Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imposti tas-sigurtà tal-avjazzjoni (COM(2009)0217 – C7-0038/2009 – 2009/0063(COD))
(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0217),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 80(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0038/2009),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta” Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta“ teħid ta” deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa“ (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-5 ta“ Novembru 2009 tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
– wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0035/2010),
1. Jaddotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tinstab hawnhekk;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa“ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta“ Mejju 2010 bil-ħsieb ta” l-adozzjoni tad-Direttiva 2010/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imposti tas-sigurtà tal-avjazzjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(2),
Billi:
(1) Is-sigurtà tal-avjazzjoni fl-ajruporti Ewropej essenzjalment hija responsabbiltà tal-istat. ▌ Jeħtieġ ▌li jiġi stabbilit qafas komuni li jirregola l-karatteristiċi essenzjali tal-imposti tas-sigurtà u l-mod li jiġu ffissati, minħabba li fin-nuqqas ta“ dan il-qafas ir-rekwiżiti bażiċi fir-relazzjoni bejn l-entitajiet li jkunu qed jistabilixxu dawn l-imposti u l-utenti tal-ajruporti jistgħu ma jiġux rispettati.
(2) Il-ġbir tal-imposti fir-rigward tal-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u tas-servizzi tal-groundhandling diġà ġie indirizzat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1794/2006 tas-6 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi skema komuni ta“ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru(3) u mid-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità(4), rispettivament.
(3) Huwa ta“ importanza vitali għall-utenti tal-ajruporti li jiksbu mingħand l-entità li tistabbilixxi u tapplika l-imposti, fuq bażi regolari, informazzjoni dwar kif u fuq liema bażi jiġu kkalkolati l-imposti tas-sigurtà. Din l-informazzjoni għandha tagħti lill-utenti tal-ajruport ħjiel dwar l-ispejjeż imġarrba għall-forniment tas-servizzi tas-sigurtà bħal dawk imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta” Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili(5) u r-regoli ta“ implimentazzjoni tiegħu, il-produttività tal-investimenti relatati u kull għotja u sussidju allokat mill-awtoritajiet għal skopijiet ta” sigurtà. Sabiex l-entità kompetenti li tistabbilixxi jew tapplika l-imposti tista“ tivvaluta sew r-rekwiżiti rigward l-investimenti tagħha fil-ġejjieni, l-utenti tal-ajruport għandu jkollhom l-obbligu li, jaqsmu l-previżjonijiet operazzjonali tagħhom, il-proġetti ta” żvilupp u t-talbiet u x-xewqat speċifiċi tagħhom mal-entità kompetenti fi żmien f'waqtu.
(4) Minħabba li l-metodi biex jiġu ffinanzjati jew stabbiliti u jinġabru l-ammonti dovuti biex ikopru l-ispejjeż tas-sigurtà jvarjaw madwar l-Unjoni, tinħtieġ l-armonizzazzjoni tal-bażi għall-ħlas għall-ispejjeż tas-sigurtà fl-ajruporti tal-Unjoni fejn l-ispejjeż tas-sigurtà jkunu riflessi fl-imposti tas-sigurtà. F'dawn l-ajruporti, l-imposta għandha tkun relatata mal-ispiża tal-forniment tas-sigurtà, filwaqt li jitqies kwalunkwe finanzjament pubbliku tal-ispejjeż tas-sigurtà, bil-għan li jiġi evitat kull profitt u jiġu pprovduti servizzi u faċilitajiet ta“ sikurezza xierqa u effikaċi f'sens ta” nefqa fl-ajruporti kkonċernati.
(5) Huwa importanti li jkun hemm trasparenza fir-rigward tal-użu tal-miżuri nazzjonali tas-sigurtà li jkun aktar stretti mill-istandards bażiċi komuni stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008.
(6) F'kull Stat Membru li fih l-imposti tas-sigurtà jinġabru fl-ajruporti, għandu jkun hemm awtorità indipendenti ta“ superviżjoni li tiżgura l-applikazzjoni korretta u effettiva ta” din id-Direttiva. L-awtorità għandu jkollha r-riżorsi kollha meħtieġa f'termini ta“ persunal, għarfien espert u risorżi finanzjarji għat-twettiq ta” ħidmietha.
(7)L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li japplikaw sistema komuni ta“ ġbir tal-imposti biex tkopri netwerk ta” ajruporti jew gruppi oħra ta“ ajruporti inklużi dawk li jservu l-istess belt jew konurbazzjoni.
(8)Meta jkunu qed jiġu kkalkolati l-imposti tas-sigurtà fir-rigward tar-rabta mal-ispejjeż, għandhom jintużaw kriterji oġġettivi bħala bażi, bħalma huma dawk il-kriterji stabbiliti fid-dokumenti rilevanti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili (ICAO), li hija favur l-użu tan-numru ta“ passiġġieri jew il-piż massimu tal-inġenju tal-ajru fit-tluq jew iż-żewġ fatturi flimkien.
(9) Minħabba li l-miri tal-azzjoni meħuda ma jistgħux jintlaħqu suffiċjentament mill-Istati Membri, peress li s-sistemi tal-imposti tas-sigurtà ma jistgħux jiġu implimentati, fil-livell nazzjonali, b'uniformità fl-Unjoni kollha, u jistgħu għalhekk minħabba d-daqs u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista“ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet,
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Suġġett
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi prinċipji komuni għall-ġbir tal-imposti tas-sigurtà fl-ajruporti tal-Unjoni.
2. Din id-Direttiva tapplika għal kull ajruport li jinsab f'territorju soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u miftuħ għat-traffiku kummerċjali.
Din id-Direttiva ma tapplikax għall-imposti miġbura bħala ħlas għas-servizzi ta“ navigazzjoni tal-ajru tul it-titjira jew fit-terminali skont ir-Regolament (KE) 1794/2006, jew għall-imposti miġbura bħala ħlas għas-servizzi ta” groundhandling imsemmija fl-Anness tad-Direttiva 96/67/KE.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta“ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“ajruport” tfisser kull medda ta“ art speċjalment adattata għall-inżul, tluq u manuvri ta” inġenji tal-ajru, inklużi l-istallazzjonijiet anċillarji li dawn l-operazzjonijiet jistgħu jinvolvu għall-ħtiġijiet tat-traffiku u servizzi tal-inġenji tal-ajru, fosthom l-istallazzjonijiet meħtieġa biex jassistu s-servizzi kummerċjali tal-ajru;
(b)
“entità tal-ġestjoni tal-ajruport” tfisser entità li, flimkien ma“ attivitajiet oħra jew le, għandha bħala l-għan tagħha, skont il-liġijiet jew ir-regolamenti nazzjonali, l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tal-infrastrutturi tal-ajruport, u l-koordinament u l-kontroll tal-attivitjiet tal-operaturi differenti preżenti fl-ajruporti konċernati;
(c)
“netwerk ta” ajruporti“ tfisser għadd ta” ajruporti fi Stat Membru li jaqdu l-istess belt jew l-istess konurbazzjoni u li huma ġestiti minn entità tal-ġestjoni tal-ajruport maħtura mill-awtorità nazzjonali kompetenti;
(d)
“entità kompetenti” tfisser entità ta“ tmexxija tal-ajruport jew kwalunkwe entità jew awtorità oħra responsabbli għall-applikazzjoni u/jew għall-istabbiliment tal-livell u l-istruttura tal-imposti tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-ajruporti tal-Unjoni;
(e)
“utent tal-ajruport” tfisser kull persuna naturali jew legali responsabbli għall-ġarr ta“ passiġġieri, posta u/jew merkanzija bl-ajru minn jew lejn l-ajruport konċernat;
(f)
“imposta tas-sigurtà” tfisser tariffa miġbura minn kwalunkwe entità, ajruport jew utent tal-ajruport f'forom differenti, li hija speċifikament imfassla biex tirkupra l-ispejjeż tal-miżuri tas-sigurtà intenzjonati biex jipproteġu l-avjazzjoni ċivili kontra atti ta“ interferenza illegali. Din in-nefqa tas-sigurtà tal-avjazzjoni tista” tinkludi l-ispejjeż imġarrba biex tkun żgurata l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 jew biex ikunu koperti l-ispejjeż marbuta mar-regolamentazzjoni u s-sorveljanza li jaqgħu taħt l-awtorità xierqa;
(g)
'sigurtà tal-avjazzjoni“ tfisser it-taħlita ta” miżuri u riżorsi umani u materjali maħsubin għas-salvagwardja tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta“ interferenza illegali li jipperikolaw is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili.
Artikolu 3
Nondiskriminazzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imposti tas-sigurtà ma jiddiskriminawx bejn l-utenti tal-ajruport jew il-passiġġieri bl-ajru.
Artikolu 4
Netwerk ta“ ajruporti
L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-entità kompetenti ta“ netwerk ta” ajruporti li tintroduċi sistema komuni u trasparenti ta“ ġbir ta” imposti għall-imposti tas-sigurtà biex tkopri n-netwerk ta“ ajruporti.
Artikolu 5
Sistemi komuni ta“ ġbir ta” imposti
Wara li jkunu għarrfu lill-Kummissjoni u skont il-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-entità kompetentii tapplika sistema komuni u trasparenti ta“ imposti f'ajruporti li jaqdu lill-istess belt jew konurbazzjoni, kemm-il darba kull ajruport ikun kompletament konformi mar-rekwiżiti dwar it-trasparenza mniżżla fl-Artikolu 7.
Artikolu 6
Konsultazzjoni u rimedju
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entità kompetenti jkollha aċċess għall-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-ispejjeż tal-forniment tas-servizzi tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-ajruport.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ▌tiġi stabbilita proċedura obbligatorja ▌għal konsultazzjoni regolari bejn l-entità kompetenti u l-utenti tal-ajruport jew ir-rappreżentanti jew l-assoċjazzjonijiet tal-utenti tal-ajruport fir-rigward tat-tħaddim tas-sistema tal-imposti tas-sigurtà u l-livell ta“ dawn l-imposti. Tali il-konsultazzjoni għandha sseħħ tal-anqas darba fis-sena, ħlief jekk ikun miftiehem mod ieħor fl-aħħar konsultazzjoni. Meta jkun hemm ftehim pluriennali bejn l-entità kompetenti u l-utenti tal-ajruport, il-konsultazzjonijiet għandhom iseħħu kif ipprovdut f'tali ftehim. L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jitolbu konsultazzjonijiet aktar frekwenti.
3. L-entità kompetenti għandha tippreżenta kwalunkwe proposta għal tibdil fis-sistema jew fil-livell tal-imposti tas-sigurtà lill-utenti tal-ajruport jew lir-rappreżentanti jew l-assoċjazzjonijiet tal-utenti tal-ajruport sa mhux iktar tard minn erba“ xhur qabel ma jidħol fis-seħħ, flimkien mar-raġunijiet għat-tibdiliet proposti. L-entità kompetenti għandha tikkonsulta dwar it-tibdiliet proposti mal-utenti tal-ajruport u tqis il-fehmiet tagħhom qabel ma tittieħed deċiżjoni.
4. L-entità kompetenti għandha tippubblika d-deċiżjoni tagħha sa mhux aktar tard minn xahrejn qabel ma tidħol fis-seħħ. Meta ma jintlaħaqx ftehim dwar it-tibdiliet proposti bejn l-entità kompetenti u l-utenti tal-ajruport, l-entità kompetenti għandha tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha mal-utenti tal-ajruport.
5.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f'każ ta“ nuqqas ta” qbil dwar deċiżjoni dwar imposti tas-sigurtà meħuda mill-entità kompetenti, kwalunkwe parti tista“ titlob l-intervent tal-awtorità indipendenti ta” superviżjoni msemmija fl-Artikolu 10, li għandha teżamina l-ġustifikazzjonijiet għall-modifika tas-sistema jew tal-livell ta“ imposti tas-sigurtà.
6.Stat Membru jista“ jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafu 5 f'dak li għandu x'jaqsam mat-tibdil fil-livell jew fl-istruttura tal-imposti tas-sigurtà tal-avjazzjoni f'dawk l-ajruporti li għalihom:
(a)
ikun hemm proċedura obbligatorja skont il-liġi nazzjonali li permezz tagħha l-imposti tas-sigurtà tal-avjazzjoni, jew il-livell massimu tagħhom, għandhom jiġu determinati jew approvati mill-awtorità indipendenti ta“ superviżjoni; jew
(b)
ikun hemm proċedura obbligatorja skont il-liġi nazzjonali li permezz tagħha l-awtorità indipendenti ta“ superviżjoni teżamina, fuq bażi regolari jew fuq talba mill-partijiet interessati, jekk dawn l-ajruporti humiex suġġetti għal kompetizzjoni effettiva. Meta dan ikun ġustifikat fuq il-bażi ta” eżami bħal dan, l-Istat Membru għandu jiddeċiedi li l-imposti tas-sigurtà tal-avjazzjoni, jew il-livell massimu tagħhom, ikunu determinati jew approvati mill-awtorità indipendenti ta“ superviżjoni. Din id-deċiżjoni għandha tapplika għall-perjodu ta” żmien meħtieġ fuq il-bażi tal-eżami mwettaq minn dik l-awtorità.
Il-proċeduri, il-kundizzjonijiet u l-kriterji applikati mill-Istat Membru għall-iskopijiet ta“ dan il-paragrafu għandhom ikunu rilevanti, oġġettivi, non-diskriminatorji u trasparenti.
Artikolu 7
Trasparenza
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, kull darba li jkunu se jsiru konsultazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 6(2), l-entità kompetenti tipprovdi lil kull utent tal-ajruport u lir-rappreżentanti jew l-assoċjazzjonijiet tal-utenti tal-ajruport, b'informazzjoni dwar il-komponenti li abbażi tagħhom jiġu stipulati l-istruttura u l-livell ta“ imposti kollha tas-sigurtà miġbura f'kull ajruport. Din l-informazzjoni għandha tinkludi tal-anqas:
(a)
lista tad-diversi servizzi u infrastruttura pprovduta lura għall-imposta tas-sigurtà miġbura;
l-istruttura ġenerali tal-ispejjeż fir-rigward tal-faċilitajiet u s-servizzi li magħhom huma relatati l-imposti tas-sigurtà;
(d)
id-dħul tal-imposti ▌tas-sigurtà u l-ispiża totali tas-servizzi koperti minnhom;
(e)
l-għadd totali ta“ persunal imħaddem fis-servizzi li jiġġeneraw il-ġbir tal-imposti tas-sigurtà;
(f)
kwalunkwe finanzjament mill-awtoritajiet pubbliċi tal-faċilitajiet u s-servizzi li magħhom huma relatati l-imposti tas-sigurtà;
(g)
il-previżjonijiet tal-livell tal-imposti tas-sigurtà meta jitqiesu l-investimenti proposti, it-tkabbir fit-traffiku u ż-żieda fil-livell ta“ theddid għas-sigurtà;
(h)
kwalunkwe investimenti previsti li jistgħu jaffettwaw b'mod sinifikanti l-livell tal-imposti tas-sigurtà.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti tal-ajruporti jissottomettu informazzjoni lill-entità kompetenti qabel kull konsultazzjoni, kif previst fl-Artikolu 6, partikolarment dwar:
(a)
previżjonijiet dwar it-traffiku;
(b)
previżjonijiet dwar il-kompożizzjoni u l-użu previst tal-flotta tagħhom;
(c)
il-proġetti tagħhom ta“ żvilupp fl-ajruport konċernat;
(d)
ir-rekwiżiti tagħhom fl-ajruport konċernat;
(e)
l-ammont tal-imposta tas-sigurtà miġbura mill-utenti tal-ajruport mill-passiġġieri li jitilqu mill-ajruport u t-tagħrif dwar il-komponenti li jservu bħala bażi għad-determinazzjoni ta“ dawn l-imposti skont il-punti (a) sa (h) tal-paragrafu 1.
3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tagħrif dwar l-ammont ta“ imposti tas-sigurtà miġbura mill-awtorità indipendenti u mill-utenti tal-ajruport tkun aċċessibbli għall-pubbliku.
4.Blas ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali, t-tagħrif pprovdut abbażi ta“ dan l-Artikolu għandu jitqies bħala kunfidenzjali jew ekonomikament sensittiv u jiġi ttrattat f'dan is-sens. Fil-każ ta” entitajiet li jamministraw l-ajruporti li jkunu kkwotati fil-borża, għandu jkun hemm konformità b'mod partikolari mar-regolamenti tal-borża.
Artikolu 8
Miżuri iktar stretti
1. L-ispejjeż addizzjonali biex jiġu implimentati miżuri aktar stretti skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandhom jitħallsu mill-Istati Membri.
▌
2.Qabel l-adozzjoni ta“ miżuri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt dwar l-effetti fuq il-livell tal-imposti tas-sigurtà. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Grupp Konsultattiv tal-partijiet interessati, kompost skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, dwar ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-impatt.
Artikolu 9
Rabta mal-ispejjeż tal-imposti tas-sigurtà
L-imposti tas-sigurtà għandhom jintużaw esklussivament biex ikopru l-ispejjeż tas-sigurtà. Dawn l-ispejjeż għandhom ikunu stabbiliti permezz tal-prinċipji tal-kontabbiltà u l-evalwazzjoni ġeneralment aċċettati f'kull Stat Membru. Id-dħul totali mill-imposti tas-sigurtà ma għandux ikun ogħla mill-ispejjeż totali tas-sigurtà tal-avjazzjoni għal dak l-ajruport, netwerk ta“ ajruporti, jew grupp ta” ajruporti.
Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitqiesu b'mod partikolari:
–
l-ispiża tal-finanzjament tal-faċilitajiet u l-istallazzjonijiet iddedikati għall-operazzjonijiet tas-sigurtà, fosthom id-deprezzament ġust fil-valur ta“ dawn il-faċilitajiet u l-istallazzjonijiet;
–
il-livell nazzjonali u/jew internazzjonali tat-theddida għas-sigurtà;
–
l-infiq fuq il-persunal u l-operazzjonijiet tas-sigurtà;
–
l-għotjiet u s-sussidji allokati mill-awtoritajiet għal skopijiet ta“ sigurtà.
Il-bażi għall-kalkolu tal-imposti tas-sigurtà m'għandha tinkludi ebda spiża mġarrba għal funzjonijiet aktar ġenerali tas-sigurtà mwettqa mill-Istati Membri, bħall-kontrolli ġenerali, il-ġbir ta“ tagħrif u s-sigurtà nazzjonali.
Artikolu 10
Awtorità indipendenti ta“ superviżjoni
1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw jew jistabbilixxu entità indipendenti bħala l-awtorità indipendenti nazzjonali ta“ superviżjoni tagħhom sabiex tiżgura l-applikazzjoni korretta tal-miżuri meħuda sabiex tiġi sodisfatta din id-Direttiva. Dik l-entità tista” tkun l-istess entità fdata minn Stat Membru bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta“ Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti(6).
2.Din id-Direttiva m'għandhiex tipprekludi lill-awtorità indipendenti ta“ superviżjoni nazzjonali milli tiddelega, taħt is-superviżjoni u r-responsabilità sħiħa tagħha, u skont il-liġi nazzjonali, l-implimentazzjoni ta” din id-Direttiva lil awtoritajiet indipendenti ta“ superviżjoni oħra, kemm-il darba din l-implimentazzjoni ssir skont l-istess standards.
3. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza tal-awtorità indipendenti ta“ superviżjoni billi jiżguraw li tkun ġuridikament distinta minn u funzjonalment indipendenti minn kwalunke entità kompetenti jew trasportatur tal-ajru. L-Istati Membri li jżommu l-proprjetà jew il-kontroll tal-ajruporti, l-entitajiet tal-ġestjoni tal-ajruporti jew it-trasportaturi tal-ajru għandhom jiżguraw is-separazzjoni strutturali effettiva tal-funzjoni regolatorja mill-attivitajiet assoċjati mal-proprjetà jew il-kontroll. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità indipendenti ta” superviżjoni teżerċita s-setgħat tagħha b'mod imparzjali u trasparenti.
4. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-isem u l-indirizz tal-awtorità indipendenti ta“ superviżjoni, bil-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha, u bil-miżuri meħuda biex tiġi żgurata l-konformità mal-paragrafu 3.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fir-rigward ta“ nuqqas ta” qbil b'rabta mal-imposti tas-sigurtà, li jittieħdu miżuri sabiex:
(a)
tiġi stabbilita proċedura għar-riżoluzzjoni ta“ nuqqas ta” qbil bejn l-entità kompetenti u l-utenti tal-ajruport;
(b)
jiġu stipulati l-kundizzjonjiet li taħthom nuqqas ta“ qbil jista” jitressaq quddiem l-awtorità indipendenti ta“ superviżjoni u partikolarment jipprovdu għat-twaqqigħ mill-awtorità tal-ilmenti li tqis li mhumiex iġġustifikati sew jew iddokumentati kif xieraq; kif ukoll;
(c)
jiġu stipulati l-kriterji li fuqhom in-nuqqasijiet ta“ qbil jiġu vvalutati sabiex jiġu riżolti.
Dawn il-proċeduri, kundizzjonijiet u kriterji għandhom ikunu nondiskriminatorji, trasparenti u oġġettivi.
6. L-awtorità indipendenti ta“ superviżjoni għandha tippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħha.
7.Meta Stat Membru japplika, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, proċedura regolatorja jew leġislattiva biex jiddetermina u japprova l-istruttura jew il-livell ta“ imposti tas-sigurtà fil-livell nazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-eżaminazzjoni tal-validità tal-imposti tas-sigurtà għandhom iwettqu l-ħidmiet tal-awtorità indipendenti ta” sorveljanza stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 6.
Artikolu 11
Rapport u reviżjoni
1. Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard minn ...(7) tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operat ta“ din id-Direttiva kif ukoll, fejn dan ikun f'loku, dwar kwalunkwe proposta xierqa.
2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw fl-applikazzjoni ta“ din id-Direttiva, partikolarment fir-rigward tal-ġbir tal-informazzjoni għar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.
3.Il-Kummissjoni għandha mhux aktar tard minn ...(8)* tressaq rapport dwar l-iffinanzjar tas-sigurtà tal-avjazzjoni, li jeżamina l-valutazzjoni tal-ispejjeż tas-sigurtà tal-avjazzjoni u l-metodi għall-iffinanzjar tas-sigurtà tal-avjazzjoni.
Artikolu 12
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għall-konformità ma“ din id-Direttiva qabel ...(9). Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta“ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella korrelattiva bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn tal-aħħar għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
3.Stat Membru m'għandux ikun meħtieġ li jkun konformi mal-paragrafi 1 u 2, sakemm l-ebda imposta tas-sigurtà ma tkun miġbura fi kwalunkwe ajruport f'dak l-Istat Membru, u bla ħsara għall-Artikolu 11(2).
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 14
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.