Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0110(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0030/2010

Testi mressqa :

A7-0030/2010

Dibattiti :

PV 19/04/2010 - 19
CRE 19/04/2010 - 19

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.34
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0124

Testi adottati
PDF 292kWORD 39k
L-Erbgħa, 5 ta' Mejju 2010 - Brussell
Linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew (riformulazzjoni) ***I
P7_TA(2010)0124A7-0030/2010
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew (riformulazzjoni) (COM(2009)0391 – C7-0111/2009 – 2009/0110(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja - tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0391),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 156 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0111/2009),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta” Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta“ teħid ta” deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa“ (COM(2009)0665),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 172(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta“ Novembru 2009,

–   wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta“ Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta” kitba mill-ġdid tal-atti legali(1),

–   wara li kkunsidra l-ittra tal-11 ta“ Diċembru 2009 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu b'konformità mal-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta” Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0030/2010),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta“ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma” dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Jadotta l-pożizzjoni spjegata aktar “l isfel, filwaqt li jqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta” Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa“ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta“ Mejju 2010 bil-ħsieb ta” l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2010/UE fuq linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew (riformulazzjoni)
P7_TC1-COD(2009)0110

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma“ l-att leġislattiv finali, Deċiżjoni Nru 661/2010/UE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza