Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/2128(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0085/2010

Testi mressqa :

A7-0085/2010

Dibattiti :

PV 21/04/2010 - 3
CRE 21/04/2010 - 3

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.28
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0118

Testi adottati
PDF 334kWORD 84k
L-Erbgħa, 5 ta' Mejju 2010 - Brussell
Kwittanza 2008: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta“ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni (FRONTEX)
P7_TA(2010)0118A7-0085/2010
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta” Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX) għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0199/2009 – 2009/2128(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta“ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta“ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta“ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-TFUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2007/2004 tal-Kunsill tas-26 ta“ Ottubru 2004 li jwaqqaf l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta” Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta“ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta” qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0085/2010),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta“ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta“ hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta“ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 304, 15.12.2009, p. 38.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta” Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX) għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0199/2009 – 2009/2128(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta“ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta“ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta“ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-TFUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2007/2004 tal-Kunsill tas-26 ta“ Ottubru 2004 li jwaqqaf l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta” Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta“ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta” qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0085/2010),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta“ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-direttur tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta“ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 304, 15.12.2009, p. 38.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta” Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0199/2009 – 2009/2128(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta“ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta“ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta“ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2007/2004 tal-Kunsill tas-26 ta“ Ottubru 2004 li jwaqqaf l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta” Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta“ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta” qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0085/2010),

A.   billi l-Qorti tal-Awdituri (minn hawn “il quddiem ”il-Qorti“) tindika li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari,

B.   billi fit-23 ta“ April 2009 l-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta” Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2007(5) u, li fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta“ kwittanza, il-Parlament, b'mod partikulari:

   - Jiddispjaċih li l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport annwali tagħha għall-2007, sabet li kien hemm diversi nuqqasijiet li diġà kienet saħqet fuqhom fir-rapport annwali tagħha tal-2006, b'mod partikolari livell għoli ta“ trasferimenti u kanċellazzjonijiet (kważi 70% tad-dispożizzjonijiet disponibbli fl-2007 ma intnefqux);
   jinnota li l-baġit tal-Aġenzija għall-2007 (EUR 42 100 000) aktar minn irdoppja meta mqabbel mal-baġit għall-2006 (EUR 19 200 000);
   - Jistieden lill-Aġenzija biex ittejjeb l-immaniġġjar finanzjarju tagħha, speċjalment rigward iż-żieda tal-baġit tagħha għas-snin finanzjarji 2007 u 2008,

C.  billi l-2008 kienet it-tielet sena sħiħa tal-funzjonament tal-Aġenzija,

1.  Jinnota bi pjaċir li l-Qorti tal-Awdituri rnexxielha tikseb assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta“ Diċembru 2008 kienu affidabbli fl-aspetti konkreti kollha u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa globalment, kienu legali u regolari;

2.  Jinnota li l-baġit tal-Aġenzija żdied b'mod sostanzjali matul dawn l-aħħar tliet snin; Jinnota li għas-sena finanzjarja 2008, il-baġit tal-Aġenzija żdied b'EUR 29 000 000, jiġifieri bi kważi 69% meta mqabbel mas-sena finanzjarja preċedenti u li fl-2007 (42 100 000 EUR) kien diġà żdied b'aktar mid-doppju meta mqabbel mal-2006 (EUR 19 200 000);

Problemi rikorrenti mis-sena finanzjarja 2006

3.  Jinstab imħasseb rigward id-diversi nuqqasijiet li l-Qorti diġà kienet saħqet fuqhom fir-rapport annwali tagħha tal-2006 u l-2007; jiddispjaċih, b'mod partikulari dwar:

   il-livell għoli ta“ trasferimenti u kanċellazzjonijiet (49 % tal-approprjazzjonijiet disponibbli għall-2007 ma ntefqux matul is-sena finanzjarja, madwar 69% għall-2007 u 55% għas-sena 2006),
   il-fatt li l-impenji legali ttieħdu qabel l-impenji baġitarji korrispondenti,
   il-fatt li, skont il-Qorti, il-proċeduri tar-reklutaġġ ma jżommux mar-regoli, b'mod partikulari fir-rigward tat-trasparenza u n-natura nondiskriminatorja tal-proċeduri kkonċernati;

4.  Jinnota li EUR 30 300 000 f'dispożizzjonijiet għas-sena finanzjarja kellhom jiġu trasferiti u li EUR 13 000 000 tal-krediti disponibili kellhom jiġu kkanċellati; jenfasizza ukoll li fost l-EUR 26 800 000 ta“ impenji għan-nefqa operazzjonali (titolu III) miġjuba ”l quddiem, EUR 850 000 miljun kellhom x'jaqsmu ma“ operazzjonijiet skaduti li kien imisshom ġew magħluqa; jinnota f'dan ir-rigward, madankollu, it-tweġiba tal-Aġenzija li tiddikjara li għamlet korrezzjonijiet fir-rendikontijiet annwali tas-sena finanzjarja u assigurat li se tieħu wkoll miżuri addizzjonali biex tavvanza l-kontrolli fuq l-impenji;

5.  Jinnota, madankollu, li livell għoli ta“ trasferimenti u kanċellazzjonijiet huwa indikazzjoni tan-nuqqas ta” abilità min-naħa tal-Aġenzija li timmeniġja żieda daqstant kbira fil-baġit tagħha; jistaqsi, minkejja li l-Aġenzija wettqet progress sostanzjali rigward l-użu tad-dispożizzjonijiet fl-2009, jekk ma jkunx aktar responsabbli jekk fil-ġejjieni l-awtoritajiet baġitarji jagħtu aktar attenzjoni dwar id-deċiżjoni ta“ żieda fil-baġit tal-Aġenzija filwaqt li jikkunsidraw iż-żmien meħtieġ biex jiġu implimentati l-attivitajiet il-ġodda; jistieden għaldaqstant lill-Aġenzija biex tagħtih aktar dettalji dwar il-prattiċità tal-impenji ġejjiena;

6.  Iqis ukoll il-ħtieġa li l-Aġenzija tintroduċi:

   sistema effikaċi tal-ipprogrammar u tal-kontroll tal-iskadenzi kuntrattwali ffissati,
   proċess tal-valutazzjoni tar-riskju għall-attivitajiet tagħha sabiex tkun tista“ timmonitorjahom mill-qrib,
   sistema ta“ dispożizzjonijiet differenzjati fil-baġits tal-ġejjieni marbuta mas-sussidji, sabiex jiġu evitati kanċellazzjonijiet possibbli fis-snin finanzjarji sussegwenti;

7.  Jinsab imħasseb dwar l-osservazzjonijiet ta“ kritika li l-Qorti tal-Awdituri għamlet dwar l-Aġenzija minħabba li ddepożitat aktar minn EUR 17 000 000 fuq il-bażi ta” deċiżjonijiet unilaterali dwar għotijiet ta“ subvenzjoni, ffirmati biss mill-Aġenzija, filwat li r-regoli fis-seħħ għall-aġenziji ma jiddispondux minn dan it-tip ta” strument; barra minn hekk, jistqar li jinstab imħasseb rigward il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri tqis li l-Aġenzija sikwit iffirmat dawn id-deċiżjonijiet wara li l-attivitajiet ikunu diġà bdew jew saħansitra tlestew; jinnota madankollu r-risposta tal-Aġenzija li tiżgura li l-ftehimiet ta“ oqfsa l-ġodda ġew iffirmata mal-awtoritajiet kollha tas-sorveljanza tal-fruntieri li se jipparteċipaw fl-operazzjonijiet konġunti kkoorinati mill-Aġenzija;

8.  Jinsab imħasseb dwar sejbiet ġodda min-naħa tal-Qorti tal-Awdituri li juru li l-impenji legali ddaħlu qabel l-impenji baġitarji korrispondenti; barra minn hekk 49 impenn ex-post (li jammontaw għal aktar minn EUR 1 000 000) kienu rreġistrati fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet sal-aħħar tas-sena finanzjarja 2008; jenfasizza wkoll li, minkejja l-assigurazzjoni min-naħa tal-Aġenzija li sa Mejju 2009 n-numru ta“ eċċezzjonijiet kien diġà naqas b”50% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena preċedenti, in-numru għoli ta“ eċċezzjonijiet madankollu juri li hemm problema rikorrenti fis-sistema tal-impenji tal-Aġenzija; jitlob għaldaqstant lill-Aġenzija biex timpenja ruħha b'mod aktar effikaċi biex issolvi din il-problema għal kollox;

9.  Jifraħ lill-Fondazzjoni għall-introduzzjoni ta“ politika tat-teżor;

10.  Jinnota li l-Aġenzija rrappurtat EUR 474 116,65 fi dħul mill-interessi fl-2008; jikkonkludi li mir-rendikonti finanzjarji u mil-livell tal-pagamenti tal-imgħax l-Aġenzija għandha livell tar-riżervi ta“ flus kontanti permanentement għoli; jinnota li fil-31 ta” Diċembru 2008 r-riżervi ta“ flus kontanti tal-Aġenzija kienu jammontaw għal EUR 28 604 623,67; jitlob lill-Kummissjoni biex teżamina x'possibilitajiet hemm li jgħinu biex jiġi żgurat li r-riżervi ta” flus kontanti jkunu ġestiti b'mod sħiħ fuq bażi orjentata lejn il-ħtiġijiet, skont l-Artikolu 15(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, u x'tibdil irid isir fl-istrateġija sabiex ir-riżervi ta“ flus kontanti tal-Aġenzija jinżammu permanentament baxxi kemm jista” jkun;

11.  Jistieden lill-Aġenzija biex teżerċità l-funzjonijiet tagħha bis-sħiħ u tkompli ttejjeb il-ġestjoni finanzjarja, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam maż-żieda fil-baġits tagħha tal-2009 u l-2010;

Riżorsi umani

12.  Jinnota bi tħassib li l-Qorti tal-Awdituri, għal darb'oħra, reġet sabet li l-proċeduri tar-reklutaġġ ma jżommux mar-regoli u li t-trasparenza u n-natura nondiskriminatorja tal-applikanti mhumiex iggarnatiti;

Rendiment

13.  Jinnota li l-Kunsill tal-Bord ta“ Tmexxija tal-Aġenzija f'Ġunju 2009 adotta pjan plurijennali għall-perjodu 2010-2013, minkejja l-fatt li dan mhux previst fir-regolament ta” bażi tiegħu; jenfasizza l-importanza ta“ pjan plurijennali sabiex l-Aġenzija tfassal aħjar l-attivitajiet tagħha u tagħmel valutazzjoni tar-riskji; minkejja dan, jistieden lill-Aġenzija biex tistabbilixxi rabta mill-aktar fis possibli bejn il-programm ta” ħidma tagħha u l-previzjonijiet finanzjarji;

14.  Jinkoraġġixxi lid-Direttur biex jippreżenta d-data dwar l-impatt tal-operazzjonijiet lill-Bord tat-Tmexxija;

15.  Jitlob lill-Aġenzija biex tippreżenta, fit-tabella tagħha li trid tinhemeż mar-rapport li jmiss tal-Qorti tal-Awdituri, analiżi komparattiva tal-operazzjonijiet li saru matul is-sena tal-kwittanza eżaminata u dawk li saru matul is-sena finanzjarja preċedenti, sabiex l-awtorità tal-kwittanza tkun tista“ tevalwa aħjar ir-rendiment tal-Aġenzija minn sena għall-oħra;

16.  Jinnota li fis-snin li ġejjin il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għandha tiġi bbażata aktar fuq ir-rendiment tal-Aġenzija matul is-sena;

Trasparenza

17.  Jinnota li l-Aġenzja ma tippublikax informazzjoni dwar il-bords tat-tmexxija fuq is-sit elettroniku tagħha; għaldaqstant jirrakomanda, bħala mezz biex tiżdied it-trasparenza, li titqiegħed lista tal-membri tal-bord fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija, bid-dettalji kollha ta“ kuntatt għall-membri tal-bord kollha;

Kooperazzjoni mal-Istati Membri

18.  Jinnota li l-użu u l-implimentazzjoni tal-baġit jiddependi parzjalment fuq l-Istat Membru involut; għaldaqstant, iħeġġeġ lill-Aġenzija biex ittejjeb id-djalogi tagħha mal-Istati Membri sabiex tespandi l-involviment tagħhom;

19.   iħeġġeġ, għaldaqstant, lill-Aġenzija biex issaħħaħ id-djalogi tagħha mal-Istati Membri sabiex ittejjeb il-parteċipazzjoni tagħhom; Jitlob lill-Aġenzija biex ittejjeb il-ġestjoni finanzjarja tagħha rigward il-ħlas lura tal-ispejjeż ikkuntrattati mill-Istati Membri sabiex jiġu identifikati l-għeruq tal-problema, flimkien mal-Istati Membri, biex flimkien magħhom jiġu implimentati s-soluzzjonijiet xierqa;

Verifika interna

20.  Jirrikonoxxi li mit-23 rakkomandazzjoni li saru mis-Servizz tal-Verifika Interna tal-Kummissjoni fl-2007, 4 ġew implimentati b'mod adegwat u effettiv, 15 għadhom fil-progress u 4 għadhom ma ġewx implimentati; jisħaq li r-rakomandazzjonijiet, meqjusa “importanti ħafna”, li għandhom x'jaqsmu mat-tlestija tad-deskrizzjoni tal-impjieg u l-iffissar ta“ objettivi għall-membri tal-persunal, it-tisħiħ tas-sigurtà, it-titjib fir-reġistrazzjoni tal-posta, it-tisħiħ tal-proċess tal-ġestjoni tal-għotijiet u l-iżgurar tal-konformità mar-Regolament Finanzjarju;

21.  Ifaħħar lill-Aġenzija li impjegat, fl-aħħar tal-2008, Koordinatur ta“ Kontroll Intern/ Maniġer responsabbli mill-Kwalità; jisħaq li din il-pożizzjoni l-ġdida se tgħin lill-Aġenzija biex tiżgura approċċ aktar strutturat, iddixxiplinat u koerenti lejn l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tas-Servizz tal-Verifika Interna (IAS);

o
o   o

22.  Jirreferi, għal osservazzjonijiet oħra, ta“ natura orizzontali, li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni ta” kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta“ Mejju 2010(6) dwar ir-rendiment, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 304, 15.12.2009, p. 38.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(5) ĠU L 255, 26.9.2009, p. 126.
(6) Testi adottati, P7_TA(2010)0139.

Avviż legali - Politika tal-privatezza