Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta“ Koeżjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma” simplifikazzjoni ta“ ċerti rekwiżiti u ma” ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta” Koeżjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma“ simplifikazzjoni ta” ċerti rekwiżiti u ma“ ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja (COM(2009)0384 – C7-0003/2010 – 2009/0107(COD))
(Proċedura ta“ kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0384),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 161 tat-Trattat KE, skont liema artikolu l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0003/2010),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta” Liżbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta“ teħid ta” deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa“ (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 294(4) u 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-5 ta“ Novembru 2009,
– wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0055/2010),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif stipulata hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa“ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta“ Mejju 2010 bil-ħsieb ta” l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta“ Koeżjoni fir-rigward tas-simplifikazzjoni ta” ċerti rekwiżiti u ta“ ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma“ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 539/2010.)