-iżvilupp skont il-Ftehim ta' Cotonou, jitlob li dan jiġi inkluż fil-poteri baġitarji tal-Parlament Ewropew sabiex ikun jista' jsir kontroll demokratiku aktar strett;

19.  Jitlob li titħejja arkitettura finanzjarja dinjija ġdida, li jsir qbil dwarha, li tkun tippermetti lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jiġu rappreżentati permezz tal-organizzazzjonijiet reġjonali rispettivi tagħhom u li jindirizzaw it-tħassib leġittimu tagħhom dwar l-iżvilupp sostenibbli bbażat fuq il-qagħda speċifika tagħhom;

20.  Jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tal-mikrokreditu għall-faċilitazzjoni tal-investiment u l-iżvilupp tan-negozji żgħar;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Gvernijiet tal-AKP biex jindirizzaw il-kawżi strutturali tal-bidla fil-klima billi jħejju evalwazzjoni awtomatika tar-riskji tal-bidla fil-klima fl-istrateġiji u l-pjanijiet għall-iżvilupp nazzjonali u fid-dokumenti ta' strateġija tal-pajjiżi u dawk reġjonali;

22.  Jemmen li l-enerġija li tiġġedded hija vitali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi tal-AKP, minħabba li għandhom riżorsi konsiderevoli ta' enerġija li tiġġedded (enerġija mix-xemx, mir-riħ, enerġija ġeo-termali u l-bijomassa); iħeġġeġ lin-negozjaturi biex jagħtu attenzjoni partikolari lit-tnaqqis tad-dipendenza tal-pajjiżi tal-AKP mill-fjuwils fossili u lit-tnaqqis tal-vulnerabilità tagħhom għal żidiet fil-prezzijiet, billi tingħata prijorità lill-enerġija li tiġġedded fil-Ftehim ta' Cotonou;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi tal-AKP biex jippromwovu l-iżvilupp ekwitabbli u sostenibbli li jinkorpora d-dimensjoni soċjali, permezz ta' appoġġ għal forom ġodda ta' intrapriża, inklużi l-intrapriżi bla skop ta' lukru u/jew negozji stabbiliti bl-għajnuna ta' programmi ta' mikrokreditu skont prinċipji etiċi u ekonomiċi, bħal fil-mudelli soċjali tal-ekonomija tas-suq;

24.  Jiddeplora l-fatt li minkejja li l-maġġoranza tal-popolazzjoni tal-pajjiżi tal-AKP tgħix f'żoni rurali u li l-ġlieda kontra l-faqar hi għan primarju tal-Ftehim ta' Cotonou, is-settur tal-agrikultura ma jingħatax importanza fil-koperazzjoni AKP-UE;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni, meta timplimenta l-politika tal-iżvilupp tal-UE, biex tindirizza it-tħassib dwar is-sigurtà tal-ikel b'mod konsistenti u koerenti, sabiex tagħti aktar importanza lis-sigurtà tal-ikel fid-djalogi dwar il-politiki nazzjonali u reġjonali ta" żvilupp, u sabiex tippromwovi l-iżvilupp ta" swieq agrikoli reġjonali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

26.  Iħeġġeġ lill-pajjiżi tal-AKP u lill-Kummissjoni biex jiffukaw fuq l-iżvilupp fl-agrikultura biex jiżguraw is-sigurtà tal-ikel u jitlob li l-agrikultura u l-iżvilupp rurali jsiru kwistjonijiet prijoritarji fil-Ftehim u fid-dokumenti ta' strateġija tal-pajjiżi u dawk reġjonali; jenfasizza li l-bdiewa tal-AKP jeħtieġu appoġġ u pagi deċenti biex jipproduċu għas-swieq lokali u li jeħtieġu infrastrutturi li jistgħu jirfdu l-kummerċ u ċ-ċaqliq tal-prodotti;

27.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tikkonsulta b'mod regolari u tinvolvi b'mod effettiv lill-organizzazzjonijiet tan-nisa u tal-konsumaturi fil-politika agrikola; iqis li l-assoċjazzjonijiet tan-nisa għandhom jiġu involuti b'mod attiv fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, fid-dawl tar-rwol ta' pern li għandhom fis-soċjetà;

28.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-akkwist attwali ta' art agrikulturali (partikolarment fl-Afrika) minn investituri barranin appoġġjati mill-gvern, li, jekk ma jsirx sew, jipperikola s-sigurtà tal-ikel fuq livell lokali u jwassal għal konsegwenzi serji u b'firxa kbira fl-istati tal-AKP;

29.  Iħeġġeġ lin-negozjaturi biex jevitaw l-impatti negattivi tal-akkwist ta' art agrikola (bħall-esproprjazzjoni ta' bdiewa żgħar u l-użu mhux sostenibbli tal-art u tal-ilma) billi jirrikonoxxu d-dritttal-poplu li jkun sid tal-art agrikola tar-riżorsi naturali vitali oħra u billi jadottaw principji gwida f'dan is-sens;

30.  Iħeġġeġ lill-pajjiżi tal-AKP biex jistabbilixxu politiki bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt, l-iżvilupp ekonomiku sod u x-xogħol deċenti, sabiex jikkumbattu l-ħarba tal-imħuħ u jippermettu lill-pajjiżi tal-AKP li jużaw lill-ħaddiema mħarrġa tagħhom għall-iżvilupp tagħhom stess;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-pajjiżi tal-AKP biex fl-Artikolu 13 tal-Ftehim AKP-UE dwar il-migrazzjoni, jinkludu l-prinċipju tal-migrazzjoni ċirkulari u l-faċilitazzjoni tagħha permezz tal-għoti ta' viżi ċirkulari; jenfasizza li l-artikolu msemmi jinsisti dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u dwar it-trattament indaqs ta' ċittadini tal-pajjiżi AKP, iżda li l-ambitu ta' dawn il-prinċipji jinsab serjament ipperikolat minħabba l-ftehimiet bilaterali ta' riammissjoni konklużi mal-pajjiżi ta' tranżitu f'kuntest fejn l-Ewropa testernalizza l-ġestjoni tal-migrazzjoni, ftehimiet li ma jiggarantixxux li d-drittijiet tal-migranti jiġu rispettati u li jistgħu jwasslu għal "kaskata" ta' riammissjonijiet li jipperikolaw is-sigurtà u l-ħajja tagħhom;

32.  Jitlob lin-negozjaturi biex isaħħu l-prinċipju tal-klawsoli mhux negozzjabbli tad-drittijiet tal-bniedem u tas-sanzjonijiet fuq min jonqos li jirrispetta dawn il-klawsoli, inter alia fir-rigward tad-diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età u l-orjentazzjoni sesswali u dik fuq nies li għandhom l-HIV/AIDS;

33.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-għadd limitat ta' faċilitajiet eżistenti li jistgħu joffru kura medika speċjalizzata, minkejja l-għadd dejjem jikber kemm ta' emerġenzi u kemm ta' mard kroniku li jolqot lin-nies; jenfasizza li l-infrastruttura medika u s-sistemi tas-saħħa pubblika jeħtieġ li jingħataw spinta permezz ta' strateġiji ta' żvilupp;

34.  Ifakkar li l-kapaċità tas-sistemi tas-saħħa pubblika tal-AKP li jipprovdu assistenza tas-saħħa lill-popolazzjoni u lil vittmi li jkunu qed jirkupraw wara kriżi umanitarja, kunflitt jew perjodu ta' wara kunflitt, jew diżastri naturali, hi wieħed mid-doveri prinċipali tagħhom u ta' tħassib permanenti u immedjat u għandha tiġi promossa permezz tal-koperazzjoni AKP-UE;

35.  Jesprimi tħassib li r-reġjonalizzazzjoni ikbar tar-relazzjonijiet AKP-UE tista' tirrappreżenta theddida għall-koerenza u s-saħħa tal-Grupp AKP u tista' xxekkel il-funzjonament tal-istituzzjonijiet konġunti tal-AKP-UE taħt il-Ftehim tal-Cotonou;

36.  Jikkunsidra li t-tieni reviżjoni għandha taġġorna wkoll it-test tal-Ftehim biex l-istituzzjonijiet il-ġodda tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika jiġu riflessi b'mod espliċitu (pereżempju l-Kunsilli Konġunti tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, il-Kumitati għall-Kummerċ u l-Iżvilupp u l-Kumitati Parlamentari) u biex jiġu żgurati sinerġiji u kumplimentarjetà mal-istituzzjonijiet tal-Cotonou;

37.  Jenfasizza l-importanza tad-dimensjoni parlamentari tal-Ftehim ta' Cotonou, inkorporata fl-Assemblea Parlamentari Konġunta (JPA) AKP-UE; jesprimi l-impenn sod tiegħu li l-Assemblea Parlamentari Konġunta twettaq ir-rwol sħiħ tagħha li tiżgura parteċipazzjoni parlamentari fl-azzjonijiet u fil-proċessi tal-Ftehim ta' Cotonou; jenfasizza l-oppożizzjoni implakabbli tiegħu għal kull tentattiv li jitnaqqas ir-rwol tal-Assemblea Parlamentari Konġunta, b'mod partikulari bi proposti li jolqtu l-metodi ta' ħidma u l-frekwenza tal-laqgħat tagħha, li għandhom jitħallew f'idejn l-Assemblea Parlamentari Konġunta;

38.  Jitlob, bl-għan li tissaħħaħ in-natura parlamentari, rappreżentattiva u demokratika tal-Assemblea Parlamentari Konġunta, li fil-ġejjieni l-pajjiżi kollha tal-AKP jiġu rappreżentati b'mod effettiv fi ħdan l-Assemblea permezz ta' membri parlamentari, u mhux minn rappreżentanti tal-gvernijiet bħalma jiġri xi drabi, u għaldaqstant li jiġi rivedut f'dan is-sens l-Artikolu 17 tal-Ftehim AKP-UE;

39.  Jemmen bis-sħiħ fis-sehem ewlieni li jista' jkollhom il-parlamenti nazzjonali tal-AKP f'azzjonijiet ta' koperazzjoni għall-iżvilupp, inkluż il-programmazzjoni, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni; jitlob li r-reviżjoni tal-Ftehim ta' Cotonou tagħti rikonoxximent formali lil dawn il-parlamenti bħala parteċipanti fil-koperazzjoni ffinanzjata mill-EDF;

40.  Jitlob għat-tisħiħ u t-titjib tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, u jinsisti li jsiru dispożizzjonijiet fil-Ftehim ta' Cotonou li jippermettu lill-Assemblea Parlamentari Konġunta u lill-parlamenti tal-AKP li jagħmlu skrutinju tad-dokumenti ta' strateġija tal-pajjiżi u dawk reġjonali, il-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika AKP-KE u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp; jitlob li tinħoloq sinerġija ġenwina bejn, fuq in-naħa l-waħda, il-kumitati parlamentari l-ġodda li nħolqu permezz tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika u, fuq in-naħa l-oħra, l-Assemblea Parlamentari Konġunta;

41.  Jilqa' b'sodisfazzjon is-sinerġiji ġejjiena bejn il-Kumitati Parlamentari li ġew stabbiliti mill-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika u l-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-AKP-UE, permezz ta' preżentazzjonijiet mill-President u r-Rapporteurs kif ukoll parteċipazzjoni mill-membri tal-Kumitati Parlamentari tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika fl-Assemblea Parlamentari Konġunta u l-organizzazzjoni ta' laqgħat paralleli meta jkun possibbli, eċċ., li kollha jżidu mal-għarfien espert tal-Assemblea Parlamentari Konġunta u jagħtu lok għal tisħiħ fl-iskambji u l-koperazzjoni;

42.  Ifakkar mill-ġdid li l-ħolqien tal-Kumitati Parlamentari stabbiliti mill-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika sar fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew biex jiżgura involviment adegwat min-naħa tal-Membri tal-Parlament speċjalizzati fil-kwistjonijiet tal-kummerċ u l-iżvilupp fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet kumplessi tal-kummerċ tekniku;

43.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati tal-AKP biex iżommu mad-definizzjoni tal-Kumitat tal-Għajnuna għall-Iżvilupp (Development Assistance Committee - DAC) tal-OECD ta' Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (Official Development Assistance - ODA) waqt il-preparazzjoni ta' dokumenti ta' strateġija tal-pajjiżi u reġjonali li għandhom jiġu ffinanzjati mill-għaxar EDF;

44.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE u tal-pajjiżi tal-AKP.

(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(2) ĠU L 247, 9.9.2006, p. 22.

Avviż legali - Politika tal-privatezza